IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2016
COM(2016) 436 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport annwali dwar l-implementazzjoni tal-Inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016DC0436
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL Annual report on the implementation of the EU Aid Volunteers Initiative in 2015
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport annwali dwar l-implementazzjoni tal-Inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport annwali dwar l-implementazzjoni tal-Inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015
COM/2016/0436 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2016
COM(2016) 436 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Rapport annwali dwar l-implementazzjoni tal-Inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015
I. Introduzzjoni
Kif previst mit-Trattat ta’ Lisbona 1 , l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2014 2 . L-objettiv huwa li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet u għat-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli jew milquta minn diżastri f’pajjiżi terzi, filwaqt li ċ-ċittadini Ewropej jingħataw l-opportunità li juru solidarjetà mal-persuni fil-bżonn billi jieħdu sehem f'azzjoni umanitarja f'dawn il-pajjiżi.
L-Artikolu 27 tar- Regolament (UE) Nru 375/2014 jirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapporti annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżaminaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament 3 .
Dan ir-rapport annwali jiddeskrivi l-attivitajiet u l-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015 li kienet sena ferm importanti sabiex l-inizjattiva ssir operattiva bit-tfassil tal-passi li jmiss fl-implimentazzjoni tagħha.
II. Objettivi u prioritajiet
L-attivitajiet fl-2015 huma bbażati fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-Implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fl-2015 adottata mill-Kummissjoni 4 skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju. Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva fl-2015 kien stabbilit għal EUR 13 868 000 bl-għan li jinbnew il-kapaċitajiet tal-bini tal-organizzazzjonijiet ospitanti f’pajjiżi terzi u li tiġi pprovduta assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti bbażati fl-Istati Membri tal-UE; li tikkontribwixxi lejn il-bini tar-reżiljenza u l-ġestjoni tar-riskji marbuta mad-diżastri f'pajjiżi vulnerabbli, fraġli jew milquta minn diżastri u kriżijiet minsija; li tħejji l-għażla, it-taħriġ u l-iskjerament tal-voluntiera u t-tnedija pubblika tal-inizjattiva, l-istabbiliment ta’ Pjattaforma ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, it-tnedija tas-sejħa għall-offerti għall-għażla tal-fornitur tat-taħriġ; u diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni. Attivitajiet iffinanzjati taħt il-Programm ta’ Ħidma għall-2014 5 bħal pereżempju ċ-ċertifikazzjoni li għada għaddejja tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti; l-istabbiliment ta' skema tal-assigurazzjoni għall-voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-għażla ta’ proġetti għall-bini ta’ kapaċità u assistenza teknika seħħu wkoll fl-2015 wara l-adozzjoni tal-atti delegati u tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija hawn fuq.
III. Azzjonijiet implimentati fl-2015
1.Ċertifikazzjoni
L-organizzazzjonijiet kollha li jixtiequ jibgħatu jew jospitaw voluntieri taħt l-inizjattiva tal-EUAV (EU Aid Volunteers Initiative) iridu jiġu ċċertifikati 6 . Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jivverifika li l-istandards għoljin u l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-volontiera stabbiliti għall-protezzjoni u l-ġestjoni ta’ volontiera waqt l-iskjerament tagħhom taħt l-inizjattiva tal-EUAV jistgħu jiġu mwettqa u milħuqa bis-sħiħ mill-organizzazzjonijiet parteċipanti kollha. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni fl-2015 huwa ffinanzjat taħt il-Programm ta’ Ħidma għall-2014. Ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti f'Jannar 2015 7 . L-objettiv huwa li tiġi kkompilata lista ta' 100 organizzazzjoni emittenti u ospitanti li jixtiequ jipparteċipaw fl-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Tressqu 37 applikazzjoni, 13-il organizzazzjoni emittenti u seba' (7) organizzazzjoni ospitanti ġew iċċertifikati u l-ebda applikazzjoni ma ġiet miċħuda sa tmiem l-2015 8 . Is-17-il applikazzjoni li fadal qegħdin jiġu valutati fl-2016. Iċ-ċertifikazzjoni huwa proċess kontinwu u l-applikazzjonijiet se jiġu aċċettati sat-30 ta’ Settembru 2020.
