IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 20.12.2016
COM(2016) 812 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
Rapport ta’ sinteżi għall-2016 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm
b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2015
Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020
Rapport ta’ sinteżi għall-2016 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm
b’kopertura tal-implimentazzjoni fl-2014-2015
1.Daħla
Fil-kuntest ta’ sinjali ta’ rkupru ekonomiku, bosta Stati Membri u reġjuni għadhom qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ tkabbir fraġli u ma’ dgħufijiet strutturali. Id-diżugwaljanzi ekonomiċi u soċjali bejn u fl-Istati Membri għadhom hemm filwaqt li l-livell kumplessiv tal-investiment għadu taħt il-livelli ta’ qabel il-kriżi. Il-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) 2014-2020 toffri opportunitajiet sinifikanti biex l-investiment pubbliku u privat jappoġġja t-tkabbir, l-impjiegi u t-trasformazzjoni strutturali.
Sforz ta’ investiment kumplessiv li jiswa EUR 638 biljun bejn l-2014 u l-2020; madwar miljun proġett magħżula li jiswew EUR 58,8 biljun (li diġà żdiedu għal EUR 128,8 biljun sal-ħarifa 2016); 274 000 intrapriża li tirċievi appoġġ; 2,7 miljun ruħ li ngħataw appoġġ biex ifittxu impjieg, taħriġ jew edukazzjoni; u investiment biex tittejjeb il-bijodiversità ta’ 11,1-il miljun ettaru ta’ art agrikola. Dawn huma wħud mir-riżultati preliminari li joħorġu mir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni (RAI) għall-2016 sottomessi mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE fl-ewwel sentejn taċ-ċiklu ta’ programmazzjoni.
F’Diċembru 2015, il-Komunikazzjoni “Ninvestu f’impjiegi u tkabbir - nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” issinteżizzat l-eżiti tan-negozjati mal-Istati Membri kollha dwar il-programmi u l-Ftehimiet ta’ Sħubija. Enfasizzat ukoll il-kontribuzzjoni mistennija tal-ħames Fondi SIE għall-istrateġija ta’ tkabbir tal-UE, għall-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u għall-indirizzar tal-isfidi strutturali u tar-riformi fl-Istati Membri. Il-Fondi SIE jagħtu wkoll kontribuzzjonijiet diretti lill-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni.
Dan ir-rapport huwa l-ewwel wieħed minn sensiela ta’ rapporti annwali lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE. Din l-analiżi tas-sitwazzjoni ssir fil-kuntest ta’ novitajiet kbar introdotti fl-2014 sabiex itejbu l-kwalità tal-infiq, bħall-konċentrazzjoni tematika, rabtiet aktar qawwijin mal-governanza ekonomika, kundizzjonalitajiet ex ante, iffukar fuq ir-riżultati mtejba u mekkaniżmi ta’ kejl tal-prestazzjoni. Din twieġeb għal żewġ rekwiżiti formali: (a) sabiex ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għall-2016 dwar il-533 programm provdut mill-Istati Membri u mir-reġjuni li jkopru l-perjodu 2014-2015 jinġabru fil-qosor u (b) sabiex l-evalwazzjonijiet disponibbli ta’ dawk il-programmi jkunu ssinteżizzati.
Din tiġbor fil-qosor informazzjoni dwar l-għażla tal-proġetti u l-kisbiet tal-indikaturi fil-post u dwar kif qegħdin jinbnew il-mekkaniżmi ta’ eżekuzzjoni mill-Istati Membru u mir-reġjuni. Tikkumplimenta l-analiżi teknika ta’ Mejju 2016 mill-perspettiva tal-baġit tal-UE tal-implimentazzjoni baġitarji tal-Fondi SIE.
It-Taqsima 2 ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni sa tmiem l-2015 u tiddeskrivi l-isforzi sabiex jiġu żviluppati strateġiji u mekkaniżmi sodi biex iwettqu investimenti effettivi. It-Taqsima 3 tippreżenta f’aktar dettall il-progress fl-oqsma tematiċi ewlenin. It-Taqsima 4 tippreżenta ġabra fil-qosor tal-ħidma li tinsab għaddejja sabiex titwettaq evalwazzjoni robusta tal-implimentazzjoni tal-politika.
2.Ħarsa ġenerali tal-isforzi fl-ipprogrammar tal-Fondi SIE u biex jingħata bidu għall-investiment
Matul l-2014 u l-2015 l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali kellhom tliet objettivi primarji (a) li jlestu n-negozjati u jiżguraw l-adozzjoni tal-programmi l-ġodda, (b) li jniedu l-programmi l-ġodda u (c) li jlestu b’suċċess l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013.
L-adozzjoni tard tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020 kellha effett indirett fuq l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-Fondi SIE. Il-proċess għal qbil dwar il-programmi 2014-2020, flimkien mal-kisbiet mistennija ta’ dawk il-programmi, ġie ppreżentat f’Diċembru 2015. Sa tmiem l-2014, ġew adottati 220 programm. Madankollu, il-maġġoranza – 313-il programm –ġew iffinalizzati fl-2015, u 181 iffinalizzati unikament fit-tieni semestru. Minħabba f’hekk, filwaqt li l-maġġoranza tal-programmi adottati fl-2015 irrapportaw progress, ħafna kienu għadhom qegħdin jaħdmu biex jagħżlu l-ewwel proġetti tagħhom sa tmiem l-2015.
Il-ġenerazzjoni ta’ programmi tal-Fondi SIE 2014-2020 jiffukaw b’aktar qawwa fuq ir-riżultati, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont: sal-2023, il-programmi kollha se jissottomettu RAI li għandhom jippreżentaw kwantifikazzjoni dettaljata tal-progress f’rabta mal-finanzi, l-outputs u r-riżultati mistennija. Dan jallinja l-programmi b’mod ċar mal-inizjattiva “Baġit tal-UE ffukat fuq ir-Riżultati”.
2.1.Ħarsa ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni
Il-Pjattaforma ta’ Dejta Miftuħa tal-Fondi SIE ġiet aġġornata biex jintwera l-volum finanzjarju tal-għażla tal-proġetti u t-tbassir u l-kisbiet għall-indikaturi komuni kif irrapportat mill-programmi fir-RAI tal-2016.
2.1.1.Ħarsa ġenerali finanzjarja
F’termini ta’ pagamenti tal-UE lill-Istati Membri, tħallas total ta’ EUR 15,4 biljun sa tmiem l-2015. Dan irrappreżenta 13,8 % tal-impenji tal-UE għall-2014 u l-2015 u fil-biċċa l-kbira kien jikkonsisti f’pagamenti ta’ prefinanzjament.
Fir-RAI tal-2016, li jkopru s-snin 2014 u 2015, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-allokazzjonijiet finanzjarji għall-proġetti magħżula. Il-volum totali tal-proġetti magħżula għall-appoġġ kien EUR 58,8 biljun li jirrappreżentaw 9,2 % tal-volum totali tal-investiment ippjanat għall-perjodu 2014–2020. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġetti magħżula hija stmata li tammonta għal EUR 41,8 biljun. Ir-rendikont tal-volum tal-għażla ta’ proġetti skont l-objettiv tematiku, innotifikat mill-Istati Membri fi tmiem l-2015, huwa ppreżentat fit-Tabella 1 hawn taħt.
Tabella 1: Kost totali tal-proġetti magħżula skont l-Objettiv Tematiku (f’miljuni ta’ EUR) u r-rata tal-għażla tal-proġetti sa tmiem l-2015
|
Kodiċi OT
|
Objettivi Tematiċi
|
Investiment totali ppjanat
F’miljuni ta’ EUR
|
Il-kost totali eliġibbli tal-proġetti magħżula fi tmiem l-2015
F’miljuni ta’ EUR
|
Ir-rata tal-għażla tal-proġetti għall-2015
|
|
01
|
Riċerka u Innovazzjoni:
|
59 549,3
|
3 378,4
|
5,7 %
|
|
02
|
Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni
|
18 297,6
|
736,7
|
4,0 %
|
|
03
|
Kompetittività tal-SMEs
|
83 593,6
|
7 476,6
|
8,9 %
|
|
04
|
Ekonomija b’Livell baxx ta’ Karbonju
|
52 777,2
|
2 274,0
|
4,3 %
|
|
05
|
Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji
|
37 783,6
|
6 554,2
|
17,3 %
|
|
06
|
Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi
|
72 316,2
|
7 573,0
|
10,5 %
|
|
07
|
Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija
|
66 659,5
|
4 139,6
|
6,2 %
|
|
08
|
Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità
|
46 390,9
|
6 456,9
|
13,9 %
|
|
09
|
Inklużjoni Soċjali
|
53 551,9
|
4 966,8
|
9,3 %
|
|
10
|
Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali
|
42 315,6
|
5 749,8
|
13,6 %
|
|
11
|
Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti
|
6 080,2
|
680,7
|
11,2 %
|
|
12
|
Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati
|
220,5
|
47,8
|
21,7 %
|
|
MM
|
Miżuri Mwaqqfa
|
928,0
|
-
|
0,0 %
|
|
|
Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)
|
78 980,5
|
6 077,2
|
7,7 %
|
|
AT
|
Assistenza Teknika
|
18 712,1
|
2 674,3
|
14,3 %
|
|
|
Total
|
638 157
|
58 786
|
9,2 %
|
Sors: Il-Kummissjoni, abbażi tad-dejta rrapportata mill-programmi
Abbażi ta’ l-aktar dejta finanzjarja reċenti rrapportata sal-ħarifa 2016, hemm indikazzjoni ta’ aċċellerazzjoni qawwija f’termini tal-volum tal-għażla ta’ proġetti. Il-volum finanzjarju totali tal-proġetti magħżula kien żdied b’aktar mid-doppju f’disa’ xhur minn EUR 58,8 biljun għal EUR 128,8 biljun (20,2 % tal-investiment ippjanat).
