Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016PC0007

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

    COM/2016/07 final - 2016/02 (COD)

    Brussell, 19.1.2016

    COM(2016) 7 final

    2016/0002(COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

    {SWD(2016) 4 final}
    {SWD(2016) 5 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Il-kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri u l-iskambju ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali ta’ persuni ħatja hija pedament neċessarju ta’ qasam komuni ta’ ġustizzja u sigurtà li jiffunzjoni sewwa.

    Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’diversi okkażjonijiet iddikjaraw l-importanza li titjieb is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) eżistenti. Id-Dikjarazzjoni ta’ Riga tad-29 ta’ Jannar 2015 maħruġa mill-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni enfasizzat li l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali hu importanti f’kull strateġija li tiġġieled kontra l-kriminalità u t-terroriżmu 1 . Fl-20 ta’ Novembru 2015, il-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni kkonkluda li, ikun tajjeb għar-reazzjoni tal-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jekk l-Istati Membri jużaw l-ECRIS bil-potenzjal kollu tagħha u jekk il-Kummissjoni tissottometti proposta għall-estensjoni tal-ECRIS biex tkopri ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi 2 . Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu li saru fl-istess jum, il-Kunsill tal-Ministri kkommetta lill-Istati Membri biex jużaw l-ECRIS bil-potenzjal kollu tagħha u laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li sa Jannar 2016 tissottometti proposta ambizzjuża biex l-ECRIS tiġi estiża u tkopri ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi 3 . Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Diċembri 2015 tenna li l-attakki terroristiċi reċenti wrew b’mod partikolari l-bżonn urġenti li tiġi skambjata iktar informazzjoni dwar l-attività terroristika, b’mod partikolari fir-rigward tal-estensjoni tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi 4 .

    It-titjib ta’ ECRIS hu wkoll parti mill-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà 5 . Il-Kummissjoni enfasizzat li l-valur miżjud tal-miżuri tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni, il-kooperazzjoni operattiva u appoġġ ieħor u ħaditha f’idha li tgħaġġel ix-xogħol li diġà beda biex titjieb l-ECRIS għaċ-ċittadini tal-UE u tassigura li tkun implimentata b’mod effettiv.

    L-ECRIS hi sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar kundanni preċedenti li ngħataw kontra persuna speċifika mill-qrati kriminali fl-UE għall-iskopijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra persuna u jekk tkun tippermetti l-liġi nazzjonali, għal skopijiet oħra. Is-sistema hi bbażata fuq id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI 6 .

    Il-prinċipju sottostanti tal-ECRIS hu li informazzjoni kompluta dwar kundanni preċedenti ta’ ċittadin tal-UE tkun tista’ tinkiseb mill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' dik il-persuna. Stati Membri li joħorġu kundanna jridu jinnotifikaw informazzjoni u aġġornamenti relatati ma’ kundanni mogħtija lil ċittadin ta’ Stat Membru ieħor lill-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu. L-Istat Membru tan-nazzjonalità tiegħu jrid jaħżen din l-informazzjoni u b’hekk jista’ jipprovdi informazzjoni eżawrjenti, aġġornata 7 dwar ir-rekords kriminali taċ-ċittadini tiegħu meta jintalab, irrispettivament minn fejn fl-UE jkunu ngħataw il-kundanni.

    Formati elettroniċi standardizzati 8 jippermettu komunikazzjoni effiċjenti u li tinftiehem immedjatament fil-lingwi kollha tal-UE u fi żmien skadenzi qosra 9 . Awtoritajiet ċentrali nominati f’kull Stat Membru huma l-punti ta’ kuntatt fin-netwerk ECRIS li jieħdu ħsieb il-kompiti kollha bħal pereżempju n-notifika, l-ħażna, it-talba u l-għoti ta’ informazzjoni dwar rekords kriminali.

    Għalkemm illum hu possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar kundanni li jikkonċernaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni bla nazzjonalità (minn hawn ‘il quddiem: TCN) permezz tal-ECRIS, m’hemm imħaddma l-ebda proċedura/mekkaniżmu biex dan isir b’mod effiċjenti minħabba r-raġunijiet segwenti:

    Billi TCN m’għandhom l-ebda ċittadinanza ta’ Stat Membru, biex tinkiseb ħarsa ġenerali kompluta tal-istorja tar-rekords kriminali ta’ individwu partikolari, it-talbiet iridu jintbagħtu lill-Istat(i) Membru/i kollha li joħorġu kundanna. Ġeneralment, Stat Membru li jagħmel talba ma jkunx jaf f’liema Stat(i) Membru/i TCN partikolari jkun ġie kkundannat qabel.

    Jekk Stat Membru wieħed ikun irid jikseb din l-informazzjoni, dan ikollu jibgħat talbiet lill-Istati Membri kollha (‘talbiet ġenerali’). Dan joħloq piż amministrattiv fl-Istati Membri kollha, inkluż fil-pajjiżi (il-maġġoranza) li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba. Il-piż amministrattiv ta’ "talbiet ġenerali" jammonta għal stima ta’ EUR 78 miljun kull sena jekk l-Istati Membri kellhom jitolbu informazzjoni kull darba li TCN iffaċċa kundanna. L-ispejjeż ta’ meta twieġeb "talbiet ġenerali" mhumiex ikkumpensati b’benefiċċju ekwivalenti, u fil-fatt, jintilfu minħabba li l-maġġoranza tat-tweġibiet ma jagħtux riżultati. Dan hu ta’ detriment b’mod speċjali għal Stati Membri iżgħar li jintalbu jirrispondu għat-talbiet kollha mingħajr ma jkunu neċessarjament mgħammra biex jagħmlu dan. Barra minn hekk, mewġa ta’ talbiet mhux neċessarji, tippreġudika l-kunfidenza fl-affidabilità u l-funzjoni tan-netwerk ECRIS b’mod globali, billi l-utenti jistgħu jikkonkludu li l-ineffiċjenza tal-ECRIS-TCN hi indikattiva tal-ineffiċjenza tal-ECRIS b’mod globali.

    Fil-prattika, l-Istati Membri jevitaw li jibagħtu "talbiet ġenerali" u ħafna drabi jserrħu fuq informazzjoni maħżuna fir-reġistri nazzjonali tar-rekords kriminali tagħhom. Dan ifisser li l-informazzjoni kompluta fl-istorja tar-rekords kriminali ta’ TCN ħafna drabi ma tkunx disponibbli għall-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri. Fil-fatt, għalkemm fl-2014 ġew ikkundannati 558 000 TCN f’19-il Stat Membru, 23 000 talba biss (minn 25 Stat Membru li qed jipparteċipaw fl-ECRIS illum) relatata mal-kundanni ta’ TCN saret fl-ECRIS.

    L-objettiv tal-proposta hi kompletament konformi mal-prijorità tal-Kummissjoni li tiġġieled kontra l-kriminalità u t-terroriżmu transkonfinali bħala responsabbiltà komuni Ewropea f’Żona ta’ Ħelsien, Sigurtà u Ġustizzja. Din hi waħda mill-inizjattivi tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà. Din tassigura li l-ECRIS tkopri l-informazzjoni ta’ rekords kriminali kemm ta’ ċittadini tal-UE u kemm tat-TCN.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    Miżuri oħra tal-UE previsti fil-kuntest ta’ skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità ma jsolvux jew iħaffu l-problema tal-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali ineffiċjenti rigward TCN ikkundannat. M’hemm l-ebda alternattiva biex jitjieb il-mod ta’ skambju ta’ informazzjoni rigward kundanni kriminali ta’ TCN permezz ta’ ECRIS b’xi strument ieħor ta’ skambju ta’ informazzjoni msemmi fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (bħal pereżempju SIS II, Prüm u Eurodac), billi dawn huma ddisinnjati biex iservu għanijiet differenti.

    Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

    It-titjib tal-ECRIS fir-rigward ta’ TCN hu parti mill-istrateġija mniżżla fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà. Barra dan, l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali tappoġġa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI 10 , li tistipula li l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri għandhom, waqt proċedimenti kriminali, jikkunsidraw kundanni preċedenti li jkunu ngħataw kontra l-istess persuna għal fatti differenti fi Stati Membri oħra, irrispettivament miċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata.

    2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Il-bażi legali

    L-istrument legali propost hu Direttiva bbażata fuq l-Artikolu 82(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 82(1)(d) hu l-bażi legali għad-dritt tal-Unjoni biex taġixxi fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ġudizzjarji jew ekwivalenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ proċedimenti f’materji kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet. L-azzjoni proposta tinkwadra eżatt fi ħdan dan il-qasam. Il-proposta temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE f’dan il-qasam.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklussiva)

    It-titjib tas-sistema eżistenti biex tiġi skambjata informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq TCN ikkundannat ma jistax isir fil-livell ta’ Stat Membru. Mekkaniżmu komuni li jimmira lejn skambju ta’ informazzjoni standardizzat, rapidu, koordinat u effiċjenti bejn l-Istati Membri jeħtieġ azzjoni konkreta. Dan ma jistax jinkiseb la unilateralment fil-livell ta’ Stat Membru u lanqas bilateralment bejn Stati Membri. Huwa kompitu li bin-natura tiegħu jrid isir fil-livell tal-UE.

    Proporzjonalità

    L-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali, hu strumentali fil-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali u jikkontribwixxi b’mod konsiderevoli biex jitpoġġa fil-prattika l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzarji f’qasam komuni ta’ ġustizzja u sigurtà fejn in-nies jiċċaqalqu b’mod ħieles. Għalhekk, l-azzjoni fuq livell tal-UE hi proporzjonali għall-għanijiet tal-inizjattiva.

    Il-bidliet proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jinkiseb l-għan ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali, u jibnu fuq dak li hu applikat diġà fl-ECRIS eżistenti għaċ-ċittadini tal-UE. L-obbligu li jinħażnu l-marki tas-swaba’ tat-TCN hu meqjus neċessarju biex tiġi assigurata l-identifikazzjoni iktar sigura tat-TCN. Ħafna drabi, li tiġi stabbilita l-identità tat-TCN hi partikolarment diffiċli jekk mhux impossibbli, pereżempju minħabba li d-dokumenti affidabbli tal-identità ma jkunux jeżistu jew ikunu neqsin, jew minħabba kunjomijiet komuni użati ħafna.