2.Assistenza teknika / Bini ta' kapaċità
L-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tipprovdi opportunitajiet għal bini ta' kapaċità għal organizzazzjonijiet ospitanti u assistenza teknika għal organizzazzjonijiet emittenti
9
. L-objettiv huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet li għandhom l-intenzjoni li jipparteċipaw fl-inizjattiva u li tiġi żgurata l-osservanza tal-istandards u l-proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Sejħa għal proposti EACEA/03/2015 ġiet ippubblikata f’Jannar 2015
10
li tipprovdi finanzjament b’baġit totali ta’ EUR 6 948 000 għall-kofinanzjament ta' proġetti għall-bini ta' kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u l-assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti f’diversi oqsma bħal pereżempju l-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, il-ġestjoni tal-volontarji, il-kapaċità għall-kisba ta' ċertifikazzjoni, l-għodod u l-metodi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet, il-bini ta’ sħubiji, l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni. Is-sejħa kienet tikkonsisti f’żewġ fażijiet (l-ewwel skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet kienet l-1 ta’ April 2015 u t-tieni skadenza kienet l-1 ta’ Settembru 2015). Dsatax-il (19) applikazzjoni ġew sottomessi (sebgħa (7) għal assistenza teknika u 12 għal bini ta’ kapaċità). Għaxar proġetti kienu magħżula għall-kofinanzjament b’għotja tal-UE ta’ EUR 4 827 715,51: sitt proġetti taħt l-ewwel ċiklu (tlieta għal assistenza teknika u tlieta għal bini ta' kapaċità) għal ammont totali ta’ EUR 2 864 574,39 u erba' proġetti (wieħed għal assistenza teknika u tlieta għal bini ta' kapaċità) fit-tieni ċiklu għal ammont totali ta’ EUR 1 963 141,12.
Tnejn u għoxrin (22) organizzazzjoni fil-kuntest ta’ proġetti ta’ assistenza teknika u 66 organizzazzjoni fil-kuntest ta’ proġetti ta’ bini ta' kapaċità huma involuti fl-implimentazzjoni biex isaħħu l-ġestjoni u s-sistemi operattivi, u biex jaħdmu flimkien biex jimplimentaw l-aħjar prassi fit-twassil tal-għajnuna umanitarja u ġestjoni tal-volontarjat
11
. Il-proġetti qed jikkontribwixxu l-aktar lejn il-proċess ta’ bini ta’ sħubija ma’ 57 sieħeb parteċipanti li mhumiex parti mill-Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni (FPA - Framework Partnership Agreements) / imsieħba parteċipanti li huma parti mill-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv (FAFA - Financial and Administrative Framework Agreement)
12
u 120 relazzjoni imsieħba ġdida maħluqa bejn l-organizzazzjonijiet bħala riżultat tal-bini ta’ kapaċità u l-qasam tal-assistenza teknika tal-inizjattiva tal-Għajnuna tal-Voluntiera tal-UE.
Il-proġetti ta’ assistenza teknika għal organizzazzjonijiet bbażati fl-UE huma ffokati fuq it-tisħiħ tal-kapaċità fl-erja tan-netwerk. Il-bini ta’ sħubija u alleanza fost l-organizzazzjonijiet huwa qasam ċar ta’ prijorità, li l-organizzazzjonijiet jixtiequ jiżviluppaw. Oqsma tematiċi oħra jinkludu l-iżvilupp organizzazzjonali, il-maniġment ta’ proġetti, l-iżgurar ta' opportunitajiet indaqs u l-fehma ta' liġijiet nazzjonali rilevanti li japplikaw għall-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, li wħud minnhom huma karatteristiċi tal-istandards u l-proċeduri għall-ġestjoni tal-voluntiera abbażi tal-inizjattiva tal-EUAV u tar-rekwiżiti taħt il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Il-proġetti għall-bini ta' kapaċità għal organizzazzjonijiet ibbażati f’pajjiżi terzi huma iffokati wkoll fuq il-formazzjoni ta’ bini ta' sħubija u formazzjoni ta' alleanza. L-istabbiliment ta’ standards li jirregolaw il-ġestjoni ta’ sħubijiet, il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet, il-ġestjoni tal-programmi u l-volontarjat lokali fl-iżvilupp huma oqsma tematiċi oħra li l-organizzazzjonijiet beħsiebhom isaħħu.
