Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AR5838

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni”

    ĠU C 306, 15.9.2017, p. 64–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 306/64


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni”

    (2017/C 306/12)

    Relatur:

    Michiel Rijsberman (NL/ALDE), Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Flevoland

    Dokument ta’ referenza:

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    COM(2016) 605 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦAL EMENDI

    Emenda 1

    Artikolu 27

    Ibdel il-paragrafu 1

    Test Propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

    Kull istituzzjoni minbarra l-Kummissjoni tista’, fit-taqsima proprja tagħha tal-baġit, tittrasferixxi approprjazzjonijiet:

    (a)

    minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

    (a)

    minn titolu għal ieħor sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena murija fil-linja li minnha jsir it-trasferiment;

    (b)

    minn kapitolu wieħed għal ieħor mingħajr limitu.

    (b)

    minn kapitolu wieħed għal ieħor mingħajr limitu;

     

    (ċ)

    mis-sena n għas-sena n+1 sa massimu ta’ 10 % tal-approprjazzjonijiet totali tal-baġit tal-istituzzjoni biex jiġu ttrasferiti approprjazzjonijiet mhux użati mil-linji baġitarji kollha għal linji baġitarji speċifiċi, li huma maħsuba biex jiffinanzjaw proġetti ta’ bini tal-istituzzjoni kif definit fl-Artikolu 258 paragrafu 5.

    Raġuni

    Sabiex jintużaw il-mezzi kollha disponibbli fil-baġit, l-approprjazzjonijiet mhux użati għandhom ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti għas-sena ta’ wara, għall-ħlas ta’ kera, self għall-bini jew għall-manutenzjoni tal-bini tal-istituzzjoni (definizzjoni ta’ proġetti tal-bini tista’ tinstab fl-Art. 258(5)).

    Emenda 2

    Artikolu 39

    Ibdel il-paragrafu 3

    Test Propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    (…) Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit

    (…) Il-Kummissjoni għandha wkoll tehmeż mal-abbozz tal-baġit

    ( a )

    ir-raġunijiet għalfejn l-abbozz tal-baġit fih stimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet l-oħra;

    (a)

    tabella komparattiva li tinkludi l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni għall-istituzzjonijiet l-oħrajn u t-talbiet finanzjarji oriġinali tal-istituzzjonijiet l-oħra kif mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea;

    ( b )

    kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis siewi b’rabta mal-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-istituzzjonijiet. Kull dokument ta’ ħidma bħal dan, li juri l-aħħar pjan ta’ stabbiliment awtorizzat, għandu jippreżenta:

    ( b )

    ir-raġunijiet għalfejn l-abbozz tal-baġit fih stimi differenti minn dawk imfassla mill-istituzzjonijiet l-oħra;

     

    ( c )

    kwalunkwe dokument ta’ ħidma li tqis siewi b’rabta mal-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-istituzzjonijiet. Kull dokument ta’ ħidma bħal dan, li juri l-aħħar pjan ta’ stabbiliment awtorizzat, għandu jippreżenta:

    (…)

    Raġuni

    Il-kwistjoni mqajma f’din l-emenda hija importanti għall-KtR bħala istituzzjoni. Din l-emenda għandha l-għan li tobbliga lill-Kummissjoni żżid mal-proposta tagħha għall-baġit il-baġit oriġinali kif adottat mill-istituzzjonijiet differenti (eż. il-plenarja tal-KtR) sabiex it-tibdil unilaterali magħmul mill-Kummissjoni jsir viżibbli u trasparenti. B’hekk jiżdied il-marġni ta’ negozjar tal-KtR mal-Parlament u mal-Kunsill bħala parti mill-proċedura baġitarja.

    Emenda 3

    Artikolu 123

    Ibdel kif ġej:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 123

    Artikolu 123

    Kontrodipendenza fuq l-awditi

    Kontrodipendenza fuq l-awditi

    Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur.

    Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur. L-informazzjoni diġà disponibbli għand l-awtorità tal-ġestjoni għandha tintuża sakemm ikun possibbli biex jiġi evitat li l-benefiċjarji jintalbu l-istess informazzjoni iktar minn darba.

    Raġuni

    Rekwiżiti ta’ verifika eċċessivi jwasslu għal riskji kbar kemm għal amministrazzjonijiet reġjonali kif ukoll għall-SMEs. Is-semplifikazzjoni għandha tnaqqas il-piż tal-awditu għall-benefiċjarji u tillimita l-awditu għal awtorità tal-awditjar waħda biss. L-ewwel livell ta’ kontroll minflok lura għall-benefiċċjarju u l-ħolqien ta’ piramida ta’ kontroll minflok torri ta’ kontroll.

    Emenda 4

    Artikolu 125

    Ibdel kif ġej:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Artikolu 125

    Artikolu 125

    It-trasferiment ta’ riżorsi għal strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur

    It-trasferiment ta’ riżorsi għal strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur

    Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 61(1), fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu fuq it-talba tagħhom jintużaw sabiex isaħħu l-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FEIS. F'dawn il-każijiet, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli tal-FEIS.

    Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom u bil-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kkonċernati , jiġu ttrasferiti lil strumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament jew Regolamenti speċifiċi għas-settur. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi skont il-punt (a) jew (c) tal-Artikolu 61(1), fejn possibbli għall-benefiċċju tal-oqsma rilevanti (reġjuni u/jew livell lokali) tal-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, riżorsi allokati lill-Istati Membri b’implimentazzjoni kondiviża jistgħu fuq it-talba tagħhom jintużaw sabiex isaħħu l-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FEIS. F'dawn il-każijiet, għandhom ikunu japplikaw ir-regoli tal-FEIS.

    Raġuni

    Din iż-żieda ġġib l-Artikolu 125 konformi mal-emenda 6 tal-opinjoni tal-KtR dwar dan il-punt.