    Fost ħafna opzjonijiet eżistenti, intgħażlet l-iktar opzjoni proporzjonata: sistema deċentralizzata biex jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni ta’ rekords kriminali ta’ TCN, ibbażata fuq index-filter li fih data ta’ identità anonimizzata ta’ TCN ikkundannat estratta minn reġistri ta’ rekords kriminali nazzjonali u fuq mekkaniżmu ta’ tfittxija “hit/no-hit”. "Hit" tindika li informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq it-TCN hi disponibbli u turi li l-Istati Membri li jistgħu jipprovdu l-informazzjoni. Imbagħad, l-Istati Membri identifikati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni kompluta permezz tal-ECRIS stabbilita.

    Is-sistema tkun organizzata b’mod deċentralizzat. L-Istati Membri jkollhom joħorġu d-data tal-identità mir-rekords kriminali tagħhom u jitfgħuha f’fajl separat. Softwer speċifiku jikkonverti b’mod irriversibbli d-data dwar l-identità personali f’locks u keys, l-index-filter. L-index-filter ikun distribwit lill-Istati Membri l-oħra kollha u jippermettilhom li jfittxu b’mod indipendenti fil-binjiet tagħhom stess. Għalhekk, l-index-filter ma jkunx fih data personali iżda jippermetti lill-Istati Membri riċeventi jqabblu d-data tagħhom miegħu u jsibu jekk jeżistux entrati oħra fir-rekords kriminali fi Stati Membri oħra. Stati Membri jkollhom jibagħtu index-filters nazzjonali aġġornati lill-Istati Membri kollha jekk xi data fl-index-filters tinbidel jew tiġi aġġornata.

    Din is-soluzzjoni tilħaq b’mod sodisfaċenti l-għanijiet tal-proposta leġiżlattiva, billi tintroduċi mekkaniżmu fil-qafas ta’ ECRIS biex jiġu identifikati b’mod effiċjenti, Stati Membri li għandhom informazzjoni kriminali dwar TCN. Dan jevita talbiet "ġenerali" ineffiċjenti u li jiswew il-flus u għalhekk jelimina r-raġuni għaliex bħalissa Stati Membri ma jużawx l-ECRIS għal TCN.

    Is-sistema deċentralizzata ma teħtieġx li jiġi stabbilit saff addizzjonali fil-livell tal-UE fejn id-data personali ta’ TCN tkun ċentralizzata, li ma jeżistix lanqas għaċ-ċittadini tal-UE. Għalhekk hi m’għandhiex bżonn ta’ protezzjoni tad-data u sigurtà addizzjonali fil-livell tal-UE.

    Għażla tal-istrument

    It-test leġiżlattiv li jrid jiġi emendat hu Deċiżjoni Qafas, jiġifieri strument li jorbot lill-Istati Membri bir-riżultat li jrid jinkiseb iżda jħalli l-għażla tal-forma u l-metodu f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Strument legali simili ieħor, jiġifieri direttiva, intgħażlet għalhekk għall-att leġiżlattiv li jemenda, billi ħafna mill-obbligi jridu jiġu ppromulgati fil-liġi nazzjonali.

    Direttiva tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħżlu l-forma u l-metodu tat-traspożizzjoni, eż. Rigward it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u r-reġistri nazzjonali li se jintużaw biex tkun estratta data dwar l-identità għall-iskop tal-iskambju sussegwenti mal-Istati Membri l-oħra. Minħabba li l-Istati Membri jridu jadattaw ir-reġistri tar-rekords kriminali nazzjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jittrattaw it-talbiet il-ġodda li ser jiġu fuqhom, direttiva hi iktar adattata bħala strument legali minn regolament, għax tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha u tħalli inqas flessibilità għall-awtoritajiet nazzjonali.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET KONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    L-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI jipprovdi iktar informazzjoni dwar kif qiegħda taħdem is-sistema eżistenti, iżda ma jiffokax speċifikament fuq l-iskambju ta’ informazzjoni dwar TCN. Madankollu, il-konsultazzjoni mal-Istati Membri wriet b’mod ċar, il-punt, limitat ħafna, sa fejn tintuża l-ECRIS biex tiġi skambjata informazzjoni dwar TCN ikkundannat, u r-raġunijiet għaliex.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

    F’konformità mal-istandards minimi tal-Kummissjoni rigward il-parteċipazzjoni u l-ftuħ għall-fehmiet tal-partijiet konċernati ippreżentati fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 11 , ġiet żviluppata strateġija ta’ konsultazzjoni biex tiġi assigurata parteċipazzjoni wiesgħa tul iċ-ċiklu tal-politika ta’ din l-inizjattiva. Din l-istrateġija kienet ibbażata fuq taħlita ta’ konsultazzjonijiet immirati (kuntatti bilaterali, laqgħat tal-partijiet koċernati u l-esperti, konsultazzjonijiet bil-miktub), li jipprovdu lill-Kummissjoni b’għażliet infurmati tajjeb u rappreżentattivi. Il-Kummissjoni fittxet fehmiet wisgħin u bilanċjati dwar din il-materja billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha (Stati Membri, awtoritajiet nazzjonali, avukati u akkademiċi, partijiet konċernati dwar id-drittijiet fundamentali, partijiet konċernati dwar il-protezzjoni tad-data) biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, b’mod partikolari, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) u l-Grupp ta’ Ħidma skont l-Art.29 kompost mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri.

    L-Istati Membri kollha appoġġaw opzjoni regolatorja u mekkaniżmu bbażat fuq index-filter “hit/no hit”. Approċċ deċentralizzat kiseb appoġġ sostanzjali, bil-kundizzjoni li s-softwer tal-implimentazzjoni jkun installat, integrat u miżmum sew fil-livell ta’ Stat Membru u li jkun hemm appoġġ finazjarju (għotjiet) disponibbli. Xi Stati Membri ffavorew is-soluzzjoni ċentralizzata, billi kkunsidraw li tkun tirrikjedi inqas sforz biex tiġi implimentata fil-livell ta’ Stat Membru, tqum inqas flus għall-Istati Membri u tiżgura iktar approċċ komuni tal-Istati Membri. Xi Stati Membri kienu indeċiżi.

    Il-vantaġġi prattiċi tal-marki tas-swaba’ rigward l-identifikazzjoni ta’ persuna ġew rikonoxxuti minn ħafna Stati Membri. Dan tassew hu l-uniku mod kif tkun żgur mill-identità ta’ persuna. Dan hu importanti ħafna billi l-awtoritajiet ġudizzjarji huma repsonsabbli għall-eżattezza tal-informazzjoni miżmuma f’rekords kriminali. Xi Stati Membri esprimew tħassib kostituzzjonali u ġibdu l-attenzjoni għal probemi rigward l-implimentazzjoni prattika tal-marki tas-swaba’ mandatorji fl-ECRIS. Ħafna awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri fil-preżent ma jżommux marki tas-swaba’ fir-reġistri tar-rekords kriminali nazzjonali u mhumiex imqabbdin mas-sistema awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' (AFIS) nazzjonali. Xi Stati Membri huma mħassbin dwar il-possibilità ta’ standards doppji għaċ-ċittadini tal-UE fuq naħa u t-TCN fuq in-naħa l-oħra. Is-sitwazzjoni hi differenti għat-TCN minħabba li wħud minnhom ġejjin minn pajjiżi li m’għandhomx reġistru ċivili xieraq jew wieħed validu. F’dan l-isfond, l-inklużjoni tal-marki tas-swaba’ ssir prijorità.

    Il-partijiet konċernati dwar id-drittijiet fundamentali rrikonoxxew b’mod ġenerali l-effetti pożittivi ta’ sistema ta’ ECRIS-TCN futura minn perspettiva globali ta’ ġustizzja, billi tgħin biex tassigura sentenzi xierqa u tħares lit-tfal mill-abbużi, kif ukoll l-effett pożittiv fuq it-TCN billi tippermettilhom jagħtu prova ta’ rekord kriminali nadif mal-Unjoni kollha 12 . Dawn huma favur sistema deċentralizzata akkumpanjata minn tekniki ta’ anonimizzazzjoni adegwati.

    Dawn il-partijiet interessati indikaw li l-introduzzjoni ta' sistema speċifika għal TCN hija possibbli mill-perspettiva ta' ugwaljanza, dejjem jekk din tkun meħtieġa u proporzjonata. Il-KEPD ikkunsidra li l-ħolqien ta’ reġim differenti għall-informazzjoni li għandha tinħażen u skambjata fuq TCN fuq naħa u fuq ċittadini tal-Istati Membri fuq oħra jeħtieġ li jkun ġustifikat kif xieraq. Il-partijiet interessati ġibdu l-attenzjoni għas-salvagwardji meħtieġa biex jindirizzaw is-sitwazzjoni speċifika tat-TCN fil-kuntest tal-migrazzjoni, għal aspetti marbuta mal-ħolqien ta’ index-filter u l-użu ta' marki tas-swaba’, id-drittijiet tat-tfal, kif ukoll għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data u l-ħtieġa ta’ rimedji effettivi.

    F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li l-proposta preżenti mhix maħsuba biex tkun għodda li tirregola l-migrazzjoni. Din ma tbiddel l-ebda dispożizzjoni eżistenti u garanziji f’dan il-qasam. Il-premessi tal-istrument legali propost espliċitament jirrikonoxxu r-rispett tal-garanziji li jinsabu fl-UE u fil-liġi nazzjonali dwar l-ażil u l-migrazzjoni. Dawn iridu jinżammu fis-sistema futura.

