IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.9.2015
COM(2015) 467 final
ANNESSI
tal-Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ANNESSI
tal-Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ANNESS I
FTEHIM TA’ SĦUBIJA DWAR IS-SAJD SOSTENIBBLI
bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
R-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Liberja”,
flimkien minn hawn ’il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JQISU r-relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib bejn l-Unjoni u l-Liberja, l-aktar fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Cotonou, u x-xewqa tagħhom it-tnejn li jsaħħu dik ir-relazzjoni,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta' Diċembru 1982 (l-UNCLOS) u l-Ftehim tal-1995 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istokkijiet tal-Ħut Transżonali u tal-Istokkijiet tal-Ħut li Jpassi Ħafna,
DETERMINATI li japplikaw id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u ta’ organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti oħra li l-Partijiet huma membri tagħhom,
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fl-1995 waqt il-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (il-FAO),
DETERMINATI li jikkoperaw fl-interess ta' xulxin biex jippromwovu s-sajd responsabbli ħalli jkunu żgurati l-konservazzjoni fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar,
KONVINTI li din il-koperazzjoni għandu jkollha l-għamla ta' inizjattivi u miżuri li, kemm jekk il-Partijiet jeħduhom flimkien u kemm jekk jeħduhom għal rashom, ikunu jikkumplimentaw lil xulxin u jiżguraw politiki konsistenti u sinerġija fl-isforzi,
BEĦSIEBHOM, għal dawn il-finijiet, jibdew djalogu dwar il-politika settorjali tas-sajd li jħaddem il-Gvern tal-Liberja u jidentifikaw il-mezzi x-xierqa biex jiżguraw li din il-politika tiġi implimentata b'mod effikaċi u li f'dan il-proċess jiġu inklużi l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili,
JIXTIEQU jistabbilixxu t-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u l-appoġġ tal-Unjoni biex f'dik iż-żona jsir sajd sostenibbli,
JIXTIEQU jistabbilixxu ftehim ta' ġid reċiproku bejn l-Unjoni u l-Liberja li jkun jinkludi l-iżvilupp tal-kontenut lokali tal-Liberja,
DEĊIŻI li bejn iż-żewġ Partijiet jippromwovu koperazzjoni ekonomika eqreb fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati magħha,
B'DAN JIFTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1 - Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
(a)“l-awtoritajiet tal-Liberja” tfisser il-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Liberja;
(b)“l-awtoritajiet tal-Unjoni” tfisser il-Kummissjoni Ewropea;
(c)“attività tas-sajd” tfisser it-tiftix għall-ħut, it-tfigħ il-baħar, il-kalar, it-tkarkir u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, is-simna u ħatt l-art tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd;
(d)“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-użu kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
(e)“bastiment tal-għajnuna” tfisser kull bastiment tal-Unjoni li jagħti assistenza lill-bastimenti tas-sajd;
(f)“bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;
(g)“żona tas-sajd tal-Liberja” tfisser dik il-parti mill-ilmijiet li huma fis-sovranità jew fil-ġuriżdizzjoni tar-Repubblika tal-Liberja, li fiha l-Liberja tkun awtorizzat lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu attivitajiet tas-sajd;
(h)“forza maġġuri” tfisser avveniment li jseħħ ħesrem, mingħajr ma jitbassar u li ma setax jiġi evitat, li jipperikola l-attivitajiet normali tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew ixekkilhom.
Artikolu 2 - Il-kamp ta' applikazzjoni
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:
(a)il-kundizzjonijiet li skonthom il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja;
(b)il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd, bil-ħsieb li jiġi promoss is-sajd sostenibbli fiż-żoni tas-sajd tal-Liberja u li jiġi żviluppat is-settur tas-sajd tal-Liberja;
(c)il-koperazzjoni dwar il-miżuri ta' ġestjoni, kontroll u sorveljanza fiż-żona tas-sajd tal-Liberja bil-ħsieb li tkun żgurata l-konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq u li jiġi żgurat li l-miżuri għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd ikunu effettivi, l-aktar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
(d)is-sħubijiet bejn l-operaturi bil-għan li fl-interess ta' xulxin jiżviluppaw attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati.
Artikolu 3 – Il-prinċipji
1.B'dan il-Partijiet qed jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Liberja kif previst fil-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għal Sajd Responsabbli, skont il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni.
2.L-awtoritajiet tal-Liberja jintrabtu li ma jagħtux kundizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk maqbula f’dan il-Ftehim lil flotot barranin oħrajn li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li għandhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk li jkopri dan il-Ftehim u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni tar-riżorsi, l-arranġamenti finanzjarji, il-miżati u d-drittijiet relatati mal-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd.
3.F'ġieh it-trasparenza reċiproka, il-Liberja tintrabat li tippubblika kull ftehim li jawtorizza lil flotot barranin jistadu fl-ilmijiet li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tagħha.
4.B'dan il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-Ftehim skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou fejn jidħlu elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-istat tad-dritt, u fejn jidħol l-element essenzjali marbut mal-governanza t-tajba, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8 u 96 tiegħu.
5.Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li jimplimentaw il-politika settorjali tas-sajd li adotta l-Gvern tal-Liberja u għal dak il-għan għandhom jibdew djalogu politiku dwar ir-riformi meħtieġa. Dawn għandhom jikkonsultaw bejniethom bil-ħsieb li jadottaw miżuri eventwali f'dan il-qasam.
6.B'dan il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi implimentat skont il-prinċipji ta' governanza ekonomika u soċjali tajba, filwaqt li titħares il-qagħda tal-istokkijiet tas-sajd.
7.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali fuq il-post tax-xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin tal-AKP irreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni, l-aktar fejn jidħlu l-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv tal-ħaddiema, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.
8.Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jadottaw xi deċiżjoni li tista’ taffettwa l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.
Artikolu 4 – L-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Liberja
1.Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja diment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Ftehim. Għandha tkun projbita kull attività kummerċjali tas-sajd li ssir barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim.
2.L-awtoritajiet tal-Liberja mhumiex se jagħtu awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni ħlief b'dan il-Ftehim. Għandu jkun projbit li jingħataw awtorizzazzjonijiet għas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni barra mill-qafas ta' dan il-Ftehim, l-aktar fl-għamla ta' liċenzji privati.
Artikolu 5 – Il-liġi applikabbli u l-implimentazzjoni
1.L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja huma soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Liberja, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Ftehim, fil-Protokoll u fl-Anness. Lill-awtoritajiet tal-Unjoni, il-Liberja għandha tipprovdilhom il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.
2.Il-Liberja tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha biex id-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tas-sajd previsti f’dan il-Ftehim jiġu applikati b’mod effettiv. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet tal-Liberja li għandhom ir-responsabbiltà jwettqu dan il-monitoraġġ, dan il-kontroll u din is-sorveljanza.
3.L-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Unjoni b'kull bidla fil-leġiżlazzjoni eżistenti jew b'leġiżlazzjoni ġdida li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni. Fir-rigward tal-bastimenti tal-Unjoni, din il-leġiżlazzjoni għandha tkun infurzabbli wara 60 jum mill-għada li n-notifika tal-Liberja tasal għand l-awtoritajiet tal-Unjoni.
4.L-Unjoni tintrabat li tieħu l-passi x-xierqa kollha meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jkunu jikkonformaw ma’ dan il-Ftehim u mal-leġiżlazzjoni li tirregola s-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni.
5.L-awtoritajiet tal-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet tal-Liberja b'kull bidla fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jkollha l-potenzjal tħalli impatt fuq l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni skont dan il-Ftehim.
Artikolu 6 – Il-kontribuzzjoni finanzjarja
1.Fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni għandha tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lil-Liberja biex:
(a)twieżen parti mill-ispejjeż tal-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għaż-żona tas-sajd tal-Liberja u għar-riżorsi tas-sajd tal-Liberja, mingħajr preġudizzju għall-ispejjeż tal-aċċess li jġarrbu s-sidien tal-bastimenti;
(b)issaħħaħ il-kapaċità tal-Liberja li tiżviluppa politika sostenibbli tas-sajd permezz tal-appoġġ settorjali.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali ma għandhiex tkun assoċjata mal-ħlasijiet għall-ispejjeż għall-aċċess u għandha tkun determinata mill-fatt li jintlaħqu l-għanijiet tal-appoġġ settorjali tal-Liberja f'konformità mal-Protokoll u mal-programmazzjoni annwali u pluriennali għall-implimentazzjoni tiegħu u tingħata bil-kundizzjoni li dawn jintlaħqu.
3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti l-Unjoni għandha titħallas kull sena skont il-Protokoll.
(a)L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 1(a) jista' jiġi rivedut billi jiġi applikat l-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim fir-rigward ta':
(i)tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni minħabba l-ġestjoni tal-istokkijiet konċernati, meta dan jitqies meħtieġ għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli;
(ii)żieda fl-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni meta, skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd tkun tippermetti dan.
(b)L-ammont tal-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) jista' jiġi rivedut minħabba valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja biex fil-Liberja tiġi implimentata politika settorjali tas-sajd, meta dan ikun iġġustifikat mir-riżultati speċifiċi tal-programmazzjoni annwali u pluriennali li josservaw iż-żewġ Partijiet.
(c) Il-kontribuzzjoni tista' tiġi sospiża minħabba:
(i)l-applikazzjoni tal-Artikolu 13 ta' dan il-Ftehim;
(ii)l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 7 – Il-promozzjoni tal-koperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi u fis-soċjetà ċivili
1.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u fis-setturi relatati miegħu. Dawn għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jikkoordinaw id-diversi miżuri li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tekniki tas-sajd, l-irkaptu tas-sajd, il-metodi ta’ preżervazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti tas-sajd.
3.Meta jkun xieraq, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex joħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jħeġġu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investimenti.
4.Il-Partijiet jistgħu jintrabtu li jimplimentaw pjan ta' azzjonijiet bejn l-operaturi tal-bastimenti tal-Unjoni u l-Liberja bil-ħsieb li jippromwovu l-ħatt l-art tal-ħut minn fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jaħdmu l-Liberja.
5.Meta jkun xieraq, il-Partijiet għandhom iħeġġu l-ħolqien ta’ intrapriżi konġunti fl-interess reċiproku tagħhom li għandhom jikkonformaw sistematikament mal-leġiżlazzjoni tal-Liberja u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 8 – Kumitat Konġunt
1.Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Unjoni u tal-Liberja u li jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta emendi fil-Protokoll, fl-Anness u fl-Appendiċijiet.
2.Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu ħsieb:
(a)il-monitoraġġ tal-prestazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-aktar id-definizzjoni tal-programmazzjoni annwali u pluriennali msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha;
(b)jiżgura l-komunikazzjoni u l-koperazzjoni meħtieġa fi kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd, l-aktar fejn tidħol l-analiżi statistika tad-dejta dwar il-qabdiet;
(c)iservi ta’ forum biex il-kwistjonijiet li jinqalgħu fl-interpretazzjoni jew fl-applikazzjoni tal-Ftehim jissolvew b'mod amikevoli.
3.Fejn jidħol it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-Kumitat Konġunt għandu japprova l-emendi fil-Protokoll, fl-Annessi u fl-Appendiċijiet ta' dan il-Ftehim li jkollhom x'jaqsmu:
(a)mar-reviżjoni tal-opportunijiet tas-sajd u għaldaqstant tal-kontribuzzjoni finanzjarja rilevanti;
(b)mal-proċeduri tal-appoġġ settorjali;
(c)mal-kundizzjonijiet tekniċi u l-modalitajiet li bihom il-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tad-sajd tagħhom.
4.Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq ħidmietu skont l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u skont ir-regoli rilevanti adottati mill-ICCAT u minn organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd oħrajn, fejn dan ikun rilevanti.
