This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015TA1209(29)
Report on the annual accounts of the European Securities and Markets Authority for the financial year 2014 together with the Authority’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
ĠU C 409, 9.12.2015, p. 255–265
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/255 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
(2015/C 409/29)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“ESMA”), li tinsab f’Pariġi, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li ttejjeb l-operat tas-suq finanzjarju intern tal-UE billi tiżgura livell għoli, effikaċi u konsistenti ta’ regolamentazzjoni u superviżjoni, tippromwovi l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali sabiex tiżgura l-istabbiltà u l-effettività tas-sistema finanzjarja (2). L-ESMA twaqqfet fl-1 ta’ Jannar 2011. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET
11. |
L-ammont ta’ tariffi ddebitati lil entitajiet sorveljati (Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu u Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet) fl-2014 (EUR 6 6 23 000) li jidher bħala dħul fir-rapport proviżorju tal-prestazzjoni finanzjarja kien ibbażat fuq spejjeż stmati, aktar milli fuq spejjeż reali, tal-attivitajiet superviżorji mwettqa (9). Tariffi imposti fuq entitajiet sorveljati għandhom ikunu qrib kemm jista’ jkun għall-ispiża reali mġarrba f’dan il-qasam. Sabiex tikseb dan, l-ESMA qiegħda bħalissa twettaq eżerċizzju ta’ mmudellar ta’ Spiża Bbażata fuq l-Attività. |
KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET
12. |
Meta l-ESMA ġiet stabbilita fl-2010 hija wirtet għadd ta’ kuntratti qafas tal-IT mill-korp predeċessur tagħha KRET (Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli) għall-ospitar taċ-ċentri tad-data tagħha kif ukoll l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT tagħha. In-nuqqas ta’ sostituzzjoni ta’ dawn il-kuntratti qafas b’sejħiet għall-offerti f’waqthom wassal għal sitwazzjoni fejn tnejn minnhom ġew estiżi lil hinn mid-durata oriġinali tagħhom. Huwa rriżulta wkoll fl-akkwist, min-naħa tal-Awtorità, ta’ xi servizzi tal-IT bl-użu ta’ korp ċentrali għall-akkwisti Franċiż (Union de Groupements d’achats publics – UGAP). L-Awtorità għamlet użu wkoll mill-UGAP biex tixtri għamara u kartolerija matul is-sena. It-total tal-pagamenti fl-2014 kien jammonta għal EUR 9 56 000. Il-Qorti infurmat lill-Awtorità li l-użu tal-UGAP ma kienx f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u minn dak iż-żmien “il hawn hija waqfet milli tagħmel dan. L-Awtorità issa ssostitwiet ukoll il-kuntratti qafas kollha tal-IT tal-KRET b” qafas tagħha stess. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
13. |
Ir-rata totali ta’ kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet riportati mill-2013 kienet għolja f’livell ta’ 19 %, jiġifieri EUR 9 40 054. Din tirriżulta prinċipalment minn dewmien min-naħa tal-kuntratturi fit-twassil ta’ servizzi mitluba, iżda wkoll mix-xiri kkanċellat ta’ liċenzji għal proġett ikkanċellat, minn diffikultajiet misjuba fl-implimentazzjoni ta’ kuntratt għal persunal interim u mit-twettiq tal-bidla mill-kuntratt qafas preċedenti ta’ konsulenza tal-IT, għal dak ġdid. |
14. |
Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 93 % fl-2013 għal 99 % fl-2014, li jindika li l-impenji saru b’mod aktar f’waqtu. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 4 0 63 580, jiġifieri 45 % (2013: EUR 3 6 88 487, jiġifieri 58 %). Minn dan l-ammont, bejn wieħed u ieħor EUR 2 miljun huma relatati mal-IT u ma’ servizzi oħra pprovduti fl-2014 li ma kinux tħallsu mill-Awtorità sa tmiem is-sena. Kuntratti b’valur ta’ EUR 1,3 miljun oħra kienu ġew ikkuntrattati lejn tmiem is-sena, u s-servizzi relatati kienu mistennija li jitwasslu fl-2015. L-ammont ta’ riporti li jifdal huwa spjegat min-natura pluriennali tal-kuntratti ffirmati. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
15. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(9) Il-ħtieġa li jiġu imposti tariffi bbażati fuq kostijiet (spejjeż) reali tissemma’ fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1003/2013 tat-12 ta’ Lulju 2013 dwar Repożitorji tat-Tranżazzjonijiet (ĠU L 279, 19.10.2013, p. 4) li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-Awtorità.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Il-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2011 ammonta għal EUR 16,9 miljun. Skont l-Artikolu 62(1) tar-Regolament Fundatur tagħha, 60 % tal-baġit 2011 kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi tal-EFTA u 40 % mill-baġit tal-Unjoni. Fi tmiem l-2011, l-ESMA rreġistrat riżultat pożittiv fil-baġit ta’ EUR 4,3 miljun. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju tagħha, l-ammont sħiħ imbagħad ġie rreġistrat fil-kontijiet bħala passiv (obbligazzjoni) lejn il-Kummissjoni Ewropea. |
riżultat negattiv tal-baġit ġie rrappurtat fl-2014 |
2011 |
Ġew innutati dgħufijiet fir-rigward ta’ sitt impenji legali magħmula qabel l-impenji baġitarji (EUR 4 83 845). |
Għadha għaddejja (1) |
2011 |
Il-Qorti identifikat għadd ta’ każijiet b’valur totali ta’ EUR 2 07 442 li fihom l-approprjazzjonijiet ta’ pagament riportati għall-2012 ma kinux jikkorrispondu għall-impenji legali li kienu saru. Għaldaqstant dawn ir-riporti kienu irregolari u għandhom jiġu kkanċellati. |
Ikkompletata |
2012 |
