IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.2.2016
COM(2016) 69 final
2016/0041(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Protokoll').
Skont l-Atti tal-Adeżjoni tagħhom fl-2003, 2005 u 2011 rispettivament, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, ir-Repubblika tal-Kroazja jaċċedu għall-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma’ dawk il-ftehimiet.
Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', ġie ffirmat fi Brussell fil-25 ta’ Mejju 1998 (il-Ftehim bħalissa għaddej minn ratifika u għadu ma daħalx fis-seħħ).
Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' [...] dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u t-Turkmenistan biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll ġie ffirmat fi [...] fil-[....].
Il-Protokoll propost jinkorpora r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka bħala parti kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-UE biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża.
Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jikkonkludi l-Protokoll, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
Il-Parlament Ewropew se jintalab biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.
2016/0041 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-2003 tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2011 tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew;
Billi:
(1)Skont l-Artikolu 6(2), tal-Atti ta’ Adeżjoni tal-2003, l-2005 u l-2011 tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandha tiġi miftiehma permezz ta’ protokoll mal-Ftehim. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Atti ta' Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.
(2)Fit-8 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mat-Turkmenistan Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea.
(3)Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja mat-Turkmenistan Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea.
(4)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati dwar l-adattament tal-ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-Unjoni Ewropea, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.
(5)In-negozjati ġew konklużi b'suċċess u l-Protokoll mal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi [...] fil- [...].
(6)Il-Protokoll għandu jiġi approvat,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1.
Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
2.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill jinnomina lill-persuna bis-setgħa li tagħti, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, in-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President