    Ċerti reati, bħal pereżempju d-dħul jew soġġorn irregolari, jew ivjaġġar b’viża jew dokumenti tal-ivvjaġġar foloz huma speċifiċi għal TCN u l-ECRIS-TCN futura m’għandhiex timpatta b’mod sproporzjonat fuq id-drittijiet ta’ TCN ikkundannat għal tali reati. L-FRA ssuġġeriet f'dan ir-rigward li kundanni relatati ma' dħul u soġġorni irregolari m’għandhomx jiġu pproċessati skont ECRIS-TCN għal skopijiet li mhumiex proċedimenti kriminali. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-punt sa fejn l-informazzjoni ta’ rekords kriminali għandha tkun ipproċessata għal għanijiet oħra għajr proċedimenti kriminali hija kwistjoni ta' liġi nazzjonali, kif inhu l-każ għal ċittadini tal-UE.

    Partijiet interessati dwar id-drittijiet fundamentali rrikonoxxew li l-identifikazzjoni sigura ta’ TCN tista' tkun aktar diffiċli mill-identifikazzjoni ta' ċittadini tal-UE. Iżda, skont il-FRA, il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-użu tal-marki tas-swaba’ għall-index-filter, kif ukoll l-alternattiva tal-użu ta’ passaporti u/jew permessi ta’ residenza, u l-possibbiltajiet offruti mill-bażijiet tad-data nazzjonali tal-UE eżistenti, jridu jiġu kkunsidrati. Dawn jeħtieġ li jitqiesu meta mqabbla mal-inklużjoni ta’ marki tas-swaba’ ta' TCN kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ TCN.

    Madankollu, il-proposta ma tipprovdix għall-ħżin mandatorju tal-marki tas-swaba’ ta' TCN sabiex tingħeleb il-problema fl-identifikazzjoni ta’ TCN. Il-problemi huma differenti minn dawk li jiltaqgħu magħhom fl-identifikazzjoni ċittadini tal-UE, fejn l-informazzjoni tista' tiġi aktar faċilment miksuba mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza.

    Il-partijiet interessati identifikaw ukoll li tfal TCN jistgħu jkunu partikolarment esposti għar-riskji li jirriżultaw mill-iskambju ta' informazzjoni dwar kundanni tagħhom. Il-FRA ssuġġeriet li fid-dawl tal-vulnerabbiltà tat-tfal, għandha tingħata kunsiderazzjoni li jew li t-tfal jiġu esklużi għalkollox mill-iskop tal-ECRIS, jew mill-index-filter, jew li l-iskambji jiġu limitati għal reati serji ħafna magħmula mit-tfal. Fl-istess waqt, il-partijiet interessati jixtiequ jiżguraw li l-proposta għandha tagħmilha possibbli għal min iħaddem biex jivverifika b'mod effettiv jekk TCN partikolari ġiex impedut milli jwettaq attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal bħala riżultat ta' kundanni kriminali fil-passat.

    F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat li l-ECRIS hija għodda deċentralizzata għall-iskambju ta’ informazzjoni li tinsab fir-reġistri tar-rekords kriminali tal-Istati Membri. Huwa f'idejn il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li tiddeċiedi jekk il-kundanni tat-tfal jiddaħħlux jew le fir-rekords kriminali nazzjonali u għalhekk ikunux jistgħu jiġu skambjati bejn l-Istati Membri. Fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni ta’ rekords kriminali permezz tal-ECRIS matul reklutaġġ għal postijiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal, l-implimentazzjoni tad-Direttiva se tiffaċilita l-verifika ta' kundanni preċedenti ta’ TCN f'dan il-qasam.

    Ċerti partijiet interessati rreferew għall-ħtieġa li jiġi żgurat li TCN jkollhom dritt li jaċċessaw id-data tagħhom stess u li jirrettifikawha, peress li rekords kriminali mhux eżatti jistgħu jkunu aktar komuni f'każijiet li jinvolvu TCN. Madankollu, l-istrumenti legali tal-ECRIS ikopru biss l-iskambju ta' informazzjoni ta’ rekords kriminali, u ma missewx id-drittijiet tal-individwi li jkollhom aċċess għad-data dwarhom maħżuna fil-livell nazzjonali. Dan il-qasam hu rregolat bil-liġi tal-protezzjoni ta’ data, kemm fuq livell nazzjonali u tal-UE.

    Ġbir u użu tal-kompetenzi

    Studju ta' fattibbiltà dwar ‘It-Twaqqif ta' Indiċi Ewropew ta' Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi Ikkundannati’ ipprovda fehim aħjar tal-mekkaniżmu futur għall-iskambji dwar TCN ikkundannati u tevalwa l-impatt ta' indiċi mil-lat tekniku, legali u amministrattiv 13 . Studju li jevalwa l-impatt tal-ICT tal-proposta leġiżlattiva għal sistema ECRIS TCN pprovdiet ħarsa ġenerali tal-ispejjeż li l-UE u l-Istati Membri se jġarrbu fl-implimentazzjoni tal-għażliet varji 14 . Statistika tal-Eurostat dwar il-migrazzjoni u l-popolazzjoni provdiet evidenza rigward id-daqs tal-problema. Saru wkoll intervisti fil-fond mar-rappreżentanti tal FIU.net 15 b'mod partikolari dwar is-softwer Match, programm ta' qsim informazzjoni intelliġenti u għarfien ibbażat fuq index-filter anonimu u żviluppati għal FIU.net.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt. Il-links għal karta sommarju u l-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jinsabu hawn taħt:

    http://ec.europa.eu/justice/criminal/european-e-justice/ecris/index_en.htm

    Ġew eżaminati tliet alternattivi ta’ politika: i) li jinżamm l-istatus quo; ii) proġett volontarju ta’ Stat Membru għal mekkaniżmu aktar effiċjenti biex tiġi skambjata informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq TCN, kofinanzjat mill-Kummissjoni; u iii) leġiżlazzjoni dwar mekkaniżmu ta’ tiftix biex jidentifika l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar TCN li jikkonsisti f’data dwar l-identità ta' TCN ikkundannat (index-filter) li tista’ titfittex permezz ta' mekkaniżmu ta' tiftix hit-/no hit. Ġew eżaminati żewġ sottoalternattivi għall-alternattiva tal-aħħar: jew index-filter deċentralizzat li jiġi anonimizzat u mqassam lill-Istati Membri l-oħra kollha li jippermettilhom li jfittxu fil-bini tagħhom stess; jew index-filter li jkun maħżun f’korp ċentrali tal-UE.

    Fir-rigward tal-marki tas-swaba’, ġew eżaminati tliet sottoalternattivi: i) il-ħażna obbligatorja ta' marki tas-swaba’ għal TCN u l-inklużjoni tagħhom fl-indiċi/index-filter; ii) Stati Membri jiġu obbligati jivverifikaw l-identità ta' TCN fis-sistemi ta' skambju ta' data eżistenti bbażati fuq marki tas-swaba’ qabel ma tintuża ECRIS; iii) l-estensjoni ta’ ECRIS biex tappoġġja l-użu volontarju ta’ marki tas-swaba’ mill-Istati Membri għal TCN.

    L-index-filter deċentralizzat huwa l-għażla preferuta peress li joffri mekkaniżmu biex jiġu identifikati b'mod effiċjenti liema Stati Membri jżommu informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq TCN partikolari. Billi jimplika obbligu legali għall-Istati Membri kollha, jiggarantixxi approċċ komuni. Dan ma jirrikjedix sistema addizzjonali fil-livell tal-UE, u għalhekk hu iktar kost-effettiv mill-index-filter maħżun ċentralment. Biex tkun assigurata l-identifikazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi, l-marki tas-swaba’ għandhom jiġu inklużi fid-dejta ta' identifikazzjoni li tkun maħżuna fir-rekord kriminali tal-persuna u fl-index-filter. Ħafna drabi, li tiġi stabbilita l-identità tat-TCN hi partikolarment diffiċli jekk mhux impossibbli, pereżempju minħabba li d-dokumenti affidabbli tal-identità ma jkunux jeżistu jew ikunu neqsin, jew minħabba kunjomijiet komuni użati ħafna.

    Ma jkun hemm l-ebda impatt dirett sinifikanti fl-oqsma ekonomiċi soċjali jew ambjentali. Negozji, SMEs u mikro-intrapriżi ma jkunux affettwati. Ikun hemm l-impatt segwenti fuq il-baġits nazzjonali u tal-UE: spejjeż ta’ darba għall-UE ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 1 089 000, għall-Istati Membri bejn wieħed u ieħor EUR 768 000 (total ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 1 857 000); spejjeż kontinwi għall-UE ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 668 000; għall-Istati Membri l-ispejjeż kontinwi huma mistennija jiżdiedu gradwalment matul is-snin, jibdew b’EUR 5 304 000 u jiżdiedu sa massimu ta’ EUR 12 804 000. Dan ifisser li l-ispejjeż kontinwi hma mistennija jiżdiedu gradwalment matul is-snin, jibdew b’EUR 5 972 000 u jiżdiedu sa massimu ta’ EUR 13 472 000. L-ispiża addizzjonali biex jiġu mmaniġġjati l-marki tas-swaba’ tkun bejn wieħed u ieħor EUR 5 miljuni fi spejjeż inizjali għall-UE, u EUR
    1 miljun fi spejjeż kontinwi għall-UE kull sena. L-ispejjeż inizjali għall-Istati Membri jvarjaw minn EUR 2 miljuni għal EUR 3 miljuni għal kull Stat Membru skont il-volum ta’ kundanni ta’ TCN.

    Fil-preżent l-Istati Membri jużaw ECRIS biex ifittxu TCN f’5% tal-każijiet biss. Il-benefiċċji tas-soluzzjoni proposta huma mistennija jżidu l-użu tal-ECRIS b’mod konsiderevoli. Jekk l-Istati Membri kellhom jibagħtu talbiet ‘ġenerali’ b’mod sistematiku, il-piż amministrattiv biex dawn jiġu mwieġba ġie identifikat bħala l-iktar element li jġib spejjeż (stmat sa EUR 78 miljun) mill-workflow ta’ ECRIS; is-soluzzjoni proposta tiffranka ħafna spejjeż.

       Drittijiet fundamentali

    Artikolu 6(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, libertajiet u prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

    Il-miżura proposta tinkludi dispożizzjonijiet legali biex tiżgura li l-informazzjoni relatata ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi misjuba ħatja tiġi skambjata b’mod iktar effiċjenti. Dawn id-dispożizzjonijiet huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Karta, inkluż il-protezzjoni ta’ data personali; il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi; u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.