Studju tal-każ: spinta għar-rispons lokali għal għargħar
Permezz tal-proġett dwar l-Iżvilupp tal-Inizjattivi ta' Reżiljenza tal-Balkani u tal-Ewropa - BEDRIN - l-organizzazzjonijiet fil-pajjiżi tal-UE u fil-Balkani tal-Punent qed iħejju għal parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif ukoll jibnu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet lokali biex jiffaċċjaw l-għargħar u r-riskji relatati fiż-żona tal-baċin tax-xmara tad-Drin.
Studju tal-każ: il-kisba ta’ organizzazzjonijiet involuti ma’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE:
Il-Volontarjat f’Għajnuna Umanitarja - L-organizzazzjoni emittenti (VolinHA-SO) qed taħdem mal-imsieħba f’disa’ pajjiżi tal-UE u qed tuża' standards tal-EUAV kif definiti fil-proċess ta’ ċertifikazzjoni biex tgħin fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom, b’attenzjoni partikolari fuq it-tisħiħ tal-politika ta’ ġestjoni tal-volontarjat. Permezz ta’ dan, il-proġett għandu l-mira li jsaħħaħ il-kollegamenti bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u jżid il-kapaċità tagħhom biex jipparteċipaw fl-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
|
Il-proġetti tal-2015 tal-Bini ta’ Kapaċità u ta’ Assistenza Teknika |
||
|
L-imsieħba tal-proġett ibbażati f’pajjiżi tal-UE |
||
|
L-imsieħba tal-proġett ibbażati f’pajjiżi terzi |
||
3.Skjerament
L-iskjerament ta’ voluntiera hija waħda mill-azzjonijiet ewlenin taħt l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. L-objettiv huwa li jintgħażlu, jiġu mħejjija u skjerati voluntiera żgħażagħ u anzjani biex jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f’pajjiżi terzi. Is-sejħa għal proposti EACEA/25/2015 ġiet ippubblikata f’Lulju 2015 13 b'mod li tipprovdi finanzjament b’baġit totali ta’ EUR 8 400 000 għall-kofinanzjament ta' proġetti għal skjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż xogħol ta’ apprendistat għal professjonisti żgħażagħ u bini ta’ kapaċità u / jew assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw. Iż-żmien tas-sejħa iqis il-progress tal-mekkaniżmu taċ-ċertifikazzjoni u l-ħtieġa għal grupp ta’ organizzazzjonijiet iċċertifikati. Kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni, il-voluntieri jistgħu jiġu skjerati (jintbagħtu u jintlaqgħu) minn organizzazzjonijiet iċċertifikati biss. Barra minn hekk, f’konformità mal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2015, il-proġetti għandhom jitwettqu minn konsorzju ta’ mill-inqas tliet organizzazzjonijiet emittenti u tliet organizzazzjonijiet ospitanti ċċertifikati. Sat-30 ta’ Ottubru 2015 (id-data ta’ skadenza tas-sejħa għall-proposti) żewġ applikazzjonijiet li jinvolvu 26 organizzazzjoni ġew sottomessi. Il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja għandhom jiġu finalizzati fl-2016 b’għotja massima tal-UE ta’ EUR 1 392 442,17 u l-bidu tal-implimentazzjoni prevista għal Ġunju / Lulju 2016.