    Emenda 5

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 6:

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

    Jiddaħħal l-Artikolu 30a li ġej:

    “Artikolu 30a

    “Artikolu 30a

    1.   Parti minn allokazzjoni tal-Fondi SIE tal-Istat Membru tista’, fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru u bi qbil mal-Kummissjoni, tiġi ttrasferita lil strument wieħed jew diversi strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-settur jew sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FSIE skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju. It-talba għal trasferiment tal-allokazzjoni tal-Fondi SIE għandha tiġi sottomessa sat-30 ta’ Settembru.

    1.   Parti minn allokazzjoni tal-Fondi SIE tal-Istat Membru tista’, fuq it-talba ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, u bi qbil mal-Kummissjoni, tiġi ttrasferita lil strument wieħed jew diversi strumenti stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew skont Regolamenti speċifiċi għas-settur jew sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FSIE skont l-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju. Din it-talba tista’ ssir fuq l-inizjattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kkonċernati. It-talba għal trasferiment tal-allokazzjoni tal-Fondi SIE għandha tiġi sottomessa sat-30 ta’ Settembru.

    2.   Jistgħu jiġu ttrasferiti biss approprjazzjonijiet finanzjarji tas-snin futuri fil-pjan finanzjarju ta’ programm.

    2.   Jistgħu jiġu ttrasferiti biss approprjazzjonijiet finanzjarji tas-snin futuri fil-pjan finanzjarju ta’ programm.

    3.   It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Emendi korrispondenti għall-programm u għall-ftehim ta’ sħubija għandhom isiru skont l-Artikolu 30(2) li għandhom jistabbilixxu l-ammont totali ttrasferit għal kull sena rilevanti lill-Kummissjoni.”

    3.   It-talba għandha tkun akkumpanjata minn proposta li temenda l-programm jew programmi li minnhom se jsir it-trasferiment. Emendi korrispondenti għall-programm u għall-ftehim ta’ sħubija għandhom isiru skont l-Artikolu 30(2) li għandhom jistabbilixxu l-ammont totali ttrasferit għal kull sena rilevanti lill-Kummissjoni.

     

    4.     Il-Kummissjoni għandha tivverifika u tagħti trasferiment ta’ riżorsi biss jekk it-talba sottomessa mill-Istat Membru hija appoġġjata u aċċettata wkoll mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kkonċernati.

     

    5.     Parti minn strument finanzjarju wieħed jew ta’ diversi strumenti finanzjarji stabbiliti skont ir-Regolament Finanzjarju jew allokazzjonijiet skont ir-Regolamenti speċifiċi għas-settur jew allokazzjonijiet għat-tisħiħ tal-kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji tal-FEIS f’konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, taħt l-istess kundizzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu wieħed, jiġu ttrasferiti għall-Fondi ESI.”

    Raġuni

    Il-KtR jappoġġja t-talba għal iżjed flessibbiltà, iżda jirrikonoxxi r-riskju inerenti għall-Artikolu 30a, pereżempju mil-lat taċ-ċentralizzazzjoni u s-sussidjarjetà. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għalhekk jappoġġjaw it-tneħħija tal-Artikolu 30a matul it-trilogu. Madankollu, f’każ li l-Artikolu 30a jippersisti, huwa kruċjali għall-KtR li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jagħtu l-kunsens espliċitu tagħhom għall-approvazzjoni ta’ kwalunkwe trasferiment tar-riżorsi. It-trasferimenti m’għandhomx ikunu stimulati minn raġunijiet ta’ sussidjarjetà u l-ħtieġa għal investimenti strutturali.

    Emenda 6

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 13.2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    13.   Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

    13.   Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

    (…)

    (…)

    2.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ taqbeż il-25 % fejn tkun iġġustifikata kif xieraq mill-valutazzjoni ex ante, iżda ma għandhiex taqbeż il-50 %. L-appoġġ totali msemmi f’dan il-paragrafu għandu jinvolvi l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self iggarantit imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss Sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi SIE jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta’ self ġdid.

    2.   Il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż il-25 % tal-appoġġ totali pprovdut lir-riċevituri finali. Fir-reġjuni inqas żviluppati u ta’ tranżizzjoni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 120(3), il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ taqbeż il-25 % fejn tkun iġġustifikata kif xieraq mill-valutazzjoni ex ante, iżda ma għandhiex taqbeż il-50 %. L-appoġġ totali msemmi f’dan il-paragrafu għandu jinvolvi l-ammont totali tas-self il-ġdid u tas-self iggarantit kif ukoll l-investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità pprovduti lir-riċevituri finali. Is-self iggarantit imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jiġi kkunsidrat biss Sa fejn ir-riżorsi tal-Fondi SIE jkunu impenjati għal kuntratti tal-garanzija kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti li tkopri diversi ammonti ta’ self ġdid.

    (…)

    (…)

    Raġuni

    Din il-miżura fir-Regolament Omnibus hija mfassla biex tippermetti l-użu ta’ riżorsi tal-Fondi Strutturali biex jappoġġjaw Pjattaformi ta’ Investiment tal-FEIS. Din il-proposta testendi l-ambitu ġeografiku tal-flessibbiltà addizzjonali biex jiġi żgurat kontribut tal-FSIE ta’ aktar minn 25 % tal-appoġġ totali meta jkun iġġustifikat permezz ta’ valutazzjoni ex-ante.

    Dan se jippermetti flessibbiltà akbar fit-tfassil ta’ fondi biex jirriflettu kundizzjonijiet settorjali u lokali, filwaqt li jinżamm biżżejjed kontroll fuq l-użu ħażin tal-flessibbiltà permezz tar-rekwiżit għal kwalunkwe effett ta’ lieva fuq 25 % ġustifikat minn valutazzjoni ex ante.