Id-dejta finanzjarja mill-2014 sal-2015 tagħti l-ewwel stampa indikattiva tal-progress fl-istadju bikri. Hemm indikazzjonijiet li, kumplessivament, il-progress fl-istadju bikri fl-għażla effettiva tal-proġetti huwa bejn wieħed u ieħor paragunabbli mal-progress fi tmiem l-2009 (matul il-perjodu 2007-2013) meta l-għażla tal-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni kienet f’livelli simili. Madankollu, bħal dak f’dak iż-żmien, il-progress fl-għażla tal-proġetti u l-progress lejn il-miri tal-indikaturi jvarjaw skont l-Istat Membru u skont il-programm. Dan jirriżulta minn taħlita taż-żmien tal-obbligu ta’ rapportar u tal-fatt li ħafna programmi ġew adottati biss fl-2015 u kienu għadhom iridu jibdew l-implimentazzjoni.
Billi d-dejta tal-2015 hija parzjali ħafna, mhijiex tajba bħala bażi għal konklużjonijiet sodi b’mod globali dwar is-suċċess jew il-probabbiltà ta’ suċċess tat-tnedija tal-ipprogrammar fl-Istati Membri. Evidentement, l-istampa indikattiva tal-2015 ma tirrappreżentax l-attività ta’ sena sħiħa. Huwa mistenni li d-dejta sat-tmiem l-2016 se tippreżenta stampa aktar rappreżentattiva tal-progress bl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni jkunu ta’ attività ta’ sena sħiħa jew kważi, f’termini ta’ għażla tal-proġetti, nefqa u ksib tal-benefiċċji.
L-Annessi 1.1 u 1.2 juru r-rendikont skont il-fond tal-volumi tal-għażla tal-proġetti fi tmiem l-2015 u fil-ħarifa 2016, rispettivament. L-Anness 2.1 u 2.2 jippreżentaw l-istess dejta finanzjarja kif irrapportata minn kull Stat Membru. Mill-ipparagunar taż-żewġ stampi indikattivi diġà jista’ jidher li x-xejriet ta’ implimentazzjoni fi stadju bikri huma dinamiċi u sal-ħarifa tal-2016, b’rati tal-għażla tal-proġetti aktar omoġenji bejn l-Istati Membri u l-objettivi tematiċi. Filwaqt li l-Kummissjoni hija konxja minn xi nuqqas ta’ rapportar tal-għażla tal-proġetti f’xi programmi sal-ħarifa tal-2016, hemm ukoll indikazzjonijiet skont l-aktar dejta reċenti ta’ progress kajman f’oqsma speċifiċi.
2.1.2.Il-Progress lejn objettivi speċifiċi
Ir-RAI tal-2016 jipprovdu informazzjoni dwar il-progress lejn l-objettivi tal-programmi. Il-progress jitkejjel bl-għadd ta’ proġetti magħżula u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi.
Sa tmiem l-2015, l-Istati Membri u r-reġjuni għażlu 989 000 proġett, li jvarjaw minn investimenti f’infrastruttura kbira għal appoġġ individwali lil azjendi agrikoli. Iċ-ċifri prinċipali rrapportati sa tmiem l-2015 fost id-diversi miżuri tal-prestazzjoni tal-programmi huma:
-Fl-ambitu tal-proġetti magħżula sa issa, 274 000 ditta qegħdin jirċievu appoġġ minn fost il-Fondi SIE;
-2,7 miljun parteċipant ibbenefikaw minn proġetti appoġġjati mill-FSE;
-11,1-il miljun ettaru ta’ art agrikola jew 6 % tal-Erja Agrikola Utilizzata (EAU) huma magħżula għal appoġġ għall-ġestjoni tat-territorju sabiex ikun hemm ħarsien aħjar tal-bijodiversità;
-24 % tal-popolazzjoni totali rurali (69 miljun abitant) huma koperti minn Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) LEADER magħżula;
-Aktar minn 10 % tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd (GALS) huma operattivi u l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali huma magħżula.
Il-Kaxxa 1: Ħarsa ġenerali lejn l-appoġġ lill-intrapriżi bejn il-Fondi SIE
L-appoġġ lill-intrapriżi – inklużi l-intrapriżi agrikoli u tas-sajd – huwa ppjanat prinċipalment skont l-objettiv tematiku apposta għat-titjib tal-kompetittività tal-SMEs iżda wkoll, pereżempju, skont l-OT dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ekonomija diġitali u l-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-Fondi SIE kollha għandhom fil-mira tagħhom l-appoġġ lill-intrapriżi. Il-progress fl-appoġġ għall-intrapriżi sa tmiem l-2015 huwa prominenti fir-RAI tal-2016.
-Total ta’ 274 000 ditta huma fil-mira tal-operazzjonijiet magħżula. Dan jirrappreżenta madwar 13,6 % tal-mira ta’ żewġ miljun ditta li għandhom ikunu appoġġjati sa tmiem il-perjodu.
-Il-proġetti magħżula se jappoġġjaw, jew kienu ta’ appoġġ għal 138 000 ditta taħt il-FEŻR, 89 000 intrapriża mikro, żgħira u ta’ daqs medju taħt il-FSE u 47 000 ditta rurali taħt il-FAEŻR (bdiewa żgħażagħ u investimenti f’assi fiżiċi f’azjendi agrikoli).
2.2.L-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ eżekuzzjoni tal-programmi
L-effettività u l-kwalità tal-programmi tiddependi fuq tliet pilastri: (a) proċeduri u strutturi fis-sod, (b) l-issodisfar tal-prerekwiżiti sabiex jingħelbu l-ostakli għall-investiment li jeżistu, u (c) allinjament ċar mal-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew.
L-ewwel nett, tnedija b’suċċess ta’ programm skont il-ġestjoni kondiviża tirrikjedi li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali jew reġjonali jistabbilixxu l-istrutturi u l-proċessi tal-programm biex jiżguraw investimenti sodi u ta’ kwalità tajba matul il-ċiklu ta’ ħajja tal-programm. L-attivitajiet ewlenin jinkludu:
Il-ħatra ta’ awtoritajiet responsabbli;
Il-mobilizzazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, tal-korpi ta’ implimentazzjoni, u tal-benefiċjarji potenzjali;
It-twaqqif ta’ kumitati ta’ monitoraġġ (l-għażla tal-membri u l-iżvilupp ta’ regoli u proċeduri);
L-adattament jew l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tal-IT (inkluża l-koeżjoni elettronika biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni mal-benefiċjarji) u ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-proġetti (inkluża dejta dwar il-parteċipanti individwali, f’xi każijiet);
Id-definizzjoni tal-kriterji tal-għażla u t-tnedija ta’ sejħiet għall-oqsma differenti ta’ investiment, filwaqt li l-applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jiżviluppaw proposti u jissottomettu applikazzjoni u jevalwawha, u dan segwit mill-iffinalizzar tal-offerti u mill-qbil dwar l-informazzjoni fiżika (dwar l-indikaturi) fir-rigward tal-operazzjonijiet magħżula.
Dawn l-elementi kollha kienu ta’ tħassib kbir għall-awtoritajiet tal-programmi fl-2014 u fl-2015 u jissemmew spiss fir-RAI. It-twettiq ta’ dawn l-elementi kien importanti għat-tnedija b’suċċess tal-programmi iżda wkoll jirfed l-isforz meħtieġ fuq terminu medju u twil sabiex jitwettqu investimenti ta’ kwalità iffukati fuq ir-riżultati bl-appoġġ ta’ diversi partijiet ikkonċernati f’kull programm.
It-tieni nett, l-Istati Membri u r-reġjuni jridu jissodisfaw il-prerekwiżiti għall-investimenti effettivi u effiċjenti kofinanzjati mill-Fondi SIE – l-hekk imsejħa kundizzjonalitajiet ex ante.
Fil-waqt tal-adozzjoni tal-programmi, madwar 75 % tal-kundizzjonalitajiet ex ante kollha kienu ssodisfati. Għall-bqija, il-Kummissjoni qablet dwar pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi, li l-maġġorparti tal-Istati Membri jridu jlestu sa tmiem l-2016. Sal-31 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni kkonfermat li terz mill-pjanijiet ta’ azzjoni kienu tlestew. Sar progress sinifikanti fir-rigward ta’ ħafna mill-bqija tal-pjanijiet ta’ azzjoni. L-Istati Membri huma obbligati li jinkludu informazzjoni dwar it-tlestija tal-pjanijiet ta’ azzjoni b’kundizzjonalità ex ante fir-RAI jew fir-rapporti ta’ progress nazzjonali li għandhom ikunu ppreżentati f’nofs l-2017.
Il-Kaxxa 2: Il-valur miżjud tal-kundizzjonalitajiet ex ante
Il-kundizzjonalitajiet ex ante jtejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-investimenti appoġġjati mill-Fondi SIE iżda għandhom ukoll impatt pożittiv fuq l-investiment pubbliku u privat usa’ fl-Istati Membri. Dawn jirrigwardaw prinċipalment:
-It-twaqqif ta’ Oqfsa strateġiċi u ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-prijoritizzazzjoni tal-investimenti sabiex jirriflettu l-ħtiġijiet tal-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, kif ikun jixraq.
-It-tneħħija tal-ostakli għall-investiment f’għadd ta’ oqsma kofinanzjati mill-Fondi SIE.
-L-iżgurar tal-preżenza ta’ oqfsa regolatorji nazzjonali li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni fl-oqsma ewlenin tal-interventi tal-Fondi SIE.
-It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll tal-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Fondi SIE.
Xi eżempji tal-implimentazzjoni ta’ kundizzjonalitajiet ex ante u l-benefiċċji tagħhom:
-L-Italja adottat Strateġija Nazzjonali dwar il-broadband (il-kundizzjonalità 2.2) allinjata mal-miri tal-UE 2020, li għandha l-għan li tnaqqas id-diskrepanzi persistenti. L-istrateġija tipprevedi li tipprovdi kopertura għal massimu ta’ 85 % tal-popolazzjoni fl-Italja bi broadband ta’ minn tal-anqas 100 Mbps u kopertura ta’ minn tal-anqas 30Mbps tal-popolazzjoni kollha fl-Italja sal-2020.
