Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016DC0793

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW li tistabbilixxi rikonoxximent formali li għadd ta’ atti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent li ġew adottati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE m’għadhomx jgħoddu

    COM/2016/0793 final

    Brussell, 15.12.2016

    COM(2016) 793 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    li tistabbilixxi rikonoxximent formali li għadd ta’ atti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent li ġew adottati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE m’għadhomx jgħoddu


    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    li tistabbilixxi rikonoxximent formali li għadd ta’ atti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent li ġew adottati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE m’għadhomx jgħoddu

    1.Daħla

    Din il-Komunikazzjoni għandha x’taqsam mat-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru, 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (“id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE”). Hija tirreferi għal atti skaduti tal-Kummissjoni marbutin mad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE li jaffettwaw diversi setturi tal-politika ambjentali tal-UE, li huma dawk tal-iskart, tal-azzjoni klimatika u tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-kontroll tal-perikli ta’ inċidenti maġġuri u tal-ilma.

    It-tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE kienet waħda mill-ewwel azzjonijiet li tħabbru fil-qafas tal-kontroll tal-idoneità tal-monitoraġġ u tar-rappurtar ambjentali 1 .

    Ir-riżultati tal-analiżi legali dwar ir-rappurtar skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE huma mogħtija fil-qosor fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta relatata għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tneħħi r-rekwiżiti għar-rappurtar standardizzat u b’hekk temenda diversi atti ta’ leġiżlazzjoni tal-UE 2 . Barra minn hekk, studju ta’ appoġġ li ġie ppubblikat b’mod separat bħala dokument ta’ sfond 3 jagħti analiżi aktar iddettaljata dwar dan.

    2.L-azzjonijiet proposti biex titħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE

    Din il-Komunikazzjoni tirrikonoxxi b’mod formali l-fatt li l-11-il Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni li għadhom fis-seħħ skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE m’għadhomx jgħoddu. Hija tikkumplimenta d-Deċiżjoni proposta msemmija fit-Taqsima 1 t’hawn fuq, kif ukoll żewġ Proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 4 li jħassru żewġ atti ta’ implimentazzjoni li eżawrew l-effett legali tagħhom, iżda li, minħabba raġunijiet ta’ proċedura, se jitħassru f’data aktar tard mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura ta’ kumitat.

    L-Anness I jelenka d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti u jistabbilixxi r-raġunijiet għala kull waħda minnhom m’għadhiex tgħodd. Kollha eżawrew l-effetti tagħhom u m’għadhomx jgħoddu minħabba li skada l-perjodu taż-żmien li jkopru jew minħabba li l-bażi ġuridika tagħhom m’għadhiex fis-seħħ. Huma ġew identifikati abbażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw li dawn l-atti eżawrew l-effetti tagħhom u li ġew issodisfati l-obbligi kollha tagħhom.

    3.Id-Deċiżjonijiet li għadhom fis-seħħ

    Minkejja l-proposta biex titħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE, diversi Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni li ġew adottati fil-qafas ta’ din id-Direttiva se jibqgħu fis-seħħ.

    Id-Deċiżjonijiet li jistabbilixxu kwestjonarji marbutin mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE se jibqgħu validi u rilevanti. Ir-rapporti annwali li l-Istati Membri għandhom jibagħtu skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/87/KE huma bbażati fuq dawn il-kwestjonarji u jipprovdu informazzjoni essenzjali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u jservu bħala l-bażi għat-tħejjija ta’ rapport dwar is-sitwazzjoni fl-UE kollha. Id-Deċiżjonijiet ikkonċernati huma dawn li ġejjin:

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/166/UE tal-21 ta’ Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE fir-rigward tal-kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2014) 1726) 5 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE tal-4 ta’ Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (innotifikata bid-dokument numru C(2005) 1359) 6 ; u

    d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/803/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapportaġġ dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (notifikat bid-dokument numru C(2006) 5546) 7 .

    Barra minn hekk, id-Deċiżjonijiet li ġejjin fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart ukoll se jibqgħu fis-seħħ minħabba li dawn huma l-uniċi strumenti li jeżistu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttivi rispettivi rilevanti:

    id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta’ 18.4.2012 li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart 8 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/249/KE tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar kwestjonarju għal rapporti mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparat elettriku u elettroniku skartat (WEEE) 9 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/151/KE tas-6 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE li jikkonċernaw il-kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż 10 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/738/KE tas-17 ta’ Novembru 2000 li tikkonċerna kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE dwar it-tpoġġija tal-iskart f’landfill 11 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 ta’ Ottubru 2001 dwar kwestjonarju għal rapport tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw 12 ;

    id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/622/KE tas-27 ta’ Mejju 1997 li tikkonċerna l-kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) 13 ; u

    d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE tal-24 ta’ Ottubru 1994 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) 14 .