5.Il-Kumitat għandu jiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena, sena fil-Liberja u s-sena ta’ wara fl-Unjoni, jew f’post ieħor magħżul bi qbil bejniethom, u dan għandha tippresedih il-Parti ta’ fejn tkun qed issir il-laqgħa. Jekk jintalab minn xi waħda mill-Partijiet, dan għandu jitlaqqa' b'mod straordinarju. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens u għandhom jitniżżlu mal-minuti maqbula tal-laqgħa. Dawn jidħlu fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tagħhom.
6.Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess.
Artikolu 9 – Il-koperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
Il-Partjiet jintrabtu li jitħabtu mill-qrib kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat sabiex ikun jista' jsir sajd responsabbli u sostenibbli.
Artikolu 10 – Il-koperazzjoni xjentifika
1.Il-Partijiet għandhom iħeġġu l-koperazzjoni xjentifika biex jivvalutaw regolarment il-qagħda tal-istokkijiet tal-ħut fl-ilmijiet tal-Liberja.
2.Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsultaw lil xulxin, jekk ikun meħtieġ, waqt laqgħa xjentifika konġunta u fl-ICCAT u f’organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd rilevanti oħrajn sabiex isaħħu l-ġestjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jikkoperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.
Artikolu 11 – Iż-żona ġeografika li għaliha japplika l-Ftehim
Minn naħa, dan il-Ftehim japplika għat-territorji fejn japplika t-Trattat tal-Unjoni Ewropea bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, dan japplika għat-territorju tal-Liberja u għall-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha l-ġuriżdizzjoni.
Artikolu 12 – Il-perjodu tal-Ftehim u t-tiġdid taċitu tiegħu
Dan il-Ftehim japplika għal ħames snin mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu. Dan jiġġedded b'mod taċitu, ħlief meta tingħata notifika ta' terminazzjoni skont l-Artikolu 14.
Il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 13 - Sospensjoni
1.L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża meta xi waħda mill-Partijiet teżiġi dan:
(a)minħabba forza maġġuri; jew
(b)minħabba xi tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew dwar l-implimentazzjoni tiegħu; jew
(c)meta xi waħda mill-Partijiet tikser id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, l-aktar l-Artikolu 3(4) tiegħu dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.
2.Il-Parti li tkun trid tissospendi l-applikazzjoni tal-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u s-sospensjoni tidħol fis-seħħ tliet xhur wara li tasal din in-notifika. Meta tasal in-notifika ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien tliet xhur. Meta tinstab din is-soluzzjoni, għandha tissokta l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 6 għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skont kemm tkun damet għaddejja s-sospensjoni.
Artikolu 14 – It-terminazzjoni
1.Xi waħda mill-Partijiet tista' tittermina dan il-Ftehim:
(a)minħabba forza maġġuri;
(b)jekk jiġu degradati l-istokkijiet konċernati skont l-aqwa parir xjentifiku indipendenti u affidabbli disponibbli;
(c)jekk jonqos il-livell ta' użu tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni;
(d)f’każ ta’ ksur tal-impenji li daħlu għalihom il-Partijiet fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.
2.Il-Parti li tkun trid tittermina l-Ftehim għandha tgħarraf bil-miktub lill-Parti l-oħra b’dan, u t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ sitt xhur wara li tasal din in-notifika, sakemm il-Partijiet ma jaqblux bejniethom li jtawlu dan il-perjodu. Meta tasal in-notifika ta' terminazzjoni, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom fi żmien dan il-perjodu ta’ sitt xhur.
3.Jekk it-terminazzjoni sseħħ, il-ħlas tal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 għas-sena meta sseħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.
Artikolu 15 – L-applikazzjoni provviżorja
L-iffirmar ta’ dan il-Ftehim min-naħa tal-Partijiet iwassal għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 16 – Il-lingwa u d-dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim qed jitfassal bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi hu awtentiku bl-istess mod.
Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.
ANNESS II
Il-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja
Artikolu 1 – Il-kamp ta' applikazzjoni
1.L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim huma hekk:
Għall-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar).
2.It-tipi ta' bastimenti tal-Unjoni li jkopri dan il-Protokoll huma:
(a)28 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine, u
(b)6 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.
3.Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 6 u 7 ta' dan il-Protokoll.
4.Skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja diment li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun inħarġet skont dan il-Protokoll u skont l-Anness.
Artikolu 2 – Il-perjodu tal-Protokoll
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta' ħames snin mid-data meta tibda l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 3 - Il-kontribuzzjoni finanzjarja
1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2 għandha tkun ta’ EUR 3 250 000.
2.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tkun magħmula minn:
(a)ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja ta’ EUR 357 500 għall-ewwel sena, ta’ EUR 325 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’ EUR 292 500 għall-ħames sena, li jkun ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 6 500 tunnellata fis-sena; u
(b)ammont annwali speċifiku għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Liberja ta’ EUR 357 500 għall-ewwel sena, ta’ EUR 325 000 għat-tieni, it-tielet u r-raba’ sena u ta’ EUR 292 500 għall-ħames sena.
3.Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8 ta' dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 tal-Ftehim.
4.Jekk il-livell annwali tal-qabdiet tal-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jkun jaqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza annwali msemmi fil-paragrafu 2(a), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiżdied b'EUR 55 għall-ewwel sena, b'EUR 50 għat-tieni, it-tielet u r-raba' sena u b'EUR 45 għall-ħames sena għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda.
5.Madankollu, l-ammont totali annwali li tħallas l-Unjoni ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet li jaqbdu l-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.
6.Il-ħlas mill-Unjoni Ewropea tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista fil-paragrafu 2(a) għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għar-riżorsi tas-sajd tal-Liberja għandu jsir sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara li tibda l-applikazzjoni provviżorja għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.
7.L-awtoritajiet tal-Liberja għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar kif tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a).
8.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandha titħallas ġo kont tat-Teżor Pubbliku li jinfetaħ fil-Bank Ċentrali tal-Liberja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura tal-Liberja. Kull sena, l-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jipprovdu d-dettalji tal-kont bankarju lill-awtoritajiet tal-Unjoni.
Artikolu 4 - L-appoġġ settorjali
1.Sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll jew minn meta jibda jiġi applikat b’mod provviżorju, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq programm settorjali pluriennali u fuq regoli ta' implimentazzjoni dettaljati li jkunu jkopru, b’mod partikolari, dan li ġej:
(a)linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);
(b)il-miri annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu maż-żmien biex ikun jista' jsir sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet tal-Liberja msemmija fil-politiki nazzjonali ta' dan il-pajjiż li għandhom x'jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli jew li jħallu impatt fuqha, l-aktar fejn jidħol l-appoġġ għas-sajd artiġjanali, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), kif ukoll il-prijoritajiet marbutin mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet xjentifiċi tal-Liberja fis-settur tas-sajd;
(c)il-kriterji u l-proċeduri fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena.
2.L-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) għandu jsir skont l-għanijiet li jidentifika l-Kumitat Konġunt u li jridu jintlaħqu, u skont il-programmazzjoni annwali u pluriennali biex dawn jinkisbu.
3.Il-Kumitat Konġunt irid jaqbel ma’ kull emenda proposta fil-programm settorjali pluriennali. Jekk l-awtoritajiet tal-Liberja jkunu jridu jagħmlu xi bidliet urġenti fil-programm settorjali annwali, dan jista' jsir permezz tal-Kumitat Konġunt, fosthom permezz ta' skambju ta' ittri.
4.Kull sena, il-Liberja trid tippreżenta rapport dwar il-progress li jkun sar fl-azzjonijiet implimentati u r-riżultati miksuba permezz tal-appoġġ settorjali, u dan ir-rapport għandu jeżaminah il-Kumitat Konġunt. Il-Liberja trid tressaq ukoll rapport finali qabel jiskadi dan il-Protokoll.
5.L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) għandu jitħallas bin-nifs, bi ħlasijiet parzjali. Għall-ewwel sena tal-Protokoll, il-ħlas parzjali jrid isir skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula. Għas-snin ta' applikazjoni ta’ wara, il-ħlasijiet parzjali jridu jsiru skont il-ħtiġijiet identifikati bħala parti mill-programmazzjoni maqbula u skont analiżi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.
6.L-Unjoni Ewropea żżomm id-dritt li tirrevedi u/jew li tissospendi parti mill-ħlas jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(2)(b) ta' dan il-Protokoll:
(a)jekk wara evalwazzjoni min-naħa tal-Kumitat Konġunt, ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-programmazzjoni;
(b)jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja ma tintużax kif ikun stabbilixxa l-Kumitat Konġunt.
7.Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha terġa' tibda titħallas mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet u qbil fil-Kumitat Konġunt, diment li r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmazzjoni maqbula msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 3(2)(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta' sitt (6) xhur minn meta jiskadi l-Protokoll.
8.Kull sena, il-Liberja tista' talloka ammont lil hinn mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(b) bil-ħsieb li timplimenta l-programm pluriennali. L-Unjoni trid tiġi mgħarrfa b’din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn (2) wara d-data tal-anniversarju ta' dan il-Protokoll.
9.Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jiżguraw il-viżibbiltà tal-miżuri implimentati bl-appoġġ settorjali.
Artikolu 5 - Il-koperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1.B'dan iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Liberja mmexxija mill-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jkollhom l-istess karatteristiċi u li jistadu għall-istess speċijiet bħal dawk koperti minn dan il-Protokoll.
2.Tul il-perjodu li jkopri dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jikkoperaw biex jissorveljaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Liberja biex issir ġestjoni sostenibbli tas-sajd.
3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT) u jqisu l-parir xjentifiku ta' organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti oħrajn.
4.Skont il-ħtieġa, il-Partijiet jintrabtu li jagħmlu laqgħat xjentifiċi konġunti bil-ħsieb li jgħarblu xi kwistjoni xjentifika fl-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. It-termini ta' referenza ta' dawn il-laqgħat xjentifiċi konġunti jista' jistabbilihom il-Kumitat Konġunt.
5.Skont ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT u l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika konġunta, il-Kumitat Konġunt jista' jadotta deċiżjoni dwar miżuri biex jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jkopri dan il-Protokoll safejn huma kkonċernati l-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni.
Artikolu 6 - Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi qbil komuni
1.Il-Kumitat Konġunt jista' jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jew jiddeċiedi li jirrevedihom, diment li r-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-ICCAT jikkonfermaw li reviżjoni bħal din tkun tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jkopri dan il-Protokoll. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) għandha tiġi aġġustata b'mod proporzjonat u pro rata temporis permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Madankollu, l-ammont annwali kollu li tħallas l-Unjoni Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 3(2)(a).
2.Jekk ikun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina wkoll id-dispożizzjonijiet tekniċi ta' dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu u jiddeċiedi li jadottahom bi ftehim komuni.
Artikolu 7 - Is-sajd sperimentali u opportunitajiet ġodda tas-sajd
1.Meta xi waħda mill-Partijiet titlob dan, il-Kumitat Konġunt jista' jqis il-possibbiltà li jagħmel kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Liberja bil-ħsieb li jittestja l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta' sajd ġdid li ma jkunx previst fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll. Għal dan il-għan u każ b'każ, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u xi parametri rilevanti oħrajn.
2.Filwaqt li jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżultati tal-kampanji sperimentali, jekk l-Unjoni tkun interessata f'opportunitajiet ġodda tas-sajd, il-Kumitat Konġunt għandu jitlaqqa' biex jiddiskuti dawn l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda u biex jippreskrivi l-kundizzjonijiet li japplikaw għalihom.
3.Wara li l-Liberja tawtorizza dawn l-attivitajiet tas-sajd il-ġodda, il-Kumitat Konġunt għandu jagħmel l-emendi korrispondenti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.
Artikolu 8 – Is-sospensjoni
1.L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) u (b), tista’ tiġi sospiża meta xi waħda mill-Partijiet teżiġi dan minħabba l-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 13 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
2.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jerġgħu jibdew jitħallsu minnufih malli s-sitwazzjoni titreġġa' tiġi lura għal kif kienet qabel ma ġara dak li jissemma fl-Artikolu 13 tal-Ftehim.