    Il-miżuri proposti huma bla preġudizzju għar-rispett tad-dritt li tiġi rispettata il-ħajja privata u tal-familja, id-dritt gal rimedju effettiv u għal proċess ġust u l-preżunzjoni tal-innoċenza. Il-miżuri proposti huma bla preġudizzju għar-rispett tal-prinċipju ta’ non-refoulment, il-protezzjoni fl-eventwalità ta’ tneħħija, it-tkeċċija u l-estradizzjoni u standards u garanziji rilevanti oħra minquxa fil-liġi tal-UE dwar l-asil u l-fruntieri.

    Id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, aktar milli dak li huwa strettament neċessarju biex jinkiseb l-objettiv ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52(1) tal-Karta. Din tibni fuq dak li diġà hu applikat fl-ECRIS eżistenti għal ċittadini tal-Istati Membri billi tagħżel sistema deċentralizzata biex jiġu identifikati Stati Membri li għandhom informazzjoni ta’ rekords kriminali ta’ TCN u l-użu ta’ teknoloġija tal-iminimizzar ta’ data tal-ogħla livell. B’hekk ġiet ikkunsidrata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Digital Rights Ireland Ltd 16 u Maximilian Schrems v. il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data 17 .

    Minħabba l-impatt potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali mill-użu tal-marki tas-swaba’, għandu jiġi żgurat l-użu ta’ tekniki ta’ iminimizzar u ta’ għodod effettivi biex fl-istess waqt jiġi evitat ir-riskju ta’ tqabbil falz, b’hekk tiġi prevenuta l-interferenza sproporzjonata mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata.

    Waħda mill-għanijiet tal-miżuri proposti hi li jiġu protetti t-tfal mir-riskju ta’ abbuż u sfruttar billi tassigura li n-nies li jaħdmu mat-tfal jgħaddu minn proċeduri xierqa ta’ skrutinju. Dan se jippermetti lil min iħaddem biex jivverifika b'mod effettiv jekk xi ħadd ġie pprojbit minn attivitajiet li jinvolvu kuntatti diretti u regolari mat-tfal bħala riżultat ta' kundanni kriminali fil-passat.

    L-Istati Membri huma obbligati li jassiguraw li d-dispożizzjonijiet huma implimentati b’rispett totali lejn id-drittijiet u l-prinċipji fundamentali mnaqqxa fil-Karta.

    L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ECRIS TCN m'għandhomx jinterferixxu b'mod sproporzjonat mad-drittijiet fundamentali tal-migranti u ta’ dawk li jfittxu asil, b'mod partikolari protezzjoni f'każ ta 'tneħħija u t-tkeċċija; id-dritt għall-asil; u l-protezzjoni ta’ dejta personali (anke fid-dawl tal-ħtieġa li jipprevjenu r-riskju ta' trasferiment ta' dejta lejn pajjiżi terzi, b’mod speċjali fejn huma kkonċernati persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali). In-neċessità u l-proporzjonalità ta’ xi impatt negattiv potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali għandhom ikunu evalwati bir-reqqa skont il-liġi tal-UE dwar l-asil u l-migrazzjoni.

    L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jħallu TCN, f’ċerti ċirkustanzi, biex jitolbu u jirċievu ċertifikati ta’ rekords kriminali, bl-użu tas-sistema ECRIS, partikolarment fil-każ ta’ persuni bona fide li jkunu qed ifittxu impjieg u li m’hemmx dubju dwar is-soġġorn preċedenti tagħhom fi Stati Membri oħra.

    L-Istati Membri jridu jassiguraw ukoll li s-suġġetti tad-data għandhom dritt għall-aċċess tad-data biex ikunu jistgħu jirranġawha u li hemm rimedji effettivi f’posthom biex jippermettu s-suġġetti tad-data biex joġġezzjona għal rekords kriminali mhux eżatti, f’konformità totali mal-istandards li joħorġu mid-dritt gal rimedju effettiv, inkluż fir-rigward tad-disponibilità tal-għajnuna legali, l-interpretazzjoni u s-servizzi ta’ traduzzjoni.

    Meta tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet, il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll l-impatt tal-miżuri proposti u l-implimentazzjoni tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali. Il-valutazzjoni tagħha se tkun ibbażata parzjalment fuq evalwazzjoni tal-effett fuq id-drittijiet fundamentali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi meta mqabbla mal-effett fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE. Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-użu ta' marki tas-swaba’, data bijometrika oħra u data ta' identifikazzjoni fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-għodod u tekniki użati biex jiżguraw anonimizzazzjoni u jevitaw ir-riskju ta’ taqbiliet foloz. Kull proposta għal reviżjoni futura tas-sistema trid tikkunsidra r-riżultat ta’ din il-valutazzjoni.

    Din il-proposta bl-ebda mod ma tipprekludi r-resposabbiltajiet tal-Istati Membri skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, inkluż ir-regoli fuq id-dħul ta’ kundanni kontra l-minuri u t-tfal fir-reġistru nazzjonali tar-rekords kriminali. Bl-istess mod, ma tipprevjenix li l-Istati Membri japplikaw il-liġi kostituzzjonali jew fehim internazzjonali li huma marbutin magħhom, b’mod partikolari dawk li joħorġu mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u l-libertajiet fundamentali, li l-Istati Membri huma kollha parti minnha.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    Il-pakkett finanzjarju mbassar għall-implimentazzjoni tad-Direttiva għall-perjodu Jannar 2017 sa Diċembru 2020 hu EUR 10 760 000 18 . Il-pakkett finanzjarju hu kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Multi-annwali u l-ispejjeż se jintlaħqu permezz tal-programm ta’ ġustizzja. Il-profil ta’ impenn hu r-riżultat tal-aġġustamenti li mistennija jkunu meħtieġa fil-livell tal-UE u nazzjonali fl-ewwel tliet snin. L-ispejjeż tal-manutenzjoni jkunu stabbli f’EUR 1 602 000 miljun kull sena mit-tielet sena tal-implimentazzjoni. Iktar dettalji huma provduti fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li qed takkumpanja din il-proposta.

    5.ELEMENTI OĦRAJN

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Sentejn wara li jkun ġie adottat l-istrument leġiżlattiv, il-Kummissjoni se tevalwa l-punt sa fejn dan ġie implimentat fl-Istati Membri u l-effikaċja tal-azzjonijiet li l-Istati Membri ħadu rigward il-kisba tal-għanijiet stabbiliti hawn fuq. Skont din l-evalwazzjoni, l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar is-segwitu xieraq.

    L-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri se tkun monitorata kontinwament mill-grupp ta’ esperti eżistenti ta’ ECRIS. Dan il-grupp se jaġixxi wkoll bħala forum għall-iskambju tal-aħjar prattiċi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali fil-livell tal-UE inkluż informazzjoni dwar TCN.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Artikolu 1

    Il-Punt 1:

    Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas ġie estiż bil-ħsieb li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ TCN. L-iskop tal-istrument issa jinkludi l-obbligu tal-Istat Membru tal-kundanna li jaħżen l-informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq TCN, inkluż il-marki tas-swaba’.

    Il-Punt 2:

    Id-definizzjoni ta’ "Stat Membru tal-kundanna" fl-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni Qafas ġiet trasferita fl-Artikolu fid-definizzjonijiet, Artikolu 2. Din id-definizzjoni issa tkopri kundanni, irrispettivament minn jekk ingħatawx lil ċitadin ta’ Stat Membru ieħor jew TCN.

    Żdiedet definizzjoni ta’ ‘ċittadin ta’ pajjiż terz’ biex jiġi ċċarat li dan il-grupp ta’ persuni jinkludi persuni bla ċittadinanza u persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom m’hix magħrufa.

    Il-Punt 3:

    Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Qafas preżenti hu emendat biex jiżgura li l-obbligu tal-Istati Membri li jżidu ċ-ċittadinanza (jew ċittadinanzi) ta’ persuna kkundannata fir-rekords kriminali issa japplika wkoll għaċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi ta’ TCN. L-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza hi indispensabbli għall-awtoritajiet ċentrali biex isiru jafu liema Stat Membru għandu informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata.

    Il-Punt 4:

    L-Artikolu 4a l-ġdid jistabbilixxi l-obbligi segwenti ta' Stat Membru fir-rigward ta’ kundanni ta’ TCN li jingħataw fit-territorju tiegħu: obbligu li jaħżen l-informazzjoni ta’ rekords kriminali; l-obbligu li jiddistribwixxi lill-Istati Membri l-oħra index-filter anonimizzat bl-informazzjoni tal-identità ta’ TCN ikkundannat fit-territorju tiegħu għall-iskop li jiġu identifikati l-Istati Membri li għandhom informazzjoni dwar ir-rekord kriminali dwar TCN; u l-obbligu li jaġġorna l-index-filter b’kull tħassir jew alterazzjoni tad-data miżmuma fih. Stat Membru jkun konformi mal-obbligu tal-ħżin anke jekk l-informazzjoni tinħażen f’bażi ta' data oħra li mhix id-database tar-rekords kriminali, sakemm l-awtorità ċentrali jkollha aċċess għall-bażi ta' data fejn hemm maħżuna l-informazzjoni.

    Finalment, l-Artikolu jistipula li dan japplika irrispettivament minn jekk il-persuna għandux ċittadinanza tal-UE wkoll, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tinstab irrispettivament minn jekk iċ-ċittadinanza addizzjonali hijiex magħrufa jew le; li r-rekord kriminali tiegħu/tagħha u l-index-filter ikun fihom l-informazzjoni maħżuna fil-kwalità tiegħu/tagħha bħala ċittadin ta’ Stat Membru.

    Il-Punt 5:

    Id-dritt korrispondenti tal-Istati Membri li jirċievu l-index-filter hu stipulat, jiġifieri id-dritt li jfittxuh.

    Il-Punt 6:

    Dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tħassru jekk l-iskadenza tagħhom għaddiet (paragrafu 2 u l-parti introduttorja tal-paragrafu 3), biex l-Artikolu 6 ikun jista' jinqara aħjar.