    4.Konklużjoni

    Fil-qafas tal-azzjoni ta’ simplifikazzjoni marbuta mal-atti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li:

    l-atti mniżżlin fl-Anness II għandhom jitneħħew mil-leġiżlazzjoni attiva tal-UE (mill-acquis);

    l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea qed jiġi mistieden jirtira dawn l-atti mid-Direttorju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija fis-seħħ;

    l-Anness II għandu jiġi ppubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Anness I

    Ir-raġunijiet speċifiċi għala għandu jingħad li d-Deċiżjonijiet ibbażati fuq id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE m’għadhomx jgħoddu

    -Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/632/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart 15 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva 2000/76/KE, tħassret b’effett mis-7 ta’ Jannar 2014 permezz tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali, u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, matul il-perjodu 2008 – 2010 16 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tħassret b’effett mis-7 ta’ Jannar 2014 permezz tad-Direttiva 2010/75/UE, u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/241/KE tas-26 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/391/KE tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar il-kwestjonarju li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrati ta’ tniġġis (IPPC) (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) 17 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tħassret b’effett mit-18 ta’ Frar 2008 permezz tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, li min-naħa tagħha tħassret permezz tad-Direttiva 2010/75/UE, u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/605/KE tas-17 ta’ Lulju 2002 li tirrigwarda l-kwestjonarju li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll tar-riskji ta’ inċidenti maġġuri li jinvolvu s-sustanzi perikolużi 18 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tħassret b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015 permezz tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, u l-kwestjonarju eżawrixxa l-effett tiegħu u m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/391/KE tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar il-kwestjonarju li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrati ta’ tniġġis (IPPC) (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) 19 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tħassret b’effett mit-18 ta’ Frar 2008 permezz tad-Direttiva 2008/1/KE, li min-naħa tagħha tħassret permezz tad-Direttiva 2010/75/UE, u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/314/KE tad-9 ta’ April 1999 li tikkonċerna l-kwestjonarju li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ inċidenti maġġuri li jinvolvu sustanzi perikolużi 20 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, tħassret b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015 permezz tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE, u l-kwestjonarju eżawrixxa l-effett tiegħu u m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/184/KE tal-25 ta’ Frar 1998 li tirrigwarda kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE dwar l-inċinerazzjoni ta’ ċertu skart ta’ riskju (l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) 21 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE, tħassret b’effett mit-28 ta’ Diċembru 2005 permezz tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart, li min-naħa tagħha tħassret b’effett mis-7 ta’ Jannar 2014 permezz tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali, u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/511/KE tad-29 ta’ Lulju 1996 dwar il-kwestjonarji stabbiliti mid-Direttivi tal-Kunsill 80/779/KEE, 82/884/KEE, 84/360/KEE u 85/203/KEE 22 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE, tħassret b’effett mit-30 ta’ Ottubru 2007 permezz tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis 23 . Barra minn hekk, il-bażijiet ġuridiċi l-oħra tagħha, jiġifieri d-Direttivi tal-Kunsill 80/779/KEE u 82/884/KEE, tħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005 u d-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tħassret b’effett mid-19 ta’ Lulju 2001 permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-diossidu tal-kubrit, tad-diossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali, li min-naħa tagħha tħassret b’effett mill-10 ta’ Ġunju 2010 permezz tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa 24 , u l-kwestjonarji m’għadhomx jintużaw u m’għadhomx jgħoddu.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/302/KE tas-17 t’April 1996 li tistabbilixxi format li fih għandha tkun provduta informazzjoni skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż 25 . Il-bażi ġuridika tagħha, jiġifieri l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE, tħassret b’effett mill-24 ta’ Frar 2006 permezz tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE 26 , u l-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/446/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar kwestjonarji marbuta ma’ direttivi fil-qasam tal-ilma 27 ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/337/KE tal-25 ta’ Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni 92/446/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-kwestjonarji li għandhom x’jaqsmu mad-direttivi fis-settur tal-ilma. Il-kwestjonarji stabbiliti b’dawn id-Deċiżjonijiet kienu jirreferu għal diversi atti ta’ leġiżlazzjoni tas-settur tal-ilma li jew tħassru permezz tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma jew li ġew emendati mingħajr ma ntużat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE għall-għanijiet tar-rappurtar. B’hekk dawn il-kwestjonarji m’għadhomx jintużaw u m’għadhomx jgħoddu.