Artikolu 9 - It-terminazzjoni
Il-Protokoll jista' jiġi terminat meta xi waħda mill-Partijiet teżiġi dan minħabba l-każijiet imniżżlin fl-Artikolu 14 tal-Ftehim u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Artikolu 10 - L-iskambju elettroniku tad-dejta
1.Il-Liberja u l-Unjoni jintrabtu li jimplimentaw is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll.
2.F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument għandha titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.
3.Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull ħsara fis-sistema tal-kompjuter li twaqqaf dawn l-iskambji. F'dawk iċ-ċirkostanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif definit fl-Anness.
Artikolu 11 – Il-kunfidenzjalità
1.Il-Liberja u l-Unjoni jintrabtu li jiżguraw li kull dejta dwar il-bastimenti tal-Unjoni u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom li tkun sensittiva mil-lat kummerċjali u li tinkiseb fil-kuntest tal-Ftehim u ta' dan il-Protokoll titħaddem il-ħin kollu skont il-prinċipji rispettivi tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.
2.F'konformità mad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-ICCAT u ta' organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd oħrajn, iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-dejta aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Liberja. Xi dejta oħra li tista' titqies bħala kunfidenzjali mod ieħor għandha tintuża biss għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza.
Artikolu 12 - L-applikazzjoni provviżorja
Malli l-Partijiet jiffirmaw dan il-Protokoll tibda l-applikazzjoni provviżorja tiegħu qabel jidħol fis-seħħ.
Artikolu 13 - Id-dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa.
ANNESS
IL-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-LIBERJA
KAPITOLU I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Il-ħatra tal-awtorità kompetenti
1.Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea ("l-Unjoni") jew għal-Liberja bħala awtorità kompetenti tfisser:
– għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, meta applikabbli permezz tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Liberja (id-Delegazzjoni tal-UE);
– għal-Liberja: il-Ministeru tal-Agrikoltura (MOA).
Iż-żona tas-sajd tal-Liberja
2.Il-koordinati ġeografiċi taż-żona tas-sajd tal-Liberja kif definita fl-Artikolu 1(g) tal-Ftehim u l-linji bażi huma deskritti fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.
3.L-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness jiddeskrivi ż-żoni li fihom ma jistax isir sajd skont il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ, bħall-parks nazzjonali, iż-żoni protetti tal-baħar u ż-żoni għat-trobbija tal-ħut, u ż-żoni li fihom ma jistax isir tbaħħir.
4.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Liberja għandha tgħarraf lis-sidien tal-bastimenti bil-koordinti ta' dawn iż-żoni.
5.Tal-anqas xahrejn qabel l-infurzar, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni b'kull bidla fiż-żoni li fihom ma jistax isir sajd u tbaħħir.
Il-ħlasijiet min-naħa tas-sidien tal-bastimenti
6.Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni bid-dettalji tal-kontijiet bankarji tal-Gvern li fihom il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu l-ammonti finanzjarji dovuti skont il-Ftehim. Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispejjeż tat-trasferimenti bankarji assoċjati ma’ dawn il-ħlasijiet.
Id-dettalji ta’ kuntatt
7.Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Liberja jinsabu fl-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.
KAPITOLU II
L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
TAQSIMA 1
L-APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD U L-ĦRUĠ TAGĦHA
Il-kundizzjonijiet biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd
1.Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.
2.Biex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti milli jistadu fil-Liberja. Dawn iridu jkunu f'qagħda regolari mal-awtoritajiet tal-Liberja, fis-sens li għandhom ikunu ssodisfaw kull obbligu preċedenti relatat mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Liberja fil-kuntest tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-Unjoni. Il-bastimenti jridu jkunu inklużi wkoll fir-reġistru tal-UE tal-bastimenti tas-sajd u fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT, u ma jridux ikunu fil-lista tal-bastimenti IUU tal-ICCAT jew ta' xi organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd oħra.
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd
3.Lil-Liberja u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja, l-Unjoni għandha tgħaddilhom b'mod elettroniku applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Ftehim, tal-inqas ħmistax-il (15) jum kalendarju qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub. Il-verżjoni oriġinali, l-Unjoni għandha tibgħatha direttament lil-Liberja filwaqt li lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja għandha tibgħatilha kopja.
4.L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness u magħhom għandhom jintbagħtu dawn id-dokumenti:
(i)evidenza li tħallset it-tariffa bil-quddiem għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba, li tagħha m’hemmx rifużjoni;
(ii)għal kull applikazzjoni tal-bidu skont il-Protokoll, jew wara bidla teknika fil-bastiment konċernat, irid jingħata ritratt riċenti diġitali bil-kulur tal-bastiment (li jkun ittieħed sa 12-il xahar qabel), li jkollu riżoluzzjoni xierqa (li jkun tal-inqas ta’ 15-il ċm b’10 ċm) u li jkun juri l-ġenb tal-bastiment fid-dettall, inkluż isem il-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu li jidhru fuq il-buq;
(iii)ċertifikat tal-istat ta’ navigabbiltà tal-bastiment;
(iv)ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-bastiment;
(v)ċertifikat tat-tunnellaġġ;
(vi)ċertifikat tal-assigurazzjoni;
(vii)disinn u deskrizzjoni fid-dettall tal-irkaptu tas-sajd użat.
5.L-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni msemmija fil-punt 4 se jużawha l-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja biex jipproċessaw u joħorġu ċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja fiż-żmien imsemmi fil-punt 3 ta' hawn fuq. Iċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja jrid jinħareġ qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja joħorġu l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
6.Bħala parti mill-ewwel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll, kull bastiment tal-Unjoni trid issirlu spezzjoni qabel l-awtorizzazzjoni. L-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd tinħareġ bil-patt u l-kundizzjoni li din l-ispezzjoni tintemm tajjeb. L-ispezzjoni għandha ssir f'portijiet magħżula fis-sottoreġjun maqbul bejn l-Unjoni u l-Liberja, soġġetta għal awtorizzazzjoni mingħand l-Istat tal-Port konċernat. L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet li jsiru barra mill-Port ta' Monrovja għandu jħallashom sid il-bastiment.
7.Meta bastiment li ma bidilx l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu jiġi biex iġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ, mal-applikazzjoni għat-tiġdid dan għandu jippreżenta biss evidenza li jkun ħallas it-tariffa li tagħha m’hemmx rifużjoni. Jekk ikunu nbidlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-applikazzjoni trid terġa' titressaq mill-ġdid bid-dokumenti kollha rilevanti kif imsemmi fil-punt 4, u l-awtorizzazzjoni tas-sajd tinħareġ biss jekk l-ispezzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni tintemm tajjeb.
8.Jekk il-Liberja ma tkunx kisbet l-awtorizzazzjoni mingħand l-Istat tal-Port konċernat biex twettaq l-ispezzjoni, awtomatikament sid il-bastiment ma jibqax obbligat li jsirulu l-ispezzjonijiet ta' qabel l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punti 6 u 7.
Il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
9.Il-Liberja għandha toħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd lis-sidien tal-bastimenti, jew inkella tgħarraf lill-Unjoni li beħsiebha tirrifjutahom fi żmien ħmistax-il (15) jum kalendarju minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 4 ta' hawn fuq. Il-verżjoni oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbgħat lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tal-Unjoni. Jekk l-uffiċċji tal-Unjoni jinzertaw magħluqin, il-Liberja tista' tibgħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu u tibgħat kopja tagħha lill-Unjoni.
10.Fl-istess waqt, sabiex l-attività tas-sajd ma tiħux fit-tul biex tinbeda, għandha tintbagħat kopja elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-Unjoni biex din tintbagħat lil sid il-bastiment, u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja għall-informazzjoni. Din il-kopja tista’ tintuża għal mhux aktar minn 60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja titqies li hija ekwivalenti għall-verżjoni oriġinali.
11.Il-verżjoni oriġinali tal-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 10 ta' hawn fuq.
Il-lista tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd
12.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Liberja għandha tinkludi l-bastiment tal-Unjoni minnufih fil-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja. Din il-lista trid tintbagħat minnufih lill-Unità għall-Monitoraġġ, il-Kontroll u s-Sorveljanza (l-MCSU), liċ-Ċentru Nazzjonali għall-Monitoraġġ tas-Sajd (l-NFMC) u lill-Ministeru tal-Agrikoltura (l-MOA) tal-Liberja u lill-Unjoni. Il-Liberja għandha taġġorna regolarment il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-Unjoni.
13.Jekk l-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tinħariġx fiż-żmien speċifikat fil-punt 9 ta' hawn fuq, il-bastiment għandu jkun inkluż fil-lista b'mod provviżorju, diment li ma jkunx hemm prova ċara li huwa ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-punt 2 ta' hawn fuq. Matul dan iż-żmien, il-bastiment għandu jkun awtorizzat jistad.
It-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
14.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u ma għandhomx ikunu trasferibbli.
15.Madankollu, meta titlob l-Unjoni u tiġi ppruvata forza maġġuri, l-aktar f'każ ta' telfien jew immobilizzazzjoni fit-tul ta' bastiment minħabba ħsara teknika serja, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tista' tinbidel b'awtorizzazzjoni ġdida għal bastiment ieħor tal-istess kategorija tas-sajd tal-bastiment mibdul, diment li titressaq applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni tas-sajd bħalma jeżiġi l-punt 4 ta' hawn fuq u li l-ispezzjoni ta' qabel l-awtorizzazzjoni tintemm tajjeb bħalma jeżiġi l-punt 6 ta' hawn fuq, mingħajr il-ħtieġa li jitħallsu aktar miżati. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli tal-qabdiet biex jiġi stabbilit jekk għandux isir ħlas addizzjonali jew le, għandu jikkunsidra l-qabdiet totali taż-żewġ bastimenti.
16.Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd lil-Liberja permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida tidħol fis-seħħ dakinhar meta tingħata lura l-awtorizzazzjoni mħassra tas-sajd. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja għandha tiġi mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.
17.Il-Liberja għandha taġġorna l-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu u għandha tibgħatha mingħajr dewmien lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-Unjoni.
Il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
18.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jibqgħu validi għal perjodu annwali u jkunu jistgħu jiġġeddu.
19.Sabiex jiġi stabbilit meta jibda l-perjodu ta’ validità, “perjodu annwali” tfisser:
(i)għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu mid-data ta’ meta jibda japplika b’mod provviżorju sal-31 ta' Diċembru tal-istess sena;
(ii)wara dan, kull sena kalendarja sħiħa;
(iii)għall-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu mill-1 ta' Jannar sa meta jiskadi l-Protokoll.
Għall-ewwel u l-aħħar sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, it-tariffa bil-quddiem imsemmija fit-Taqsima 2 ta' hawn taħt għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis.
Id-dokumenti li jridu jinżammu abbord
20.Meta l-bastiment tas-sajd ikun fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew f'xi port magħżul fis-sottoreġjun kif miftiehem, abbord il-bastiment iridu jinżammu d-dokumenti li ġejjin il-ħin kollu:
(i)l-awtorizzazzjoni tas-sajd;
(ii)iċ-ċertifikat tar-reġistru tal-bastiment;
(iii)iċ-ċertifikat tan-numru tal-Awtorità Marittima tal-Liberja;
(iv)disinji jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-bastiment tas-sajd u l-aktar l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità tal-ħżin tagħhom mogħtija f’metri kubi;
(v)jekk jinbidlu l-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul ġenerali tiegħu, it-tunnellaġġ gross reġistrat tiegħu, il-potenza tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istivi tiegħu, ċertifikat iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd li jiddeskrivi n-natura ta' dan it-tibdil;
(vi)jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħin jew iffriżati, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi;
(vii)kopja tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Liberja dwar is-sajd, li trid tingħata mil-Liberja; u
(viii)id-dokumenti msemmija fil-punt 4 ta' hawn fuq.