    Barra dan, l-Artikolu 6(3) ipoġġi obbligu fuq l-Istat Membru biex jissuplimenta estratt ta’ rekord kriminali mitlub minn TCN (ir-rekord tiegħu/tagħha stess), b’informazzjoni minn Sati Membri oħra bl-istess mod li jsir għal ċittadini tal-UE.

    Il-Punt 7:

    Skont il-paragrafu 4a imdaħħal ġdid tal-Artikolu 7, talba għal informazzjoni dwar TCN tkun trattata bl-istess mod bħal talba għal informazzjoni dwar ċittadini tal-UE; paragrafi 1 u 4a jinftiehemu bl-istess mod. Għalhekk, l-awtorità ċentrali trid tibgħat informazzjoni fuq kundanna mogħtija fl-Istat Membru tagħha kontra t-TCN flimkien ma’ kundanni mogħtija f’pajjiżi terzi li ddaħħlu fir-rekords kriminali tagħha.

    Konsegwentement, ir-referenza għal TCN fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Qafas tħassret.

    Il-Punt 8:

    Ir-referenzi għad-data personali huma estiżi għad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar TCN.

    Il-Punt 9:

    L-Artikolu 11(3) jinkludi referenza espliċita għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u għall-format standardizzat. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(3) ġiet żejda minħabba li l-iskadenza għaddiet u għalhekk tneħħiet.

    L-Artikolu 11(5) jistabbilixxi l-obbligi tekniċi tal-Istati Membri fir-rigward tal-kompiti li jridu jintlaħqu bid-Direttiva. Dan jikkonċerna kemm is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni preżenti u s-sistema l-ġdida ‘hit’/’no hit’ ibbażata fuq index-filter anonimizzat. L-arranġamenti tekniċi u amministrattivi biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni se jkunu stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni.

    L-Artikolu 11(4) jirregola t-trażmissjoni ta’ informazzjoni jekk l-ECRIS ma tkunx disponibbli; dan jgħaqqad il-paragrafi 5 u 3 preżenti tal-Artikolu 11. Il-kontenut tal-Artikolu 11(4) issa jista’ jinstab fl-Artikolu 11b (atti ta’ implimentazzjoni).

    L-Artikolu 11(5) jieħu post l-Artikolu 11(5) preżenti u jitlob biex l-Istati Membri biex fil-futur meta jkunu jistgħu jużaw ECRIS u l-index-filter il-ġdid, jinnotifikaw lill-Kummissjoni minflok lill-Kunsill.

    L-Artikolu 11(7) preżenti tħassar u l-obbligu tal-Istati Membri li jagħmlu l-alterazzjonijiet tekniċi neċessarji fi żmien skadenza fissa, issa jinsab fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Direttiva.

    Il-Punt 10:

    L-Artikolu 11a il-ġdid jinkorpora li l-punti ewlenin li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, li stabbilixxiet ECRIS, biex jiġi organizzat aħjar l-iskambju tal-informazzjoni minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri.

    Punti 11 u 12:

    Ġiet introdotta proċedura ta’ komitoloġija biex il-Kummissjoni tingħata l-għodda neċessarja biex timplimenta l-aspetti tekniċi tal-iskambju ta’ informazzjoni sabiex tkun tista’ taħdem fil-prattika. Il-proċedura magħżula hi l-proċedura ta’ eżami. Din se tintuża b’mod partikolari biex jittieħdu miżuri ta’ implimentazzjoni li jirelataw mal-format standardizzat li bħalissa hu stabbilit f’Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI.

    Il-Punt 13:

    L-Artikolu 13a il-ġdid jirrigwarda l-obbligi tal-Kunsill li jirraporta u jirrevedi.

    Ir-rekwiżit preżenti ta’ rapportar tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI, jiġifieri r-rapport regolari dwar l-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ ECRIS, hu inkorporat fid-Deċiżjoni Qafas (Artikolu 13a(4)).

    L-Artikolu 2:

    Din id-dispożizzjoni tieħu post id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI. Il-kontenut ta’ din tal-aħħar ġie fil-biċċċa l-kbira inkorporat fid-Deċiżjoni Qafas u se jkomplu jiġu inklużi f’miżuri ta’ implimentazzjoni skont Artikolu 11b.

    L-Artikolu 3:

    Perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ 12-il xahar jidher li hu adegwat billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jibnu fuq teknoloġija eżistenti u fuq rekords kriminali li jiffunzjonaw fl-Istati Membri.

    L-Artikolu 4 u 5:

    Dawn l-Artikoli jirregolaw id-dħul fis-seħħ uid-destinatarji tad-Direttiva (l-Istati Membri).

    2016/0002 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(d) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-għan li tipprovdi liċ-ċittadini tagħha żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fiha jkun assigurat il-moviment liberu tal-persuni flimkien ma’ miżuri xierqa fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità.

    (2)Dan l-objettiv jirrikjedi li jkun possibbli li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tkun ikkunsidrata barra l-Istat Membru tal-kundanna, kemm waqt proċedimenti kriminali ġodda, kif stabbilit fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI 19 , kif ukoll biex jiġu prevenuti reati ġodda.

    (3)Dan l-objettiv jippresupponi l-iskambju ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Tali skambju ta’ informazzjoni hu organizzat u ffaċilitat bir-regoli stabbiliti bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI 20 u bis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) li ġiet stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009.316/ĠAI 21 .

    (4)Madankollu, dan il-qafas legali tal-ECRIS ma jkoprix b’mod suffiċjenti l-partikolaritajiet tat-talbiet li jirrigwardaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għalkemm issa hu possibbli li tiġi skambjata informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi permezz tal-ECRIS, m’hemm l-ebda proċedura jew mekkaniżmu mħaddem biex dan isir b’mod effiċjenti.

    (5)L-informazzjoni fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma tinġabarx fl-Unjoni fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza bħalma jsir għal ċittadini ta’ Stati Membri, iżda tinħażen biss fl-Istati Membri fejn ikunu ngħataw il-kundanni. Għalhekk, ħarsa ġenerali kompluta lejn l-istorja kriminali ta’ inividwu partikolari tista’ tkun aċċertata jekk l-informazzjoni tkun mitluba mill-Istati Membri kollha.

    (6)Tali talbiet ġenerali jimponu piż amministrattiv fuq l-Istati Membri kollha, inkluż fuq dawk li ma jkollhomx informazzjoni fuq iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz partikolari. Fil-prattika, dan l-effett negattiv jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jitolbu informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jwassal lill-Istati Membri biex jillimitaw l-informazzjoni ta’ rekords kriminali fuq informazzjoni maħżuna fir-reġistru nazzjonali tagħhom.

    (7)L-iskambju ta’ informazzjoni fuq kundanni kriminali hu importanti f’kull strateġija għall-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. Dan jikkontribwixxi biex il-ġustizzja kriminali twieġeb għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jekk l-Istati Membri jużaw ECRIS bil-potenzjal kollu tagħha.

    (8)L-attakki terroristiċi reċenti wrew b’mod partikolari l-urġenza li jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, l-aktar fir-rigward tal-estensjoni ta’ ECRIS għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

    (9)Minħabba f'hekk, għandha tkun stabbilita sistema li biha l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru ssib malajr u b’mod effiċjenti f’liema Stat Membru ieħor hemm maħżuna informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta' pajjiż terz biex imbagħad ikun jista’ jintuża l-qafas eżistenti tal-ECRIS.

    (10)L-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandha tinkludi wkoll il-marki tas-swaba’ biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni. Dan l-obbligu jinkludi il-ħżin ta’ informazzjoni, inkluż il-marki tas-swaba’, li jiġu mwieġba talbiet għal informazzjoni minn awtoritajiet ċentrali oħra, li jiġi żgurat li l-estratt ta’ rekord kriminali mitlub minn ċittadin ta’ pajjiż terz hu supplimentat kif xieraq b’informazzjoni minn Stati Membri oħra u biex isiru l-bidliet tekniċi biex jiġu applikati t-teknoloġiji tal-ogħla livell neċessarji biex tkun tista’ taħdem is-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni.

    (11)Biex jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ Stat Membru wieħed fejn hemm maħżuna informazzjoni dwar ċittadin ta’ pajjiż terz partikolari, it-teknoloġija tal-informatika deċentralizzata għandha tippermetti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri biex isibu f’liema Stat Membru ieħor hemm maħżuna informazzjoni ta’ rekords kriminali. Għal dan il-għan, kull awtorità ċentrali għandha tiddistribwixxi index-filter lill-Istati Membri l-oħra, li jinkludi d-data ta’ identifikazzjoni, f’forma anonimizzata, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. Id-data personali għandha ssir anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx identifikabbli. Imbagħad, l-Istat Membru li jirċievi din id-data jista’ jqabbel din id-data mal-informazzjoni tiegħu fuq bażi ta’ ‘hit’/’no hit’, u b’hekk isib jekk informazzjoni ta’ rekords kriminali hijiex disponibbli fi Stati Membri oħra u f’każ ta’ ‘hit’, f’liema Stati Membri. L-Istat Membru riċeventi għandu mbagħad isegwi ‘hit’ billi juża l-qafas tal-ECRIS. Rigward iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom ċittadinanza ta’ Stat Membru wkoll, l-informazzjoni inkluża fl-indiċi għandha tkun limitata għal informazzjoni disponibbli bħal fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri.

    (12)Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI 22 għandha tapplika fil-kuntest ta’ skambju ta’ informazzjoni permezz tal-kompjuter estratta minn rekords kriminali ta’ Stati Membri, li tipprovdi għal livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data meta l-informazzjoni hi skambjata bejn l-Istati Membri, waqt li tippermetti li l-Istati Membri jitolbu standards ta’ protezzjoni ogħla għall-ipproċessar ta’ data nazzjonali.

    (13)L-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni użata għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali għandha tkun is-Servizzi Trans-Ewropej sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (sTESTA) jew xi żvilupp ieħor ta’ din jew xi netwerk sigur alternattiv.

    (14)Minkejja l-possibilità li jintużaw il-programmi finanzjarji tal-Unjoni skont ir-regoli applikabbli, kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi ta' data ta’ rekords kriminali tiegħu u mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni ta’ alterazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex ikun jista juża ECRIS.

