This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015TA1209(13)
Report on the annual accounts of the European Banking Authority for the financial year 2014 together with Authority’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
ĠU C 409, 9.12.2015, p. 111–121
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/111 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
(2015/C 409/13)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EBA”), li tinsab f’Londra, ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta’ kwalità għolja, li tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta żviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
11. |
Ir-riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu għoljin f’livell ta’ EUR 3 4 31 070, jiġifieri 48 % (2013: EUR 1 9 74 511, jiġifieri 35 %) u prinċipalment relatati mat-trasferiment tal-Awtorità għall-uffiċċji l-ġodda tagħha f’nofs Diċembru 2014. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
12. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
Sabiex tkopri tariffi ogħla tal-iskola, l-Awtorità tagħti lill-persunal li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola primarja jew sekondarja kontribuzzjoni għall-edukazzjoni barra mill-allowances għall-edukazzjoni previsti fir-Regolamenti tal-Persunal (1). Kontribuzzjonijiet totali għall-edukazzjoni fl-2012 ammontaw għal madwar EUR 76 000. Huma mhumiex koperti mir-Regolamenti tal-Persunal u għalhekk huma irregolari. |
Għadha għaddejja (2) |
2013 |
Fl-2013, Il-livell kumplessiv ta’ approprjazzjonijiet impenjati kien ta’ 90 % meta mqabbel ma’ 89 % fl-2012, li jvarja bejn 87 % għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), 98 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 92 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). Ir-rata ta’ impenn għat-Titolu I ġiet affettwata b’mod negattiv mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kontra l-indiċjar tas-salarji tal-persunal għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2013 (EUR 1,8 miljun). |
M/A |
2013 |
Għalkemm il-livell kumplessiv ta’ riporti naqas b’mod sinifikanti għal EUR 3 8 76 564 (17 %) meta mqabbel ma’ EUR 6 5 47 808 (36 %) għas-sena preċedenti, riporti ta’ approprjazzjonijiet impenjati baqgħu relattivament għoljin għat-Titolu II f’livell ta’ EUR 1 9 74 511 (35 %) u għat-Titolu III f’livell ta’ EUR 1 6 51 203 (36 %). Dawn ir-riporti prinċipalment jirriżultaw mill-akkwist ippjanat ta’ infrastruttura tal-IT u servizzi tal-IT, li għalihom il-kuntratti ġew konklużi kif ippjanat f’Diċembru 2013 u s-servizzi relatati se jiġu pprovduti fl-2014. |
M/A |
(1) L-Artikolu 3 tal-Anness VII jipprevedi d-doppju tal-allowance bażika ta’ EUR 252,81 = EUR 505,62.
(2) Fi tmiem l-2014 l-Awtorità kienet iffirmat kuntratti ma’ 15 mis-17-il skola li jattendu t-tfal ta’ membri tal-persunal.
ANNESS II
L-Awtorità Bankarja Ewropea (Londra)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikoli 26 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
Artikolu 26
Artikolu 114
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010) |
Għanijiet
Kompiti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord tas-Superviżuri Magħmul mill-President, rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru (il-kap tal-NSA (2)), il-Kummissjoni, il-BĊE (3), il-BERS, l-EIOPA (4) u l-ESMA (5). Bord Maniġerjali Magħmul mill-President u sitt membri oħra tal-Bord tas-Superviżuri. President Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri. Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord tas-Superviżuri. Bord tal-Appell Entità konġunta tat-tliet ASE. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2014 (2013) |
Baġit 2014 EUR 33,6(26) miljun Inklużi: Sussidju mill-Unjoni Ewropea: EUR 13,4(10,4) miljun Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri: EUR 19,6(15,2) miljun Kontribuzzjonijiet minn osservaturi: EUR 0,6(0,4) miljun Postijiet mimlija fil-31 ta’ Diċembru 2014 111-il membru tal-persunal temporanju (93) – li 5 minnhom intbagħtulhom u aċċettaw l-ittri ta’ offerta qabel il-31 ta’ Diċembru 2014, u li, madankollu, minħabba l-perjodi ta’ avviż, id-dati tal-bidu tagħhom kienu fl-ewwel xhur tal-2015 22 membru tal-persunal kuntrattwali (14) 22 Espert Nazzjonali Sekondati (17) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi fl-2014 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku
(2) L-Awtorità Superviżorja Nazzjonali
(3) Il-Bank Ċentrali Ewropew
(4) L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
(5) L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
(6) Xi sessjonijiet ta’ smigħ pubbliku koprew aktar minn proposta regolatorja waħda tal-EBA
Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.
IT-TWEĠIBIET TAL-AWTORITÀ
11. |
L-Awtorità ħadet nota tar-rapport tal-Qorti. |