Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XC0411(02)

Notifika dwar il-miżuri kumpensatorji fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja: tibdil fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għal rata individwali tad-dazju kumpensatorju

ĠU C 117, 11.4.2015, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 117/4


Notifika dwar il-miżuri kumpensatorji fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja: tibdil fl-isem ta’ kumpanija soġġetta għal rata individwali tad-dazju kumpensatorju

(2015/C 117/04)

L-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja huma soġġetti għal dazji kumpensatorji imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 (1) (“ir-Regolament (UE) Nru 405/2011”).

Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane, kumpanija soġġetta għal dazju kumpensatorju individwali ta’ 0 %, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 721/2013 (2) (“ir-Regolament (UE) Nru 721/2013”) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 405/2011, innotifikat lill-Kummissjoni li bidlet isimha għal Viraj Profiles Limited u l-postijiet tagħha għal Palghar, Maharashtra u Mumbai, Maharashtra.

Il-kumpanija sostniet li t-tibdil f’isimha u fil-postijiet tagħha ma jaffettwax id-dritt tagħha li tkompli tibbenefika minn rata individwali ta’ dazju kumpensatorju li qabel kienet applikata għal Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane.

Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti u kkonkludiet li t-tibdil fl-isem u fil-postijiet ma jaffettwa bl-ebda mod il-konklużjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 405/2011, emendat mir-Regolament (UE) Nru 721/2013.

Għaldaqstant, ir-referenza fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 405/2011 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 721/2013 għal:

Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane

għandha tinqara bħala:

Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra u Mumbai, Maharashtra

Il-kodiċi addizzjonali TARIC B004, li qabel kien attribwit lil Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane, japplika għal Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra u Mumbai, Maharashtra.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 tad-19 ta’ April 2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 3).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 721/2013 tat-22 ta’ Lulju 2013 li jamenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 405/2011 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti staneg u vireg tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 202, 27.7.2013, p. 2).


Top