    (15)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, l-prinċipju tal-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi u l-projbizzjoni ġenerali tad-diskriminazzjoni. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u prinċipji.

    (16)Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, li tippermetti l-iskambju rapidu u effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ pjuttost jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, permezz tas-sinerġija u l-interoperabilità neċessarja, billi l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

    (17)Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, il-prinċipji tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI għandhom ikunu inkorporati fid-Deċiżjoni Qafas, u l-poteri tal-implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont Regolament (UE) Nru. 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 23 .

    (18)F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (19)F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla preġudizzju għal Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

    [jew]

    F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    (20)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 u ta opinjoni fi ... 25 .

    (21)Id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI għaldaqstant għandha tiġi emendata,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI hi emendata kif ġej:

    (1)L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    "Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni Qafas

    (a)    tiddefinixxi l-modi li bihom Stat Membru tal-kundanna jiskambja informazzjoni dwar kundanni ma’ Stati Membri oħra;

    (b)    tiddefinixxi l-obbligi tal-ħżin għall-Istat Membru tal-kundanna u tispeċifika l-metodi li jridu jiġu segwiti meta tiġi mwieġba talba għal informazzjoni estratta mnn rekords kriminali;

    (c)    tistabbilixxi sistema deċentralizzata bit-teknoloġija tal-informatika għall-iskambju ta’ informazzjoni ta’ kundanni bbażata fuq il-bażijiet ta' data ta’ rekords kriminali f’kull Stat Membru, ‘is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS).’;

    (2)fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    "(d)‘Stat Membru tal-kundanna’ tfisser l-Istat Membru fejn tkun ingħatat kundanna;

    (e)‘ċittadin ta’ pajjiż terz’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż ieħor li mhux Stat Membru, jew persuna bla ċittadinanza, jew persuna li ċ-ċittadinanza tiegħu mhix magħrufa għall-Istat Membru fejn tkun ingħatat kundanna kontra l-persuna.”;

    (3)fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    "1.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li meta jingħataw kundanni fi ħdan it-territorju tiegħu dawn jidħlu fir-rekords kriminali tiegħu, l-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza jew ċittadinanzi tal-persuni kkundannati hi inkluża jekk il-persuna tkun ċittadin ta’ Stat Membru ieħor jew ċittadin ta’ pajjiż terz.”;

    (4)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 4 a

    Obbligi tal-Istat Membru tal-kundanna fir-rigward ta’ kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

    1. L-Istat Membru fejn tingħata kundanna kontra ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jaħżen l-informazzjoni segwenti, sakemm, f’każijiet eċċezzjonali, dan ma jkunx possibbli:

    (a)informazzjoni dwar il-persuna kkundannata (isem sħiħ, data tat-twelid, post tat-twelid (belt u pajjiż), sess, nazzjonalità u jekk applikabbli – isem/ismijiet preċedenti;

    (b)informazzjoni dwar in-natura tal-kundanna (data tal-kundanna, isem tal-qorti, data li fiha d-deċiżjoni saret finali);

    (c)informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għal kundanna (data tar-reat sottostanti għall-kundanna u l-isem jew klassifikazzjoni legali tar-reat kif ukoll referenza għad-dispożizzjonijiet legali applikabbli);

    (d)informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna, (b'mod partikolari s-sentenza kif ukoll kwalunkwe piena supplimentari, miżuri ta' sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti li jimmodifikaw l-eżekuzzjoni tas-sentenza);

    (e)l-ismijiet tal-ġenituri tal-persuna kkundannata;

    (f)in-numru ta' referenza tal-kundanna;

    (g)il-post tar-reat;

    (h)jekk applikabbli, l-iskwalifiki li jirriżultaw mill-kundanna;

    (i)in-numru tal-identità tal-persuna kkundannata, jew it-tip jew in-numru tad-dokument ta’ identifikazzjoni tal-persuna;

    (j)il-marki tas-swaba' tal-persuna;

    (k)jekk applikabbli, psewdonimu u/jew isem/ismijiet xort'oħra.

    2. L-awtorità ċentrali għandha toħloq index-filter li jkun fih informazzjoni anonimizzata tat-tipi msemmija fil-punti (a), (e), (i), (j) u (k) tal-paragrafu 1 rigward iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkundannati fl-Istat Membru tagħha. L-awtorità ċentrali għandha tibgħat dan l-index-filter u l-aġġornamenti li jsiru fih, lill-Istati Membri kollha.

    3.Kull alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha immedjatament tinkludi l-istess alterazzjoni jew tħassir tal-informazzjoni maħżuna skont il-paragrafu 1 u li tinsab fl-index-filter skont il-paragrafu 2 mill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna.

    4.Il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 japplikaw fir-rigward tal-index-filter u jirrigwardaw ukoll ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru, sal-punt li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (e), (i), (j) u (k) tal-paragrafu 1 hi maħżuna mill-awtorità ċentrali fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri.

    5.Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-kundanni mogħtija wara [12-il xahar wara l-adozzjoni].

    Il-paragrafu 2 għandu japplika għal informazzjoni diġà inkluża fir-rekord kriminali fi [12-il xahar wara l-adozzjoni] u għall-informazzjoni dwar kundanni mogħtija wara [12-il xahar wara l-adozzjoni].";

    (5)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 4b

    Użu tal-index-filters

    1.Għall-iskop biex jiġu identifikati dawk l-Istati Membri li għandhom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri jistgħu jfittxu l-index-filters trażmessi skont l-Artikolu 4a biex iqabblu kull infomazzjoni f’dawn l-index-filters mal-informazzjoni tagħhom stess tat-tip imsemmija fl-Artikolu 4a(2). L-index-filters m’għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra barra dawk imsemmija fl-Artikolu 6.

    2.Dan l-Artikolu japplika wkoll fir-rigward ta' ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu wkoll ċittadinanza ta’ Stat Membru.”;

    (6)L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 2 jitħassar;

    (b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "3.Kull darba li ċittadin ta’ Stat Membru jitlob lill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru barra mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna, informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu stess, dik l-awtorità ċentrali għandha, bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata hi jew kien resident jew ċittadin tal-Istat Membru rikjedenti jew rikjest, tissottometti talba lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal informazzjoni u data relatata biex tkun estratta mir-rekords kriminali biex tkun tista’ tinkludi tali informazzjoni u data relatata fl-estratt li se jiġi provdut lill-persuna kkonċernata.

    Meta ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jkollux iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru jitlob lill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu, dik l-awtorità ċentrali għandha tibgħat talba biss lil dawk l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri li jkollhom informazzjoni dwar ir-rekord kriminali ta’ din il-persuna għal informazzjoni u data relatata biex tkun estratta mir-rekord kriminali ħalli tkun tista’ tinkludi tali informazzjoni u data relatata fl-estratt li se jiġi provdut lill-persuna kkonċernata.”;

    (7)fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

    "4.Meta informazzjoni estratta mir-rekords kriminali dwar kundanni mogħtija kontra ċittadin ta’ Stat Membru tintalab mill-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru barra mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna skont Artikolu 6, l-Istat Membru rikjest għandu jibgħat l-informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istat Membru rikjest bl-istess mod kif stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali.

    4a.Meta informazzjoni estratta mir-rekords kriminali dwar kundanni mogħtija lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi tintalab skont Artikolu 6 għall-iskopijiet ta’ proċedimenti kriminali, l-Istat Membru rikjest għandu jibgħat informazzjoni dwar kull kundanna mogħtija fl-Istat Membru rikjest u fuq kull kundanna mogħtija f’pajjiżi terzi u sussegwentement mibgħuta lilu u mdaħħla fir-rekords kriminali lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjedenti.

    Għaldaqstant, jekk tali informazzjoni tintalab għal kwalunkwe skop għajr dak ta’ proċedimenti kriminali, għandu japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;

    (8)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)fil-paragrafu 1, il-frażi “Artikolu 7(1) u (4)” tiġi sostitwita b’”Artikolu 7(1), (4) u (4a)”;

    (b)fil-paragrafu 2, il-frażi “Artikolu 7(2) u (4)” tiġi sostitwita b’”Artikolu 7(2), (4) u (4a)”;

    (c)fil-paragrafu 3, il-frażi “Artikolu 7(1), (2) u (4)” tiġi sostitwita b’”Artikolu 7(1), (2), (4) u (4a)”;

    (9)fl-Artikolu 11, il-paragrafi 3 sa 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    "3.L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, l-index-filter imsemmi fl-Artikolu 4a, it-talbiet imsemmija fl-Artikolu 6, it-tweġibiet imsemmija fl-Artikolu 7 u informazzjoni rilevanti oħra b’mod elettroniku bl-użu ta’ ECRIS u format standardizzat skont l-istandards stabbiliti fl-atti li jimplimentaw.

    4.Jekk il-mod tat-trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 3 mhux disponibbli u sakemm jibqa’ mhux disponibbli, l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3, bl-eċċezzjoni tal-index-filter imsemmi f’Arikolu 4a, bi kwalunkwe mezz li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru riċeventi biex tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha.

    5. Kull Stat Membru għandu jagħmel l-alterazzjonijiet tekniċi neċessarji biex ikun jista’ juża il-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 3 u l-index-filter imsemmi fl-Artikoli 4a u 4b u biex jitrażmetti l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 b’mod elettroniku lil Stati Membri oħra permezz ta’ ECRIS. Dan għandu jinnotifika lill-Kummisjoni bid-data minn meta hu jkun jista’ jagħmel tali trażmissjonijiet u juża l-index-filter imsemmi fl-Artikoli 4a u 4b.”;

    (10)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 11a

    Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS)

    1.Biex tiġi skambjata informazzjoni estratta minn rekords kriminali skont din id-Deċiżjoni Qafas b’mod elettroniku, qed tiġi stabbilita sistema deċentralizzata bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika bbażata fuq id-databases ta’ rekords kriminali f’kull Stat Membru, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS). Hija tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

    (a)softwer ta’ interkonnessjoni mibni f’konformità ma’ sett ta’ protokolli komuni li jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-bażijiet ta' data ta’ rekords kriminali tal-Istati Membri;

    (b)softwer index-filter mibni f’konformità ma’ sett ta’ protokolli komuni li jippermetti lill-awtoritajiet ċentrali biex iqabblu d-data tagħhom skont Artikoli 4a u 4b ma’ dik ta’ awtoritajiet ċentrali oħra waqt li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tad-data personali;

    (c)infrastruttura għal komunikazzjoni komuni bejn l-awtoritajiet ċentrali li tipprovdi netwerk kriptat.