    Emenda 7

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 13.6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    13.   Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

    13.   Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

    (…)

    (…)

    6.   Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), il-korpi msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta’ ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ governanza tajba, kif stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE inklużi r-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar . Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet f’ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f’dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

    6.   Meta jimplimentaw strumenti finanzjarji skont il-punt (c) tal-Artikolu 38(1), il-korpi msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw konformità mal-liġi applikabbli, inklużi r-regoli li jkopru l-Fondi SIE, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u l-istandards rilevanti u l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Dawk il-fruntieri ma għandhomx jużaw strutturi għall-evitar tat-taxxa jew jieħdu sehem fihom, speċjalment skemi aggressivi ta’ ppjanar tat-taxxa jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta’ governanza tajba, kif stipulati fil-leġislazzjoni tal-UE , il-konklużjonijiet tal-Kunsill jew ir-rakkomandazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe struzzjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni fuq dik il-bażi . Ma għandhomx ikunu stabbiliti u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji, ma għandux ikollhom relazzjonijiet kummerċjali ma’ entitajiet f’ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards tat-taxxa maqbulin f’livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawk il-korpi jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jikkonkludu ftehimiet ma’ intermedjarji finanzjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet finanzjarji. Għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmijin f’dan il-paragrafu fil-kuntratti tagħhom mal-intermedjarji finanzjarji magħżulin sabiex jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet finanzjarji skont it-tali ftehimiet.

    Raġuni

    Il-KtR huwa tal-fehma li hija biss leġislazzjoni vinkolanti li tista’ tipprovdi ċ-ċertezza legali meħtieġa dwar dispożizzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa. Wara diskussjonijiet ulterjuri bejn id-DĠ baġit u r-relatur, id-DĠ baġit irrikonoxxa t-talba ta’ ċertezza legali mill-KtR u aċċetta li l-formulazzjoni tiġi allinjata u jintuża t-terminu “struzzjoni formali”.

    Emenda 8

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Fl-Artikolu 42(5), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    L-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

    (…)

    (a)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    Fil-każ ta' strumenti bbażati fuq l-ekwità mmirati lejn impriżi msemmija fl-Artikolu 37(4) li għalihom ġie ffirmat il-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 38(7) qabel il-31 ta' Diċembru 2018, li sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà investew tal-anqas 55 % tar-riżorsi tal-programmi impenjati fil-ftehim ta' finanzjament relevanti, ammont limitat ta' pagamenti għal investimenti f'riċevituri finali għandu jsir għal perjodu li ma jaqbiżx erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà jista' jitqies bħala infiq eliġibbli, meta jitħallas f'escrow account li ġie stabbilit speċifikament għal dak il-għan, sakemm ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati jiġu osservati u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti aktar 'l isfel.

    (b)

    fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    (…)

    Raġuni

    L-uniku punt li qed jiġi propost jinbidel huwa 2017 (isir 2018). Sabiex jittieħed kont ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji minkejja li jintemm il-perjodu ta’ eliġibbiltà fl-aħħar tal-2023, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni pprovda li taħt ċerti kundizzjonijiet limitati, il-fondi jistgħu jiġu assenjati għall-infiq wara l-għeluq, sakemm ikun daħal fis-seħħ il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti sal-31 ta’ Diċembru 2017.

    Fid-dawl taż-żmien meħtieġ għall-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament ma’ maniġers tal-fondi, id-data ta’ skadenza ta’ tmiem l-2017 hija kkunsidrata li ma tistax tintlaħaq fil-prattika, u b’hekk tiskoraġġixxi għadd ta’ Awtoritajiet ta’ Ġestjoni minn tmexxija xierqa tal-allokazzjonijiet tal-FSIE tagħhom lejn l-indirizzar ta’ oqsma partikolarment promettenti fil-mira ta’ fondi ta’ ekwità.

    Intelliġenza tas-suq b’saħħitha tissuġġerixxi li għadd konsiderevoli ta’ investimenti ta’ ekwità tal-FSIE jistgħu jiġu appoġġjati fl-Ewropa – b’impatti kbar fuq l-impjiegi u t-tkabbir – jekk id-data tal-għeluq ittawlet sal-31 ta’ Diċembru 2018, mingħajr ma jiġu emendati parametri oħrajn li jiżguraw l-FSIE kontra r-riskju ta’ “pparkjar ta’ fondi”.

    Emenda 9

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    17.   Jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

    17.   Jiddaħħal l-Artikolu 43a li ġej:

    “Artikolu 43a

    “Artikolu 43a

    Trattament differenzjat tal-investituri

    Trattament differenzjat tal-investituri

    1.   L-appoġġ mill-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji investiti f’benefiċjarji finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta’ investituri privati, kif ukoll mill-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati.

    1.   L-appoġġ mill-Fondi SIE għal strumenti finanzjarji investiti f’benefiċjarji finali u gwadanji u qligħ jew redditi oħrajn, bħall-imgħax, it-tariffi ta’ garanzija, id-dividendi, il-gwadanji kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor iġġenerat minn dawk l-investimenti, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi SIE, jistgħu jintużaw għat-trattament differenzjat ta’ investituri privati, kif ukoll mill-BEI meta juża l-garanzija tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Tali trattament differenzjat għandu jkun iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġu attirati riżorsi tal-kontropartijiet privati. (…)”

    2.     Il-ħtieġa u l-livell ta’ trattament differenzjat kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fil-valutazzjoni ex ante.

    (…)”

     

    Raġuni

    Dan il-paragrafu huwa skadut, billi huwa diġà ddikjarat fl-Artikolu 37(2)(c): “[…] inkluża, jekk ikun il-każ, valutazzjoni tal-ħtieġa, u l-livell, ta’ trattament differenzjat biex jiġu attirati riżorsi tal-kontroparti minn investituri privati”. Għaldaqstant dan il-paragrafu għandu jitħassar.