TAQSIMA 2
IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD – IT-TARIFFI U L-ĦLASIJIET BIL-QUDDIEM
1.It-tariffi li jridu jħallsu s-sidien tal-bastimenti għandhom jiġu kkalkulati skont din ir-rata għal kull tunnellata ta' ħut maqbud fiż-żona tas-sajd tal-Liberja:
–EUR 55 għal kull tunnellata għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni;
–EUR 60 għal kull tunnellata għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni;
–EUR 65 għal kull tunnellata għar-raba' sena ta’ applikazzjoni;
–EUR 70 għal kull tunnellata għall-ħames sena ta’ applikazzjoni.
2.L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta s-sidien tal-bastimenti jkunu ħallsu t-tariffi bil-quddiem li ġejjin lill-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja:
–Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:
–EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 130 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 119,17-il tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 110 tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 7 150 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 102,14-il tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.
–Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
–EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 40 tunnellata fis-sena għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 36,67 tunnellata fis-sena għat-tieni u t-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 33,85 tunnellata fis-sena għar-raba' sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll;
–EUR 2 200 għal kull bastiment, li huma daqs it-tariffi dovuti għal 31,43 tunnellata fis-sena għall-ħames sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.
3.It-tariffa bil-quddiem għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż tas-servizzi.
4.Meta l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd ikun inqas minn sena, l-ammont tat-tariffa bil-quddiem għandu jiġi adattat pro rata temporis għat-tul tal-perjodu ta' validità mitlub.
5.Jekk id-dikjarazzjoni aħħarija tat-tariffi tkun ogħla mit-tariffa li sid il-bastiment ikun ħallas bil-quddiem biex jikseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ lil-Liberja sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara dik li matulha jkunu saru l-qabdiet. Jekk id-dikjarazzjoni aħħarija tat-tariffi tkun inqas mit-tariffa bil-quddiem imsemmija fil-punt 2, sid il-bastiment ma għandux ikun jista’ jirkupra l-bilanċ.
TAQSIMA 3
IL-BASTIMENTI TAL-GĦAJNUNA
1.Il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, il-Liberja għandha tawtorizzahom jiġu megħjuna mill-bastimenti tal-għajnuna. Il-bastimenti tal-għajnuna jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jkunux mgħammra għas-sajd jew jintużaw għat-trażbord.
2.Il-Liberja għandha tiddefinixxi l-attivitajet tal-għajnuna tagħha u l-kundizzjonijiet biex jinkisbu l-awtorizzazzjonijiet, u għandha tfassal lista tal-bastimenti tal-għajnuna awtorizzati u tibgħatha mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali għall-kontroll tas-sajd u lill-Unjoni.
3.It-tariffa annwali għall-awtorizzazzjoni applikabbli għall-bastimenti tal-għajnuna hija ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment.
KAPITOLU III
IL-MIŻURI TEKNIĊI GĦALL-KONSERVAZZJONI
1.Il-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbutin maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu tas-sajd u mal-qabdiet addizzjonali, għandhom jiġu definiti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.
2.Il-bastimenti għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku) u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Liberja.
3.L-użu tal-irkaptu tal-aggregazzjoni tal-ħut (FADs) għat-tisqif fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandu jkun limitat biss għal sapport artifiċjali permezz ta' strutturi mdendla taħt l-ilma li fihom ma jitħabbilx il-ħut. It-tifrix u l-użu ta' FADs artifiċjali għat-tisqif bħal dawn huma bil-kundizzjoni li l-Unjoni tadotta pjan ta’ ġestjoni li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet adottati mill-ICCAT.
4.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b’mod li ma jfixkilx is-sajd tradizzjonali tal-post u għandhom jeħilsu lill-fkieren, lill-mammiferi tal-baħar, lill-għasafar tal-baħar u lill-ħut tas-sikek kollu bl-aqwa mod possibbli biex din il-qabda mħallta tibqa' ħajja.
5.Il-bastimenti tal-Unjoni u l-kaptani u l-operaturi tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd, u ma għandhomx ibagħbsu fl-irkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd.
KAPITOLU IV
IL-KONTROLL, IL-MONITORAĠĠ U S-SORVELJANZA
TAQSIMA 1
IR-RAPPURTAR TAL-QBID
Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd
1.Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.
2.Il-kaptan għandu jimla l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għal kull jum li matulu l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.
3.Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kaptan għandu jikteb kuljum il-kwantità ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll tal-qabdiet inċidentali ta’ kull speċi ewlenija.
4.Fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, meta applikabbli, il-kaptan għandu jikteb kuljum ukoll:
(i)il-kwantitajiet ta' kull speċi mormija, mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;
(ii)it-tip ta' rkaptu użat;
(iii)il-pożizzjoni tal-bastiment f'nofsinhar u meta applikabbli, il-pożizzjoni fejn tkala l-irkaptu tas-sajd u ż-żmien fl-ilma jew l-għadd ta' ġanċijiet u t-temperatura ta' wiċċ l-ilma;
(iv)l-għadd totali ta' refgħat kull ġurnata, il-ħin aggregat għal kull refgħa u l-għadd totali ta' ġranet tas-sajd għal kull vjaġġ tas-sajd; u
(v)informazzjoni oħra li jiddeċiedi l-Kumitat Konġunt.
5.Jekk f'jum partikolari, bastiment ma jkunx tefa' kalati, jew jekk ikun tefa' kalata iżda ma jkunx qabad ħut, il-kaptan tal-bastiment jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fil-formola tal-ġurnata tal-ġurnal ta’ abbord. Għall-jiem meta ma jsirux attivitajiet tas-sajd, sa nofsillejl tal-ħin lokali ta’ dak il-jum, fil-ġurnal ta’ abbord, il-bastiment għandu jirreġistra li ma sarux attivitajiet.
6.Minnufih wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u l-ħruġ minnha, fil-ġurnal ta’ abbord għandhom jiġu rreġistrati d-data u l-ħin tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u tal-ħruġ minnha.
7.Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jimtela b'mod ċar u b'ittri kbar, u l-kaptan għandu jiffirmah.
8.Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd.
Ir-rappurtar tal-qbid
9.Lill-Uffiċċju tas-Sajd Nazzjonali (il-BNF), il-kaptan għandu jgħarrfu bil-qabdiet tal-bastiment billi jibgħatlu l-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu meta kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.
10.Il-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b'wieħed minn dawn il-modi:
(i)meta bastiment tas-sajd jidħol f’port tal-Liberja, lir-rappreżentant lokali tal-Liberja għandha tintbagħatlu l-verżjoni oriġinali ta’ kull ġurnal ta' abbord tas-sajd, u dan għandu jikkonferma bil-miktub li waslitlu;
(ii)meta bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Liberja, kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd irid jintbagħat fi żmien 14-il jum kalendarju mill-wasla f'xi port ieħor, u f’kull każ fi żmien 30 jum kalendarju mill-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja;
(a)l-aħjar bl-email, bħala kopja skenjata, jew
(b)bil-faks, jew
(c)il-verżjoni oriġinali bil-posta.
11.Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu sistema għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha, bil-ħsieb li teħfief il-komunikazzjoni tagħha.
12.Malli d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet ikunu jistgħu jintbagħtu bl-email, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd lil-Liberja fl-indirizz tal-email mogħti mil-Liberja. Il-Liberja għandha twieġeb l-email minnufih biex tikkonferma li rċeviet il-ġurnali.
13.Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Liberja. Għal kull bastiment, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd lill-BNF u lil wieħed minn dawn l-istituti xjentifiċi:
(i)l-IRD (l-“Institut de recherche pour le développement”);
(ii)l-IEO (l-“Instituto Español de Oceanografia”);
(iii)l-IPMA (l-“Instituto Português do Mar e da Atmosfèra”).
14.Jekk il-bastiment jerġa' lura fiż-żona tas-sajd tal-Liberja tul il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, dan għandu jkompli jirrapporta l-qbid tiegħu.
15.Meta ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid, il-Liberja tista' tissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment konċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni nieqsa tal-qbid filwaqt li tista' tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jittenna, il-Liberja tista' tirrifjuta li ġġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih b'kull sanzjoni applikata f'dan il-kuntest.
It-tranżizzjoni lejn sistema elettronika
16.Iż-żewġ Partijiet juru r-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni lejn sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu l-arranġamenti għat-tranżizzjoni bil-ħsieb li s-sistema tibda titħaddem malajr kemm jista’ jkun. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal din it-tranżizzjoni, il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni minnufih. Minn meta tintbagħat din l-informazzjoni, iż-żewġ Partijiet għandhom jiftiehmu biex is-sistema tibda taħdem bis-sħiħ fi żmien xahrejn.
Id-dikjarazzjoni tal-qabdiet ta’ kull tliet xhur
17.Sakemm tibda titħaddem is-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsemmija fil-punt 16 ta' hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, sa mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) jum kalendarju minn tmiem kull tliet xhur, bit-tunnellaġġi maqbuda tul it-tliet xhur ta' qabel, kif ivvalidati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 13 ta' hawn fuq. L-istituti xjentifiċi għandhom jagħmlu analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet permezz ta' kontroverifiki tad-dejta disponibbli fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, fid-dikjarazzjonijiet tal-bejgħ, u meta japplika, fir-rapporti tal-osservazzjonijiet xjentifiċi. Skont dan, għal kull bastiment awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, il-Kummissjoni trid tfassal dikjarazzjoni tal-qabdiet ta’ kull tliet xhur, imqassma skont l-ispeċijiet u xahar b'xahar, skont il-mudell mogħti fl-Appendiċi 8 ta' dan l-Anness.
18.Id-dejta aggregata li tinġabar mill-ġurnali ta' abbord tas-sajd għandha titqies b'mod provviżorju sakemm l-Unjoni tinnotifika d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi msemmija fil-punt 23 ta' hawn taħt.
Id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi
19.Sakemm tibda titħaddem is-sistema elettronika għad-dikjarazzjoni tal-qabdiet imsemmija fil-punt 16 ta' hawn fuq, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea, sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju ta' kull sena, bit-tunnellaġġi maqbuda tul is-sena ta' qabel, kif ivvalidati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom u kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 13 ta' hawn fuq.
20.L-istituti xjentifiċi għandhom jagħmlu analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet permezz ta' kontroverifiki tad-dejta disponibbli fil-ġurnali ta' abbord tas-sajd, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, fid-dikjarazzjonijiet tal-bejgħ, u meta japplika, fir-rapporti tal-osservazzjonijiet xjentifiċi.
21.Il-metodoloġija li jużaw l-istituti xjentifiċi tal-Unjoni biex janalizzaw il-livell u l-kompożizzjoni tal-qabdiet fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandha tinqasam mal-BNF.
22.Skont id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet imsemmija fil-punt 19 ta' hawn fuq, għal kull bastiment li s-sena ta' qabel kien awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, il-Kummissjoni għandha tfassal dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti għall-bastiment minħabba l-kampanja tas-sajd annwali tiegħu tul is-sena kalendarja ta' qabel.
23.L-Unjoni għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi lil-Liberja u lis-sidien tal-bastiment fl-istess waqt, permezz tal-Istati Membri, qabel it-30 ta' Ġunju ta' dik is-sena.
24.Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni li waslitilha d-dikjarazzjoni u tista' titlob lill-UE għal ċertu kjarifiki meta jidhrilha li jkun hemm bżonnhom. F'dan il-każ, l-Unjoni għandha tikkonsulta lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati tal-bandiera u lill-istituti xjentifiċi tagħha, u għandha tagħmel l-almu tagħha kollu biex lil-Liberja tgħaddilha kull informazzjoni meħtieġa. Meta jkun japplika, għandha ssir laqgħa xjentifika konġunta apposta biex jiġu eżaminati d-dejta dwar il-qabdiet u l-metodoloġiji li jkunu ntużaw għall-kontroverifiki tal-informazzjoni.