    L-ECRIS għandha tiżgura l-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni ta’ rekords kriminali trażmessi lil Stati Membri oħra.

    2.Id-data kollha dwar ir-rekords kriminali għandha tnħażen biss f’bażijiet ta' data imħaddma mill-Istati Membri.

    3.L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri m’għandhomx ikollhom aċċess onlajn dirett għal bażijiet ta' data ta’ rekords kriminali ta’ Stati Membri oħra.

    4.Is-softwer u l-bażijiet ta' data li jaħżnu, jibagħtu u jirċievu informazzjoni estratta minn rekords kriminali għandhom joperaw taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru kkonċernat.

    5.L-infrastruttura għal komunikazzjoni komuni għandha topera taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Din għandha tilħaq ir-rekwiżiti ta’ sigurtà neċessarji u tilħaq b’mod sħiħ il-ħtiġijiet tal-ECRIS.

    6.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-softwer imsemmi fil-paragrafu 1, sapport ġenerali u assistenza teknika, inkluż il-ġbir u t-tfassil tal-istatistika.

    7.Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-bażi ta' data ta’ rekords kriminali tiegħu u s-softwer imsemmi fil-paragrafu 1.

    Il-Kummissjoni għandha tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni, l-użu, l-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni komuni ta’ ECRIS, flimkien mal-implimentazzjoni u l-iżvilupp futur ta’ softwer ta’ interkonnessjoni u s-softwer imsemmi fil-paragrafu 1.”;

    (11)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 11b

    Atti ta' implimentazzjoni

    1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-atti ta’ implimentazzjoni segwenti:

    (a)il-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 11(3), inkluż fir-rigward ta’ informazzjoni dwar ir-reat li jwassal għal kundanna u informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna;

    (b)ir-regoli li jirrigwardaw l-implimentazzjoni teknika tal-ECRIS, l-index-filter imsemmi fl-Artikoli 4a u 4b u l-iskambju ta’ marki tas-swaba’;

    (c)kull mezz ieħor biex jiġu organizzati u ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni dwar kundanni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri, inkluż:

    (i)il-mezz biex jiġi ffaċilitat il-fehim u t-traduzzjoni awtomatika ta’ informazzjoni trażmessa;

    (ii)il-mezz li bih informazzjoni tista’ tiġi skambjata b’mod elettroniku, b’mod partikolari fir-rigward ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi li jridu jintużaw u jekk ikun hemm bżonn kull proċedura ta’ skambju applikabbli.

    2.L-atti ta’ implimentazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 12a(2).”;

    (12)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 12 a

    Proċedura tal-Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .

    2.Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.";

    (13)jiddaħħal l-artikolu segwenti:

    "Artikolu 13 a

    Rapportar mill-Kummissjoni u rieżami

    1. Sa [24 xahar wara l-implimentazzjoni], il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż l-implimentazzjoni teknika.

    2.Ir-rapport għandu jinkludi, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi rilevanti.

    3.Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippublikaw b’mod regolari rapport dwar l-iskambju, permezz ta’ ECRIS, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali bbażat b’mod partikolari fuq l-istatistika msemmija fl-Artikolu 11a(6). Dan ir-rapport għandu jkun ippublikat għall-ewwel darba sena wara li jkun sottomess ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.”.

    Artikolu 2

    Sostituzzjoni ta’ Deċiżjoni 2009/316/ĠAI

    Id-Deċiżjoni 2009/316/ĠAI qed tiġi sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, bla preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data tal-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali.

    Artikolu 3

    Traspożizzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12-il xahar wara l-adozzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    3.L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-alterazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 11(5) sa [12-il xahar wara l-adozzjoni].

    Artikolu 4

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 2 għandu japplika minn [id-data għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]

    Artikolu 5

    L-indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

    1.4.Għan(ijiet)

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

    1.7.Metodu/metodi ta’ ġestjoni ppjanat(i)

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

    Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 27  

    Qasam politiku        33    Ġustizzja u Konsumaturi

    Attività ABB    33 03    Ġustizzja

    1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

    Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida 

    Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 28  

    ✓ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estenzjoni ta' azzjoni eżistenti 

    Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

    1.4.Għan(ijiet)

    1.4.1.Għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

       Li ttejjeb il-funzjonament ta’ qasam komuni ta’ sigurtà u ġustizzja billi ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni f’materji kriminali fir-rigward ta’ TCN.

       Li tnaqqas il-kriminalità u trawwem il-prvenzjoni tal-kriminalità (anki fir-rigward tat-terroriżmu).

       Li tassigura t-trattament indaqs tat-TCN u taċ-ċittadini tal-UE fir-rigward ta’ skambju effiċjent ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali.

    1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/iċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernati

    Għan speċifiku

       Li żżid l-iskambji ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali fir-rigward ta’ TCN permezz ta’ ECRIS.

    Attività/ajiet konċernata/i ABM/ABB

    Attività N° 33 03

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

    Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Din l-inizjattiva mistennija tipprovdi mekkaniżmu komuni li jimmira lejn skambju ta’ informazzjoni standardizzat, rapidu, koordinat u effiċjenti bejn l-Istati Membri. Dan l-objettiv li jkun hemm mekkaniżmu komuni għall-iskambju ta’ kundanni kriminali ma jistax jinkiseb bl-Istati Membri waħedhom iżda jeħtieġ azzjoni kollettiva mill-Istati Membri kollha. Wieħed ma jistax jistenna li azzjoni mhux koordinata fil-livell ta’ Stat Membru tipproduċi effetti suffiċjenti ta’ skala li jegħlbu n-nuqqasijiet tal-użu preżenti tas-sistema.

    1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Kejl tal-livell ta’ skambji ta’ rekords kriminali ta’ TCN kif imqabbla mal-għadd ta’ kundanni għal TCN u TCN ikkundannati.

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

    Implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu tekniku li se jżid l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali permezz ta’ ECRIS fir-rigward ta’ TCN.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Din l-inizjattiva mistennija tipprovdi mekkaniżmu komuni li jimmira lejn skambju ta’ informazzjoni standardizzat, rapidu, koordinat u effiċjenti bejn l-Istati Membri jeħtieġ azzjoni konkreta. Dan l-objettiv ma jistax jinkiseb bl-Istati Membri waħedhom iżda jeħtieġ azzjoni kollettiva mill-Istati Membri kollha. Wieħed ma jistax jistenna li azzjoni mhux koordinata fil-livell ta’ Stat Membru tipproduċi effetti suffiċjenti ta’ skala li jegħlbu n-nuqqasijiet tal-użu preżenti tas-sistema.

    1.5.3.Tagħlim miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    L-ECRIS kienet stabbilita b’suċċess fi żmien xieraq f’April 2012. L-intenzjoni hi li jiġu applikati l-aħjar prattiċi.

    1.5.4.Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

    Ara l-paragrafi hawn fuq "Konsistenza ma’ politiki eżistenti u politiki oħrajn tal-Unjoni". It-titijib tal-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali permezz ta’ ECRIS ma jistax jiġi sostitwit b’xi strumenti oħrajn tal-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fl-aġenda (bħal pereżempju SIS II, Prüm u Eurodac) billi dawn huma maħsuba biex iservu skopijiet differenti.

    1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju

    ◻ Proposta/inizjattiva ta' dewmien limitat

       Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

    ✓ Proposta/inizjattiva ta' dewmien illimitat

    Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2017 sal-2018,

    u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

    1.7.Metodu/metodi ta’ ġestjoni ppjanat(i) 29  

    Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    ✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

    Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

    ◻ Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja jitħallef f'idejn:

    ◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li huma nnominaw;

    ◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    ◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

    ◻ korpi li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

    ◻ korpi tad-dritt pubbliku;

    ◻ korpi rregolati mid-dritt privat b'missjoni tas-servizz pubbliku li tkun li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

    ◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    -

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Il-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-programmm hu ppjanat f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u l-proċeduri amministrattivi tal-Kummissjoni. Il-monitoraġġ se jinkludi r-rapportar annwali lill-kumitat ta’ ġestjoni dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati.

    2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

    Se jkun stabbilit proċess ta’ mmaniġġjar tar-riskju kontinwu, taħt l-Awtorità maniġerjali tal-Programm.

    2.2.2.Tagħrif li jikkonċerna l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern

    Metodi ta’ kontroll eżistenti applikati mill-Kummissjoni jkopru approprjazzjonijiet taħt il-Programm.

    2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

    Huwa previst għadd kbir ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll amministrattivi u finanzjarji. Il-Programm se jkun implimentat permezz ta’ għoti ta’ kuntratt skont ir-regoli u l-proċeduri fir-Regolament Finanzjarju.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri eżistenti jew ippjanati ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni.

    Ir-regoli u l-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratt japplikaw tul il-proċess; dawn jinkludu:

    – Twaqqif tal-programm ta’ ħidma, bla ħsara għall-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni, b'mumenti importanti (milestones) għar-rilaxx ta’ fondi biex tiġi żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisbiet u l-ispejjeż;

    – Abbozzar xieraq ta’ speċifikazzjonijiet tat-tender biex tiġi żgurata l-kontrollabbiltà tal-kisba tar-riżultati meħtieġa u tal-ispejjeż imġarrba;

    – Analiżi kwalitattiva u finanzjarja tal-offerti;

    – Involviment ta' dipartimenti oħra tal-Kummissjoni matul il-proċess;

    – Verifika tar-riżultati u eżaminazzjoni tal-fatturi qabel il-pagament, f’diversi livelli; u

    – Awditjar intern.