-Il-Polonja temmet b’suċċess il-proċess tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Prestazzjoni Enerġetika tal-Bini (il-kundizzjonalità 4.1 dwar l-effiċjenza enerġetika). Mingħajr din il-kundizzjonalità ex ante, it-tlestija ta’ dan il-proċess kienet tieħu aktar fit-tul.
-Fil-Latvja, it-tfassil tal-istrateġija nazzjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (il-kundizzjonalità 1.1) ikkontribwiet għar-riformi strutturali fis-settur tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, inkluża riforma tal-istituzzjonijiet tar-riċerka. Din għenet ukoll biex l-appoġġ ikun ikkonċentrat fuq l-oqsma ta’ prijorità.
-Fir-Rumanija, ġiet adottata l-istrateġija nazzjonali għat-tnaqqis tat-tluq qabel iż-żmien mill-iskola (il-kundizzjonalità 10.1) li ssarrfet fil-livelli territorjali rilevanti. L-objettiv huwa li tiżdied l-attendenza fl-iskejjel u jitnaqqas it-tluq qabel iż-żmien mill-iskola, bis-saħħa ta’ approċċ ta’ sħubija u mekkaniżmu b’saħħtu ta’ monitoraġġ.
-Fil-Polonja, il-Kundizzjonalità Ex Ante Ġenerali 3 dwar id-diżabilità ġiet issodisfata fl-2015 permezz tal-adozzjoni ta’ aġenda għal azzjonijiet dwar l-opportunitajiet indaqs, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-fondi tal-UE. Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Polonja assigura li l-linji gwida korrispondenti kienu obbligatorji għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kollha. Barra minn hekk, inħatru Uffiċjali tal-Aċċessibbiltà u s-servizzi tal-Kummissjoni, flimkien mal-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tal-Polonja, iwettqu monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Artikoli 6 u 7 CPR.
-L-Estonja żviluppat u tejbet il-Pjan tal-Iżvilupp tas-Saħħa Pubblika 2009-2020 sabiex tissodisfa l-kundizzjonalità ex ante 9.3 għas-settur tas-saħħa. Fih jinsab immappjar fuq terminu twil tal-ħtiġijiet neċessarji ta’ investiment fl-infrastruttura li jqis ix-xejriet demografiċi mistennija u qafas għat-tnedija tal-investiment u għat-titjib tal-kosteffettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-aċċess għalihom.
-Il-Finlandja adottat leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura d-disponibbiltà tal-kapaċità amministrattiva sabiex ikun hemm konformità mal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar kif rikjesta mill-Politika Komuni tas-Sajd.
Il-Kummissjoni se tipproduċi dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar il-valur miżjud tal-kundizzjonalitajiet ex ante fir-rebbiegħa 2017. Analiżi finali tal-issodisfar tal-kundizzjonalitajiet ex ante fost il-Fondi SIE se tiġi ppreżentata fir-Rapport Strateġiku sa tmiem l-2017. Sa nofs l-2017, komunikazzjoni dwar l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (EAC 1.1) se tiddeskrivi l-kisbiet, l-isfidi, it-tagħlimiet meħuda u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-ġejjieni sabiex tkun ta’ għajnuna għal aktar minn 120 strateġija nazzjonali u reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jiksbu riżultati dwar it-tkabbir u l-impjiegi xprunati mill-innovazzjoni. B’mod partikolari se tiddeskrivi kif dawn l-istrateġiji jistgħu jgħaqqdu approċċ territorjali minn isfel għal fuq mal-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni u jkattru sinerġiji bejn fondi tal-UE ġestiti b’mod dirett u kondiviż li jappoġġjaw l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-kompetittività.
It-tielet nett, fir-rigward tal-qawwa akbar fir-rabta mal-governanza ekonomika tal-UE u mas-Semestru Ewropew, aktar minn żewġ terzi tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs) fl-2014 kienu ta’ rilevanza għall-investiment tal-Fondi SIE (b’mod partikolari l-FEŻR u l-FSE) u għaldaqstant ġew integrati fil-prijoritajiet tal-programmi tal-Istati Membri. Dawn ikopru riformi f’sitt oqsma prinċipali: ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-enerġija u t-trasport, il-kura tas-saħħa, is-sehem fis-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Fir-rebbiegħa 2017, il-Kummissjoni se tiffinalizza l-istudju “L-appoġġ tal-Fondi SIE għall-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi u għar-riformi strutturali fl-Istati Membri”. Se tanalizza kif is-CSRs rilevanti għall-investiment tas-snin li wasslu għall-adozzjoni tal-programmi tqiesu fil-programmi ffinanzjati mill-Fondi SIE. Ir-rapporti ta’ progress nazzjonali mistennija għall-2017 se jipprovdu valutazzjoni u jistabbilixxu wkoll informazzjoni dwar kif il-programmi qegħdin jikkontribwixxu għall-istrateġija ta’ tkabbir tal-Unjoni u għas-CSRs rilevanti.
3.Ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni skont temi ewlenin
Il-volumi tal-investimenti ppjanati u l-kisbiet mistennija mill-Fondi SIE ġew ippreżentati f’Diċembru 2015. Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-istadju bikri fl-implimentazzjoni tal-programmi fl-2014 u fl-2015 f’termini tal-volum finanzjarju tal-proġetti magħżula u tal-progress fl-intermedjar u t-twettiq tal-outputs u tar-riżultati komuni filwaqt li jiffoka fuq il-kontenut tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programmi għall-2016.
It-Tabella 1 hawn fuq tipprovdi ħarsa ġenerali tal-volum finanzjarju u tar-rata tal-għażla tal-proġetti rrapportati skont l-objettiv tematiku kif kienu jinsabu fi tmiem l-2015 għall-Fondi SIE. Fir-rigward tal-indikaturi, dan ir-rapport jiddependi fuq it-tbassir tal-kontribuzzjoni mistennija mill-proġetti magħżula u fuq il-kisbiet irrapportati skont l-indikaturi komuni għal kull fond. Jingħataw ukoll eżempji ta’ proġetti li diġà huma appoġġjati.
3.1.Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-ICT u l-kompetittività tal-SMEs
Kumplessivament, madwar EUR 181 biljun jappoġġjaw l-investimenti f’dan il-qasam, prinċipalment mill-FEŻR u mill-FAEŻR. Intgħażlu proġetti li jammontaw għal madwar 7 % ta’ dan l-ammont (aktar minn EUR 11,5-il biljun) u fi tmiem l-2015 bosta kienu diġà jinsabu fil-fażi tal-implimentazzjoni.
Daqs EUR 3,4 biljun allokati għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni speċifiċi taħt il-FEŻR u l-FAEŻR jirrappreżentaw 5,7% tat-total ippjanat għall-2014–2020. Sa tmiem l-2015, 19 000 ditta kienu previsti li kienu se jibbenefikaw mill-iskemi tal-FEŻR magħżula li jippromwovu l-kooperazzjoni mal-istituti tar-riċerka (15 % tal-mira), filwaqt li 5 000 riċerkatur huma previsti li se jibbenefikaw minn infrastruttura mtejba tar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (7 % tal-mira).
Diġà ġew stabbiliti daqs 200 grupp operazzjonali taħt is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola (EIP-AGRI). Dawn il-proġetti ffinanzjati mill-FAEŻR għandhom l-għan li jippromwovu soluzzjonijiet innovattivi għal settur tal-biedja u l-forestrija kompetittiv u sostenibbli.
Il-Fażi II tal-proġett pan-Ewropew “Extreme Light Infrastructure – nuclear physics” (Infrastruttura għad-Dawl Estrem – il-fiżika nukleari) f’Magurele, ir-Rumanija ntgħażlet għal appoġġ ta’ EUR 140 miljun mill-FEŻR. Dan il-proġett ta’ riċerka dwar il-lasers b’intensità għolja huwa miftuħ għar-riċerkaturi minn entitajiet pubbliċi u privati madwar id-dinja u hemm diġà 100 riċerkatur li qegħdin jaħdmu fih u 100 riċerkatur ulterjuri huma mistennija li jissieħbu fih malli jitlesta. Dan il-proġett iġib ukoll miegħu benefiċċji soċjoekonomiċi u joħloq valur miżjud għar-reġjun (postijiet tax-xogħol ġodda, infrastruttura moderna, żvilupp tan-negozju u żieda fil-viżibilità u l-potenzjal għall-iżvilupp).
Fiż-żona transfruntiera ta’ Öresund-Kattegat-Skagerrak qiegħed jingħata appoġġ lil sħubija transfruntiera mill-akbar sabiex ikunu sfruttati l-faċilitajiet ta’ riċerka li diġà jeżistu dwar in-newtroni u s-sinkrotoni u tkun żviluppata kapaċità internazzjonali għar-Riċerka, l-Iżvilupp, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (ir-RŻTI). Dan il-proġett jinkludi l-ħolqien ta’ netwerk ġdid għal 150 riċerkatur minn universitajiet u mill-qasam tan-negozju u huwa l-akbar sħubija ta’ din ix-xorta li qatt ġiet appoġġjata minn Interreg f’dak ir-reġjun.
Raggruppament lokali tas-settur alimentari fl-Awstrija t’Isfel beda grupp operazzjonali EIP għall-produzzjoni tal-ħxejjex staġjonali, b’livell baxx ta’ enerġija u innovattiva. Il-grupp operazzjonali jlaqqa’ flimkien bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u sensar tal-innovazzjoni sabiex jiżviluppaw suq niċċa innovattiv, inklużi l-analiżi u l-ottimizzazzjoni tal-andament tax-xogħol fir-rigward tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħxejjex tax-xitwa. Riżultat mistenni ulterjuri huwa l-valutazzjoni ekonomika u ekoloġika tal-kultivazzjoni tal-ħxejjex tax-xitwa.
L-ammont ta’ EUR 737 miljun li ġew allokati għal proġetti fl-ambitu tat-temi ta’ ekonomija diġitali fi tmiem l-2015 kien ta’ 4 % mit-total ippjanat. Għall-FEŻR, din l-attività kienet prinċipalment relatata mal-għażla tal-proġetti fl-EE, l-FI, FR, l-IT, il-PL, l-SE u s-SK. Ħafna mill-attivitajiet magħżula sa issa mhumiex marbuta mal-indikaturi komuni tal-fondi li huma disponibbli taħt din it-tema.