4.Assigurazzjoni
Skont il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2014 li jipprovdi allokazzjoni tal-baġit ta’ EUR 4 000 000 għall-perijodu 2015-2020 għall-assigurazzjoni ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u x-xogħol ta’ apprendistat, ġiet ippubblikata 14 sejħa għal offerti fl-31 ta’ Diċembru 2014. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-voluntiera li jipparteċipaw fl-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jkunu koperti minn pjan ta' assigurazzjoni komplut imfassal speċifikament biex jipproteġihom matul il-perjodu kollu tal-iskjerament tagħhom. Fl-4 ta’ Novembru 2015, ġie konkluż kuntratt ta’ servizz ma' Cigna International Health Service BVBA għal ammont massimu ta’ EUR 2 500 000 li jistabbilixxi skema tal-assigurazzjoni li tkun applikabbli mal-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. L-ewwel rapport interim magħmul minn pjan ta’ implimentazzjoni li jsemmi l-istadji differenti, l-attivitajiet relatati, u skeda ta’ żmien proposta li tistabbilixxi l-istruttura tas-servizz meħtieġ ġie sottomess f’Diċembru 2015 mill-kuntrattur.
5.Programm ta' Taħriġ
Ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti għat-taħriġ fit-30 ta' Ottubru 2015 15 . L-objettiv huwa li jiġi żviluppat il-programm ta’ taħriġ għall-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; li jiġu pprovduti servizzi ta’ taħriġ għal kandidati voluntiera; u li jiġu valutati l-kompetenzi tal-kandidati voluntiera mħarrġa skont ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1398/2014 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1244/2014. Il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-iffirmar tal-kuntratt qafas għandhom jiġu ffinalizzati fl-ewwel nofs tal-2016 bi programm ta’ taħriġ li jkun disponibbli għall-kandidati Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE qabel l-iskjerament tagħhom.
L-azzjonijiet ippreżentati fit-taqsimiet 1-5 huma ddelegati u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA - Education, Audio-visual and Culture Agency) f’kooperazzjoni mas-servizzi tal-Kummissjoni 16 . Id-diviżjoni tal-kompiti bejn il-Kummissjoni u l-EACEA hija bbażata fuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9189 tat-18.12.2013 li tiddelega setgħat lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura bil-ħsieb li twettaq ħidmiet marbuta mal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura li jinkludu, b’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni u l-allokazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). L-EACEA hija aġenzija eżekuttiva responsabbli għall-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE permezz ta’ sejħiet għal proposti, sejħiet għall-offerti u l-ġestjoni tal-kuntratti sussegwenti u għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti tal-baġit f'konformità mal-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni.
F’termini ta’ mmaniġġjar operazzjonali, il-Kummissjoni tibqa’ direttament responsabbli biex jiġi stabbilit Netwerk tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, il-pjattaforma onlajn ċentrali u l-komunikazzjonijiet.
Il-modalitajiet u l-proċeduri ta’ interazzjoni huma rregolati permezz ta’ Memoranda ta’ Ftehim bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-EACEA. Fl-2015, il-kooperazzjoni bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-EACEA kompliet tevolvi u rriżultat f'interazzjoni attiva fl-implimentazzjoni tal-programm. Minħabba li l-monitoraġġ hija kwistjoni ewlenija għall-inizjattiva, Qafas għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE ġie stabbilit u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2015. Il-qafas jiddeskrivi d-distribuzzjoni tal-kompiti fir-rigward tal-ġbir u l-analiżi tad-dejta. Id-dejta miġbura permezz ta’ dan il-qafas u l-analiżi rilevanti għandhom jalimentaw il-proċess tar-rappurtar u għandu jikkontribwixxi għal valutazzjoni interim u ex post tal-inizjattiva. L-ewwel missjonijiet konġunti li jinvolvu r-rappreżentanti tal-EACEA u l-Kummissjoni seħħew b'mod li kkontribwixxu għal monitoraġġ aħjar tal-proġetti.
6.Miżuri ta' Appoġġ
Bl-isfidi attwali li qed tiffaċċja l-Unjoni, qatt ma kien daqshekk importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni effettivi fost iċ-ċittadini tal-UE dwar azzjonijiet konkreti ta’ solidarjetà u appoġġ mill-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2015 jipprovdi assistenza finanzjarja ta’ EUR 418 000 għal miżuri ta’ appoġġ immirati lejn l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ta’ benefiċjarji potenzjali dwar il-programm.
