IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.4.2016
COM(2016) 227 final
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2016
LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2015
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52016DC0227
DRAFT AMENDING BUDGET N° 2 TO THE GENERAL BUDGET 2016 ENTERING THE SURPLUS OF THE FINANCIAL YEAR 2015
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2016 LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2015
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2016 LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2015
COM/2016/0227 final
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.4.2016
COM(2016) 227 final
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2016
LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2015
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2016
LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2015
B'kunsiderazzjoni ta':
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 1 , u b’mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 41 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat fit-23 ta’ Novembru 2015 2 ,
–l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2016 3 , adottat fl-14 ta'April 2016,
Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2016.
BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fir-rapport tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f'dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2016 huwa maħsub li jdaħħal is-surplus li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena 2015 fil-baġit tal-2016. Kif previst fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 4 , skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 18, dan huwa l-uniku skop ta’ dan l-ABE u jrid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji fl-aħħar ta’ Marzu 2016.
1.L-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena 2015 turi surplus ta’ EUR 1 349 116 813,74 (dan l-ammont jeskludi l-eżitu tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association, EFTA) li jagħmlu parti mill-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)), li għaldaqstant jiddaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2016.
Dan is-surplus jirriżulta mis-somma tal-elementi elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt:
(f'EUR)
|
2015 |
EFTA-ŻEE |
Unjoni Ewropea |
Total |
|
Dħul għas-sena finanzjarja |
392 009 812,00 |
146 231 620 482,45 |
146 623 630 294,45 |
|
Pagamenti kontra l-approprjazzjonijiet tas-sena attwali |
-390 202 429,00 |
-143 094 537 574,31 |
-143 484 740 003,31 |
|
Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għas-sena N+1 |
-4 428 001,55 |
-1 294 470 333,92 |
-1 298 898 335,47 |
|
Kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet mhux użati riportati mis-sena N-1 |
382 622,81 |
28 202 729,20 |
28 585 352,01 |
|
Differenza bejn id-dħul assenjat riportat mis-snin N-1 għal N u minn N għal N+1 |
-704 014 356,32 |
-704 014 356,32 |
|
|
Differenzi tal-kambju għas-sena |
182 315 866,64 |
182 315 866,64 |
|
|
Eżitu tal-baġit 2015 |
-2 237 995,74 |
1 349 116 813,74 |
1 346 878 818,00 |
2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas kif xieraq il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-Baġit tal-UE tal-2016.
3.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-Unjoni Ewropea għall-2015 f’termini tal-implimentazzjoni tal-baġit (id-dħul u n-nefqa, għall-Istituzzjonijiet kollha):
(f'miljuni ta' EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2015 |
||
|
Subtotal tal-eżitu fuq l-introjtu |
980 |
|
|
Eżitu fuq l-introjtu (differenzi bejn id-dħul miġbur u dak ibbaġittjat), li minnu: |
||
|
— |
Titolu 1 (riżorsi proprji) |
1 071 |
|
— |
Titolu 3 (surpluses, bilanċi u aġġustamenti) |
-537 |
|
— |
Titolu 7 (imgħax fuq pagamenti tardivi u multi) |
180 |
|
— |
Titoli oħrajn |
266 |
|
Sottototal tal-eżitu fuq in-nefqa |
187 |
|
|
Eżitu fuq in-nefqa, li minnha: |
||
|
— |
Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit tal-2015: Il-Kummissjoni |
78 |
|
— |
Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet riportati mill-2014: Il-Kummissjoni |
14 |
|
— |
Riżervi mhux mobilizzati fl-2015 |
0 |
|
— |
Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit tal-2015 u approprjazzjonijiet riportati mill-2014: intestatura amministrattiva 5 (Istituzzjonijiet oħra) |
94 |
|
Sottototal tad-differenzi fir-rati tal-kambju |
182 |
|
|
Total tal-eżitu tal-2015 |
1 349 |
|