Dawn ta’ hawn taħt huma xi eżempji ta’ progress fi stadju bikri.
Fil-Finlandja, l-ewwel fażi tad-Dejta Miftuħa għas-Sitt Ibliet (Helsinki, Espoo, Vantaa, Tampere, Turku u Oulu) hija appoġġjata b’EUR 3,4 miljun f’fondi tal-UE u fondi nazzjonali. L-appoġġ se jwassal għal liċenzjar u pjattaformi tal-ippubblikar komuni sabiex id-dejta pubblika tkun disponibbli b’mod mifrux. L-objettiv huwa li titħeġġeġ l-innovazzjoni billi n-negozji u l-iżviluppaturi jużaw id-dejta bħala l-materja prima għal servizzi ġodda. Is-sitt ibliet li qegħdin jieħdu sehem joffru ambjent ta’ prova attraenti kif ukoll suq attraenti għal provi u servizzi ġodda.
Fi Franza, intgħażel proġett biex jgħaqqad 77 000 unità domestika fi Provence-Alpes-Côte d'Azur mal-broadband b’veloċità għolja.
Il-Kompetittività tal-SMEs hija prijorità skont il-programmi tal-FEŻR, tal-FAEŻR u tal-FEMS. Ġie allokat appoġġ mill-UE ta’ EUR 7,5 biljun għal proġetti speċifiċi sa tmiem l-2015 (8,9 % tat-total ippjanat).
Il-finanzjament mill-FEŻR ingħata lil proġetti li jagħtu appoġġ lil 113 000 SMEs. Tmien Stati Membri (DE, ES, FI, FR, IE, PT, SE, UK) u diversi programmi Interreg jipprovdu 95 % tat-tbassir segwenti; 85 000 minn dawk il-kumpaniji se jkunu appoġġjati permezz ta’ pariri u konsulenza; huma previsti 25 000 start-up; F’dan l-istadju bikri, 65 000 impjieg huma mistennija li se jinħolqu direttament fid-ditti appoġġjati.
Aktar minn 30 000 azjenda agrikola ntgħażlu sabiex l-operazzjonijiet ta’ investiment itejbu l-kompetittività (9 % tal-mira kumplessiva). Daqs 10 000 bidwi ntgħażlu biex jirċievu appoġġ biex jieħdu sehem fi skemi ta’ kwalità (8 % tal-mira).
Madwar 8 % tal-proġetti FEMS, previsti matul il-perjodu, għandhom l-għan li jsaħħu lill-SMEs u jżidu l-kompetittività tal-flotta u tal-intrapriżi tal-akkwakultura. Il-bidu tal-implimentazzjoni kien relattivament kajman billi 10 % biss tal-proġetti magħżula sa tmiem l-2015 jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-SMEs.
L-Inizjattiva għall-SMEs fi Spanja adottata fl-2015 hija l-akbar u l-ewwel strument ta’ dan it-tip li ġie stabbilit permezz tal-appoġġ tal-FEŻR. L-implimentazzjoni qiegħda timxi ’l quddiem b’pass aktar mgħaġġel milli mistenni. Sa Marzu 2016, il-kuntratti mal-istituzzjonijiet finanzjarji kienu diġà ġew iffirmati għal 76 % tal-allokazzjoni totali tal-FEŻR għall-garanziji u l-intermedjarji finanzjarji kienu diġà pprovdew self lil madwar 14 000 SME għal volum totali ta’ EUR 1,4 biljun. Fid-dawl tas-suċċess tagħha, jaf ikun il-każ li Spanja żżid l-allokazzjoni tal-FEŻR għall-Inizjattiva għall-SMEs.
Il-FAEŻR ukoll se jkollu rwol importanti fi Spanja billi jindirizza l-ħtiġijiet tal-SMEs fis-settur agroalimentari għall-investimenti u għal soluzzjonijiet innovattivi. Diġà ntgħażlu l-ewwel proġetti u dawn jibbenefikaw minn appoġġ pubbliku ta’ EUR 170 miljun (il-FAEŻR se jappoġġja 8 500 proġett, li huma mistennija li jirċievu EUR 1,5 biljun f’appoġġ pubbliku). Pereżempju, dawn l-investimenti se jtejbu l-kwalità tal-prodotti agrikoli, jew se jagħtu lok għal użu aktar effiċjenti tal-ilma u tal-enerġija.
Il-Programm għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Innovazzjoni tal-Ungerija għandu fil-mira tiegħu ż-żieda tal-kompetittività u tal-produttività tal-SMEs. Kważi 2 900 kuntratt ġew iffirmati u tħallsu qrib EUR 200 miljun lill-intrapriżi li jvarjaw minn kumpaniji mikro għal kumpaniji ta’ daqs medju. Ħafna minn dawn l-intrapriżi ġejjin mill-aktar żoni foqra tal-pajjiż, fejn kundizzjonijiet aktar favorevoli jħeġġu lill-promoturi tal-proġetti.
Fi Franza, 9 150 bidwi żagħżugħ intgħażlu biex jibbenefikaw minn EUR 195 miljun f’għajnuna lill-istart-ups tan-negozju mill-FAEŻR fl-2015. Fl-istess waqt, fl-ambitu tar-regoli ta’ tranżizzjoni tal-FAEŻR, 3 600 bidwi żagħżugħ irnexxielhom itemmu l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ start-up tagħhom bl-appoġġ ta’ EUR 57 miljun.
3.2.Ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, it-tibdil fil-klima, l-ambjent u t-trasport u n-netwerks tal-enerġija
Il-Fondi SIE jinvestu aktar minn EUR 260 biljun fl-oqsma li jindirizzaw l-iżvilupp sostenibbli. Fi tmiem l-2015, aktar minn EUR 20 biljun diġà kienu allokati għal proġetti speċifiċi, li jirrappreżentaw madwar 9 % tal-ammont totali (li jvarja minn 4,3 % għal 10,5 %) tal-fondi kollha li jikkontribwixxu direttament (il-FEŻR, il-FK, il-FAEŻR u l-FEMS).
Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Ekonomija b’livell baxx ta’emissjonijiet ta’ karbonju, ġie appoġġjat daqs EUR 2,3 biljun f’investiment (4,3 % tal-investiment ippjanat). Il-proġetti tal-FAEŻR li ntgħażlu pprevedew kopertura ta’ miljun ettaru ta’ art agrikola jew għall-forestrija għal azzjonijiet ta’ sekwestru jew konservazzjoni (25 % tal-mira kumplessiva li jikkorrispondu għal 2,4 % tal-Erja Agrikola Utilizzata (EAU) kumplessiva) u 1,6 miljun ettaru ta’ art agrikola tinsab taħt kuntratti ta’ ġestjoni fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u tal-ammonijaka (31 % tal-mira li jikkorrispondu għal 3 % tal-EAU kumplessiva).
Il-Litwanja appoġġjat l-Fond “Jessica II” permezz ta’ EUR 150 miljun bħala finanzjament għall-“Programm ta’ Mmodernizzar tal-Bini li fih diversi Appartamenti”. Fil-mira tiegħu hemm l-immodernizzar tal-effiċjenza enerġetika tal-binjiet residenzjali madwar il-Litwanja permezz tas-self preferenzjali. Sa Diċembru 2015, tħallsu EUR 100 miljun għall-fond u ġie żburżat l-ammont ta’ EUR 40 miljun permezz ta’ 270 kuntratt ta’ self. Dan wassal għal titjib fil-konsum tal-enerġija għal aktar minn 1 014-il unità domestika u naqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’2 400 tunnellata.
Il-Latvja nediet programm biex toħloq netwerk ta’ 218-il punt ta’ ċċarġjar għall-vetturi elettriċi biex ikopri l-pajjiż kollu sal-2021. L-għan tal-proġett huwa li titnaqqas id-dipendenza fis-sistema tat-trasport fuq il-prodotti taż-żejt kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji innovattivi fis-settur tat-trasport.
Fir-rigward tal-klima u l-prevenzjoni tar-riskju, ġew irrapportati EUR 6,6 biljun f’għażla tal-proġetti (17,3 % tat-total ippjanat). Il-FAEŻR sa issa appoġġja 11,1-il miljun ettaru ta’ art agrikola għal ġestjoni speċifika tal-art bl-għan li jkun hemm ħarsien aħjar tal-bijodiversità (36 % tal-erja agrikola maħduma għandha tingħata appoġġ) u 1,6 miljun ettaru kienu qegħdin jiġu appoġġjati sabiex jikkonvertu/jżommu l-biedja organika (15,7 % tal-erja agrikola maħduma għandha tingħata appoġġ).
F’Thuringia, fil-Ġermanja, reġjun suxxettibbli għall-għargħar li f’dawn l-aħħar 15-il sena diġà għadda kemm-il darba minn għargħar kbir, qrib it-13 000 ruħ qegħdin jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar tal-FEŻR fl-2014 u fl-2015. F’Eisenach pereżempju, huwa stmat li minħabba f’hekk jista’ jiġi evitat dannu potenzjali ta’ madwar EUR 180 miljun.
Fir-reġjun Ġermaniż ta’ Shleswig-Holstein, il-proġetti ta’ investiment magħżula biex jipprovdu protezzjoni tal-kosta u kontra l-għargħar għaż-żoni rurali se jibbenefikaw minn EUR 102 miljun. Fl-2015, il-FAEŻR diġà kkontribwixxa għall-protezzjoni tal-kosta u kontra l-għargħar permezz ta’ EUR 73 miljun.
