Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016AP0025

P8_TA(2016)0025 Regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 – C8-0008/2015 – 2015/0006(COD)) P8_TC1-COD(2015)0006 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2016/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni)

ĠU C 35, 31.1.2018, p. 152–152 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/152


P8_TA(2016)0025

Regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2016 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni transfruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (Kodifikazzjoni) (COM(2015)0008 – C8-0008/2015 – 2015/0006(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2018/C 035/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(b) u (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0008/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0359/2015),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2015)0006

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Frar 2016 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (EU) 2016/ … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (Kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, ir-Regolament (UE) 2016/399.)


Top