25.Il-Liberja tista' tikkontesta d-dikjarazzjoni finali annwali tal-qabdiet u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi fi żmien 30 jum kalendarju minn meta tingħata n-notifika skont il-punt 24, abbażi ta' evidenza dokumentarja. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Liberja ma toġġezzjonax tul il-perjodu msemmi hawn fuq, id-dikjarazzjoni finali tat-tariffi titqies li tkun ġiet adottata.
TAQSIMA 2
IL-ĦATT L-ART U T-TRAŻBORD
Il-proċedura ta' ħatt l-art
1.Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port tal-Liberja għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lil-Liberja, tal-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art sakemm il-moll ta' Mesurado jkun jista' jintuża u wara dan tal-inqas 24 siegħa qabel il-ħatt l-art:
(a)l-isem tal-bastiment tas-sajd li se jħott il-ħut l-art u s-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju (l-IRCS) tiegħu;
(b)il-port ta' ħatt l-art;
(c)id-data u l-ħin previsti għall-ħatt l-art;
(d)il-kwantità ta’ kull speċi li se tinħatt l-art (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali);
(e)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
2.Il-ħatt l-art għandu jsir fiż-żona tas-sajd ta' port tal-Liberja awtorizzat għal dan il-għan.
3.Jekk ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta’ ħatt l-art, jiġu applikati s-sanzjonijiet rilevanti previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Liberja.
Inċentivi għall-ħatt l-art
4.Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jaraw li jfornu bit-tonn lill-industrija lokali bil-prezz tas-suq internazzjonali. Sakemm il-moll ta' Mesurado fil-Liberja jkun jista' jintuża, bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad skont it-termini stabbiliti f'dan il-Protokoll u li jħott il-qabdiet tat-tonn tiegħu f'port magħżul tal-Liberja għandu jgawdi minn inċentiv finanzjarju fil-forma ta’ tnaqqis fit-tariffa ta' EUR 10 għal kull tunnellata ta' qabdiet inċidentali li tinħatt l-art jekk dik il-qabda tinbiegħ lil intrapriża tas-sajd tal-Liberja biex toħroġ fis-suq tal-Liberja. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal mhux aktar minn 50 % tal-qabdiet finali rrappurtati.
5.Meta l-port tas-sajd ta' Mesurado jibda jintuża, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom igawdu minn inċentiv finanzjarju fil-forma ta' tnaqqis parzjali fit-tariffa ta' EUR 10 għal kull tunnellata ta' ħut li tinħatt l-art. It-tariffa għandha tonqos b'EUR 10 oħra għal kull tunnellata li tinħatt l-art jekk il-qabdiet jinbiegħu lill-industrija lokali. Għall-qabdiet inċidentali, it-tariffa għandha tonqos b'EUR 25 għal kull tunnellata ta' qabdiet inċidentali li tinħatt l-art jekk dawk il-qabdiet jinbiegħu lis-suq lokali. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal mhux aktar minn 50 % tal-qabdiet finali tat-tonn irrappurtati.
It-trażbord
6.Il-kaptan ta' bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq jittrażborda l-qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port tal-Liberja għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lil-Liberja, tal-inqas 48 siegħa qabel it-trażbord sakemm il-moll ta' Mesurado jkun jista' jintuża u wara dan tal-inqas 24 siegħa qabel it-trażbord:
(a)l-isem tal-bastiment tas-sajd donatur u l-IRCS tiegħu;
(b)l-isem tal-bastiment tas-sajd riċevitur u l-IRCS tiegħu;
(c)il-port tat-trażbord;
(d)id-data u l-ħin previsti għat-trażbord;
(e)il-kwantità ta’ kull speċi li se tiġi ttrażbordata (identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha) (mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali);
(f)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
7.It-trażbord għandu jsir f'port tal-Liberja awtorizzat għal dan il-għan fil-preżenza tal-ispetturi tal-Liberja. Sabiex ikun evitat kull dewmien, f'każijiet eċċezzjonali meta ma jkunx jista' jkun preżenti xi spettur tal-Liberja, il-kaptan għandu jiġi awtorizzat jibda t-trażbord malli jiskadi l-perjodu ta' notifika mogħti skont il-punt 6. Ma jistax isir trażbord fuq il-baħar.
8.It-trażbord għandhu jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja kif definit fit-Taqsima 3. Għalhekk, il-bastimenti jridu jressqu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti sa mhux aktar tard minn 24 siegħa minn meta jitlesta t-trażbord jew inkella tal-inqas sitt (6) sigħat qabel il-bastiment donatur iħalli l-port, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel, u sid il-bastiment għandu jiddikjara jekk hux beħsiebu jissokta bis-sajd jew inkella hux se joħroġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja. Għall-bastiment riċevitur għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Liberja.
TAQSIMA 3
KONTROLL U SPEZZJONI
Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha
1.Il-Liberja għandha tiġi notifikata b'kull bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad li jidħol fiż-żona tas-sajd tagħha jew li joħroġ minnha tal-inqas sitt (6) sigħat qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ.
2.Qabel jidħol fiż-żona jew joħroġ minnha, il-bastiment tal-Unjoni għandu jinnotifika b’mod partikolari:
(i)id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;
(ii)il-kwantità ta' kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha u mogħtija f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;
(iii)il-preżentazzjoni tal-prodotti.
3.L-aħjar jekk in-notifika ssir bl-email jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bil-faks jew bir-radju, f'indirizz elettroniku, fuq numru tat-telefown jew fuq frekwenza mogħtija mil-Liberja kif speċifikat fl-Appendiċi 7. Il-Liberja għandha twieġeb l-email minnufih biex tikkonferma li rċeviet din in-notifika. Meta jinbidlu l-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown jew il-frekwenza tat-trażmissjoni, il-Liberja għandha tgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’dan.
4.Kull bastiment tal-Unjoni li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala bastiment li qed jistad b’mod illegali.
L-ispezzjoni fuq il-baħar
5.L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Liberja tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu għandhom jagħmluha bastimenti u spetturi tal-Liberja li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura biex iwettqu l-verifiki tas-sajd.
6.Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Liberja għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jħalli lill-ispetturi tal-Liberja jitilgħu abbord u jagħmlu xogħolhom u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom u l-imbark tagħhom. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn ħames (5) spetturi, u qabel jibdew l-ispezzjoni dawn iridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi.
7.Minnufih, il-kaptan għandu jikkonforma mal-istruzzjonijiet raġonevoli kollha li jagħtuh l-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur tagħhom, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, tal-irkaptu, tat-tagħmir, tar-reġistri, tal-ħut, tal-prodotti tal-ħut u tad-dokumentazzjoni relatata mal-ekwipaġġ.
8.Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord jew jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu.
9.L-ispetturi tal-Liberja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Dawn għandhom jagħmlu l-ispezzjoni b'tali mod li jillimitaw kemm jistgħu l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd tiegħu u fuq il-merkanzija tiegħu.
10.Il-Liberja tista' tawtorizza lill-Unjoni tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.
11.Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Liberja għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
12.Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu mill-bastiment, l-ispetturi tal-Liberja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-Liberja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint (8) ijiem tal-kalendarju mill-ispezzjoni.
L-ispezzjoni fil-port
13.L-ispezzjoni fil-port jew ’il barra minnu tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu li jħottu l-art qabdiet miż-żona tas-sajd tal-Liberja f'port fis-sottoreġjun magħżul bi ftehim komuni bejn l-Unjoni u l-Liberja għandhom jagħmluha bastimenti jew spetturi tal-Liberja li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħtura biex iwettqu l-verifiki tas-sajd, soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-Istat tal-Port ikkonċernat.
14.Qabel jitilgħu abbord, l-ispetturi tal-Liberja għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jħalli lill-ispetturi tal-Liberja jitilgħu abbord u jagħmlu xogħolhom u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom u l-imbark tagħhom. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn ħames (5) spetturi, u qabel jibdew l-ispezzjoni dawn iridu jagħtu prova tal-identità u tal-kariga uffiċjali tagħhom bħala spetturi.
15.Minnufih, il-kaptan għandu jikkonforma mal-istruzzjonijiet raġonevoli kollha li jagħtuh l-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord sikur tagħhom, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, tal-irkaptu, tat-tagħmir, tar-reġistri, tal-ħut, tal-prodotti tal-ħut u tad-dokumentazzjoni relatata mal-ekwipaġġ.
16.Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord jew jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu.
17.L-ispetturi tal-Liberja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Dawn għandhom jagħmlu l-ispezzjoni b'tali mod li jillimitaw kemm jistgħu l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd tiegħu u fuq il-merkanzija tiegħu.
18.Il-Liberja tista' tawtorizza lill-Unjoni tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatur.
19.Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Liberja għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jkollu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.
20.Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel il-kliem “irrifjuta li jiffirma” fuq id-dokument. Qabel jinżlu mill-bastiment, l-ispetturi tal-Liberja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni. Il-Liberja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien tmint (8) ijiem tal-kalendarju mill-ispezzjoni.
Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU)
21.Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta' xi bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Liberja li jkunu qed iwettqu attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, u jfittxu li jiksbu kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti tal-osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-MCSU, lill-NFMC u lill-MOA tal-Liberja u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-korp li din tkun għażlet.
22.Il-Liberja għandha tibgħat lill-Unjoni kull rapport tal-osservazzjoni li jkollha dwar bastimenti tas-sajd li jkunu qed iwettqu attivitajiet suspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.
TAQSIMA 4
IS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI BIS-SATELLITA (VMS)
Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS
1.Meta jkunu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, il-bastimenti tal-Unjoni li jkunu awtorizzati jistadu għandu jkollhom il-ħin kollu sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (is-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti – il-VMS) biex jikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom b'mod awtomatiku u kontinwu, kull sagħtejn, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.
2.Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:
(a)l-identifikazzjoni tal-bastiment;
(b)l-aktar pożizzjoni ġeografika riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b'marġni ta' żball tal-pożizzjoni ta' inqas minn 100 metru, u b'intervall ta' kunfidenza ta' 99 %;
(c)id-data u l-ħin meta tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;
(d)il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.
3.Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 4 ta’ dan l-Anness.
4.L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Liberja għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta' wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Liberja, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.
5.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b'mod sigur u jinżammu għal tliet snin.
It-trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS
6.Il-kaptan għandu jiżġura l-ħin kollu li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jintbagħtu sew liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
7.F’każ ta’ ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tinbidel fi żmien għaxart (10) ijiem. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa' awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja.
8.Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jkollhom il-ħsara fis-sistema tal-VMS tagħhom għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom bl-email, bir-radju jew bil-faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, tal-inqas kull erba' sigħat, u għandhom jibagħtu l-informazzjoni obbligatorja kollha.
Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil-Liberja
9.Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Liberja. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u jinfurmaw minnufih lil xulxin b'kull tibdil f’dawn l-indirizzi.
10.It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandha ssir b'mod elettroniku bl-użu ta' sistema sigura tal-komunikazzjoni.
11.Iċ-ĊMS tal-Liberja għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b'kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment li jkun awtorizzat jistad, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
Ħsarat fis-sistema tal-komunikazzjoni
12.Il-Liberja għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tinforma minnufih lill-Unjoni b'kull diffikultà fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni, bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika għal dan mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kull tilwima li tista’ tinqala’ minħabba f’hekk.
13.Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Liberja li tkun fis-seħħ.
Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
14.Abbażi ta' evidenza dokumentarja li turi ksur, il-Liberja tista' titlob liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera jnaqqas l-intervall tat-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta' bastiment għal tletin minuta għal perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, u tibgħat kopja lill-Unjoni ta’ din it-talba. Il-Liberja trid tibgħat din l-evidenza dokumentarja mingħajr dewmien liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni lil-Liberja skont il-frekwenza l-ġdida.
15.Malli jintemm il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, il-Liberja għandha tgħarraf minnufih b'dan liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni, u għandha tinfurmahom b'kull azzjoni ta’ segwitu.