Fir-rigward tal-prijoritajiet tal-ambjent u l-effiċjenza fir-riżorsi, ġie allokat l-ammont totali ta’ EUR 7,6 biljun f’investiment għall-proġetti (10,5 % tat-total ippjanat). Dak jinkludi l-proġetti tal-FAEŻR magħżula li jammontaw għal aktar minn 420 miljun f’nefqa pubblika totali li jindirizzaw l-objettivi tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-ilma. Taħt il-FEŻR u l-FK ma kien għadu ġie rrapportat l-ebda valur sinifikanti għall-indikaturi komuni li jkejlu l-kapaċità ta’ riċiklaġġ tal-iskart, it-trattament imtejjeb tal-ilma mormi jew it-titjib tal-outputs tal-provvista tal-ilma, minkejja li l-programmi rrapportaw valuri għall-indikaturi speċifiċi. Madwar 90 % tal-proġetti kollha magħżula għall-appoġġ mill-FEMS sa tmiem l-2015 jippromwovu l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ħarsien tal-ambjent. Ħafna minn dawn il-proġetti għandhom l-għan li jħarsu u li jreġġgħu lura l-bijodiversità tal-baħar billi jżidu b’mod sostanzjali l-kontroll fiżiku tal-ħatt l-art u jnaqqsu l-volum tal-qabdiet inċidentali u b’hekk jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Fin-Netherlands, 130 000 ettaru bbenefikaw mill-appoġġ tal-FAEŻR sabiex tittejjeb il-bijodiversità jew tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma, pereż. permezz ta’ użu aħjar tal-fertilizzanti u l-pestiċidi. L-effiċjenza tal-azzjonijiet ambjentali żdiedet ukoll permezz ta’ approċċ ġdid innovattiv u kooperattiv. Il-bdiewa għandhom aktar flessibilità li jadattaw l-azzjonijiet skont fatturi li jinbidlu bħall-kundizzjonijiet tat-temp.
Fir-rigward tal-investiment fin-netwerks strateġiċi, huma ppjanati investimenti sinifikanti tat-TEN-T u ta’ trasport ieħor, taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni. Kumplessivament, l-għażla tal-proġetti sa tmiem l-2015 kienet tammonta għal EUR 4,1 biljun (6,2 % ta’ dak li kien ippjanat). Fil-każ tal-proġetti ta’ trasport, l-eżempji ta’ proġetti ta’ min isemmihom huma:
Kważi 150 km ta’ binarji tal-ferroviji TEN-T mibnija mill-ġdid jew immodernizzati fl-Estonja u qrib il-140 km fil-Polonja diġà huma magħżula għall-iffinanzjar;
Fil-Polonja, kważi 320 km ta’ toroq ġodda TEN-T se jitwettqu fl-ambitu tal-proġetti magħżula;
Il-Kaxxa 3: L-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi fil-Fondi SIE 2014–2020
L-azzjoni klimatika hija integrata fil-Fondi SIE permezz tal-qafas regolatorju. Għall-kalkolu tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima tapplika metodoloġija komuni fil-fondi kollha. Il-metodoloġija tidentifika kategoriji speċifiċi ta’ appoġġ li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u tagħtihom piż ta’ 0 %, 40 % jew 100 %. Il-fondi kollha jikkontribwixxu b’mod pożittiv għall-azzjoni klimatika. Kumplessivament, madwar 25 % tal-Fondi SIE se jappoġġjaw l-objettivi tal-azzjoni klimatika fil-perjodu 2014–2020. Il-FEŻR u l-FAEŻR huma ż-żewġ fondi li jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-appoġġ għall-azzjoni klimatika.
Ir-RAI tal-2017 mill-programmi se jirrapportaw għall-ewwel darba dwar l-appoġġ li ntuża għall-objettivi tat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni, fir-rapport ta’ sinteżi tagħha għall-2017, se tissinteżizza l-informazzjoni rrapportata dwar l-azzjoni klimatika u se tipprovdi rendikont dettaljat tan-nefqa marbuta mal-klima fuq il-Pjattaforma ta’ Dejta Miftuħa tal-Fondi SIE.
3.3.L-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni
F’dan il-qasam huwa ppjanat aktar minn EUR 168 biljun f’appoġġ, b’mod partikolari mill-FSE, bil-FEŻR, il-FAEŻR u l-FEMS li wkoll se jkunu qegħdin jinvestu. Intgħażlu proġetti li jammontaw għal aktar minn 12 % ta’ dan l-ammont (aktar minn EUR 11,5-il biljun) u fi tmiem l-2015 ħafna minnhom kienu diġà provdew appoġġ lill-persuni.
Il-FSE huwa l-fond prinċipali tal-UE li qiegħed jinvesti fl-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni, flimkien mal-YEI, il-FEŻR, il-FAEŻR u l-FEMS.
Kumplessivament, l-implimentazzjoni tal-FSE sa tmiem l-2015 uriet rata medja tal-għażla tal-proġetti tal-FSE ta’ 13,3 %, li twitti t-triq għall-kontribuzzjoni qawwija tal-Fondi SIE għall-objettivi Ewropa 2020 f’dawn l-oqsma. Ir-rendikont tar-rata tal-għażla tal-proġetti skont l-objettiv tematiku għall-Fondi SIE kollha kemm huma huwa provdut fit-Tabella 1 hawn fuq.
F’termini aggregati, l-azzjonijiet tal-FSE u tal-YEI ssarrfu fi:
2,7 miljun parteċipant
, inklużi 1,6 miljun persuna qiegħda u 700 000 persuna mhux attiva;
Fost dawn il-parteċipanti, 235 000 kellhom impjieg b’segwitu għal operazzjoni appoġġjata mill-FSE jew mill-YEI, 181 000 kienu kisbu kwalifika hekk kif ħarġu minn operazzjoni appoġġjata mill-FSE jew mill-YEI;
100 000 parteċipant kienu qegħdin isegwu kors edukattiv jew ta’ taħriġ bis-saħħa tal-appoġġ tal-FSE jew tal-YEI;
275 000 parteċipant żvantaġġat f’operazzjonijiet iffinanzjati mill-FSE jew mill-YEI kienu involuti fi tfittix għal impjieg, kors edukattiv jew ta’ taħriġ, kisbu kwalifika jew kellhom impjieg, inkluż impjieg indipendenti.
Sa tmiem l-2015, l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet fil-qasam tal-impjiegi (TO8) kienet tinsab għaddejja fl-Istati Membri kollha anke jekk fir-rigward tal-prijoritajiet differenti ta’ investiment kienet tinsab f’livelli varji. L-interventi tal-FSE bl-għan li jżidu l-aċċess għas-suq tax-xogħol diġà qegħdin jilħqu kif suppost lill-persuni qiegħda (1,1 miljun) u lill-individwi mhux attivi (230 000). L-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet rigward l-impjieg indipendenti u t-tixjiħ f’saħħtu u attiv kellha bidu relattivament kajman.
Fil-Polonja, il-programm nazzjonali ffinanzjat mill-FSE pprovda appoġġ lil 122 900 parteċipant, li minnhom 110 600 kienu qiegħda (90 % tal-parteċipanti kollha), 11 100 kienu persuni mhux attivi (9 %) u 1 200 kellhom impjieg. B’riżultat ta’ dan, aktar minn 46 600 ruħ sabu impjieg, 7 500 persuna kisbu xi kwalifika, u 1 500 ruħ bdew kors edukattiv jew ta’ taħriġ.
L-Iżvezja hija fost l-Istati Membri li fihom l-implimentazzjoni tal-YEI avvanzat b’pass mgħaġġel. Daqs 6 215-il żagħżugħ (minn 15 sa 24 sena) ipparteċipaw f’attivitajiet appoġġjati mill-YEI, jew 31 % mill-20 000 parteċipant fil-mira sal-2018. Daqs 3 362 parteċipant temmew l-attivitajiet sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, li minnhom 25 % sabu impjieg full-time u 25 % oħra sabu impjieg part-time.
Il-Kaxxa 4: Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara” diġà tat spunti importanti dwar l-ewwel riżultati tal-YEI.
Minkejja l-eliġibbiltà fi stadju bikri tal-YEI (mill-1 ta’ Settembru 2013) u ż-żieda fil-prefinanzjament fl-2015, l-Istati Membri ltaqgħu ma’ xi diffikultajiet, li wasslu għal anqas implimentazzjoni fil-post milli kien mistenni. Ir-RAI rrapportaw li l-Istati Membri ħadu l-passi biex jegħlbu dawn id-diffikultajiet billi qawwew u rfinaw l-istrutturi ta’implimentazzjoni, il-proċeduri u l-għodda. Il-maġġorparti tal-programmi tal-YEI (75 %) jidentifikaw l-implimentazzjoni tal-YEI bħala kompletament jew fil-biċċa l-kbira konformi mal-ippjanar inizjali tagħhom. Dawn huwa sinjal tassew pożittiv għall-implimentazzjoni fil-ġejjieni. Sa tmiem l-2015, minn 501 000 parteċipant żagħżugħ, li ħadu sehem f’operazzjoni appoġġjata mill-YEI:
-203 000 kienu temmew operazzjoni tal-YEI, inklużi 80 250 persuna qiegħda fit-tul;
-82 000 kienu rċevew offerta ta’ impjieg, ta’ tkomplija fl-edukazzjoni, ta’ apprendistat jew ta’ traineeship.
-Filwaqt li 109 000 kienu qegħdin isegwu kors edukattiv jew ta’ taħriġ, kisbu xi kwalifika jew kellhom impjieg wara intervent tal-YEI.
Sa tmiem Lulju 2016, l-Istati Membri kienu diġà ddikjaraw li 1,4 miljun żagħżugħ kienu bbenefikaw mill-YEI.
Wara t-TO 10 L-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, il-qasam tal-Inklużjoni Soċjali (TO9) huwa dak li fih jidher l-aktar progress evidenti għall-FSE. Id-dejta inizjali dwar l-implimentazzjoni hija promettenti. Minn 631 000 parteċipant fil-FSE, 39,8 % kienu ġejjin minn familji mingħajr impjieg u 32,1 % kienu migranti, b’oriġini barranija jew parti minn xi minoranza – u dan jixħet l-attenzjoni fuq dawk li l-aktar jeħtieġu appoġġ. Daqs 55 000 parteċipant diġà sabu impjieg.
Taħt il-FEŻR, il-progress sa tmiem l-2015 fir-rigward tal-appoġġ għall-infrastruttura tas-saħħa kien wieħed marġinali. L-appoġġ għall-istrateġiji integrati ta’ żvilupp urban li ġew magħżula jkopri 1,7 miljun ruħ (5 % tal-mira stabbilita).