    3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

    Il-linji baġitarji eżistenti

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-QFP

    Linja baġitarja

    Tip ta’nfiq

    Kontribuzzjoni

    Numru

    Diff./Mhux diff 30 .

    minn pajjiżi tal-EFTA 31

    minn pajjiżi kandidati 32

    minn pajjiżi terzi

    fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    3

     33 03 02

    Iffaċilitar u appoġġ għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali

    Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    5

     33 01 01

    Tip ta' nefqa relatata mal-uffiċjali u l-persunal temporanju fil-qasam ta’ politika tal-Ġustizzja u l-Konsumaturi

    Mhux Diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    3

    Sigurtà u Ċittadinanza

    DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    2017 33

    2018

    2019

    2020

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operattivi

    Numru tal-linja baġitarja: 33 03 02 34  

    Impenji

    (1)

    3,247

    3,381

    1,602

    1,602

    10,232

    Pagamenti

    (2)

    1,624

    3,314

    3,942

    1,802

    10,681

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 35  

    Numru tal-linja baġitarja:

    (3)

    TOTAL tal-approprazzjonijiet
    għad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    Impenji

    =1+3

    3,247

    3,381

    1,602

    1,602

    10,232

    Pagamenti

    =2+3

    1,624

    3,314

    3,942

    1,802

    10,681






    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

    Impenji

    (4)

    3,247

    3,381

    1,602

    1,602

    10,232

    Pagamenti

    (5)

    1,624

    3,314

    3,942

    1,802

    10,681

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

    (6)

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    TOTAL tal-approprazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURA 3
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    =4+ 6

    3,247

    3,381

    1,602

    1,602

    10,232

    Pagamenti

    =5+ 6

    1,624

    3,314

    3,942

    1,802

    10,681

    Jekk iktar minn intestatura waħda tkun affettwata mill-proposta/inizjattiva:

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

    (6)

    TOTAL tal-approprazzjonijiet
    skont l-INTESTATURI 1 sa 4
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    (Ammont ta' referenza)

    Impenji

    =4+ 6

    Pagamenti

    =5+ 6





    Intestatura tal-qafas finanzjarju
    pluriennali

    5

    "Nefqa amministrattiva"

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    2017

    2018

    2019

    2020

    TOTAL

    DĠ: Ġustizzja u Konsumaturi

    Riżorsi umani

    0,198

    0,198

    0,066

    0,066

    0,528

    Infiq amministrattiv ieħor

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    0,000

    L-AMMONT TOTALI DĠ tal-Ġustizzja u Konsumaturi

    Approprjazzjonijiet

    0,198

    0,198

    0,066

    0,066

    0,528

    TOTAL tal-approprazzjonijiet
    taħt l-INTESTATURA 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    (Impenji totali = Pagamenti totali)

    0,198

    0,198

    0,066

    0,066

    0,528

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    2017 36

    2018

    2019

    2020

    TOTAL

    TOTAL tal-approprazzjonijiet
    skont l-INTESTATURI 1 sa 5
    tal-qafas finanzjarju pluriennali
     

    Impenji

    3,445

    3,579

    2,068

    1,668

    10,760

    Pagamenti

    1,822

    3,512

    4,008

    1,868

    11,209

    3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

       Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

       Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika objettivi u prestazzjonijiet

    2017

    2018

    2019

    2020

    TOTAL

    RIŻULTATI

    Tip 37

    Kost medju

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Le

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU skont il-paragrafu 1.4.2

    - Li jiżdiedu l-iskambji tal-ECRIS fir-rigward tat-TCN

    3,247

    3,381

    2,002

    1,602

    10,232

    Sottototal għal objettiv speċifiku

    3,247

    3,381

    2,002

    1,602

    10,232

    KOST TOTALI

    3,247

    3,381

    2,002

    1,602

    10,232

    3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.Sommarju

       Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    2017 38

    2018

    2019

    2020

    TOTAL

    INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0,198

    0,198

    0,066

    0,066

    0,528

    Infiq amministrattiv ieħor

    Sottototal għall-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Barra mill-INTESTATURA 5 39 tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Infiq ieħorta’ natura amministrattiva

    Sottototalbarra mill-INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    0,198

    0,198

    0,066

    0,066

    0,528

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

    3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

       Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

    2017

    2018

    2019

    2020

    •Karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

    XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) - AD

    1.5

    1.5

    0.5

    0.5

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

    10 01 05 01 (Riċerka diretta)

     Persunal estern (f'unità Ekwivalenti ta' ingaġġ Full Time: EFT) 40

    XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“finanzjament globali”)

    XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 04 yy  41

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika liema)

    TOTAL

    1.5

    1.5

    0.5

    0.5

    XX huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Il-postijiet tal-AD jkopru l-ġestjoni tal-Programm: elaborazzjoni tax-xogħol

    Il-programm, il-ġestjoni tal-baġit, il-ġestjoni tas-sejħiet pubbliċi għal offerta/i

    assoċjat mal-eżekuzzjoni tal-Programm, il-ġestjoni tal-kuntratt

    assoċjat mal-eżekuzzjoni tal-Programm, segwitu ta’ proġetti, kuntatt ma’

    Servizzi tal-Kummissjoni u esperti tal-Istati Membri, organizzazzjoni tal-laqgħat, workshops u konferenzi tal-esperti.

    Persunal estern

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

       Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

       Il-proposta/inizjattiva se teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

       Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega dak li hemm bżonn, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

    ✓ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

    ◻ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għal kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    SenaN

    SenaN+1

    SenaN+2

    SenaN+3

    Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

       Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq id-dħul mixxellanju

    EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

    L-intestatura tad-dħul baġitarju:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

    Impatt tal-proposta/inizjattiva 42

    SenaN

    SenaN+1

    SenaN+2

    SenaN+3

    Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għall-introjtu mixxellanju “assenjat”, speċifika liema linji baġitarji tal-infiq ġew affettwati.

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq l-introjtu.

    (1) Id-Dikjarazzjoni ta’ Riga tal-Ministri Ewropej tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tad-29 ta’ Jannar 2015, dok 5855/15.
    (2) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar it-tisħiħ tar-reazzjoni għall-ġustizzja kriminali għar-radikalizzazzjoni li twassal għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, l-20 ta’ Novembru 2015 dok 14419/15.
    (3) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tal-20 ta’ Novembru 2015, dok 14406/15.
    (4) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Diċembru 2015, dok EUCO 28/15.
    (5) "L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà" – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ April 2015, COM(2015)185 finali.
    (6) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (Deċiżjoni Qafas), ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33.
    (7) Ikun fihom informazzjoni dwar in-natura tar-reat, il-kundanna u sanzjonijiet relatati jew miżuri oħra.
    (8) Meta jiskambja rekords kriminali permezz tal-ECRIS, Stat Membru jirreferi għal kodiċi kif stabbiliti fit-tabelli tal-reati u s-sanzjonijiet, inkluż il-parametri relatati mal-grad ta’ kompletar u l-livell ta’ parteċipazzjoni u fejn japplika, l-eżistenza ta’ eżenzjoni totali jew parzjali mir-responsabbiltà kriminali.
    (9) Skont id-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI, tweġibiet għal talbiet għall-iskopijiet ta’ proċeduri kriminali, għandhom ikunu trażmessi immedjatament u fi kwalunkwè każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol. Għad-dettalji, ara l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI.
    (10) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32.
    (11) SWD(2015) 111
    (12) Opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) rigward l-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi taħt sistema futura possibbli li tikkumplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali tal-4.12.2015, FRA – 2015/1 – ECRIS.
    (13) Rapport Finali tal-Proġett "Studju ta’ Fattibilità: Twaqqif ta’ Indiċi Ewropew ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi Ikkundannati’ datat 11 ta’ Ġunju 2010 (‘Studju Unisys’).
    (14) Studju dwar il-Valutazzjoni tal-impatt tal-ICT fuq il-proposta leġiżlattiva ta’ sistema ECRIS TCN rigward l-iskambju ta’ kundanni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni bla ċittadinanza (TCN) datat 04 ta’ Diċembru 2015 (‘L-istudju Kurt Salmon’, li jrid jiġi pubblikat)
    (15) FIU.net li jinsab fl-Olanda, hu pjattaforma li tgħaqqad Unitajiet ta’ Intelliġenza Finanzjarja (FIUs) mill-Istati Membri. L-iskop tal-FIUs hu li jidentifikaw u jwaqqfu attivitajiet ta’ finanzjar ta’ terroristi u ħasil ta’ flus.
    (16) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, 8.4.2014, Digital Rights Ireland Ltd , C-293/12, ECLI:UE:C:2014:238.
    (17) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, 6.10.2015, Maximillian Schrems v il-Kummissarju tal-Portezzjoni tad-Data, C-362/14, ECLI:UE:C:2015:650.
    (18) Id-dettalji huma provduti f’Taqsima 3.2.1 tad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva taħt it-tabella tal-approprjazzjoni operazzjonali totali.
    (19) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 32).
    (20) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 23).
    (21) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠA (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 33).
    (22) Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
    (23) Regolament (UE) Nru. 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p.13).
    (24) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p.1).
    (25) ĠU C …
    (26) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). 
    (27) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
    (28) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (29) Dettalji ta' metodi ta' ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jista' jinsab fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
    (30) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (31) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (32) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
    (33) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
    (34) L-ispejjeż tal-Istati Membri għall-estrazzjoni ta’ informazzjoni ta’ identifikazzjoni jistgħu jkunu kkompensati b’fondi tal-UE taħt il-forma ta’ kofinanzjament. Barra dan billi xi Stati Membri għadhom mhux qed jiskambjaw l-informazzjoni permezz tal-ECRIS, xi finanzjament tal-UE jista’ jiġi maħsub biex jaġġornaw is-sistemi nazzjonali tagħhom. Mill-2019 'il quddiem, l-ispejjeż għall-manutenzjoni huma vvalutati li jistabbilizzaw f’0,602 miljun kull sena.
    (35) Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.
    (36) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
    (37) Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).
    (38) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
    (39) L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u l-infiq li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.
    (40) AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal ta' aġenzija; JED= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
    (41) Sublimitu massimu, għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li kienu linji "BA").
    (42) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 % għal kostijiet ta’ ġbir.
    Top