Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0225

Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

COM/2016/0225 final - 2016/0117 (NLE)

Brussell, 21.4.2016

COM(2016) 225 final

2016/0117(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 1 (ir-Regolament IUU).

Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament IUU u hija r-riżultat ta' proċeduri ta’ investigazzjoni u ta' djalogu li saru skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament IUU li jipprevedi inter alia li l-pajjiżi kollha għandhom jaqdu dmirijiethom skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.

Fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, innotifikat tmien pajjiżi terzi (il-Belize, ir-Renju tal-Kambodja, ir-Repubblika ta' Fiġi, ir-Repubblika tal-Guinea, ir-Repubblika tal-Panama, ir-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, ir-Repubblika Togoliża u r-Repubblika tal-Vanuatu) li l-Kummissjoni kienet qed tikkunsidra l-possibbiltà li tidentifikahom bħala pajjiżi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament IUU.

Il-Kummissjoni bdiet démarches fir-rigward tat-tmien pajjiżi. Dawn id-démarches kienu jikkonsistu inter alia minn azzjonijiet li jipprovdu raġunijiet għal dawn id-démarches, l-azzjonijiet tagħha, l-opportunità għall-pajjiżi biex iwieġbu u jirrifjutaw, id-dritt li jitolbu u jipprovdu informazzjoni addizzjonali, proposti għal pjanijiet ta' azzjoni bħala rimedju għas-sitwazzjoni kif ukoll żmien biżżejjed biex iwieġbu u żmien raġonevoli biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

Fl-14 ta' Ottubru 2014 il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, identifikat lir-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (minn issa 'l quddiem is-Sri Lanka) bħala pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU.

Fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, emenda l-lista eżistenti ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, billi inkluda s-Sri Lanka, fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

Il-proposta mehmuża għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet li kkonfermaw li s-Sri Lanka wriet li s-sitwazzjoni li wasslet għall-inklużjoni tagħha fil-lista ġiet irrettifikata u li s-Sri Lanka ħadet miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għal titjib dejjiem tas-sitwazzjoni.

Għalhekk, qed ikun propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Deċiżjoni.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta' politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-identifikazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni tas-Sri Lanka bħala pajjiż li ma jikkooperax fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 (ĠU C 354 17.11.2012, p.1-47) dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

L-identifikazzjoni mill-Kummissjoni tas-Sri Lanka bħala pajjiż li ma jikkooperax fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 (ĠU C 297 15.10.2014, p.13-22) li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

Il-Kunsill li inkluda lis-Sri Lanka fil-lista ta' pajjiżi li ma jikkooperawx fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Jannar 2015 (ĠU L 33 10.2.2015, p. 15-18) li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward tas-Sri Lanka.

•Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Ma japplikax.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Il-bażi ġuridika

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

•Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax għaliha.

•Il-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament IUU u ma tħallix lok għal deċiżjoni nazzjonali.

L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jkollhom iġorru l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista' jkun u jkun proporzjonat mal-mira tal-proposta, mhijiex applikabbli.

•L-għażla tal-istrument

L-istrumenti proposti: deċiżjoni.

Mezzi oħra ma jkunux adegwati billi r-Regolament IUU ma jipprevedix għażliet alternattivi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•L-evalwazzjonijiet ex-post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma japplikax.

•Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interess tagħhom matul il-proċeduri ta' investigazzjoni u ta' djalogu, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament IUU.

•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern.

•Il-valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament IUU.

Ir-Regolament IUU ma jinkludix dispożizzjonijiet għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati.

•L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Ma japplikax.

•Id-drittijiet fundamentali

Ma japplikax.

 4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

•Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Ma japplikax billi l-proposta tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha.

•Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Ma japplikax.

•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta temenda l-lista stabbilita mill-Kunsill ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/170/UE.

2016/0117 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 2 , u b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (ir-Regolament IUU) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

(2)Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, id-démarches fir-rigward ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx u kull miżura ta’ emerġenza.

(3)Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") nnotifikat permezz tad-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 3 (“id-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012”) tmien pajjiżi terzi dwar il-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Fost dawn il-pajjiżi kien hemm ir-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (minn hawn 'il quddiem is-Sri Lanka).

(4)Fid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni inkludiet l-informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata din l-identifikazzjoni possibbli.

(5)Dakinhar stess, fil-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni nnotifikat lit-tmien pajjiżi terzi, li fosthom kien hemm is-Sri Lanka, permezz ta’ ittri separati dwar il-fatt li kienet qed tqis il-possibbiltà li tidentifikahom bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

(6)Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 4 (“id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014”), il-Kummissjoni identifikat lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. F’konformità mar-Regolament IUU, il-Kummissjoni pprovdiet ir-raġunijiet li għalihom qieset li dan il-pajjiż naqas milli jaqdi dmirijietu skont id-dritt internazzjonali bħala Stati tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq li jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

(7)Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2015/200 tas-26 ta’ Jannar 2015 5 , (“Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2015”) emenda, billi żied is-Sri Lanka, il-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament IUU.