    Emenda 10

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 24

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

    L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

    Fil-paragrafu 3, jiddaħħal punt ġdid (aa) wara l-punt (a):

    Fil-paragrafu 3, jiddaħħal punt ġdid (aa) wara l-punt (a):

    “l-applikazzjoni ta’ perċentwal tad-dħul nett b’rata fissa stabbilit minn Stat Membru għal settur jew għal sottosettur mhux kopert mill-punt (a). Qabel l-applikazzjoni tar-rata fissa, l-awtorità tal-awditjar responsabbli għandha tkun issodisfata li r-rata fissa ġiet stabbilita b’metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq dejta storika jew kriterji oġġettivi.”;

    “l-applikazzjoni ta’ perċentwal tad-dħul nett b’rata fissa stabbilit minn Stat Membru għal settur jew għal sottosettur mhux kopert mill-punt (a). Qabel l-applikazzjoni tar-rata fissa, l-awtorità ta’ ġestjoni responsabbli – bil-qbil minn qabel mill-awtorità tal-awditjar –għandha tiżgura li r-rata fissa ġiet stabbilita b’metodu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq dejta storika jew kriterji oġġettivi.”;

    Raġuni

    Għandu jkun hemm approvazzjoni minn qabel ta’ (metodu ta’) rata fissa, inkella din id-dispożizzjoni ma tipprovdi l-ebda ċertezza legali.

    Emenda 11

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 26

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    26.   L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

    26.   L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:

    (…)

    (…)

    (ii)

    jiddaħħal il-punt (e):

    (ii)

    jiddaħħal il-punt (e):

     

    “(e)

    finanzjament li mhuwiex marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda huwa bbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew fil-kisba tal-objettivi tal-programmi. Il-modalitajiet iddettaljati li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom għandhom ikunu stabbilit f’atti delegati adottati skont l-għoti tas-setgħa stipulat fil-paragrafu 5.”

     

    “(e)

    finanzjament li mhuwiex marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda huwa bbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew fil-kisba tal-objettivi tal-programmi. Il-modalitajiet iddettaljati li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament u l-applikazzjoni tagħhom , kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ awditjar, għandhom ikunu stabbilit f’atti delegati adottati skont l-għoti tas-setgħa stipulat fil-paragrafu 5.”

    Raġuni

    L-inklużjoni ta’ rekwiżiti ta’ awditjar fl-atti delegati dwar il-baġitjar abbażi tal-prestazzjoni se tipprovdi aktar assigurazzjoni legali minn qabel.

    Emenda 12

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 27

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    27.   L-Artikolu 68 jinbidel b'dan li ġej:

    27.   L-Artikolu 68 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 68

    “Artikolu 68

    Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet indiretti li jikkonċernaw għotjiet u assistenza ripagabbli

    Finanzjament b’rata fissa għal kostijiet indiretti li jikkonċernaw għotjiet u assistenza ripagabbli

    Meta l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni toħloq kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

    Meta l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni toħloq kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

    (a)

    rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, diment li r-rata tiġi kkalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat skont skemi għal għotjiet iffinanzjati għalkollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

    (a)

    rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, diment li r-rata tiġi kkalkolata abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli jew metodu applikat skont skemi għal għotjiet iffinanzjati għalkollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;

    (b)

    rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli;

    (b)

    rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli;

    (c)

    rata fissa applikata għal kostijiet diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta' operazzjoni u ta' benefiċjarju.

    (c)

    rata fissa applikata għal kostijiet diretti eliġibbli bbażata fuq metodi eżistenti u rati korrispondenti, applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta' operazzjoni u ta' benefiċjarju.

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 li jikkonċerna d-definizzjoni tar-rata fissa u tal-metodi relatati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

    Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 149 biex jissuplimentaw id-definizzjoni tar-rata fissa u tal-metodi relatati msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”;

    Raġuni

    Iċ-ċertezza legali m’għandhiex tiġi rtirata permezz ta’ atti delegati.

    Emenda 13

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 28

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    28.   jiddaħħlu l-Artikoli 68a u 68b li ġejjin:

    (…)

    28.   jiddaħħlu l-Artikoli 68a u 68b li ġejjin:

    (…)

    1.

    Il-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-kostijiet diretti minbarra l-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni.

    1.

    Il-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 20 % tal-kostijiet diretti minbarra l-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni , mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli .

    Raġuni

    Din hija semplifikazzjoni reali u tipprovdi ċertezza legali.

    Emenda 14

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 52

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

    L-Artikolu 127 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

    (a)

    fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

     

    (aa)

    għandu jiżdied dan mal-paragrafu 1:

    Il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jiġi rispettat billi l-awditi jinżammu għal minimu.

    (b)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 5, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

    (b)

    fil-punt (a) tal-paragrafu 5, ir-referenza għat-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju” tinbidel bit-“tieni subparagrafu tal-Artikolu 62(5) tar-Regolament Finanzjarju”.

     

    (c)

    jitħassar il-paragrafu 7.

    Raġuni

    L-ammont ta’ awditi għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti biex jitnaqqas il-piż tal-kontrolli.

    Emenda 15

    Artikolu 265

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 57

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    fl-Artikolu 142(1)(b), jiżdied dan li ġej:

    “u huma ogħla minn 5 % tal-ammont totali tal-ispejjeż eliġibbli li huma fit-talba għall-pagament.”

    Raġuni

    Dan il-punt tqajjem fil-laqgħa tal-partijiet interessati u r-relatur irċieva wkoll kontribut bil-miktub mill-partijiet interessati dwar dan il-punt minn CPMR, LGA u Nouvelle-Aquitaine. Id-dispożizzjonijiet rigward is-sospensjoni tal-pagamenti għandhom jippermettu aktar flessibilità.

    Emenda 16

    Artikolu 265

    Ibdel il-paragrafu 60

    Test Propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    60.   fl-Artikolu 152, jiżdied paragrafu 4 ġdid:

    60.   fl-Artikolu 152, jiżdied paragrafu 4 ġdid:

    “Meta sejħa għal proposta titnieda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS li jemenda dan ir-Regolament, l-awtorità maniġerjali (jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea) tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 67(2a) għal massimu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS . Meta d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ jiġi pprovdut lill-benefiċjarju fi żmien perjodu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS, l-awtorità maniġerjali tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dawk id-dispożizzjonijiet emendati.”