Fin-Netherlands, 94 000 parteċipant li kienu mbiegħda mis-suq tax-xogħol ibbenefikaw minn appoġġ tal-FSE fl-ambitu tal-fergħa tal-inklużjoni attiva, li minnhom 89 % kienu parteċipanti żvantaġġati u 49 % kienu żgħażagħ taħt il-25 sena.
Il-Ġermanja waqqfet programm ta’ taħriġ fuq il-lant tax-xogħol li jipprovdi appoġġ lingwistiku għal massimu ta’ 20 000 parteċipant bi sfond ta’ migrazzjoni.
Fil-Bulgarija, ingħata appoġġ lill-gruppi vulnerabbli (persuni anzjani u persuni b’diżabbiltà ta’ kull età) permezz ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa integrati fit-28 reġjun kollu tal-pajjiż. Daqs 14 000 persuna anzjana u persuna b’diżabbiltà permanenti u b’nuqqas ta’ kapaċità li tfendi għal rasha ġew appoġġjati minn 13 600 assistent personali u permezz tal-forniment ta’ servizzi integrati li jiffaċilitaw l-aċċess għall-faċilitajiet soċjali u tal-kura tas-saħħa, ta’ vettura speċjalizzata, ta’ konsulenza psikoloġika professjonali u ta’ proċeduri ta’ riabilitazzjoni.
Ġew magħżula 785 (minn fost l-2 530 ippjanati) Grupp ta’ Azzjoni Lokali (GAL) LEADER, iffinanzjati taħt il-FAEŻR. Dawn ikopru 24 % tal-popolazzjoni rurali totali jew 69 miljun abitant (il-mira hija 57 % tal-popolazzjoni rurali totali). Proġetti LEADER fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fil-Ġermanja appoġġjaw l-inklużjoni soċjali tal-migranti permezz ta’ attivitajiet li jvarjaw minn integrazzjoni soċjokulturali għal inizjattivi b’perspettiva fuq terminu itwal, bl-għan li jintegrawhom fis-suq tax-xogħol.
Fid-Danimarka u fl-Iżvezja, il-proġetti ntgħażlu taħt il-FEMS li jagħti appoġġ għall-impjegabbiltà u għall-mobilità tal-forza tax-xogħol fil-komunitajiet kostali.
L-investimenti fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (TO10) urew ukoll progress sinifikanti fl-implimentazzjoni b’539 000 parteċipant, li minnhom minn tal-anqas 47 % kellhom biss livell edukattiv primarju u tal-ewwel snin tas-sekondarja u 83 000 parteċipant kienu diġà kisbu kwalifika bis-saħħa tal-appoġġ tal-FSE sa tmiem l-2015.
Fil-Portugall, il-boroż ta’ studju fl-ambitu tal-Programm Operazzjonali “Il-Kapital Uman” ipprovdew opportunitajiet għal kważi 50 000 parteċipant. Barra minn hekk, aktar minn 60 000 parteċipant diġà bbenefikaw minn korsijiet professjonali.
Il-Litwanja appoġġjat il-ħolqien ta’ 42 000 spazju ġdid fl-infrastruttura għall-kura tat-tfal jew għall-edukazzjoni bl-appoġġ tal-FEŻR.
3.4.It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti
Kumplessivament, madwar EUR 6 biljun ġew ipprogrammati għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u tal-iskop ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti, prinċipalment mill-FSE b’appoġġ ippjanat ukoll mill-FEŻR. Aktar minn 11 % tal-baġit totali ġie allokat għall-proġetti sa tmiem l-2015.
L-operazzjonijiet magħżula sa tmiem l-2015 għandhom valur totali ta’ EUR 680 miljun. Il-proġetti jinsabu fil-BG, l-EE, FR, il-HR, l-IT, il-PL u taħt l-Interreg. Daqs 97 000 membru tal-persunal tal-amministrazzjoni pubblika kien appoġġjat mill-FSE b’31 proġett li kellhom l-amministrazzjonijiet pubbliċi jew is-servizzi pubbliċi fil-mira tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li kienu ġew irrapportati mill-Istati Membri. Taħt l-appoġġ mill-FEŻR ippjanat, il-programmi Interreg ukoll kienu għamlu progress sinifikanti fl-għażla tal-proġetti għall-appoġġ.
3.5.Il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji
Ir-RAI tal-2016 kienu jinkludu wkoll l-ewwel rapportar dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji (SF) sa tmiem l-2015. Il-prospettiva kumplessiva hija tajba b’21 Stat Membru li rrapportaw progress dwar l-SF. Il-volum totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programmi impenjati għall-SF jammonta għal EUR 5 737 miljun (li minnhom EUR 5 163 miljun mill-FSIE). Madwar 20 % tal-ammonti impenjati tħallsu lill-SF (kważi esklużivament taħt il-FEŻR u l-FK). Hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward tat-tnedija tal-SF f’dan l-istadju bikri, li jvarja minn pajjiżi li qegħdin jieħdu passi biex iwettqu valutazzjonijiet ex-ante għal SF li diġà taw xhieda ta’ riżultati konkreti f’termini ta’ ritorn ta’ riżorsi u ingranaġġ għal investimenti ulterjuri.
Il-progress sa tmiem l-2015 fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont il-Fond u t-tema, ġie ppreżentat f’ġabriet fil-qosor ta’ dejta ppubblikati mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Novembru 2016.
3.6.L-Interreg
Il-programmi Interreg iffinanzjati mill-FEŻR li jaqgħu taħt l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali kienu ġġeneraw volum finanzjarju ta’ EUR 900 miljun ta’ proġetti magħżula sa tmiem l-2015 (7,4 % ta’ dak li kien ippjanat). Eżempji ta’ evidenza fi stadju bikri ta’ progress fiżiku taħt l-Interreg huma riflessi fl-indikaturi aggregati (ara hawn fuq), f’uħud mill-eżempji mogħtija taħt it-temi ewlenija ta’ investiment u fil-paġna tal-Interreg tal-“pajjiżi” fuq il-Pjattaforma ta’ Dejta Miftuħa tal-Fondi SIE.
4.It-tisħiħ tal-evalwazzjoni tal-programmi
Għall-2014–2020 titpoġġa enfasi aktar qawwija fuq il-ħtieġa li jiġu evalwati l-effetti tal-politiki kofinanzjati permezz tal-programmi tal-Fondi SIE. Il-programmi jiddefinixxu objettivi li huma speċifiċi u jgħidu b’mod ċar il-bidla li qegħdin jipprovaw jiksbu l-investimenti. L-evalwazzjonijiet huma essenzjali biex jikkonfermaw jekk dawk il-bidliet sarux u jekk il-kontribuzzjonijiet li saru mill-programmi jikkontribwixxux għall-objettivi speċifiċi tagħhom.
Sa tmiem l-2015 kien hemm ftit evalwazzjonijiet tar-riżultati u tal-impatti marbuta mal-perjodu 2014–2020, l-aktar minħabba li ma kienx hemm biżżejjed volum ta’ proġetti lesti. L-eċċezzjoni prinċipali tirrigwarda l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ li fl-ambitu tagħha tlestew 19-il evalwazzjoni nazzjonali sa Ġunju 2016. L-istudji u l-evalwazzjonijiet li twettqu skont il-programmi matul l-2014–2015 iffukaw fuq l-evalwazzjoni ex-post tal-programmi matul l-2007–2013 u fuq il-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni relatati mal-2014–2020. Skont il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni din is-sekwenza x’aktarx li terġa’ tkun ripetuta fl-2016 u fl-2017.
Filwaqt li l-evalwazzjonijiet li twettqu fil-verità kienu loġikament ftit bħala numru, il-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni kienu attivi fit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-obbligi għall-2014–2020. Filwaqt li l-pjanijiet ta’ evalwazzjoni tal-FAEŻR u tal-FEMS ġew adottati bħala parti mill-programmi operazzjonali, il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni għall-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni jridu jkunu definiti fi żmien 12-il xahar mill-adozzjoni tal-programmi. Il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni issa jinsabu fil-biċċa l-kbira tagħhom fis-seħħ sabiex jonoraw dan l-obbligu. Il-Kummissjoni eżaminat il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni li rċeviet sat-30 ta’ Ġunju 2016 li jikkonfermaw li għaddejja ħidma bla preċedent fil-programmi sabiex tkun provduta evalwazzjoni aktar robusta tal-implimentazzjoni u tal-kisbiet.
Il-pjanijiet ta’ evalwazzjoni huma ċari dwar il-governanza tal-evalwazzjoni u dwar il-komunikazzjoni tar-riżultati. Madankollu huma aktar dgħajfa dwar it-tfassil u l-metodi tal-evalwazzjoni kif ukoll dwar is-sistemi u d-disponibbiltà tad-dejta. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pjanijiet għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni għandhom ikunu rieżaminati fuq bażi regolari u se jkollhom bżonn ta’ titjib ulterjuri speċjalment fir-rigward ta’ dawk l-aspetti li jirrikjedu għarfien espert aktar speċifiku fl-ippjanar u t-twettiq tal-evalwazzjonijiet, tal-ikkonsolidar tal-għadd ta’ evalwazzjonijiet u l-forniment aktar kmieni milli ppjanat attwalment ta’ evidenza tal-impatti f’ċertu każijiet sabiex isservi ta’ informazzjoni għat-tfassil tal-politika fil-futur.
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal separat jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata lejn l-evalwazzjonijiet li saru sa issa u tal-isforz ippjanat fir-rigward tal-evalwazzjonijiet matul il-perjodu 2014–2020. Dan jiddeskrivi wkoll il-fergħat differenti ta’ ħidma li wettqet il-Kummissjoni biex tappoġġja l-ħidma tal-programmi (netwerking, għoti ta’ gwida, helpdesks, eċċ.) u x-xogħol ta’ evalwazzjoni li huwa ppjanat mill-Kummissjoni fis-snin li ġejjin.
Separatament, l-evalwazzjonijiet ex-post tal-Kummissjoni stess għall-perjodu 2007–2013 huma ffinalizzati jew se jiġu ffinalizzati dalwaqt.
