This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015TA1209(06)
Report on the annual accounts of the European Police College for the financial year 2014, together with the College’s reply
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ
Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ
ĠU C 409, 9.12.2015, p. 46–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/46 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Kulleġġ
(2015/C 409/06)
INTRODUZZJONI
1. |
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem “il-Kulleġġ”, magħruf ukoll bħala s-“CEPOL”), li jinsab f'Budapest, ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/JHA, imħassra u sostitwita fl-2005 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (1). Il-kompitu tal-Kulleġġ huwa li jaħdem bħala netwerk u jiġbor flimkien l-istituti nazzjonali ta' taħriġ tal-pulizija fl-Istati Membri biex jipprovdi sessjonijiet ta’ taħriġ, ibbażati fuq standards komuni, għall-uffiċjali għolja tal-pulizija (2). L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni nħatar bħala uffiċjal tal-kontabbiltà tas-CEPOL mill-1 ta' April 2014. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Kulleġġ. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
11. |
Ir-rata ta' kanċellazzjoni għall-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2013 kienet għolja f'livell ta' EUR 1 29 828 (15 %), prinċipalment minħabba l-kanċellazzjoni tal-proġett Matrix (EUR 15 090) u l-ispejjeż aktar baxxi milli stmat li għandhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta' għotja 2013 (EUR 57 285). Il-proġett Matrix ġie kkanċellat matul il-fażi inizjali peress li ma kienx jissodisfa l-ħtiġijiet operazzjonali. Dan seta' ġie evitat li kieku kien hemm analiżi xierqa tal-utenti mill-Kulleġġ. L-istima eċċessiva tal-ispejjeż għall-għotjiet tindika l-ħtieġa għall-kisba ta' informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji tal-Kulleġġ. |
12. |
Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 3 83 940, jiġifieri 59 % (2013: EUR 1 45 414, jiġifieri 30 %). Dan irriżulta, fil-parti l-kbira, mill-volum għoli ta' għamara u tagħmir tal-IT, u mill-manutenzjoni meħtieġa, għall-uffiċċji l-ġodda tal-Kulleġġ, ordnati iżda li għadhom ma twasslux u/jew ma tħallsux fl-aħħar tliet xhur tal-2014 (il-kulleġġ ikkompleta ċ-ċaqliq tiegħu għal Budapest f'Ottubru 2014). |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
13. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Kulleġġ. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2011 |
Il-livell għoli ta’ trasferimenti baġitarji jindika dgħufijiet fl-ippjanar tal-baġit u jmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni. |
Ikkompletata |
2011 |
Il-Kulleġġ jinsab fi Bramshill, u juża l-uffiċċji tal-Aġenzija Nazzjonali għat-Titjib ta’ Ħidmet il-Pulizija (NPIA) tar-Renju Unit. L-NPIA se tagħlaq fi tmiem l-2012 u mhuwiex ċar sa meta l-Kulleġġ jista’ jkompli juża l-uffiċċji attwali tiegħu. |
Ikkompletata |
2012 |
Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011 li jammontaw għal EUR 1,7 miljun, EUR 0,7 miljun (41,2 %) ġew ikkanċellati fl-2012. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stimat li għandhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta’ għotja 2011 (EUR 0,44 miljun jew 62 % tar-riporti kkanċellati). |
Għadha għaddejja |
2012 |
Fl-2012, il-Kulleġġ għamel 37 trasferiment baġitarju li ammontaw għal EUR 1 miljun, li minnhom 36 fi ħdan it-titoli rispettivi tagħhom. |
Ikkompletata |
2012 |
Diskussjonijiet dwar il-futur tal-Kulleġġ li ilhom għaddejjin għal bosta snin ħolqu sitwazzjoni ta’ inċertezza li qed tkompli tfixkel l-ippjanar u l-implimentazzjoni tan-negozju. |
Ikkompletata |
2013 |