Pjan ta’ Komunikazzjoni (2015–2020) 17 kien approvat f’Lulju 2015 fejn jiddeskrivi l-istrateġija ta’ komunikazzjoni, l-objettivi, il-messaġġi ewlenin u l-attivitajiet possibbli ta’ komunikazzjoni li jsostnu l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. L-implimentazzjoni hija meħuda mill-Kummissjoni u minn partijiet terzi li jipparteċipaw fl-inizjattiva prinċipalment voluntiera, organizzazzjonijiet emittenti fl-Ewropa u organizzazzjonijiet ospitanti f'pajjiżi terżi.
Ġie organizzat Jum ta’ Tagħrif u Netwerking f’Jannar 2015. L-għan ta’ dan l-avveniment pubbliku kien li jispjega lill-imsieħba futuri għall-implimentazzjoni l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli taħt l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u biex iniedi l-ewwel attivitajiet (is-sejħa għal proposti għal assistenza teknika u l-bini ta' kapaċità u s-sejħa għal applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti). L-avveniment irnexxa f’li laħaq lill-benefiċjarji potenzjali b’108 persuna li attendu, u organizzazzjonijiet minn 21 pajjiż rappreżentat.
Saret konferenza "Back to Base (Lura għall-Bażiku)" f’Settembru 2015, b’voluntiera u organizzazzjonijiet sħab mill-proġetti pilota jingħaqdu flimkien biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u jitgħallmu 18 . Il-konferenza tat l-opportunità lill-parteċipanti biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp kontinwu tal-inizjattiva, inkluż l-input tal-pjattaforma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-parteċipanti kkondividew ukoll l-istejjer tagħhom f’sensiela ta’ intervisti filmati 19 , prodotti ta’ komunikazzjoni effettiva għall-promozzjoni fil-futur tal-inizjattiva.
Ġie prodott film qasir “Biex issir organizzazzjoni ċċertifikata u tibbenefika minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bi kwalifiki għoljin" li jispjega l-proċess ta’ ċertifikazzjoni u jgħin lill-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fl-inizjattiva 20 .
In-netwerk tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jippermetti lill-partijiet interessati biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jżidu l-parteċipazzjoni. In-netwerk diġà ġie implimentat permezz ta’ avvenimenti bħal laqgħat ta’ diskussjoni tal-imsieħba li jippermettu lill-imsieħba jagħmlu skambju tal-aħjar prattika u jitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom tal-programm. L-għodda ewlenija li tippermetti l-ħidma ta’ dan in-netwerk hija l-pjattaforma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, li daħlet fil-produzzjoni fl-2015. Il-pjattaforma li qed tiġi żviluppata mill-Kummissjoni se tappoġġja lill-imsieħba fl-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE permezz ta’ sistema volontarja ta’ rintraċċar, li tippermetti volontarjat u funzjonament onlajn bħala l-bażi ta' dejta tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-pjattaforma se tipprovdi ħoloq għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għall-pjattaforma ta’ taħriġ u t-tagħlim kontinwu u l-perkors tal-iżvilupp tagħhom, u għodda li tikkomunika mal-imsieħba tal-proġett u volontarji oħra.
Il-pjattaforma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE se tipprovdi wkoll mod kif l-organizzazzjonijiet u l-voluntiera imsieħba jikkondividu l-esperjenzi tagħhom sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ għarfien u jiġi permess lill-imsieħba u l-voluntiera li jaħdmu aktar mill-qrib flimkien, b'mod li jappoġġjaw koordinazzjoni aħjar. Il-pjattaforma se tkun varata fl-2016, bil-fażi inizjali tagħha li tiffoka fuq l-appoġġ għall-ewwel proġetti ta' skjerament.