    -Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/337/KE tal-25 ta’ Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni 92/446/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-kwestjonarji li għandhom x’jaqsmu mad-direttivi fis-settur tal-ilma 28 . Il-kwestjonarju stabbilit b’din id-Deċiżjoni kien jirreferi għal diversi atti ta’ leġiżlazzjoni tas-settur tal-ilma li jew tħassru permezz tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma jew li ġew emendati mingħajr ma ntużat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE għall-għanijiet tar-rappurtar. B’hekk dan il-kwestjonarju m’għadux jintuża u m’għadux jgħodd.



    ANNESS II

    Lista tal-atti li għandhom jitneħħew mill-acquis

    1)Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/632/UE tal-21 ta’ Settembru 2011 (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 54).

    2)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 (ĠU L 195, 27.7.2007,
    p. 47).

    3)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/241/KE tas-26 ta’ Marzu 2003 (ĠU L 89, 5.4.2003,
    p. 17).

    4)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/605/KE tas-17 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 195, 24.7.2002,
    p. 74).

    5)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/391/KE tal-31 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 148, 15.6.1999,
    p. 39).

    6)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/314/KE tad-9 ta’ April 1999 (ĠU L 120, 8.5.1999,
    p. 43).

    7)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/184/KE tal-25 ta’ Frar 1998 (ĠU L 67, 7.3.1998,
    p. 48).

    8)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/511/KE tad-29 ta’ Lulju 1996 (ĠU L 213, 22.8.1996,
    p. 16).

    9)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/302/KE tas-17 t’April 1996 (ĠU L 116, 11.5.1996,
    p. 26).

    10)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/446/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 (ĠU L 247, 27.8.1992,
    p. 10).

    11)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/337/KE tal-25 ta’ Lulju 1995 li temenda d-Deċiżjoni 92/446/KEE tas-27 ta’ Lulju 1992 (ĠU L 200, 24.8.1995, p. 1).

    (1)  Ara l-pjan direzzjonali li ġej: http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2017_env_002_monitoring_and_reporting_obligations_en.pdf.
    (2)  Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE, id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u Direttiva tal-Kunsill 94/63/KE f’dak li għandu x’jaqsam mar-regoli ta’ proċedura fil-qasam tar-rappurtar ambjentali, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE.
    (3) Dan jinsab fl-indirizz elettroniku li ġej: http://ec.europa.eu/environment/legal/reporting/other_actions_en.htm.
    (4) Id-Deċiżjonijiet previsti tal-Kummissjoni li jħassru d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/92/UE li tintroduċi l-kwestjonarju li għandu jintuża għall-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju (ĠU L 37, 11.2.2011, p. 19) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/681/UE dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 65).
    (5) ĠU L 89, 25.3.2014, p. 45.
    (6) ĠU L 126, 19.5.2005, p. 43  .
    (7) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 38.
    (8) C(2012) 2384 final.
    (9) ĠU L 78, 16.3.2004, p. 56.
    (10) ĠU L 67, 7.3.2007, p. 7.
    (11)

     ĠU L 298, 25.11.2000, p. 24.

    (12) ĠU L 282, 26.10.2001, p. 77. 
    (13) ĠU L 256, 19.9.1997, p. 13.
    (14) ĠU L 296, 17.11.1994, p. 42.
    (15) ĠU L 247, 24.9.2011, p. 54.
    (16) ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47.
    (17) ĠU L 89, 5.4.2003, p. 17.
    (18) ĠU L 195, 24.7.2002, p. 74.
    (19) ĠU L 148, 15.6.1999, p. 39.
    (20) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 43.
    (21) ĠU L 67, 7.3.1998, p. 48.
    (22) ĠU L 213, 22.8.1996, p. 16.
    (23) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
    (24) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
    (25) ĠU L 116, 11.5.1996, p. 26.
    (26) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.
    (27)  ĠU L 247, 27.8.1992, p. 10.
    (28) ĠU L 200, 24.8.1995, p. 1.
    Top