Mill-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2012 li jammontaw għal EUR 1,7 miljun, EUR 0,3 miljun (17,6 %) ġew ikkanċellati fl-2013. Dan kien prinċipalment dovut għal spejjeż aktar baxxi milli stmat li għandhom jiġu rimborżati taħt il-ftehimiet ta' għotja 2012 (EUR 0,21 miljun jew 70 % tar-riporti kkanċellati), li jindika l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni aktar preċiża mill-benefiċjarji fi tmiem is-sena dwar l-ispiża li fil-fatt tkun iġġarrbet. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 għat-titoli differenti kien ivarja bejn 92 % u 95 %, li jindika li l-impenji legali twettqu f'waqthom. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014 kien għoli għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' EUR 1 45 410 (30,5 %), iżda dan irriżulta prinċipalment minn avvenimenti lil hinn mill-kontroll tal-Kulleġġ, bħal pagamenti dovuti fl-2014 għal servizzi u prodotti ordnati u riċevuti kif ippjanat fl-2013. |
M/A |
2013 |
Il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-Kulleġġ għadhom mhumiex trasparenti għalkollox. Il-gwida lill-membri tal-bordijiet tal-għażla dwar il-valutazzjoni konsistenti tal-kriterji tal-għażla ma kinitx ċara biżżejjed; ir-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-esperjenza professjonali ma kinux dejjem konformi mar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Kulleġġ u d-dokumentazzjoni tar-reklutaġġ kienet inkompleta. |
Għadha għaddejja (linji gwida stabbiliti iżda mhux dettaljati biżżejjed) |
ANNESS II
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Budapest)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 87 TFUE) |
Approssimazzjoni ta’ liġijiet
|
||||||||||||
Kompetenzi tal-Kulleġġ (Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI) |
Objettivi Il-mira tas-CEPOL għandha tkun li jgħin fit-taħriġ tal-uffiċjali għolja tal-pulizija fl-Istati Membri billi joħroġ l-aħjar mill-kooperazzjoni bejn id-diversi istituti komponenti tas-CEPOL. Dan għandu jappoġġa u jiżviluppa approċċ Ewropew għall-problemi prinċipali li qed jaffaċċjaw l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ż-żamma tal-liġi u l-ordni u tas-sigurtà pubblika, b’mod partikolari d-dimensjonijiet transkonfinali ta’ dawk il-problemi. Kompiti
|
||||||||||||
Governanza |
Bord ta' Tmexxija Kompożizzjoni Delegazzjoni waħda minn kull Stat Membru. Kull delegazzjoni għandu jkollha vot wieħed. Rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Europol għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat bħala osservaturi li ma għandhomx vot. Direttur Imexxi l-Kulleġġ, huwa maħtur u jista' jitneħħa mill-Bord ta’ Tmexxija. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Kulleġġ fl-2014 (2013) |
Baġit EUR 8,8(8,4) miljun Persunal It-Tabella tal-Persunal għall-2014 ipprevediet 27 (28) post għal Persunal Temporanju. Barra minn hekk: kien hemm baġit għal 10 (10) postijiet għal Persunal Kuntrattwali. L-Istati Membri ssekondaw ukoll total ta': 5,5(5) Esperti Nazzjonali matul is-sena. |
||||||||||||
Prodotti u servizzi fl-2014 (2013) |
Korsijiet, Seminars u Konferenzi Il-Kulleġġ implimenta total ta’ 71 (72) attività residenzjali (korsijiet, seminars u konferenzi). Il-valutazzjoni tal-evalwazzjoni tal-attivitajiet turi li s-sodisfazzjon ġenerali għall-attivitajiet tal-Kulleġġ u l-eżiti ta’ tagħlim tiegħu baqa’ eċċellenti f'livell ta' 94 % (94 %). Is-CEPOL ġabar flimkien 2 098 (2 251) parteċipant fl-infurzar tal-liġi, li jaqbżu l-miri ppjanati, u 710 (707) ħarrieġ minn 34 (42) pajjiż (Stati Membri tal-UE u Pajjiżi Terzi) u 24 (21) korp tal-UE u internazzjonali. Ir-rata ta’ attendenza (attendenza meta mqabbla ma' siġġijiet disponibbli) baqgħet għolja: 108 % (116 %) li turi domanda eċċezzjonali għat-taħriġ tas-CEPOL. Il-Kulleġġ stess organizza 11 (19)-il attività biex jappoġġa lin-netwerk u beda proċess ta’ applikazzjoni relatat mal-Ftehim ta’ Għotja għall-2014. Sitt korsijiet addizzjonali żdiedu mal-lista ta' attivitajiet mill-Bord ta' Tmexxija f'Novembru. Dawn il-korsijiet se jiġu implimentati sa nofs Frar 2015 u se jingħaddu u jiġu rrappurtati fl-istatistika 2015. Relazzjonijiet Esterni Fl-2014, is-CEPOL kompla bil-kooperazzjoni tiegħu li qed tagħti riżultati tajbin ħafna, mal-pajjiżi Kandidati, Kandidati Potenzjali u tal-PEV/tas-SL kif ukoll mas-Sħab Strateġiċi, l-aġenziji tal-ĠAI u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Fl-2014, is-CEPOL ikkonkluda n-negozjati għal żewġ arranġamenti tax-xogħol, wieħed mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u wieħed mal-Bożnija-Ħerzegovina. Dan tal-aħħar ġie ffirmat f'Diċembru 2014, filwaqt li ta' qabel qed jistenna l-iskambju tal-ittri. Is-CEPOL żviluppa matriċi ta' taħriġ li tipprovdi s-sitwazzjoni attwali għall-attivitajiet ta' taħriġ imwassla min-netwerk tal-aġenziji tal-ĠAI. Dan sar bil-ħsieb li tittejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji possibbli, f'konformità mal-Iskema ta’ Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (LETS). Fl-2014, is-CEPOL appoġġa seba’ proġetti għall-bini ta' kapaċità implimentati mill-Istati Membri tal-UE jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali; dawn varjaw minn metodoloġiji ta’ tagħlim elettroniku permezz ta’ taħriġ kontra l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal għal immaniġġjar ċivili ta' kriżijiet u suġġetti importanti oħrajn dwar l-attivitajiet tal-pulizija. Żvilupp tal-Manwali tat-Taħriġ u Kurrikuli (Komuni) Fl-2014 żewġ Kurrikuli Komuni (CC) ġew aġġornati, fejn wieħed minnhom (Ħasil tal-Flus) ġie adottat f’Awwissu 2014 flimkien ma’ tlieta li kienu diġà ġew aġġornati fl-2013 (Ġlieda kontra t-Terroriżmu, Traffikar ta' Droga u Eurojust). L-ieħor, Traffikar tal-Bnedmin (THB), ġie ffinalizzat fi tmiem Ottubru u ġie ppreżentat lill-Bord ta' Tmexxxija għal proċedura bil-miktub li għandha tiġi adottata f’Jannar 2015. Sa tmiem l-2014, b'kollox kien hemm 9 CCs tas-CEPOL adottati. Taqsima ġdida infetħet fis-Sistema tal-Immaniġġjar tat-Tagħlim (LMS) għall-Kurrikuli Komuni taħt l-Appoġġ għall-Edukaturi. Din hija maħsuba li ssir sors ta’ input u materjali ta’ taħriġ dwar suġġetti CC. Is-sitt Kurrikuli Komuni li ġejjin ittellgħu sa issa: CC05A Ġlieda kontra t-Terroriżmu, CC05D Etika u Integrità tal-Pulizija, CC06A Vjolenza Domestika, CC06B Ħasil tal-Flus, CC07A Immaniġġjar Ċivili ta' Kriżijiet, CC07B Traffikar ta' Droga. CC05C dwar l-Europol u CC06C dwar it-THB se jittellgħu hekk kif ikunu ġew iffinalizzati u adottati; CC13A dwar il-Eurojust għandu jittella' f'Jannar. Il-Manwal għall-Ħarrieġa SIRENE ġie aġġornat u se jitqassam mill-ġdid wara l-istampar mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-bidu tal-2015. Riċerka u Xjenza Żewġ ħarġiet ġodda tal-“European Science and Research Bulletin” (Bullettin tax-Xjenza u tar-Riċerka Ewropea) ġew żviluppati u ppubblikati fuq is-sit web u f'forma stampata (ħarġiet Nri 10 u 11). L-għadd ta’ esperti rreġistrati fil-bażi tad-data Lecturer, Trainer and Researcher (Lekċerer, Għalliem u Riċerkatur) tas-CEPOL żdied għal 293 sa tmiem is-sena 2014. Il-Korrispondenti tar-Riċerka u x-Xjenza Nazzjonali ikkompletaw il-preżentazzjoni tagħhom tal-Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali. Is-CEPOL ipprovda aċċess lill-utenti tal-e-Net tas-CEPOL għall-kontenut ta’ disa’ ġurnali akkademiċi u professjonali tax-xjenza tal-pulizija evalwati bejn il-pari. Programm Ewropew ta’ Skambju tal-Pulizija Il-Programm Ewropew ta’ Skambju tal-Pulizija 2014 (EPEP) tas-CEPOL kien ikkaratterizzat minn sitt segmenti:
Il-programm kien jinkludi suġġetti dderivati mill-prijoritajiet tal-Programm ta’ Stokkolma, miċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE kif ukoll minn talbiet mill-Istati Membri. Iż-żjarat ta’ skambju saru fuq bażi bilaterali, b’durata ta’ 6 ijiem/5 iljieli. B’kollox ħadu sehem 312-il (444) parteċipant mil-Istati Membri kollha tal-UE, il-Pajjiżi Kandidati, il-pajjiżi tal-PEV tal-Lvant u l-Balkani tal-Punent, li qabżu l-mira annwali. Il-programm kellu baġit ta’ ftit aktar minn EUR 3 55 000(EUR 6 00 000) iffinanzjati mis-CEPOL u b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 85 % (95 %). Feedback għadu qed jinġabar iżda bħalissa jindika rata ta’ sodisfazzjoni ġenerali ta’ madwar 91 % (98 %). Netwerk Elettroniku (e-Net) Wara l-kwistjonijiet fl-2013, kien hemm ftit jew l-ebda interruzzjoni għas-servizz fl-2014. Fl-2014, tnieda l-proġett “Review and update of e-Net user Management” (Analiżi u aġġornament tal-Immaniġġjar tal-Utenti tal-e-Net), immirat lejn l-identifikazzjoni ta' kontijiet e-Net mhux użati u diżattivati għat-tħassir, it-titjib tal-fluss tar-reġistrazzjonijiet tal-e-Net u l-aġġornament tal-għodod tal-immaniġġjar tal-utenti għall-Maniġers tal-e-Net fl-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sħab u fi ħdan il-Kulleġġ. Matul l-2014, il-verżjoni tas-Sistema tal-Immaniġġjar tat-Tagħlim fuq l-e-Net ġiet aġġornata għal Moodle 2.7 li fiha jiġi indirizzat titjib tas-sigurtà. Din il-verżjoni tal-LMS jinkludi appoġġ fuq terminu twil, sa Mejju 2017, mill-Kwartieri Ġenerali ta' Moodle. Tagħlim elettroniku Fl-2014, in-navigazzjoni għal moduli online fuq is-Sistema tal-Immaniġġjar tat-Tagħlim ġodda ttejbet b’interfaċċa grafika ġdida għall-utenti, li jagħmilha aktar faċli għall-utenti tal-e-Net li jsibu l-moduli jixtiequ jużaw. Is-CEPOL appoġġa l-proġett Erasmus “E-Campus Policing Europe” immirat lejn l-iżvilupp u t-twassil ta’ kompiti ta' tagħlim dwar kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali tal-pulizija. L-eżitu tal-proġett huwa modulu li jikkonsisti f’kompiti ta’ tagħlim b'interfaċċa personalizzata għall-utenti u appoġġ online bħala kors dwar l-LMS tas-CEPOL, immirat lejn il-pulizija u l-edukaturi tal-infurzar tal-liġi. Dan il-modulu sar disponibbli għall-utenti rreġistrati kollha tal-e-Net f’Settembru. Is-CEPOL appoġġa l-iżvilupp ta’ tliet moduli online fi ħdan il-qafas tal-proġett ISEC “Developing e-Learning Modules on Cross-Border Police Cooperation Tools for Police Education” (Żvilupp ta’ Moduli tat-Tagħlim Elettroniku dwar Għodod għall-Kooperazzjoni Transkonfinali tal-Pulizija għall-Edukazzjoni tal-Pulizija). Il-moduli tfasslu fuq is-suġġetti ta’ Insegwiment, Pattulji Mħallta u Skambju ta’ Data u Informazzjoni. Sa issa 23 (19-il) modulu online huma disponibbli. Aġġornamenti ta' tliet moduli online tas-CEPOL twettqu fl-2014: Ċiklu ta’ Politika tal-UE għal Kriminalità Serja u Organizzata, Webinars għall-Edukaturi u appoġġ għal-LMS għall-attivitajiet residenzjali 2014 tas-CEPOL. Fl-2014, total ta’ 2 513-il (1 994) utent uniku żaru l-moduli ta’ tagħlim online, 54 (31) webinar ġew implimentati u għalihom attendew 5 399(3 562) parteċipant. Il-Pjattaforma tar-Riżorsi tal-Webinars saret dik li tattira l-aktar utenti fl-2014. Fl-2014, 14-il pjattaforma għall-komunitajiet ta’ prattika raw 2 588 (2 063) professjonist tal-istess fehma f’oqsma differenti tal-pulizija u tal-edukazzjoni tal-pulizija jaqsmu u jibnu fuq l-għarfien u l-kompetenzi ta’ xulxin. |
||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut mill-Kulleġġ. |
IT-TWEĠIBA TAL-KULLEĠĠ
11. |
Il-Kulleġġ ħa nota tal-kummenti tal-Qorti. Il-miżuri introdotti mis-CEPOL fis-snin riċenti wasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta' riporti u fondi kkanċellati. Aħna nimpenjaw ruħna biex inkomplu nżidu u nżommu l-konformità mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità previst fir-Regolament Finanzjarju. |