(8)Wara l-emenda permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2014, tal-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-Kummissjoni offriet l-opportunità lis-Sri Lanka biex tkompli d-djalogu f’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament IUU. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja, inklużi l-kummenti bil-fomm u bil-miktub, bil-għan li tagħti lil kull pajjiż identifikat l-opportunità biex jirrettifika s-sitwazzjoni li wasslet għall-elenkar tiegħu, u biex jieħu miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għar-rimedjar tan-nuqqasijiet identifikati. Dan il-proċess irriżulta fir-rikonoxximent li s-Sri Lanka rrettifikat is-sitwazzjoni u ħadet azzjoni ta’ rimedju.

(9)Għaldaqstant, skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU, il-Kunsill għandu jemenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-24 ta’ Marzu 2014 billi jneħħi lis-Sir Lanka mil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

(10)Bl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, li tneħħi lis-Sri Lanka mil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014, li tidentifika lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax, ma għadx hemm lokha.

TNEĦĦIJA TAS-SRI LANKA MIL-LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

(11)Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2015/200 tas-26 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni kompliet id-djalogu mas-Sri Lanka. B’mod partikolari, is-Sri Lanka tidher li implimentat l-obbligi tad-dritt internazzjonali u adottat qafas legali adegwat għall-ġlieda kontra s-sajd IUU; introduċiet skema ta' monitoraġġ, kontroll u spezzjoni adegwata u effiċjenti billi introduċiet ġurnali ta’ abbord biex tirreġistra dejta dwar il-qbid, flimkien ma’ sinjali tas-sejħa tar-radju għall-bastimenti tas-sajd u tagħmir għall-flotta kollha tal-ibħra miftuħa b’sistema għall-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS); ħolqot sistema tas-sanzjonijiet ta’ deterrent, irrevediet il-qafas legali tagħha dwar is-sajd u żgurat l-implimentazzjoni xierqa tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid. Barra minn hekk, is-Sri Lanka tejbet kontinwament il-konformità tagħha mal-obbligi internazzjonali tagħha, inklużi dawk li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) bħall-miżuri ta’ kontroll mill-Istat tal-port u t-traspożizzjoni tar-regoli tal-RFMO fil-liġi tas-Sri Lanka u adottat pjan ta’ azzjoni nazzjonali tagħha stess kontra s-sajd IUU, f'konformità mal-pjan ta' azzjoni internazzjonali kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat tan-Nazzjonijiet Uniti (IPOA-UN).

(12)Il-Kummissjoni analizzat il-qagħda attwali dwar il-konformità tas-Sri Lanka mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq f’konformità mas-sejbiet fid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Jannar 2015 u mal-informazzjoni rilevanti dwar dan ipprovduta mis-Sri Lanka. Qieset ukoll il-miżuri meħuda biex tiġi rrettifikata s-sitwazzjoni kif ukoll il-garanziji pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tas-Sri Lanka.

(13)Il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi ta' dak li ssemma hawn fuq, li bl-azzjonijiet meħuda s-Sri Lanka ma baqgħetx tonqos milli twettaq dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, b'mod partikolari fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) u tal-Artikoli 18, 19, 20 u 23 tal-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA). Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-elementi mressqa mis-Sri Lanka juru li s-sitwazzjoni li wasslet biex is-Sri Lanka tiġi inkluża fil-lista, ġiet irrettifikata u li s-Sri Lanka ħadet miżuri konkreti li jistgħu jwasslu għal titjib dejjiem tas-sitwazzjoni.

(14)Fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li ssemmew hawn fuq u skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament IUU, il-Kunsill ikkonkluda li s-Sri Lanka għandha titneħħa mil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx.

(15)Id-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill ma tipprekludi l-ebda pass sussegwenti li jista' jittieħed mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill fil-ġejjieni, skont Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU, f'każ li xi elementi fattwali kellhom jiżvelaw li s-Sri Lanka qed tonqos milli taqdi dmirijietha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, billi tieħu azzjoni biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

(16)Fid-dawl tal-konsegwenzi negattivi dovuti għall-inklużjoni fil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, jixraq li b'effett immedjat is-Sri Lanka titneħħa mil-lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/170/UE huwa sostitwit bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1
(2) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
(ĠU L 354, 17.11.2012, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2014 li tidentifika pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li huwa pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU L 297, 15.10.2014, p. 13).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2015.200 tas-26 ta’ Jannar 2015 (ĠU L 33 10.2.2015, p 15-18) li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat fir-rigward tas-Sri Lanka.
Top

Brussell, 21.4.2016

COM(2016) 225 final

ANNESS

Lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat


ANNESS

Lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU)

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

 

 

 

Ir-Renju tal-Kambodja

Ir-Repubblika tal-Guinea

Top