    “Meta sejħa għal proposta titnieda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS li jemenda dan ir-Regolament, l-awtorità maniġerjali (jew il-kumitat tal-monitoraġġ għall-programmi skont l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea) tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 67(2a). Meta d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ jiġi pprovdut lill-benefiċjarju fi żmien perjodu ta’ 6 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament XXX/SSS, l-awtorità maniġerjali tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dawk id-dispożizzjonijiet emendati.”

    Raġuni

    Din l-estensjoni tal-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-introduzzjoni ta’ rati fissi ġodda se tippermetti lill-awtoritajiet maniġerjali biex iħejju aħjar (b’mod partikolari f’termini ta’ analiżi tad-data) f’ambjent legali aktar sigur.

    Emenda 17

    Artikolu 267

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    Fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    Emenda tal-programmi ta' żvilupp rurali

    Talbiet minn Stati Membri biex jiġu emendati l-programmi għandhom jiġu approvati f’konformità mal-proċeduri li ġejjin:

    “(a)

    il-Kummissjoni tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar it-talbiet għal tibdil tal-programmi li jkunu jikkonċernaw żieda fir-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR ta’ miżura waħda jew aktar.”

    Raġuni

    L-għan ewlieni tal-proposta huwa li tissemplifika l-amministrazzjoni tal-fondi u tiġi żgurata ċerta flessibbiltà, billi l-proposta tal-Kummissjoni tissikka r-regoli maniġerjali u amministrattivi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għalhekk, it-test għandu jiġi emendat.

    Emenda 18

    Artikolu 267

    Punt 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

    L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

     

    (i)

    il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

    “(c)

    għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa tas-setturi kollha għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”;

    (ii)

    jiżdied il-punt (d) li ġej:

    “(d)

    għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta’ settur speċifiku għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”;

     

    (i)

    jiżdied il-punt (d) li ġej:

    “(d)

    għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta’ settur speċifiku għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.”;

    Raġuni

    L-inkoraġġiment tal-użu ta’ strumenti ta’ ġestjoni tar-riskji, speċjalment l-assigurazzjoni, jagħmel aktar biex tissaħħaħ l-industrija tal-assigurazzjoni milli biex tgħin lill-bdiewa. It-tisħiħ ta’ strumenti bħal dawn jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-fondi għall-iżvilupp rurali li huma essenzjali għall-koeżjoni taż-żoni rurali.

    Emenda 19

    Artikolu 267

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    L-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa mħassar.

    Raġuni

    Hemm riskju li strumenti ta’ assigurazzjoni se jużaw il-fondi kollha disponibbli għall-iżvilupp rurali, u dawn mhumiex għodda ta’ ġestjoni adatta biex jinżamm id-dħul tal-bdiewa. L-Istati Uniti qed timxi ’l bogħod minn dawn il-metodi.

    Emenda 20

    Artikolu 269

    Paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    “8.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jieqfu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu mill-2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni bħal din sal-1 ta' Awwissu 2017.”

     

    Raġuni

    L-emenda hija maħsuba biex tiżgura li l-finanzjament tal-PAK ikompli jkun immirat lejn bdiewa attivi bħala l-uniċi bdiewa eliġibbli għal pagamenti diretti, u b’hekk ikun evitat it-tixrid bla rażan ta’ riżorsi finanzjarji.

    Emenda 21

    Artikolu 269

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    L-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jinbidel kif ġej:

    Diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba'

    1.     Fejn ir-raba’ li tinħarat tal-bidwi tkopri bejn 10 u 30 ettaru u mhix interament ikkultivata b'uċuħ tar-raba' taħt l-ilma għal parti sinifikanti tas-sena jew għal rotazzjoni waħda tal-wiċċ tar-raba', għandu jkun hemm mill-inqas tliet uċuħ tar-raba' differenti fuq dik ir-raba' li tinħarat. Il-wiċċ tar-raba’ ewlieni ma għandux ikopri aktar minn 50 % ta' dik l-art li tinħarat.

    Minħabba l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-fertilità tal-ħamrija u l-produttività, it-taħlitiet ta’ xnien u ħaxix kull sentejn, jew forom oħra ta’ kultivazzjoni ta’ diversi uċuħ (intercropping) u żrigħ inqas mill-medja (undersowing) jistgħu jkunu integrati fir-rotazzjoni.

    Raġuni

    Barra mis-semplifikazzjoni tas-sistema, iridu jiġu stabbiliti s-sisien għal riforma tal-PAK. Ir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ hija parti essenzjali minn dan. [Regolament (UE) Nru 1307/2013].

    Emenda 22

    Artikolu 270

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    3d.     Fl-Artikolu 152 żdied il-paragrafu li ġej:

    “1a.     Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, organizzazzjoni tal-produtturi li hija rikonoxxuta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tippjana l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u tinnegozja kuntratti dwar il-provvista ta’ prodotti agrikoli, f’isem il-membri tagħhom, għal-produzzjoni totali tagħhom jew parti minnha.”

    Raġuni

    Li l-Artikolu 152 jitpoġġa fiċ-ċentru tad-derogi tal-OKS unika mill-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, skont ir-rakkomandazzjoni 157a tar-rapport tas-suq tat-Task Force tal-AGRI u § 8 tal-opinjoni tal-kumitat AGRI dwar ir-rapport annwali dwar il-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

    Emenda 23

    Artikolu 270

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    3 k.     Fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 152b

    Qsim tal-valur

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 125 dwar is-settur taz-zokkor, il-produtturi ta’ prodotti agrikoli f’setturi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1(2), permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom, u impriżi li jikkummerċjalizzaw jew jipproċessaw prodotti bħal dawn, jistgħu jiftiehmu klawsoli ta’ qsim tal-valur, inkluż fuq il-primjums u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq jew swieq oħra tal-komoditajiet għandha tkun proporzjonata bejniethom.”