Matul it-tieni sena ta’ attività tagħha, l-Awtorità ħadet pass importanti bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti bażi għall-istandards kollha ta’ kontroll intern. Madankollu, għadha ma nkisbitx implimentazzjoni sħiħa tal-istandards. |
Għadha għaddejja |
2012 |
Hemm lok konsiderevoli għal titjib fil-puntwalità u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist. |
Għadha għaddejja |
2012 |
Fl-2012, l-Awtorità għamlet 22 trasferiment tal-baġit li jammontaw għal EUR 3,2 miljun (16 % tat-total tal-baġit 2012), li jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit. |
Ikkompletata |
2013 |
Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 86 % fl-2012 għal 93 % fl-2013, li jindika li l-impenji saru fuq bażi aktar f’waqtha. Madankollu, il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu III (nefqa operazzjonali) f’ammont ta’ EUR 3 6 88 487 (58 %). Dan kien ikkawżat minn servizzi tal-IT riċevuti fl-2013 iżda li għadhom ma tħallsux (EUR 0,8 miljun), servizzi tal-IT ippjanati fil-programm ta’ ħidma 2014 u kkuntrattati fi tmiem is-sena (EUR 1,1 miljun), xi dewmin fl-akkwisti tal-IT (EUR 0,4 miljun) kif ukoll in-natura pluriennali ta’ xi proġetti tal-IT. |
M/A |
2013 |
Fl-2013, l-Awtorità għamlet 12-il trasferiment tal-baġit li jammontaw għal EUR 5,1 miljun jew għal 18 % tal-baġit (2012: 22 trasferiment li jammontaw għal EUR 3,2 miljun jew għal 16 % tal-baġit), li jindika dgħufijiet kontinwi fl-ippjanar tal-baġit. |
Ikkompletata |
2013 |
Madwar 27 % tal-pagamenti li saru fl-2013 għal oġġetti u servizzi riċevuti kienu tard. Fejn il-pagamenti kienu tard, huma kienu skadew b’medja ta’ 32 jum. L-imgħax imħallas fl-2013 fuq pagamenti li saru tard kien jammonta għal EUR 3 834. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (2) u d-Direttiva tal-VAT tal-UE (3), l-Awtorità hija eżenti minn taxxi indiretti. Il-VAT totali ddebitata lill-ESMA fil-perjodu 2011-2013 kienet ta’ EUR 3,3 miljun. Wara diskussjonijiet fit-tul mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet tikklejmja rimborżi tal-VAT fl-aħħar tliet xhur tal-2012, iżda EUR 1,3 miljun biss kienu ġew ikklejmjati lura sa tmiem l-2013. |
Ikkompletata |
(1) Fl-2014 kien hemm 15-il impennn li saru a posteriori għal valur totali ta’ EUR 5 72 167,95, flimkien ma’ 4 żidiet fl-impenji li saru a posteriori għal valur totali ta’ EUR 1 391,72.
(2) Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
ANNESS II
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (Pariġi)
Kompetenzi u Attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b’regolamenti jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord tas-Superviżuri Kompożizzjoni President (li ma għandux ikollu vot); il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-supervizjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f’kull Stat Membru; rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni (li ma għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (li ma għandux ikollu vot); rappreżentant wieħed ta’ kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra (li ma għandux ikollhom vot). Kompiti Jagħti gwida lix-xogħol tal-Awtorità u jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament Fundatur. Bord Maniġerjali Kompożizzjoni President u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri u minn fosthom stess. Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni jipparteċipaw fil-laqgħat mingħajr id-dritt li jivvotaw (għalkemm ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jivvota dwar kwistjonijiet baġitarji). Kompiti Jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont ir-Regolament Fundatur. President Rappreżentant tal-Awtorità responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali. Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri wara li jkun semgħu l-Parlament Ewropew. Direttur Eżekuttiv Jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri wara l-konferma mill-Parlament Ewropew. Ikun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u jħejji x-xogħol tal-Bord Maniġerjali. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2014 |
Baġit Finali
Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2014
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi fl-2014 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità. |
IR-RISPOSTA TAL-AWTORITÀ
11. |
Kif indikat fil-kumment, fl-2014 l-ESMA żviluppat mudell ta’ Iffissar ta’ Prezzijiet skont l-Attività biex tippermetti segwitu preċiż tal-infiq tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tagħha. L-ESMA se tapplika dan il-mudell fl-2015. Għaldaqstant, minn din is-sena d-dħul miġbur mit-tariffi li l-entitajiet taħt superviżjoni jintalbu jħallsu se jiġi ddefinit abbażi tal-ispiża attwali, minflok dak stmat, tal-attivitajiet ta’ superviżjoni. |
12. |
L-ESMA tikkonferma l-għeluq tal-kuntratti kollha li joħorġu minn KRET (l-aħħar kuntratt ingħalaq fl-20 ta’ Awwissu 2014) u li hi ma għadhiex tuża UGAP kemm għax-xiri tas-servizzi kif ukoll għax-xiri tal-forniment. |
13. |
L-ESMA hija konxja mir-rata għolja ta’ kanċellazzjoni riportata mill-2013. Sabiex tillimita r-riskju ta’ kanċellazzjonijiet, fl-2014 il-proċess tal-aħħar tas-sena ġie rivedut permezz tal-għoti ta’ istruzzjonijiet fil-ħin u preċiżi u l-organizzazzjoni ta’ laqgħat interni mal-atturi finanzjarji tal-ESMA. |
14. |
Fir-rigward tal-livell għoli ta’ riporti fit-Titolu III, ittieħdet nota tal-kumment tal-Qorti u l-ispjegazzjoni marbuta man-natura pluriennali tal-proġetti tal-IT b’mandat legali hija kkonfermata. |