TAQSIMA 5
L-OSSERVATURI
L-osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
1.Il-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu għandhom ikunu soġġetti għal skema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta' dan il-Ftehim.
2.Din is-sistema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).
3.Sakemm jibda jitħaddem il-Programm tal-Osservaturi Reġjonali tal-ICCAT, għall-osservaturi għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet.
Il-bastimenti u l-osservaturi magħżulin
4.Il-BNF għandu jagħżel il-bastimenti tal-Unjoni li għandhom iħallu osservatur jitla' abbord kif ukoll l-osservatur assenjat lilhom sa 15-il jum kalendarju qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur. Meta jitolbu dan l-awtoritajiet tal-Liberja, il-bastimenti tal-Unjoni għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq ir-rata ta’ kopertura ta’ 15 % tal-bastimenti awtorizzati.
5.Il-BNF għandu jistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Malli jitfasslu u kull tliet xhur meta jiġu aġġornati, dawn għandhom jintbagħtu minnufih lill-Unjoni.
6.Meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-BNF għandu jinforma lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar il-bastimenti magħżula u l-osservaturi li se jkunu preżenti abbord kull bastiment. Il-ħin u l-port tal-imbark, li mhux bilfors ikun port tal-Liberja, jagħżilhom sid il-bastiment. Il-BNF għandu jinforma minnufih lill-Unjoni u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar kull tibdil fil-bastimenti magħżula u fl-osservaturi maħtura.
7.Il-BNF għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għal bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li jkunu diġà obbligati formalment li jtellgħu osservatur abbord waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom f’żoni tas-sajd oħrajn minbarra ż-żona tas-sajd tal-Liberja.
8.Għal bastiment partikolari, il-ħin li l-osservaturi jqattgħu abbord għandu jkun ta' vjaġġ tas-sajd wieħed jew, meta jitlob sid il-bastiment, ta' bosta vjaġġi tas-sajd.
9.L-osservaturi ma għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli jkollhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.
Kontribuzzjoni finanzjarja b'rata fissa
10.Meta jkun qed iħallas it-tariffa annwali bil-quddiem, sid il-bastiment għandu jħallas ukoll ammont fiss lil-Liberja ta’ EUR 400 fis-sena għal kull bastiment.
Is-salarju tal-osservatur
11.Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur tħallashom il-Liberja.
Il-kundizzjonijiet tal-imbark
12.Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul taż-żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-BNF.
13.Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħall-uffiċjali. Madankollu, meta l-osservatur jintlaqa' abbord għandha titqies l-istruttura teknika tal-bastiment.
14.Sid il-bastiment għandu jġarrab l-ispejjeż għall-akkomodazzjoni u għall-ikel tal-osservatur abbord, inkluż l-aċċess tiegħu għall-faċilitajiet ta' tindif u għat-tojlits, li jkunu tal-inqas tal-istess kwalità bħal dawk li għandhom l-uffiċjali fuq il-bastiment tas-sajd.
15.Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.
16.Il-kaptan għandu jiżgura li l-osservatur ikollu aċċess għall-faċilitajiet, għall-irkaptu u għat-tagħmir abbord il-bastiment li huwa jkun jeħtieġ biex iwettaq dmirijietu, fosthom:
(i)il-pont u t-tagħmir tal-komunikazzjoni u tan-navigazzjoni tal-bastiment;
(ii)id-dokumenti u r-reġistri, inklużi l-ġurnali kollha ta' abbord tal-bastiment, kemm jekk dawn ikunu meħtieġa jinġarru u jinżammu skont ir-Regolament tal-Liberja dwar is-Sajd jew inkella mod ieħor għall-finijiet tal-ispezzjoni tar-reġistri u tal-ikkopjar.
17.Kull waqt, il-kaptan għandu jħalli lill-osservatur:
(i)jirċievi u jibgħat messaġġi u jikkomunika max-xatt u ma' bastimenti oħrajn bit-tagħmir tal-komunikazzjoni tal-bastiment;
(ii)jieħu, ikejjel u jneħħi mill-bastiment u jżomm kampjuni jew bċejjeċ sħaħ ta' xi ħut;
(iii)jaħżen kampjuni jew bċejjeċ sħaħ fuq il-bastiment, inklużi kampjuni u bċejjeċ sħaħ fil-friża tal-bastiment.
(iv)jieħu ritratti tal-attivitajiet tas-sajd, inklużi tal-ħut, tal-irkaptu tas-sajd, tat-tagħmir, tad-dokumenti, tat-tabelli u tar-reġistri, u jinżel minn fuq il-bastiment b'dawn ir-ritratti jew il-filmati li jkun ħa bħala osservatur jew li jkun uża abbord il-bastiment.
L-obbligi tal-osservatur
18.Meta jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
(a)jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex la jinterrompu u lanqas itellfu l-attivitajiet tas-sajd;
(b)jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir abbord il-bastiment;
(c)jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta' kull dokument tal-bastiment.
L-imbark u l-iżbark tal-osservaturi
19.B'perjodu ta' notifika ta' għaxart (10) ijiem qabel l-imbark, sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jinnotifika lil-Liberja dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu biex jasal fil-port tal-imbark iħallashom sid il-bastiment.
20.Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark sa 12-il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella' abbord lil dan l-osservatur. Il-bastiment ikun jista' jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.
21.Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port tal-Liberja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur biex imur lura l-Liberja fl-iqsar żmien possibbli.
22.Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f'port magħżul minn qabel għall-imbark tal-osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-osservatur b'rata ta' sussistenza ta' kuljum ta' EUR 80 għal kull ġurnata li l-osservatur jitħalla jistenna fil-port minflok jittella' abbord.
23.Jekk il-bastiment ma jfeġġx, mingħajr ma jkun innotifika minn qabel lill-BNF u lill-NFMC dwar dan, il-Liberja tista' tieħu azzjoni xierqa skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Liberja.
Il-kompiti tal-osservatur
24.L-osservatur għandu jwettaq dawn il-kompiti:
(a)josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;
(b)josserva l-ispeċijiet, il-kwantità, id-daqs u l-kundizzjoni tal-ħut maqbud;
(c)josserva l-metodi li bihom jinqabad il-ħut, u ż-żoni u l-fond fejn dan iseħħ;
(d)josserva l-effetti tal-metodi tas-sajd fuq il-ħut u fuq l-ambjent;
(e)josserva l-ipproċessar, it-trasport, it-trażbord, il-ħżin u r-rimi lura l-baħar ta' xi ħut;
(f)jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd;
(g)jieħu kampjuni bijoloġiċi bħala parti minn programm xjentifiku;
(h)jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;
(i)jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet fiż-żona tas-sajd tal-Liberja li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal ta' abbord;
(j)jivverifika l-persentaġġi tal-qabdiet inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati;
(k)jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-faks jew bl-email tal-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, inkluża l-kwantità tal-qabdiet ewlenin u tal-qabdiet inċidentali abbord.
Ir-rapport tal-osservatur
25.Qabel iħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jgħaddi rapport sommarju bl-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment, li l-kontenut tiegħu jrid jiġi miftiehem fil-Kumitat Konġunt. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandhom jiffirmawh l-osservatur u l-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.
26.L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-BNF u dan għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mill-iżbark tal-osservatur.
27.L-informazzjoni mogħtija fir-rapport tal-osservatur tista' tintuża mill-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja u tal-Unjoni għall-analiżi xjentifika u għall-analiżi tal-konformità.
TAQSIMA 6
IL-KSUR TAR-REGOLI
It-trattament tal-ksur
1.Kull ksur li jagħmel bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni jew tal-ksur li tagħmel l-awtorità kompetenti tal-Liberja. In-notifika tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikabbli rilevanti mibgħuta lill-kaptan jew lill-kumpanija tas-sajd għandha tintbagħat mill-ewwel lil sid il-bastiment skont il-proċedura stabbilita fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Liberja. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa.
2.Il-fatt li l-kaptan jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni ma jippreġudikax id-dritt tad-difiża ta’ sid il-bastiment tul xi proċedura marbuta mal-ksur. Meta tkun qed issir il-proċedura tal-ispezzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jikkopera.
Id-detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’ informazzjoni
3.Meta l-leġiżlazzjoni tal-Liberja li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk ikun qed ibaħħar, jerġa' lura lejn port tal-Liberja.
4.Il-Liberja għandha tinnotifika lill-Unjoni fi żmien 24 siegħa b'kull detenzjoni ta' bastiment tal-Unjoni li jkun awtorizzat jistad. Fin-notifika għandu jkun hemm evidenza dokumentarja li tappoġġa d-detenzjoni tal-bastiment.
5.Qabel tieħu xi miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri maħsuba biex iħarsu l-evidenza, fuq talba tal-Unjoni, il-Liberja għandha torganizza laqgħa ta' informazzjoni fi żmien jum tax-xogħol minn meta tiġi nnotifikata d-detenzjoni tal-bastiment, ħalli jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u ħalli jiġi spjegat x'azzjonijiet oħrajn jistgħu jittieħdu. Għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni jista’ jattendi rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.
Il-penali għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess
6.Il-Liberja għandha tistabbilixxi l-piena għall-ksur skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.
7.Jekk sid il-bastiment ma jaċċettax il-multi, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Liberja u l-bastiment tal-Unjoni biex il-kwistjoni tissolva b'mod amikevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti legali. Fil-proċedura ta' kompromess jistgħu jieħdu sehem rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment u tal-Unjoni. Il-proċedura ta' kompromess tintemm mhux aktar tard minn tlett (3) ijiem tal-kalendarju wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.
Il-proċedimenti legali – Garanzija bankarja
8.Jekk il-proċedura ta' kompromess ma tirnexxix, u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f'bank magħżul mil-Liberja, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mil-Liberja, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u xi kumpens ieħor. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jingħalqu l-proċedimenti legali.
9.Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tinqata' s-sentenza:
(a)kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;
(b)skont il-bilanċ li jifdal, jekk il-piena tkun multa li tkun inqas mill-garanzija bankarja.
10.Il-Liberja għandha tgħarraf lill-Unjoni bl-eżitu tal-proċedimenti legali fi żmien tmint (8) ijiem tal-kalendarju minn meta tinqata' s-sentenza.
Ir-rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ
11.Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta' kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.
KAPITOLU V
IR-REKLUTAĠĠ TAL-BAĦRIN
1.Sidien il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz għandhom jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:
–għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP;
–għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz, mill-inqas 20 % tal-baħrin irreklutati matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP.
2.Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jirreklutaw tliet (3) baħrin Liberjani kkwalifikati fuq kull bastiment. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet fil-lista li l-BNF ikun bagħat lill-Unjoni.
3.Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol għandha tapplika għalkollox għall-baħrin irreklutati fuq il-bastimenti tal-Unjoni. B'mod partikolari, din għandha x'taqsam mal-libertà ta' assoċjazzjoni u mal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u mat-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol.
4.Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom jitfasslu bejn ir-rappreżentanti tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-firmatarji, il-BNF, l-Awtorità Marittima tal-Liberja (il-LiMA) u l-Ministeru tax-Xogħol tal-Liberja għandhom jingħataw kopja ta’ dawn il-kuntratti. Lill-baħrin, dawn il-kuntratti għandhom jiggarantulhom il-benefiċċju ta’ sistema tas-sigurtà soċjali li tkun tapplika għalihom, fosthom l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-assigurazzjoni medika u l-assigurazzjoni f'każ ta' inċident.
5.Il-pagi tal-baħrin mill-pajjiżi AKP għandhom iħallsuhom is-sidien tal-bastimenti. Dawn il-pagi għandhom jiġu stabbiliti, qabel jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-pagi tal-baħrin ma għandhomx ikunu agħar minn dawk applikati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u lanqas ma għandhom ikunu agħar minn dawk stabbiliti fl-istandards tal-ILO.