    Raġuni

    L-għan huwa li l-produtturi ta’ prodotti agrikoli jkunu jistgħu jaqblu, permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom, dwar klawsoli dwar il-qsim tal-valur ma’ impriżi li jbiegħu fis-suq jew jipproċessaw il-prodotti tagħhom, skont il-mudell tas-settur taz-zokkor.

    Emenda 24

    Artikolu 270

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    3 z.     Fil-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jiżdied kapitolu ġdid:

    “KAPITOLU IIIa

    Relazzjonijiet mal-katina tal-provvista

    Artikolu 175a

    Prattiki kummerċjali mhux ġusti

    Qabel it-30 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġislattiva għal qafas tal-ġlieda fil-livell tal-Unjoni kontra prattiki li jvarjaw ħafna minn prattika kummerċjali tajba u jmorru kontra r-rieda tajba u trattament ġust fit-tranżazzjonijiet bejn, minn naħa, il-bdiewa, inklużi l-organizzazzjonijiet tagħhom, u l-SMEs tal-ipproċessar u, min-naħa l-oħra, l-imsieħba kummerċjali downstream fil-katina tal-provvista;”

    Raġuni

    Dan ikun jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta, qabel nofs l-2018, qafas leġislattiv Ewropew sabiex jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali inġusti, f’konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2016 u r-rakkomandazzjoni 113 AGRI tar-rapport tas-suq tat-Task Force tal-kumitat AGRI.

    Emenda 25

    Artikolu 270

    Żid paragrafu ġdid wara l-paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    4c.     Fl-Artikolu 219(1) ir-raba’ subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Dawn il-miżuri jistgħu, sal-punt u għall-perjodu neċessarju sabiex jilqgħu għad-disturbi tas-suq jew theddid ta’ tfixkil, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jipprovdu għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, is-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet u/jew perijodi kif meħtieġ, jew jipproponu miżuri adegwati għall-ġestjoni tal-provvista.”

    Raġuni

    Sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-Artikolu 219, huwa xieraq li l-Kummissjoni tkun tista’ tuża l-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iżda wkoll kwalunkwe miżuri oħrajn adegwati għall-ġestjoni tal-provvista.

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

    1.

    jinnota li r-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-oqsma kollha tal-baġit tal-UE u l-kontroll tal-fondi u l-programmi tal-UE. Il-proposta għalhekk tinkludi t-tipi kollha ta’ nfiq tal-UE, li jvarjaw minn taħlit ta’ strumenti bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għall-ġestjoni kondiviża, bħalma huma l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u programmi ġestiti b’mod ċentrali mill-UE bħal Orizzont 2020. Ir-Regolament Finanzjarju tal-UE jkopri wkoll l-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE, u l-KtR, bħala korp tal-UE, huwa marbut ukoll mal-applikazzjoni tiegħu;

    2.

    jissuġġerixxi li b’reviżjoni ta’ dan id-daqs – fejn 15-il att leġislattiv għandhom ikunu modifikati – għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt qabel il-preżentazzjoni tal-proposta. Din il-valutazzjoni tal-impatt għandha tqis id-dimensjoni territorjali u l-impatt tal-proposti magħmula. Issa huwa diffiċli li wieħed jivvaluta l-konsegwenzi tal-proposta għall-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali u l-konformità tagħha mal-prinċipju tal-proporzjonalità; Barra minn hekk, il-KtR jiddubita mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-proposta leġislattiva taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni peress li l-proposti dwar l-atti leġislattivi settorjali imorru lil hinn mill-allinjament tat-test mar-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-Unjoni;

    3.

    jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali talbu ripetutament għal regoli aktar sempliċi u flessibbli biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE u t-twettiq tal-operazzjonijiet minn jum għal jum ikun aktar faċli għall-benefiċjarji tagħha, b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni;

    4.

    jilqa’ l-fatt li, bħala riżultat ta’ kooperazzjoni tajba bejn il-KtR u l-Kummissjoni Ewropea, għadd ta’ proposti ta’ semplifikazzjoni li kienu ppreparati matul workshops konġunti koorganizzati mal-Presidenza tal-Kunsill dwar is-semplifikazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni ġew inklużi fil-proposta leġislattiva, bħall-bidla għal approċċ aktar ibbażat fuq il-prestazzjoni lejn il-pagamenti tal-Kummissjoni;

    5.

    jilqa’ b’sodisfazzjon it-twessigħ tal-għażliet tal-użu ta’ spejjeż semplifikati iżda jirrimarka li għad hemm aspetti ta’ dan li jistgħu jitjiebu, u jirrakkomanda li l-għażla ta’ spejjeż semplifikati tiġi estiża għal proġetti ta’ Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (SIEĠ) kif ukoll proġetti soġġetti għall-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, l-użu ta’ skali standard m’għandux ikun soġġett għal validazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea jew għall-inqas għandu jkun limitat biex jippermetti lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni biex jistabbilixxu xi semplifikazzjonijiet importanti fil-ġestjoni;

    6.

    jinnota li l-miżuri ta’ semplifikazzjoni ssuġġeriti dwar l-awditi, huma mistennija jwasslu għal semplifikazzjoni sinifikanti fl-oqsma kollha ta’ politika tal-UE li jinvolvu l-infiq tal-UE. Il-proposti fir-Regolament Finanzjarju dwar l-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, flimkien mas-semplifikazzjoni u l-kontrodipendenza (awditu uniku), ifissru li huwa possibbli progress konsiderevoli f’termini tat-tnaqqis tan-numru ta’ awditi, żbalji u piżijiet amministrattivi u t-tisħiħ tal-immaġini, l-użu u l-immirar ta’ riżultati. L-għan ta’ miżuri ta’ kontrodipendenza huwa li tiġi inkoraġġita l-affidabilità kemm jista’ jkun f’awditu uniku meta l-awditu huwa ffidabbli skont skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment;

    7.

