Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0537

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rilevanti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, il-proposta għal Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, il-proposti għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi

COM/2015/0537 final - 2015/0253 (NLE)

Brussell, 22.10.2015

COM(2015) 537 final

2015/0253(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rilevanti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, il-proposta għal Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, il-proposti għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ta’ ħarsien ambjentali.

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“Ftehim Rivedut tal-1958”), u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma 29 (WP29) tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati Regolamenti tan-NU ġodda, emendi għar-Regolamenti tan-NU eżistenti jew għar-Regolamenti Tekniċi Globali tan-NU (UN GTRs) eżistenti, biex jiġu aġġornati skont il-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi jiġu adottati minn wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li huma attivi fid-WP29.

Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29 isseħħ il-votazzjoni finali għall-adozzjoni tal-emendi, tas-supplimenti u tar-rettifiki, diment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti f'żewġ Ftehimiet (il-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998) fid-WP29. Kull darba, titħejja Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"megadeċiżjoni", li tħaddan fiha l-lista ta’ Regolamenti, ta’ emendi, ta’ supplimenti u ta’ rettifiki, u tawtorizza lill-Kummissjoni biex tivvota f’isem l-Unjoni f'kull laqgħa tad-WP29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar ir-Regolamenti, l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki mressqin għall-votazzjoni fil-laqgħa tad-WP29 ta’ Novembru 2015, li se ssir bejn l-9 u t-13 ta’ Novembru 2015.

2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur ġie kkonsultat u tqiesu l-kummenti li għamlu l-esperti tal-Istati Membri.

3.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar l-emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, dwar Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, dwar emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u dwar Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi.

Bażi ġuridika

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jifformaw il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta.

Prinċipju ta' sussidjarjetà

L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għar-Regolamenti tan-NU, l-emendi tar-Regolamenti tan-NU u l-abbozzi tar-Regolamenti Tekniċi Globali u tinkorporahom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. Dan mhux talli jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u tas-sikurezza madwar l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu manifatturati speċifikament biex jingħataw l-approvazzjoni nazzjonali tat-tip għal kull Stat Membru.

Għaldaqstant, din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Prinċipju ta' proporzjonalità

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f'isem l-Unjoni u hija l-istrument proporzjonat skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE sabiex tiġi ddefinita pożizzjoni unifikata tal-UE fin-NU/KEE fir-rigward tal-votazzjoni dwar id-dokumenti ta' ħidma proposti fl-aġenda tal-laqgħa tad-WP29. Għaldaqstant, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliċi.

Għażla tal-istrumenti

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li jridu jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta' ftehim internazzjonali.

2015/0253 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rilevanti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, il-proposta għal Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, il-proposti għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE 1 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (il-“Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE 2 , l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 issostitwiet is-sistemi tal-Istati Membri għall-approvazzjoni tat-tip bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, u stabbiliet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin jiġu inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)Fid-dawl tal-esperjenza u tal-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti relatati ma' ċerti elementi jew karatteristiċi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, u kif ukoll bir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), jeħtieġ li jiġu adattati għall-progress tekniku.

(5)Sabiex jittejbu d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza għall-vetturi bil-mutur, għandu jiġi adottat Regolament tan-NU ġdid dwar l-impatt frontali; biex jiġu armonizzati d-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi, għandha tiġi adottata wkoll Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R. 2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi.

(6)Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perjodu mid-9 sat-13 ta' Novembru 2015 għandha tkun li tivvota favur il-proposti elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti ("Ftehim Parallel") (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
Top

Brussell, 22.10.2015

COM(2015) 537 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti rilevanti fir-rigward tal-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU Nri 12, 16, 26, 39, 44, 46, 58, 61, 74, 83, 85, 94, 95, 97, 98, 99, 100, 101, 106, 107, 110, 116 u 127, il-proposta għal Regolament tan-NU ġdid dwar impatt frontali, il-proposti għal emendi tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi


ANNESS

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 12 (Mekkaniżmu tal-istering)

ECE/TRANS/WP.29/2015/92

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2015/93

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 26 (Sporġenzi esterni)

ECE/TRANS/WP.29/2015/82

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 39 (Strument li jkejjel u juri l-veloċità u Odometru),

ECE/TRANS/WP.29/2015/83

Proposta għas-Suppliment 10 għas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 44 (Sistemi ta’ trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2015/94

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 46 (Tagħmir għall-viżjoni indiretta)

ECE/TRANS/WP.29/2015/84

Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 58 (Protezzjoni tal-qiegħ fuq wara)

ECE/TRANS/WP.29/2015/85

Proposta għas-Suppliment 3 tar-Regolament Nru 61 (Sporġenzi esterni ta' vetturi kummerċjali)

ECE/TRANS/WP.29/2015/86

Proposta għal Rettifika 1 tas-Suppliment 8 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 74 (Installazzjoni ta’ apparat tad-dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl (mopeds))

ECE/TRANS/WP.29/2015/79

Proposta għas-Suppliment 11 għas-serje 05 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2015/100

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2015/101

Proposta għas-Suppliment 7 għall-verżjoni oriġinali tar-Regolament Nru 85 (Kejl tal-potenza netta)

ECE/TRANS/WP.29/2015/102

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali)

ECE/TRANS/WP.29/2015/95

Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali)

ECE/TRANS/WP.29/2015/96

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 95 (Ħabta laterali)

ECE/TRANS/WP.29/2015/97

Proposta għas-Suppliment 8 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 97 (Sistemi tal-alarm tal-vetturi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/87

Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi tad-dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2015/80

Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2015/81

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 100 (Vetturi mħaddma bl-enerġija elettrika)

ECE/TRANS/WP.29/2015/98

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil)

ECE/TRANS/WP.29/2015/103

Proposta għas-Suppliment 13 tar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2015/109

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta’ xarabanks u kowċis)

ECE/TRANS/WP.29/2015/88

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (Kostruzzjoni ġenerali ta’ xarabanks u kowċis)

ECE/TRANS/WP.29/2015/104

Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 110 (Komponenti speċifiċi għas-CNG/għal-LNG)

ECE/TRANS/WP.29/2015/89

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament Nru 116 (Sistemi ta’ alarm tal-vetturi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/91

Proposta għas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 127 (Sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq)

ECE/TRANS/WP.29/2015/99

Proposta għal Regolament ġdid dwar l-impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin

ECE/TRANS/WP.29/2015/105

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament il-ġdid dwar l-impatt frontali b’enfasi fuq is-sistemi ta’ trażżin

ECE/TRANS/WP.29/2015/106

Proposta għal emendi tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)

ECE/TRANS/WP.29/2015/111

Proposta għal Riżoluzzjoni Reċiproka ġdida Nru 2 (M.R.2) dwar id-definizzjonijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni tal-vetturi

ECE/TRANS/WP.29/2015/110

Top