6.Kull baħri impjegat abbord bastiment tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri ma jirrapportax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, is-sidien tal-bastiment jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jtellgħu lil dak il-baħri abbord.
7.Meta l-baħri Liberjan ma jitniżżilx f’port tal-Liberja, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-baħri biex imur lura l-Liberja fl-iqsar żmien possibbli.
8.Jekk il-bastiment ma jasalx fil-ħin miftiehem f'port magħżul minn qabel għall-imbark tal-baħri Liberjan, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż (tal-akkomodazzjoni, tal-ikel, eċċ.) tal-baħri b'rata ta' sussistenza ta' kuljum ta' EUR 80 għal kull ġurnata li l-baħri Liberjan jitħalla jistenna fil-port minflok jittella' abbord.
9.Kull sena, is-sidien tal-bastimenti għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-baħrin irreklutati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' baħrin li huma ċittadini:
(a)tal-Unjoni;
(b)ta' pajjiż AKP, b'mod li ċ-ċittadini Liberjani jkunu separati miċ-ċittadini l-oħra tal-pajjiżi AKP; u
(c)ta' pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni jew li mhumiex pajjiżi AKP.
L-Appendiċijiet ta' dan l-Anness
Appendiċi 1 – Il-formola tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd
Appendiċi 2 – Id-dikjarazzjoni teknika
Appendiċi 3 – Il-ġurnal ta' abbord tas-sajd
Appendiċi 4 – Il-format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni
Appendiċi 5 – Il-limiti taż-żona tas-sajd tal-Liberja
Appendiċi 6 – Ir-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd
Appendiċi 7 – Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet tal-Liberja
Appendiċi 8 – Il-formola tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet
Appendiċi 1
IL-FTEHIM TAS-SAJD BEJN IL-LIBERJA U L-UNJONI EWROPEA
IL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
I - L-APPLIKANT
1.
Isem sid il-bastiment: .....................................................................................................................................
2.
L-indirizz ta' sid il-bastiment: .....................................................................................................................................
2.
Isem l-assoċjazzjoni jew l-aġent ta' sid il-bastiment (jekk ikun il-każ): .....................................................................................................................................
3.
L-indirizz tal-assoċjazzjoni jew tal-aġent ta' sid il-bastiment (jekk ikun il-każ): .....................................................................................................................................
4.
Numru tat-telefown:.......................... Numru tal-faks:................................. Email:................................
5.
Isem il-kaptan:............................ Iċ-ċittadinanza:....................... Email:....................
6.
L-isem u l-indirizz tal-aġent residenti fil-Liberja:
.....................................................................................................................................
II – IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU
1.
Isem il-bastiment: .....................................................................................................................................
2.
L-Istat tal-bandiera: .....................................................................................................................................
3.
In-numru tar-reġistrazzjoni esterna: .....................................................................................................................................
4.
Il-port tar-reġistrazzjoni: ………………………..…………. L-MMSI: ……………..……….…….
In-numru tal-OMI:………………………………………..
5.
Id-data meta nkisbet il-bandiera attwali: ........./......../.............
Il-bandiera ta' qabel (jekk kien hemm): ....................
6.
Is-sena u l-post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi..................................................
Is-sinjal tas-sejħa bir-radju: .....................................
7.
Il-frekwenza tas-sejħa: ....................................
In-numru tat-telefown bis-satellita: ..............................
8.
Il-materjal tal-buq:
◻ Azzar
◻ Injam
◻ Poliester
◻ Materjal ieħor
III – IL-KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR
1.
It-tul totali: ..................................................
Il-wisa': .....................................
2.
It-tunnellaġġ gross (mogħti f’TG): ..............................
It-tunnellaġġ nett: …………………...
3.
Is-saħħa tal-magna ewlenija f’kW: .......................
L-għamla: ......................................
It-tip: ...........................................
4.
It-tip ta’ bastiment:
◻ Bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni
◻ Bastiment tas-sajd bil-konz
◻ Bastiment tas-sajd bil-qasab u x-xlief
5.
It-tipi ta' rkapti tas-sajd: ..................................................................................................
6.
Iż-żoni tas-sajd: .................................................
L-ispeċijiet fil-mira: …………………
7.
Il-port magħżul għall-ħatt l-art: ....................................................................
8.
L-għadd totali ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord: ..................................................................................................
9.
Il-metodu ta’ konservazzjoni abbord:
◻ It-tkessiħ
◻ Ir-refriġerazzjoni
◻ Metodu mħallat
◻ L-iffriżar
10.
Il-kapaċità tal-friża f'tunnellati għal kull 24 siegħa: .................
Il-kapaċità tal-istivi: ……...................
L-għadd: .....
11.
It-transponder tal-VMS:
Il-manifattur: ............................. Il-mudell: ........................... In-numru tas-serje: ........................
Il-verżjoni tas-softwer: .................................................. L-operatur tas-satellita:............................
12.
L-apparat tan-navigazzjoni u tal-iffissar tal-pożizzjoni: …………………………………………………………………………………………..……
IV – INFORMAZZJONI OĦRA
1.
L-isem sħiħ u l-indirizz tal-assiguratur: …………………………………………………………………………………………………
2.
In-numru tar-reġistrazzjoni u l-għamla tal-ħelikopter abbord il-bastiment, jekk ikun hemm: …………………………………………………………………………………………………
3.
In-numru tar-reġistrazzjoni u l-għamla ta' xi inġenju tal-ajru li jintuża b'rabta mal-attivitajiet tas-sajd u l-isem u l-indirizz ta' kull operatur tiegħu: …………………………………………………………………………………………………
4.
Iddikjara jekk is-sid jew il-kerrej humiex insolventi jew f'xi proċedimenti ta' falliment skont il-liġijiet ta' xi Stat: …………………………………………………………………………………………………
5.
Iddikjara jekk is-sid, l-operatur jew il-bastiment kinux involuti f'xi ksur ta' xi liġi tar-Repubblika tal-Liberja: …………………………………………………………………………………………………
6.
F'dawn l-aħħar tliet snin, il-bastiment identifikat hawn fuq bl-isem jew bil-bandiera attwali tiegħu, jew b'ismijiet jew bnadar tal-imgħoddi, kellu xi permess jew liċenzja sospiża jew revokata?
IVA______ LE_______
Jekk iva, semmi ċ-ċirkostanzi ta' kull każ u spjega l-istatus attwali tas-sospensjoni jew tar-revoka, u ehmeż kollox fuq karta separata.
7.
Il-bastiment jinsab fir-reġistru sanitarju tal-bastimenti applikabbli?
IVA______ LE_______
Jiena, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li l-informazzjoni pprovduta f'din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija in bona fede.
Magħmul fi ..............................................., ……/………/………………
Isem l-applikant ...................................................................
Appendiċi 2
ID-DIKJARAZZJONI TEKNIKA
|
(1)Iż-żona tas-sajd:
|
|
Lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi, għajr iż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u għas-sajd kif previst fl-Appendiċi 5.
|
|
(2)Il-kategoriji awtorizzati:
|
|
Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine
Il-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
|
|
(3)Il-qabdiet inċidentali:
|
|
Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.
|
|
(4)Tariffi u tunnellaġġ:
|
|
It-tariffa għal kull tunnellata maqbuda
|
Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
- fl-ewwel sena: EUR 55 għal kull tunnellata
- fit-tieni u fit-tielet sena: EUR 60 għal kull tunnellata
- fir-raba' sena: EUR 65 għal kull tunnellata
- fil-ħames sena: EUR 70 għal kull tunnellata
|
|
It-tariffa annwali bil-quddiem (inklużi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet u l-ispejjeż tas-servizzi):
|
- Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 7 150 kull sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll
- Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: EUR 2 200 kull sena għall-perjodu kollu tal-Protokoll
|
|
L-għadd ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu
|
28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni;
6 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.
|
|
(5)Informazzjoni oħra:
|
|
It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tal-bastimenti tal-għajnuna: EUR 3 000 għal kull bastiment kull sena.
Irid ikun hemm osservaturi fuq 15 % tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja fissa marbuta mal-osservaturi: EUR 400 għal kull bastiment kull sena.
Il-baħrin: 20 % tal-baħrin irreklutati jkunu ġejjin minn pajjiżi AKP.
|
Appendiċi 3
|
IL-ĠURNAL TA' ABBORD TAS-SAJD – IL-ĠURNAL TA' ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD GĦAT-TONN
|
|
|
|
Bil-konz
Bil-lixka ħajja
Bil-purse seine
Bit-tkarkir
Outros (Oħrajn)
|
|
|
|
|
|
Isem il-bastiment: …………………………………………………….
|
It-tunnellaġġ gross: ………………………………………….
|
It-TLUQ tal-bastiment:
Ir-RITORN tal-bastiment:
|
Ix-xahar
|
Il-jum
|
Is-sena
|
Il-port
|
|
|
|
|
Il-pajjiż tal-bandiera: ……………………………………………………..
|
Il-kapaċità – (TM): …………………………………………
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
In-numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………..
|
Il-kaptan: ……………………………………………..
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Sid il-bastiment: ……………………………………………………
|
L-għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ: ………………………………………………..
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-indirizz: ………………………………………………….
|
Id-data tar-rapport: ………………………………………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(L-awtur tar-rapport):
……………………………………….................................
|
L-għadd ta’ jiem fuq il-baħar:
|
|
L-għadd ta’ jiem tas-sajd:
L-għadd ta’ kalati:
|
|
In-numru tas-sajda:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Id-data
|
Iż-żona
|
|
|
Capturas (Qabdiet)
|
Isco usado na pesca
(Il-lixka użata)
|
|
Ix-xahar
|
Il-jum
|
Il-latitudni N/S
|
Il-lonġitudni E/W
|
It-temperatura ta’ wiċċ il-baħar
(fi ºC)
|
L-isforz tas-sajd
L-għadd ta’ snanar użati
|
It-tonn
Thunnus
thynnus jew
maccoyii
|
It-tonn isfar
Thunnus
albacares
|
It-tonn obeż
Thunnus
obesus
|
L-alonga
Thunnus
alalunga
|
Il-pixxispad
Xiphias
gladius
|
Il-marlin
Il-marlin abjad
Tetraptunus
audax jew albidus
|
Il-marlin iswed
Makaira
indica
|
Is-sailfish
Istiophorus albicans jew platypterus
|
Il-palamit
Katsuwonus
pelamis
|
Qabdiet imħallta
|
Total tal-ġurnata
(il-piż f’kg biss)
|
Il-kastardella
|
Il-klamari
|
Il-lixka ħajja
|
(Lixka oħra)
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru
|
Il-piż f’kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
Numru
|
kg
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IL-KWANTITAJIET LI NĦATTU L-ART (F’KG)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Kummenti
1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum.
2 - Fi tmiem kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lill-ICCAT fl-indirizz li ġej: Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid, Spanja.
|
|
3 - “Jum” tfisser il-jum li fih jintrama l-konz.
4 - Iż-żona tas-sajd tirreferi għall-pożizzjoni tal-bastiment. Agħti l-minuti sal-eqreb minuta sħiħa u indika l-grad tal-latitudni u tal-lonġitudni. Qis li tindika N/S (Tramuntana/Nofsinhar) u E/W (Lvant/Punent).
|
5 - L-aħħar ringiela (il-kwantitajiet li nħattu l-art) għandha timtela biss wara li tintemm is-sajda. Indika l-piż reali fil-mument tal-ħatt l-art.
