IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 4.5.2016
COM(2016) 241 final
2016/0128(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/72 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell f’ċerti ilmijiet tal-Unjoni
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016PC0241
Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) 2016/72 as regards fishing opportunities for sandeel in certain Union waters
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/72 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell f’ċerti ilmijiet tal-Unjoni
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/72 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell f’ċerti ilmijiet tal-Unjoni
COM/2016/0241 final - 2016/0128 (NLE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 4.5.2016
COM(2016) 241 final
2016/0128(NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/72 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell f’ċerti ilmijiet tal-Unjoni
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/72 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Normalment, dawn l-opportunitajiet tas-sajd jiġu emendati diversi drabi waqt il-perjodu li matulu jkunu fis-seħħ.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-miżuri proposti huma mfassla f'konformità mal-għanijiet u mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.
•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni
Il-miżuri proposti huma konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-politiki fil-qasam tal-ambjent.
2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi legali
Il-bażi legali ta’ din il-proposta hija l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
L-obbligi tal-Unjoni għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku l-ġdid tal-PKS.
•Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.
•Proporzjonalità
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: il-PKS hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, l-adozzjoni ta’ miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd hija r-responsabbiltà tal-Kunsill.
•Għażla tal-istrument
L-istrument propost: regolament.
3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Il-Proposta tikkunsidra s-suġġerimenti mill-partijiet ikkonċernati u mill-amministrazzjonijiet nazzjonali.
•Ġbir u użu tal-kompetenzi
Il-Proposta hija bbażata fuq il-parir xjentifiku tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES).
•Valutazzjoni tal-impatt
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd huwa ċirkoskritt bl-Artikolu 43(3) tat-Trattat.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Mhux applikabbli
•Drittijiet fundamentali
Mhux applikabbli
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-miżuri proposti mhu se jkollhom l-ebda implikazzjoni baġitarja.
5.ELEMENTI OĦRA
•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-emendi proposti jimmiraw li jimmodifikaw ir-Regolament 2016/72 kif deskritt hawn taħt.
Fir-Regolament (UE) Nru 2016/72, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/458 il-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet IIa, IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES kienet ġiet stabbilita għal 79,219 tunnellata, filwaqt li l-limitu ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona ta’ ġestjoni 1 kien stabbilit għal 13,000 tunnellata. Iċ-ċiċċirell huwa speċi b’ħajja qasira u r-riżultati tal-monitoraġġ f’ħin reali se jsiru disponibbli biss f’nofs Mejju. Il-limitu tat-TAC għal din iż-żona issa għandu jiġi emendat skont dawn ir-riżultati u l-aktar parir riċenti tal-ICES.
2016/0128 (NLE)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/72 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell f’ċerti ilmijiet tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/72 1 jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.
(2)Għall-finijiet tal-ġestjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet IIa, IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES, l-Anness IID tar-Regolament (UE) Nru 2016/72 jiddefinixxi seba’ żoni ta’ ġestjoni li għalihom japplikaw il-limiti ta' qbid.
(3)Fir-Regolament (UE) Nru 2016/72, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/458 2 il-qabda totali permissibbli (TAC) għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fid-diviżjonijiet IIa, IIIa tal-ICES u fis-subżona IV tal-ICES kienet ġiet stabbilita għal 79,219 tunnellata, filwaqt li l-limitu ta' qbid għaċ-ċiċċirell fiż-żona ta’ ġestjoni 1 kien stabbilit għal 13,000 tunnellata. Dak il-limitu ta' qbid issa għandu jiġi emendat abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ f’ħin reali u skont l-aħħar parir xjentifiku tal-ICES, sabiex ikun jista' jsir l-aħjar ġbir tal-istokk.
(4)Ir-Regolament (UE) 2016/72 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(5)Billi l-modifika tal-limiti ta' qbid għandha influwenza fuq l-attivitajiet ekonomiċi u fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu.
(6)Il-limiti ta' qbid previsti fir-Regolament (UE) 2016/72 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u għall-protezzjoni ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2016/72
L-entrata dwar iċ-ċiċċirell (Ammodytes spp.) fl-ilmijiet tal-Unjoni ta' IIa, IIIa u IV fl-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 2016/72 tinbidel b’dan li ġej:
|
Speċi: |
Ċiċċirell |
|
|
Żona: |
L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ IIa, IIIa u IV(1) |
||
|
|
Ammodytes spp. |
|
|
|
|
||
|
Id-Danimarka |
|
p.m. |
(2) |
TAC analitika |
|
|
|
|
Ir-Renju Unit |
p.m. |
(2) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax |
||||
|
Il-Ġermanja |
p.m. |
(2) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax |
||||
|
L-Iżvezja |
p.m. |
(2) |
|||||
|
L-Unjoni |
p.m. |
||||||
|
TAC |
p.m. |
||||||
|
(1) |
Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula. |
||||||
|
(2) |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-ħatt l-art, il-qabdiet tal-barbun komuni, tal-merlangu u tal-kavalli jistgħu jingħaddu ma' mhux iżjed minn 2 % tal-kwota (OT1/*2A3A4), diment li dawn il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċijiet li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'kollox ma jirrappreżentawx iżjed minn 9 % ta' din il-kwota taċ-ċiċċirell. |
||||||
|
Kundizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu iżjed mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif huwa ddefinit fl-Anness IID: |
|||||||
|
Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell |
|||||||
|
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
|
(SAN/234_1) |
(SAN/234_2) |
(SAN/234_3) |
(SAN/234_4) |
(SAN/234_5) |
(SAN/234_6) |
(SAN/234_7) |
|
Id-Danimarka |
p.m. |
4 717 |
59 428 |
5 659 |
0 |
206 |
0 |
|
Ir-Renju Unit |
p.m. |
103 |
1 299 |
124 |
0 |
5 |
0 |
|
Il-Ġermanja |
p.m. |
7 |
91 |
9 |
0 |
0 |
0 |
|
L-Iżvezja |
p.m. |
173 |
2 182 |
208 |
0 |
8 |
0 |
|
L-Unjoni |
p.m. |
5 000 |
63 000 |
6 000 |
0 |
219 |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Totali |
p.m. |
5 000 |
63 000 |
6 000 |
0 |
219 |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President