5.Konklużjonijiet
Il-programmi tal-Fond SIE jirrappreżentaw strument ta’ investiment kbir tal-Unjoni Ewropea u kull reġjun u pajjiż fl-Unjoni Ewropea jibbenefika mill-politika. Il-qafas legali msaħħaħ tiegħu għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 iġib miegħu innovazzjoni sinifikanti fil-politika u jikkontribwixxi għall-inizjattiva Baġit tal-UE ffukat fuq ir-Riżultati. Bħala parti mir-riforma ġew introdotti sensiela ta’ elementi moderni sabiex iwasslu għal investimenti ta’ kwalità għolja. Biex dan l-approċċ ambizzjuż il-ġdid seta’ jiġi implimentat fl-Istati Membri u fir-reġjuni kien hemm bżonn ta’ żmien u ta’ riżorsi fil-fażi tal-bidu sabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-infiq effettiv ikunu fis-seħħ. Dan inzerta sar flimkien mal-isforz biex jitlestew il-programmi għall-2007–2013 sabiex l-opportunitajiet ta’ investiment li dawn joffru jkunu sfruttati għal kollox.
Issa huwa imperattiv li l-implimentazzjoni tal-programmi l-ġodda titħaffef madwar l-Unjoni Ewropea kollha. B’mod partikolari, l-għażla ta’ proġetti ta’ kwalità tajba u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom iridu jitħaffu sabiex jonoraw l-ambizzjonijiet ta’ investiment u l-benefiċċji soċjoekonomiċi mistennija għaċ-ċittadini u għad-ditti tagħna. L-Istati Membri jridu wkoll jippreżentaw b’mod aktar f’waqtu l-evidenza tal-infiq lill-Kummissjoni sabiex il-baġit tal-UE jkun jista’ jiġi eżegwit kif suppost.
L-għażla tal-proġetti u l-infiq effettiv jipprovdu stampa aktar preċiża tal-implimentazzjoni milli mill-eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-UE. L-evidenza mill-monitoraġġ finanzjarju tal-2016 tindika li l-implimentazzjoni diġà bdiet titħaffef b’EUR 128,8 biljun ta’ investimenti – 20,2 % tat-total għall-perjodu – allokati għal proġetti speċifiċi sal-ħarifa 2016 meta mqabbla ma’ EUR 58,8 biljun sa tmiem l-2015. Din id-dejta aktar reċenti turi progress aktar omoġenju fost ħafna mill-Istati Membri u t-temi. L-iżvilupp ta’ dawn ix-xejriet se jkun ivvalutat ulterjorment fil-kuntest taċ-ċiklu ta’ rapportar għall-2017.
F’nofs l-2017, iċ-ċiklu ta’ rapportar tal-programmi, li jinvolvi rapporti komprensivi dwar il-programmi sa Ġunju 2017 u rapporti ta’ progress nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu 2017, se jipprovdi stampa aktar kompluta tal-implimentazzjoni, tal-progress lejn l-investiment u l-objettivi tal-politika u se jwassal għal rapportar aktar kwalitattiv. Dawn ir-rapporti b’mod partikolari se jkun fihom aktar informazzjoni u se jivvalutaw l-implimentazzjoni vis-à-vis lista ta’ kwistjonijiet strateġiċi, inkluż pereżempju dwar:
Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-kisba tal-objettivi Ewropa 2020, għall-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi, inkluż għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi fl-ambitu tas-Semestru Ewropew;
L-ewwel rapport dwar il-progress lejn l-istadji finanzjarji u fiżiċi importanti fl-ambitu tal-oqfsa ta’ prestazzjoni li għandhom jintużaw għall-għoti tar-riżerva tal-prestazzjoni fl-2019;
Rendikont tas-sitwazzjoni dwar it-tlestija tal-pjanijiet ta’ azzjoni marbuta mal-kundizzjonalitajiet ex ante pendenti. (F’każ ta’ nuqqas ta’ tlestija tal-pjanijiet ta’ azzjoni biex ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet ex ante, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti għall-programm(i) inkwistjoni fl-2017.);
L-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni bejn il-Fondi SIE u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jew nazzjonali u mal-BEI (biex ikunu inklużi s-sinerġiji u l-komplementarjetà mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi).
Dawn ir-rapporti mill-Istati Membri se jiġu ssinteżizzati mill-Kummissjoni f’rapport strateġiku sa tmiem l-2017.
ANNESSI
Anness 1.1: Fondi SIE – implimentazzjoni finanzjarja skont l-objettiv tematiku rrapportata skont il-programmi (l-għażla tal-proġetti)
il-31 ta’ Diċembru 2015 (f’miljuni ta’ EUR)
|
OT
|
Objettivi Tematiċi
|
Investiment totali ppjanat
|
Il-kost totali eliġibbli tal-proġetti magħżula fi tmiem l-2015
|
Ir-rata tal-għażla tal-proġetti
|
|
|
|
|
FEŻR
|
FAEŻR
|
FSE/ YEI
|
FK
|
FEMS
|
Total
|
|
|
01
|
Riċerka u Innovazzjoni:
|
59 549,3
|
3 230,8
|
147,6
|
-
|
-
|
-
|
3 378,4
|
5,7 %
|
|
02
|
Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni
|
18 297,6
|
629,9
|
106,7
|
-
|
-
|
-
|
736,7
|
4,0 %
|
|
03
|
Kompetittività tal-SMEs
|
83 593,6
|
3 145,9
|
4 294,3
|
-
|
-
|
36,4
|
7 476,6
|
8,9 %
|
|
04
|
Ekonomija b’Livell baxx ta’ Karbonju
|
52 777,2
|
1 131,3
|
1 129,7
|
-
|
13,0
|
-
|
2 274,0
|
4,3 %
|
|
05
|
Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji
|
37 783,6
|
263,1
|
6 176,0
|
-
|
115,0
|
-
|
6 554,2
|
17,3 %
|
|
06
|
Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi
|
72 316,2
|
196,5
|
6 587,4
|
-
|
663,0
|
126,1
|
7 573,0
|
10,5 %
|
|
07
|
Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija
|
66 659,5
|
648,3
|
-
|
-
|
3 491,3
|
-
|
4 139,6
|
6,2 %
|
|
08
|
Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità
|
46 390,9
|
29,9
|
199,2
|
6 226,2
|
-
|
1,6
|
6 456,9
|
13,9 %
|
|
09
|
Inklużjoni Soċjali
|
53 551,9
|
73,9
|
821,3
|
4 071,5
|
-
|
-
|
4 966,8
|
9,3 %
|
|
10
|
Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali
|
42 315,6
|
79,8
|
128,1
|
5 542,0
|
-
|
-
|
5 749,8
|
13,6 %
|
|
11
|
Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti
|
6 080,2
|
180,2
|
-
|
500,5
|
-
|
-
|
680,7
|
11,2 %
|
|
12
|
Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati
|
220,5
|
47,8
|
-
|
-
|
-
|
-
|
47,8
|
21,7 %
|
|
MM
|
Miżuri Mwaqqfa
|
928,0
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
-
|
0,0 %
|
|
|
Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE)
|
78 980,5
|
3 046,1
|
-
|
2 986,7
|
44,4
|
-
|
6 077,2
|
7,7 %
|
|
AT
|
Assistenza Teknika
|
18 712,1
|
1 159,4
|
298,7
|
851,6
|
363,7
|
1,0
|
2 674,3
|
14,3 %
|
|
|
Total
|
638 156,7
|
13 862,9
|
19 889,0
|
20 178,5
|
4 690,4
|
165,1
|
58 786,0
|
9,2 %
|
Sors: Il-Kummissjoni, abbażi tad-dejta rrapportata mill-programmi
Anness 1.2: Fondi SIE – implimentazzjoni finanzjarja skont l-objettiv tematiku rrapportata skont il-programmi (l-għażla tal-proġetti)
Il-ħarifa 2016 (f’miljuni ta’ EUR)
|
OT
|
Objettivi Tematiċi
|
L-ammont totali pprogrammat
2014-2020
|
Il-kost totali eliġibbli tal-proġetti magħżula fil- ħarifa 2016
|
Ir-rata tal-għażla tal-proġetti
|
|
|
|
|
FEŻR
|
FAEŻR
|
FSE/ YEI
|
FK
|
FEMS
|
Total
|
|
|
01
|
Riċerka u Innovazzjoni
|
59 549,3
|
10 196,8
|
321,2
|
-
|
-
|
-
|
10 518,0
|
17,7 %
|
|
02
|
Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni
|
18 297,6
|
1 816,5
|
370,7
|
-
|
-
|
-
|
2 187,2
|
12,0 %
|
|
03
|
Kompetittività tal-SMEs
|
83 593,6
|
8 532,7
|
7 831,7
|
-
|
-
|
36,4
|
16 400,8
|
19,6 %
|
|
04
|
Ekonomija b’Livell baxx ta’ Karbonju
|
52 777,2
|
2 709,8
|
1 518,8
|
-
|
1 174,0
|
-
|
5 402,6
|
10,2 %
|
|
05
|
Adattament għat-Tibdil fil-Klima u l-Prevenzjoni tar-Riskji
|
37 783,6
|
497,1
|
8 555,7
|
-
|
1 178,0
|
-
|
10 230,7
|
27,1 %
|
|
06
|
Ħarsien tal-Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi
|
72 316,2
|
1 734,5
|
9 464,8
|
-
|
2 393,4
|
126,1
|
13 718,8
|
19,0 %
|
|
07
|
Infrastrutturi tan-Netwerks fit-Trasport u l-Enerġija
|
66 659,5
|
3 474,4
|
-
|
-
|
7 751,7
|
-
|
11 226,0
|
16,8 %
|
|
08
|
Impjieg Sostenibbli u ta’ Kwalità
|
46 390,9
|
247,2
|
498,2
|
11 222,4
|
-
|
1,6
|
11 969,4
|
25,8 %
|
|
09
|
Inklużjoni Soċjali
|
53 551,9
|
939,6
|
2 670,9
|
7 100,1
|
-
|
|
10 710,6
|
20,0 %
|
|
10
|
Taħriġ Edukattiv u Vokazzjonali
|
42 315,6
|
951,8
|
226,5
|
7 584,8
|
-
|
|
8 763,1
|
20,7 %
|
|
11
|
Amministrazzjoni Pubblika Effiċjenti
|
6 080,2
|
378,1
|
-
|
909,2
|
-
|
|
1 287,3
|
21,2 %
|
|
12
|
Ultraperiferiċi u Skarsament Popolati
|
220,5
|
234,0
|
-
|
-
|
-
|
|
234,0
|
106,1 %
|
|
MM
|
Miżuri Mwaqqfa
|
928,0
|
-
|
-
|
-
|
-
|
|
-
|
0,0 %
|
|
|
Objettivi Tematiċi Multipli (FEŻR/FK/FSE/FEMS)
|
78 980,5
|
10 381,4
|
-
|
4 800,7
|
917,1
|
356,8 (2)
|
16 456,1
|
20,4 %
|
|
AT
|
Assistenza Teknika
|
18 712,1
|
2 213,3
|
490,4
|
1 588,9
|
902,0
|
|
5 195,6
|
27,8 %
|
|
|
Total
|
638 156,7
|
44 307,1
|
31 948,8
|
33 206,1
|
14 316,1
|
521,9
|
124 300,0
|
19,4 %
|
|
|
Rapportar Ad-Hoc (ES)
|
|
4 500,0
|
|
|
|
|
|
|
|
|
It-Total Ikkoreġut
|
638 156,7
|
48 807,1
|
31 948,8
|
33 206,1
|
14 316,1
|
521,9
|
128 800,0
|
20,2 %
|
Sors: Il-Kummissjoni, abbażi tad-dejta rrapportata mill-programmi
Noti: (1) Għal aktar informazzjoni dwar is-sors ta’ din id-dejta ara n-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness 2.2
(2) Ir-rapportar ad-hoc mill-programmi tal-FEMS se jintemm f’Ottubru 2016.