    jiddispjaċih li mhux il-proposti kollha ta’ semplifikazzjoni dwar l-awditjar ġew inklużi fil-proposta leġislattiva. Rekwiżiti ta’ verifika eċċessivi jwasslu għal riskji kbar kemm għal amministrazzjonijiet reġjonali kif ukoll għall-SMEs. Konsegwentement, bosta jaħsbu li l-appoġġ tal-FSIE sempliċiment mhuwiex vallapena. Aktar semplifikazzjoni għandha tnaqqas il-piż għall-benefiċjarji. Il-proposta għal kontrodipendenza mill-awtoritajiet tal-awditjar fir-rigward tal-verifiki ta’ ġestjoni mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandha tiġi kkunsidrata f’dan ir-rigward u tinkludi l-ewwel livell ta’ kontroll minflok lura għall-benefiċjarju;

    8.

    jappella għal approċċ inqas strett u aktar trasparenza rigward ir-rekwiżiti tal-verifika. Pereżempju, jirrakkomanda li jitnaqqas it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-data diġitali peress li l-ispejjeż tal-ħżin tad-data diġitali jistgħu jilħqu ammont daqs l-ispejjeż attwali tal-arkivjar fiżiku;

    9.

    jirrakkomanda li tiġi introdotta l-possibbiltà li titfassal strateġija ta’ awditjar speċifika skont il-każ ta’ programm operattiv, abbażi ta’ metodi u prinċipji li l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom jużaw fi Stati Membri, bħalma huma l-prinċipji tal-proporzjonalità, jiġu ppremjati riżultati tajbin f’awditi preċedenti u l-użu ta’ metodi ta’ awditjar nazzjonali;

    10.

    jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta fir-Regolament Finanzjarju li l-finanzjament ma jkunx marbut mal-kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti iżda huwa bbażat fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ progress fl-implimentazzjoni jew fil-kisba tal-objettivi tal-programmi. Jissuġġerixxi li għandu jiġi inkoraġġit l-użu aktar wiesa’ tal-ibbaġitjar tal-prestazzjoni;

    11.

    bi pjaċir jinnota li din it-talba tiegħu biex jippermetti l-għoti dirett ta’ kuntratti nazzjonali/reġjonali lill-istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvilupp pubbliku meta jaġixxu bħala intermedjarju finanzjarju fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji hija prevista fil-proposta leġislattiva;

    12.

    jilqa’ s-semplifikazzjoni proposta ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni Konġunta (JAPs) imma jinnota li l-JAPs bilkemm intużaw s’issa, għaliex l-awtoritajiet ta’ ġestjoni beżgħu li l-awdituri jinterpretaw ir-regoli dwar il-JAPs b’mod differenti, u jimponu korrezzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk, l-użu ta’ JAPs jeħtieġ iktar saffi ta’ governanza. Għalhekk, jissuġġerixxi l-investigazzjoni tal-esperjenzi bl-użu ta’ JAPs u valutazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ twassil; Jitlob informazzjoni dwar liema passi prattiċi għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ fiduċja u l-inċertezza. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi mudell JAP, li dwaru l-Kummissjoni għandha tfittex il-parir tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri; Jissuġġerixxi b’mod qawwi li diġà tnedew għadd ta’ piloti fl-Istati Membri matul dan il-perjodu biex jiġi ffurmat post fejn jiġu ttestjati l-JAPs biex dawn ikunu jistgħu jintużaw b’mod wiesa’ wara l-2020.

    13.

    jilqa’ b’sodisfazzjon li l-proposti għat-titjib tal-kombinazzjoni tal-FSIE u l-FEIS (l-Artikoli 38(1)(c) u 39(a) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni dwar il-Fondi ESI, jew CPR), speċjalment fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, jidhru li huma pożittivi ħafna u jwieġbu għat-talbiet li saru mill-Kumitat tar-Reġjuni għal aktar sinerġiji bejn il-FSIE u l-FEIS. Madankollu, għad hemm xi dubji dwar il-valur miżjud li jkun hemm żewġ mekkaniżmi eżekuttivi għall-fondi ta’ rotazzjoni, li jistgħu jiġu implimentati permezz kemm tal-FSIE kif ukoll tal-FEIS. Il-piż amministrattiv ta’ żewġ mekkaniżmi eżekuttivi jista’ jiġi evitat permezz ta’valutazzjoni ex ante tal-implimentazzjoni kkombinata tal-EFSI u l-FSIE, fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-KtR jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li meta mqabbla mal-Fondi SIE, l-implimentazzjoni tal-FEIS, u l-kundizzjonijiet marbuta magħha, huma kkunsidrati aktar sempliċi. L-istatus differenti tal-fondi tal-UE ġestiti b’mod dirett, bħall-FEIS u l-programm Orizzont 2020, u tal-Fondi SIE ġestiti b’mod kondiviż f’dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-Istat mhux ġustifikat, iżid il-piż amministrattiv u ma jippermettix li jkun hemm sinerġiji bejn l-istrumenti;

    14.

    jiddispjaċih li l-proposta leġislattiva tiftaħ il-possibbiltà ta’ riżorsi li jiġu trasferiti mill-Politika ta’ Koeżjoni għal programmi oħrajn ġestiti b’mod ċentrali jew li tiżdied il-kapaċità ta’ ġarr tar-riskju tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Minn perspettiva lokali u reġjonali, dan jidher li huwa problematiku, minħabba li t-talba għal trasferiment bħal dan għandha ssir mill-Istat Membru mingħajr ħtieġa espliċita li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għaldaqstant l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiċħdu din il-proposta kif inhi mressqa issa, għalhekk il-KtR jipproponi li l-Kummissjoni għandha tivverifika u tagħti trasferiment ta’ riżorsi biss jekk it-talba tagħti bidu għal u/jew tikseb il-qbil tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu jistgħu jibdew tali talba;

    15.

    jirrakkomanda li l-proposta leġislattiva għandha tiftaħ ukoll il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ riżorsi minn programmi ġestiti ċentralment u l-FEIS għall-Politika ta’ Koeżjoni. Dawn il-punti ġew indirizzati fl-Emenda 1;

