Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0829(01)

    Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)

    ĠU C 286, 29.8.2015, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 286/3


    Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

    (2015/C 286/04)

    Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

    Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

    GREĊJA

    Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 239, 6.10.2009

    1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

    Άδεια παραμονής αλλοδαπού

    (Permess ta’ residenza tal-aljeni — maħruġ lill-aljeni kollha li jkunu legalment fil-Greċja)

    Άδεια διαμονής ομογενών Αλβανίας (ενιαίου τύπου)

    (Permess ta’ residenza taċ-ċittadini Albaniżi ta’ dixxendenza Griega — validu sa għaxar (10) snin u mogħti liċ-ċittadini tal-Albanija ta’ dixxendenza Griega u l-membri tal-familja tagħhom għal residenza u xogħol fil-Greċja)

    Άδεια διαμονής

    (Permess ta’ residenza maħruġ lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali u lir-refuġjati (ΑΔΕΙΑ ΔΙΑΜΟΝΗΣ) b’validità sa tliet snin.)

    2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkollhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

    Δελτίο Διαμονής Μέλους Οικογένειας Πολίτη της Ένωσης

    (Kard ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE — tinħareġ liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadin Grieg jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea u lill-ġenituri ta’ tfal taħt l-età)

    Δελτίο Μόνιμης Διαμονής Μέλους Οικογένειας Πολίτη της Ένωσης

    (Permess ta’ residenza permanenti ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE — maħruġ liċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin Grieg jew ċittadin tal-Unjoni Ewropea u lill-ġenituri ta’ tfal taħt l-età)

    Άδεια διαμονής αλλοδαπού (βιβλιάριο χρώματος λευκού)

    (Permess ta’ residenza ta’ aljen (librett abjad) — maħruġ lil:

    persuni rikonoxxuti bħala refuġjati taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1951,

    frustieri ta’ dixxendenza Griega (ħlief għal ċittadini Albaniżi))

    Δελτίο ταυτότητας αλλοδαπού (χρώμα πράσινο)

    (Karta tal-identità ta’ aljen (ħadra) — maħruġa biss lill-aljeni ta’ dixxendenza Griega. Jista’ jkun validu għal sentejn jew ħames snin)

    Ειδικό Δελτίο Ταυτότητας Ομογενούς (χρώμα μπεζ)

    (Karta tal-identità speċjali għall-aljeni ta’ dixxendenza Griega (bex) — maħruġa liċ-ċittadini Albaniżi ta’ dixxendenza Griega. Hija valida għal tliet snin. Il-karta tinħareġ ukoll lill-irġiel jew in-nisa tagħhom u d-dixxendenti ta’ oriġini Griega, irrispettivament min-nazzjonalità, bil-kundizzjoni li jkun hemm dokumentazzjoni uffiċjali ta’ kwalunkwe tip bħala evidenza tar-rabtiet familjari tagħhom)

    Ειδικό Δελτίο Ταυτότητας Ομογενούς (χρώμα ροζ)

    (Karta tal-identità speċjali għall-aljeni ta’ dixxendenza Griega (roża) — maħruġa lill-aljeni ta’ dixxendenza Griega minn dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Hija valida b’mod indefinit)

    Ειδικό Δελτίο Ταυτότητας Ομογενούς

    (Karta tal-identità speċjali għall-aljeni ta’ dixxendenza Griega — hija valida għal għaxar (10) snin u tinħareġ liċ-ċittadini Albaniżi ta’ dixxendenza Griega u l-membri tal-familja tagħhom).

    Ειδικές Ταυτότητες της Διεύθυνσης Εθιμοτυπίας του Υπουργείου Εξωτερικών

    (Karti tal-identità speċjali maħruġa mid-Direttorat għall-Protokoll tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin)

    Format “D” (persunal diplomatiku) (aħmar)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-kap u l-membri ta’ kull missjoni diplomatika u lill-membri tal-familji tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal sal-età ta’ tmintax-il sena) li jkunu d-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi.

    Format “A” (staff amministrattiv u tekniku) (oranġjo)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-persunal ta’ missjonijiet diplomatiċi u lill-membri tal-familja tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal sal-età ta’ tmintax-il sena) li jkunu detenturi ta’ passaporti ta’ servizz.

    Format “S” (persunal ta’ servizz) (aħdar)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-persunal tas-servizz tal-missjonijiet diplomatiċi u lill-membri tal-familja tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal sal-età ta’ tmintax-il sena).

    Format “CC” (uffiċjal konsulari) (ikħal)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-persunal konsolari u lill-membri tal-familja tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal sal-età ta’ tmintax-il sena).

    Format “CE” (impjegat konsulari) (ikħal ċar/ċelesti)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-persunal amministrattiv tal-awtoritajiet konsolari u lill-membri tal-familja tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal tagħhom sal-età ta’ tmintax-il sena).

    Format “CH” (uffiċjal konsulari onorarju) (griż)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-konsli onorarji.

    Format “IO” (organizzazzjoni internazzjonali) (lelà skur)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri ta’ organizzazzjoniiet internazzjonali u lill-membri tal-familja tagħhom (l-irġiel/in-nisa u t-tfal tagħhom sal-età ta’ tmintax-il sena) li jgawdu mill-istat diplomatiku.

    Format “IO” (organizzazzjoni internazzjonali) (lelà ċar)

    Dan id-dokument jinħareġ lill-membri tal-persunal amministrattiv tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-membri tal-familja tagħhom (lill-irġiel/in-nisa u t-tfal tagħhom sal-età ta’ tmintax-il sena)

    Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

     

    ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1

     

    ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5

     

    ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11

     

    ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14

     

    ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31

     

    ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14

     

    ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12

     

    ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13

     

    ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5

     

    ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15

     

    ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9

     

    ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2

     

    ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15

     

    ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20

     

    ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5

     

    ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26

     

    ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8

     

    ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6

     

    ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5

     

    ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1

     

    ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26

     

    ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7

     

    ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5

     

    ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7

     

    ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4

     

    ĠU C 51, 22.2.2013, p. 6

     

    ĠU C 75, 14.3.2013, p. 8

     

    ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4

     

    ĠU C 118, 17.4.2014, p. 9

     

    ĠU C 200, 28.6.2014, p. 59

     

    ĠU C 304, 9.9.2014, p. 3

     

    ĠU C 390, 5.11.2014, p. 12

     

    ĠU C 210, 26.6.2015, p. 5.


    (1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.


    Top