Anness 2.1: Il-Fondi SIE – l-implimentazzjoni finanzjarja Skont l-Istati Membri rrapportata skont il-programmi (l-għażla tal-proġetti) – il-31 ta’ Diċembru 2015 (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Ammont tal-UE allokat
|
L-ammont totali pprogrammat
|
It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula
|
Ir-rata tal-għażla tal-proġetti
|
|
|
2014-2020
|
2014-2020
|
fi tmiem l-2015
|
|
|
|
|
(UE u Nazzjonali)
|
|
|
|
AT
|
4 923
|
10 655,0
|
1 679,1
|
15,8 %
|
|
BE
|
2 710
|
6 040,8
|
2 146,7
|
35,5 %
|
|
BG
|
9 878
|
11 734,0
|
912,6
|
7,8 %
|
|
CY
|
874
|
1 120,0
|
3,0
|
0,3 %
|
|
CZ
|
23 980
|
32 291,4
|
966,4
|
3,0 %
|
|
DE
|
27 935
|
44 756,4
|
8 085,8
|
18,1 %
|
|
DK
|
1 540
|
2 264,7
|
419,9
|
18,5 %
|
|
EE
|
4 459
|
6 003,1
|
1 178,7
|
19,6 %
|
|
ES
|
37 401
|
53 278,1
|
1 077,9
|
2,0 %
|
|
FI
|
3 759
|
8 423,6
|
2 593,0
|
30,8 %
|
|
FR
|
26 736
|
45 784,5
|
5 760,2
|
12,6 %
|
|
GR
|
20 352
|
24 965,4
|
1 104,3
|
4,4 %
|
|
HR
|
10 742
|
12 677,1
|
1 993,6
|
15,7 %
|
|
HU
|
25 014
|
29 646,7
|
1 727,5
|
5,8 %
|
|
IE
|
3 358
|
6 131,4
|
1 771,6
|
28,9 %
|
|
IT
|
42 668
|
73 624,4
|
3 620,6
|
4,9 %
|
|
LT
|
8 386
|
9 947,2
|
873,0
|
8,8 %
|
|
LU
|
140
|
456,4
|
88,3
|
19,4 %
|
|
LV
|
5 634
|
6 908,0
|
605,3
|
8,8 %
|
|
MT
|
828
|
1 023,9
|
15,6
|
1,5 %
|
|
NL
|
1 881
|
3 731,6
|
231,9
|
6,2 %
|
|
PL
|
86 095
|
104 899,0
|
4 495,4
|
4,3 %
|
|
PT
|
25 793
|
32 691,9
|
4 956,1
|
15,2 %
|
|
RO
|
30 838
|
36 447,5
|
1 001,0
|
2,7 %
|
|
SE
|
3 647
|
7 980,0
|
1 936,0
|
24,3 %
|
|
SI
|
3 875
|
4 896,1
|
464,4
|
9,5 %
|
|
SK
|
15 344
|
20 078,2
|
925,4
|
4,6 %
|
|
KT
|
9 239
|
12 414,6
|
906,9
|
7,3 %
|
|
UK
|
16 417
|
27 285,6
|
7 246,1
|
26,6 %
|
|
L-Ammont Totali
|
454 446,7
|
638 156,7
|
58 786,0
|
9,2 %
|
Sors: Il-Kummissjoni, abbażi tad-dejta rrapportata mill-programmi
Anness 2.2: Il-Fondi SIE – l-implimentazzjoni finanzjarja skont l-Istati Membri rrapportata skont il-programmi (l-għażla tal-proġetti) – il-ħarifa 2016 (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Ammont tal-UE allokat
|
L-ammont totali pprogrammat
|
It-total tal-Kost Eliġibbli tal-proġetti magħżula
|
Ir-rata tal-għażla tal-proġetti
|
|
|
2014-2020
|
2014-2020
|
fil-ħarifa 2016
|
|
|
|
|
(UE u Nazzjonali)
|
|
|
|
AT
|
4 923
|
10 655,0
|
2 011,2
|
18,9 %
|
|
BE
|
2 710
|
6 040,8
|
2 538,5
|
42,0 %
|
|
BG
|
9 878
|
11 734,0
|
2 846,6
|
24,3 %
|
|
CY
|
874
|
1 120,0
|
56,9
|
5,1 %
|
|
CZ
|
23 980
|
32 291,4
|
3 092,4
|
9,6 %
|
|
DE
|
27 935
|
44 756,4
|
13 466,6
|
30,1 %
|
|
DK
|
1 540
|
2 264,7
|
651,6
|
28,8 %
|
|
EE
|
4 459
|
6 003,1
|
2 187,6
|
36,4 %
|
|
ES
|
37 401
|
53 278,1
|
7 086,4 1
|
13,3 %
|
|
FI
|
3 759
|
8 423,6
|
3 401,7
|
40,4 %
|
|
FR
|
26 736
|
45 784,5
|
9 481,7
|
20,7 %
|
|
GR
|
20 352
|
24 965,4
|
2 991,7
|
12,0 %
|
|
HR
|
10 742
|
12 677,1
|
1 148,9
|
9,1 %
|
|
HU
|
25 014
|
29 646,7
|
11 578,2
|
39,1 %
|
|
IE
|
3 358
|
6 131,4
|
2 058,7
|
33,6 %
|
|
IT
|
42 668
|
73 624,4
|
10 394,8
|
14,1 %
|
|
LT
|
8 386
|
9 947,2
|
2 248,4
|
22,6 %
|
|
LU
|
140
|
456,4
|
92,4
|
20,2 %
|
|
LV
|
5 634
|
6 908,0
|
1 654,0
|
23,9 %
|
|
MT
|
828
|
1 023,9
|
185,1
|
18,1 %
|
|
NL
|
1 881
|
3 731,6
|
1 019,0
|
27,3 %
|
|
PL
|
86 095
|
104 899,0
|
14 314,2
|
13,6 %
|
|
PT
|
25 793
|
32 691,9
|
11 063,9
|
33,8 %
|
|
RO
|
30 838
|
36 447,5
|
2 617,1
|
7,2 %
|
|
SE
|
3 647
|
7 980,0
|
2 689,1
|
33,7 %
|
|
SI
|
3 875
|
4 896,1
|
1 073,0
|
21,9 %
|
|
SK
|
15 344
|
20 078,2
|
3 436,7
|
17,1 %
|
|
KT
|
9 239
|
12 414,6
|
2 849,8
|
23,0 %
|
|
UK
|
16 417
|
27 285,6
|
10 207,3
|
37,4 %
|
|
L-Ammont Totali
|
454 446,7
|
638 156,7
|
128 443,2
|
20,1 %
|
|
Rapportar
ad-hoc tal-FEMS
30/10/2016
|
|
|
356,8
|
|
|
Total bil-FEMS
|
|
|
128 800,0
|
20,2 %
|
Sors: Il-Kummissjoni, abbażi tad-dejta rrapportata mill-programmi
Noti:
Fl-Annessi 1.2 u 2.2, il-perjodu kopert mid-dejta finanzjarja rrapportata skont il-Fond hija kif ġej:
1.Għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni, l-aktar dejta reċenti dwar l-għażla tal-proġetti tirrigwarda t-30 ta’ Settembru 2016. Għal ES, kien irrapportat ammont ta’ EUR 4 500 miljun kif allokat sal-ħarifa 2016 taħt il-FEŻR (rapportar ad-hoc).
2.Għall-programmi tal-FAEŻR, l-aktar dejta reċenti dwar l-għażla tal-proġetti tirrigwarda l-31 ta’ Awwissu 2016.
3.Għall-programmi tal-FEMS, l-aktar dejta reċenti rrapportata formalment dwar l-għażla tal-proġetti tirrigwarda l-31 ta’ Diċembru 2015. Rapportar ad-hoc addizzjonali huwa miżjud separatament fi tmiem it-tabella ta’ hawn fuq.
Id-dejta finanzjarja preżentata hawn fuq hija stampa indikattiva tad-dejta nnotifikata mill-programmi kif kienet tinsab fid-9 ta’ Novembru 2016 u sussegwentement tista’ tiġi kkoreġuta jew ikkompletata mill-programmi fejn ikun meħtieġ.
L-iskadenza ta’ rapportar li jmiss għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni hija l-31 ta’ Jannar 2017 (għad-dejta finanzjarja sa tmiem l-2016).