    16.

    jenfasizza li ħafna kawżi ta’ kumplessità jistgħu jinstabu f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni iżda wkoll fin-noti ta’ gwida tal-Kummissjoni. Għadd kbir ta’ rekwiżiti addizzjonali u kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-verifika u l-monitoraġġ jirriżultaw fil-fatt minn dan ir-regolament sekondarju, u jeħtieġ li jiġi semplifikat;

    17.

    jinnota li l-Artikolu 27(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 joffri possibbiltà ta’ retroattività tal-istandard fil-mument meta jsiru l-kontrolli u l-verifiki ta’ operazzjonijiet u joħloq inċertezza legali mhux aċċettabbli għall-benefiċjarji. Huwa meħtieġ li jiġi miċħud dan il-prinċipju ta’ retroattività ħlief jekk dawn tal-aħħar ikunu aktar favorevoli għall-benefiċjarji;

    Proposti għal semplifikazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni wara l-2020

    18.

    jitlob li s-semplifikazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni għandha titkompla bil-proposti għall-perjodu ta’ programmazzjoni wara l-2020. F’dan ir-rigward, il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu solvuti bħala prijorità:

    Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għal strumenti ta’ finanzjament differenti tal-UE billi jkun hemm definizzjonijiet komuni biex ikunu jistgħu jitqabblu r-riżultati u jiġu kkombinati l-fondi.

    Jiġi esplorat kif kundizzjonalitajiet ex ante tal-Politika ta’ Koeżjoni (Art. 19 CPR), jistgħu jwasslu għal aktar semplifikazzjoni.

    Jiġi kkunsidrat mill-ġdid l-approċċ fuq diversi livelli fi programmi ta’ implimentazzjoni konġunta, ikun aktar effiċjenti li jsiru trattattivi jew mal-awtoritajiet reġjonali/lokali jew mal-awtorità nazzjonali skont l-ambitu ġeografiku tal-programm.

    Sabiex tiżdied it-trasparenza u tonqos il-kumplessità tar-regolamentazzjoni, għandhom japplikaw regoli l-istess regoli għad-diversi Fondi SIE.. Dan jista’ jitwettaq permezz tal-iżvilupp ta’ “one-stop shop” għall-applikazzjonijiet tal-benefiċjarji tal-FSIE, biex ikun possibbli aċċess faċli u ugwali.

    Il-kondizzjonijiet ikunu limitati għal sett uniku ġenerali ta’ regoli. Ir-regoli finanzjarji m’għandhomx jippermettu għal kundizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw regoli speċifiċi dwar l-awditi u l-eliġibilità tal-ispejjeż għal fondi u programmi speċifiċi. Ir-regolamenti speċifiċi għall-fondi għandhom ikunu ristretti għal regoli dwar il-kontenut tal-programm u r-rappurtar. Din il-prevenzjoni ta’ regolamentazzjoni żejda (gold plating) għandha tapplika wkoll għall-imsieħba kollha fi programmi ta’ implimentazzjoni konġunta.

    Jiġi limitat il-kontenut ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni annwali li jipprovdu informazzjoni essenzjali dwar l-implimentazzjoni tal-programm mingħajr ma jitqiegħed piż żejjed fuq l-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

    Jiġu aboliti l-proċeduri burokratiċi, li għandhom ftit valur addizzjonali u li huma implimentati totalment differenti, bħall-proċedura ta’ nomina (Art. 124 CPR).

    Jiġi żviluppat awditjar u rappurtar differenzjat permezz ta’ kuntratti ta’ fiduċja bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ awditjar u ta’ ġestjoni.

    Sabiex jiġi evitat il-piż ta’ kontroll, l-Artikolu dwar il-Funzjonijiet tal-Awtorità tal-Awditjar (Art. 127 CPR) għandu jiġi kkomplementat minn: “Din l-istrateġija tal-awditjar hija kkjarifikata bil-quddiem lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u hija ġġudikata mill-Kummissjoni li tipproteġi l-prinċipju tal-proporzjonalità u tqis ir-riskji tal-programm operazzjonali speċifiku”.

    Jittieħdu bħala eżempju l-valutazzjoni ex ante u l-proċedura ta’ nomina tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, li taħthom il-Kummissjoni vverifikat u vvalidat is-sistemi kollha stabbiliti minn awtoritajiet ta’ ġestjoni, biex jiġi żgurat li l-fondi jkunu jistgħu jiġu mogħtija aktar malajr fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni.

    Id-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni ta’ pagamenti (Art. 142 CPR) għandhom jippermettu aktar flessibilità.

    Għandha ssir distinzjoni bejn żbalji bl-intenzjoni ta’ frodi u żbalji mhux intenzjonali.

    Titrawwem aktar fiduċja bejn l-atturi tal-ġestjoni kondiviża tal-Fondi SIE, u l-Kummissjoni Ewropea.

    Ir-Regolament (UE) Nru 480/2014, Artikolu 28, jirreferi għal rata aċċettabbli ta’ żball ta’ 2 %. L-esperjenza turi li din ir-rata m’hijiex adatta fil-kuntest tal-proġetti tal-Politika ta’ Koeżjoni. L-istandards internazzjonali tal-awditjar ma jimponu l-ebda regoli numeriċi, u għandu jkun possibbli li jiżdied il-limitu minimu għal 5 %.

    19.

    jenfasizza li l-proposta leġislattiva dwar “ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni” flimkien ma’ regoli settorjali korrispondenti stabbiliti fi 15-il att leġislattiv tirrigwarda l-kummissjonijiet kollha tal-KtR, li ġew ikkonsultati matul il-fażi ta’ tħejjija ta’ din l-opinjoni. Il-grupp ta’ ħidma tal-COTER dwar il-Baġit tal-UE kkontribwixxa wkoll għall-abbozzar ta’ din l-opinjoni.

    Brussell, il-11 ta' Mejju 2017.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Markku MARKKULA


    Top