Fl-2015 ġiet żviluppata identità viżiva unika għall-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li tinkludi l-bandiera tal-UE, l-isem tal-inizjattiva u s-slowgan tal-Voluntieri tal-Għajnuna tal-UE “We Care, We Act (Aħna Nagħtu Każ, Aħna Naġixxu)”. Qed tiġi mnedija l-inizjattiva, li għandha tintuża mill-Kummissjoni u l-partijiet terzi kollha li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva, bħall-organizzazzjonijiet implimentattivi fil-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet emittenti madwar l-UE, u l-voluntiera, f'konformità mal-linji gwida ta’ viżibbiltà u l-pjan ta’ komunikazzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE 21 .
Fl-2015, saru għadd ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni li jinvolvu l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali bl-għan li tiġi ppreżentata informazzjoni dwar l-opportunitajiet ipprovduti mill-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u li jiġu inkoraġġuti l-benefiċjarji u l-voluntiera potenzjali biex jipparteċipaw fil-programm.
L-azzjonijiet ippreżentati fit-taqsima 6 huma implimentati mill-Kummissjoni bil-kooperazzjoni mal-EACEA wara t-tqassim tal-kompiti bejn l-EACEA u s-servizzi tal-Kummissjoni fil-kuntest tad-delega tas-setgħat.
IV. Il-konklużjonijiet u t-triq ’il quddiem
Wara l-adozzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, l-2015 kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni ta’ firxa sħiħa ta’ attivitajiet, inkluża ċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet, it-tnedija ta’ sejħa għal proposti għal assistenza teknika u l-bini ta' kapaċità, is-sejħa għal proposti għall-iskjerament, is-sejħa għall-offerti għat-taħriġ tal-voluntiera, l-istabbiliment tal-iskema tal-assigurazzjoni u l-bidu tal-iżvilupp tal-Pjattaforma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-fażi pilota implimentata bejn l-2011 u l-2014 ġiet magħluqa u l-inizjattiva ġiet varata formalment b’konferenza b’attendenza ta’ voluntiera u organizzazzjonijiet li kienu pparteċipaw fil-fażi pilota.
Abbażi ta’ din il-fondazzjoni soda, l-implimentazzjoni tal-inizjattiva se tkompli. L-azzjonijiet konkreti se jkunu ffukati fuq l-għażla, it-taħriġ u l-iskjerament tal-voluntiera; l-implimentazzjoni ta’ proġetti attwali u l-għażla ta’ proġetti ġodda dwar l-iskjerament ta’ voluntiera, il-bini ta' kapaċità u l-assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti; iċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet emittenti u organizzazzjonijiet ospitanti applikanti; L-attivitajiet relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-assigurazzjoni u t-taħriġ tal-volontiera se jkomplu. Il-Pjattaforma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għar-reġistrazzjoni, netwerking, volontarjat u tagħlim onlajn se tiġi mnedija.
F'konformità mal-Programm ta’ Ħidma għall-2016 22 , wieħed mill-objettivi ewlenin se jkun li jikkontribwixxi lejn il-bini tar-reżiljenza u l-ġestjoni tar-riskji marbuta mad-diżastri f'pajjiżi vulnerabbli, fraġli jew milquta minn diżastri u kriżijiet minsija, inkluż azzjonijiet fl-istadji sussegwenti taċ-ċiklu ta’ ġestjoni tad-diżastri: prevenzjoni tad-diżastri, tħejjija għad-diżastri, tnaqqis tar-riskji ta’ diżastri u rkupru minn diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, twissija bikrija. L-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f’pajjiżi terzi u l-proġetti mmirati lejn il-bini tal-kapaċitajiet tal-komunitajiet lokali se jwieġbu għal impenn politiku b’saħħtu tal-Kummissjoni dwar ir-reżiljenza u ser jikkontribwixxu għall-bini ta’ soċjetajiet aktar ippreparati, inklużivi, u stabbli, billi jittejbu s-servizzi u l-opportunitajiet, il-mitigazzjoni tar-riskji, u t-tnaqqis tat-tbatija u t-telf.
Aktar informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE ssibha fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/echo/what/humanitarian-aid/eu-aid-volunteers_en .