6 - L-informazzjoni kollha mogħtija hawnhekk se tibqa’ strettament kunfidenzjali.
|
Appendiċi 4
IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIL-LIBERJA
IR-RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
|
Element tad-dejta
|
Kodiċi
|
Obbligatorju jew fakultattiv
|
Kummenti
|
|
Il-bidu tar-reġistrazzjoni
|
SR
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni
|
|
Id-destinatarju
|
AD
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)
|
|
Speditur
|
FR
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166)
|
|
L-Istat tal-bandiera
|
FS
|
O
|
Detall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)
|
|
It-tip ta’ messaġġ
|
TM
|
O
|
Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI)
|
|
Is-sinjal tas-sejħa bir-radju (l-IRCS)
|
RC
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)
|
|
In-numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti
|
IR
|
F
|
Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-Parti Kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi alfa-3 (ISO-3166) segwit minn numru
|
|
In-numru estern tar-reġistrazzjoni
|
XR
|
O
|
Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq ġenb il-bastiment (ISO 8859.1)
|
|
Il-latitudni
|
LT
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali N/S DD.ddd (WGS84)
|
|
Il-lonġitudni
|
LG
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali E/W DD.ddd (WGS84)
|
|
Ir-rotta
|
CO
|
O
|
Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360 grad
|
|
Il-veloċità
|
SP
|
O
|
Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi
|
|
Id-data
|
DA
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)
|
|
Il-ħin
|
TI
|
O
|
Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)
|
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni
|
ER
|
O
|
Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni
|
O = element tad-dejta obbligatorju
F = element tad-dejta fakultattiv
Id-dejta tintbagħat strutturata hekk:
(1)Il-karattri użati jridu jikkonformaw mal-istandard tal-ISO 8859.1.
(2)Linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” ifissru l-bidu tal-messaġġ.
(3)Kull element tad-dejta jingħaraf mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi tad-dejta l-oħra b’linja mmejla doppja (//).
(4)Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi minn mad-dejta.
(5)Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) ifisser tmiem il-messaġġ.
(6)L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ.
Appendiċi 5
IL-LIMITI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-LIBERJA
IL-KOORDINATI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD
Qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, l-awtoritajiet kompetenti tal-Liberja għandhom jgħarrfu lis-servizzi kompetenti tal-Unjoni bil-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi tal-Liberja, taż-żona tas-sajd tal-Liberja u taż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u għas-sajd. L-awtoritajiet tal-Liberja għandhom jintrabtu wkoll li, tal-inqas xahar qabel jidħol fis-seħħ xi tibdil f'dawn il-koordinati, jikkomunikaw dan it-tibdil.
Appendiċi 6
IL-LINJI GWIDA GĦALL-ĠESTJONI U GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA ELETTRONIKA TAR-RAPPURTAR (ERS) GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD
Id-dispożizzjonijiet ġenerali
(1)Meta jkun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Liberja, kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni jrid ikun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "ERS", li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti d-dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta tal-ERS".
(2)Bastiment tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b'ERS, jew li l-ERS tiegħu ma tkunx qed taħdem, mhux awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd tal-Liberja biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.
(3)Id-dejta tal-ERS trid tiġi trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel trid tintbagħat liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, li se jqegħedha awtomatikament għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS tal-Liberja.
(4)L-Istat tal-bandiera u l-Liberja għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa biex id-dejta tal-ERS tiġi trażmessa b'mod awtomatiku fil-format XML, u li dawn ikollhom proċedura ta’ salvagwardja li tkun kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f’format li jista’ jinqara minn kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas tliet (3) snin.
(5)Kull bidla jew aġġornament f'dan il-format għandu jkun identifikat u ddatat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiddaħħal.
(6)Id-dejta tal-ERS trid tiġi trażmessa bil-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li tmexxi l-Kummissjoni Ewropea f’isem l-UE, imsejħa d-DEH (id-“Data Exchange Highway”).
(7)L-Istat tal-bandiera u l-Liberja għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt.
(a)Dawn il-korrispondenti tal-ERS għandhom jinħatru għal perjodu minimu ta' sitt (6) xhur.
(b)Qabel ma l-fornitur jibda jipproduċi l-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jibagħtu lil xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-faks u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom).
(c)Jekk jinbidlu d-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS, trid issir notifika minnufih dwar dan.
Il-produzzjoni u t-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS
(8)Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni:
(a)għandhom jikkomunikaw id-dejta tal-ERS kuljum għal kull jum li jqattgħu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja;
(b)għal kull attività tas-sajd, għandhom jirreġistraw il-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar;
(c)għal kull speċi msemmija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mil-Liberja, għandhom jiddikjaraw dawk l-ispeċijiet li ma jkun inqabad xejn minnhom;
(d)għandhom jidentifikw kull speċi bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha;
(e)għandhom jagħtu l-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta' ħut individwali;
(f)għal kull speċi, għandhom jirreġistraw fid-dejta tal-ERS il-kwantitajiet li jkunu ġew ittrażbordati u/jew li jkunu nħattu l-art;
(g)kull darba li jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja jew joħorġu minnha (fil-messaġġ COE jew fil-messaġġ COX rispettivament), għandhom jirreġistraw fid-dejta tal-ERS messaġġ speċifiku li jkun fih il-kwantitajiet miżmuma abbord, waqt id-dħul jew il-ħruġ, ta' kull speċi msemmija fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mil-Liberja;
(h)għandhom jittrażmettu d-dejta tal-ERS kuljum liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, fil-format imsemmi fil-paragrafu 3 ta' hawn fuq, sa mhux aktar tard min-23:59 UTC.
(9)Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata u mibgħuta.
(10)Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Liberja.
(11)Iċ-ĊMS tal-Liberja għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS billi jibgħat messaġġ lura u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS b’mod kunfidenzjali.
Ħsarat fl-ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
(12)L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lill-aġent tiegħu, b'kull ħsara teknika fl-ERS installata abbord il-bastiment jew b'kull waqfien fit-tranżmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
(13)L-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lil-Liberja bil-ħsarat misjuba u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu.
(14)Jekk l-ERS abbord il-bastiment tieqaf taħdem, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien għaxart (10) ijiem tal-kalendarju. Jekk tul dawk l-għaxart (10) ijiem, il-bastiment jagħmel waqfa f'port, dan jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Liberja biss ladarba l-ERS tiegħu tkun qed taħdem sew, sakemm il-Liberja ma tkunx awtorizzat mod ieħor.
(15)Bastiment tas-sajd ma jistax iħalli l-port jekk tkun instabitlu ħsara teknika fl-ERS tiegħu:
(a)sakemm l-ERS tiegħu ma terġax tibda taħdem sew, b’mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera u lil-Liberja, jew
(b)sakemm ma jirċevix awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu. F’dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf lil-Liberja bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment iħalli l-port.
(16)Kull bastiment tal-Unjoni li jopera fiż-żona tas-sajd tal-Liberja u li jkollu l-ERS difettuża, għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard min-23:59 UTC, id-dejta kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'xi mezz ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika li jkollu u li jkun aċċessibbli għaċ-ĊMS tal-Liberja.
(17)Id-dejta tal-ERS li ma tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Liberja bl-ERS minħabba l-ħsara msemmija fil-paragrafu 12, għandha tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Liberja b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun ġie miftiehem bejniethom. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bi prijorità għax mhux se jkun possibbli li jinżammu l-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni.
(18)Jekk iċ-ĊMS tal-Liberja ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment tul tlett (3) ijiem konsekuttivi, il-Liberja tista' toħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur minnufih f'port magħżul minnha għall-investigazzjoni.
Ħsarat min-naħa taċ-ĊMS - Id-dejta tal-ERS ma tasalx fiċ-ĊMS tal-Liberja
(19)Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora miegħu sabiex tissolva l-problema.
(20)Qabel it-tnedija operattiva tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Liberja għandhom jaqblu bejniethom dwar il-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS jekk jinqalgħu xi ħsarat min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil fihom.
(21)Meta ċ-ĊMS tal-Liberja javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Liberja u lill-Unjoni bir-riżultati tal-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta tkun ġiet identifikata l-ħsara.
(22)Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti l-bqija tad-dejta tal-ERS minnufih liċ-ĊMS tal-Liberja b'xi wieħed mill-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fil-punt 20.
(23)Il-Liberja għandha tinforma lis-servizzi kompetenti ta' monitoraġġ (MCS) tagħha sabiex iċ-ĊMS tal-Liberja ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed iwettqu xi ksur talli mhumiex jittrażmettu d-dejta tal-ERS minħabba ħsara min-naħa ta' xi ĊMS.
Il-manutenzjoni ta’ ĊMS
(24)Meta tiġi ppjanata manutenzjoni f'xi ĊMS (il-programm ta' manutenzjoni) li jaf taffettwa l-iskambju tad-dejta tal-ERS, dan iċ-ĊMS għandu jgħarraf liċ-ĊMS l-ieħor tal-inqas 72 siegħa qabel bil-manutenzjoni ppjanata u, jekk ikun possibbli, jindikalu d-data tal-manutenzjoni u kemm se ddum għaddejja. Meta jkun hemm bżonn issir manutenzjoni li ma tkunx ippjanata, l-informazzjoni dwarha għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor mill-aktar fis possibbli.
(25)Waqt il-manutenzjoni, id-dejta tal-ERS tista’ tieqaf tintbagħat sakemm is-sistema terġa’ tibda taħdem sew. Imbagħad malli tintemm il-manutenzjoni, id-dejta tal-ERS rilevanti ssir disponibbli minnufih.
(26)Jekk il-manutenzjoni tieħu aktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi alternattivi tal-komunikazzjoni elettronika msemmija fil-punt 20.
(27)Il-Liberja għandha tinforma lis-servizzi kompetenti ta' monitoraġġ (MCS) tagħha sabiex iċ-ĊMS tal-Liberja ma jqisx li l-bastimenti tal-Unjoni qed iwettqu xi ksur talli mhumiex jittrażmettu d-dejta tal-ERS minħabba manutenzjoni f'xi ĊMS.
Appendiċi 7
ID-DETTALJI TA’ KUNTATT TAL-AWTORITAJIET TAL-LIBERJA
1.
Il-Ministeru tal-Agrikoltura:
L-indirizz: LIBSUCO Compound, LPRC Road, off Somalia Drive, Gardnersville, il-Liberja
L-indirizz postali: P.O. Box 10-9010, 1000 Monrovia 10, il-Liberja
2.
L-awtorità għall-awtorizzazzjoni tas-sajd: L-Uffiċċju tas-Sajd Nazzjonali
L-indirizz: UN Drive, opposite LBDI, Freepoint Branch, Bushrod Island, Monrovia, il-Liberja
L-indirizz postali: c/o Ministry of Agriculture, P.O. Box 10-9010, 1000 Monrovia, il-Liberja
L-indirizzi tal-posta elettronika:
bnf@liberiafisheries.net
;
williamyboeh@gmail.com
In-numri tat-telefown: +231-770-251-983; +231-888-198-006.
3.
Iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd:
L-indirizz: Liberia Coast Guard Base, Bong Mines Bridge, Bushrod Island
L-indirizz tal-posta elettronika:
fmc@liberiafisheries.net
In-numru tat-telefown: +231-880-431-581
4.
In-notifika tad-dħul u tal-ħruġ:
L-indirizz tal-posta elettronika:
fmc@liberiafisheries.net
Appendiċi 8
IL-FORMOLA TAD-DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET
ANNESS III
Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
(1)Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tal-Liberja u, meta jkun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-emendi fil-Protokoll fejn jidħlu l-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tal-Protokoll;
(b)id-deċiżjonijiet dwar il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll;
(c)id-dispożizzjonijiet tekniċi tal-Protokoll u tal-Anness tiegħu li huma fil-kompetenza tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll.
(2)Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha:
(a)taġixxi skont l-għanijiet li hija ssegwi fil-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd;
(b)tikkonforma mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd; u
(c)tippromwovi pożizzjonijiet li huma konsistenti mar-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali.
(3)Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt ikun previst li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmija fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni.
Għal dan il-għan u abbażi ta’ dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jaħsbu minn kmieni biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt biex lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu jibagħtulhom dokument li jkun jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u għall-approvazzjoni tagħhom.
Fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b’maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, ħlief meta għadd ta’ Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka joġġezzjonaw għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill.
Jekk, waqt il-bqija tal-laqgħat, fosthom dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.
Fiż-żmien dovut, il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, fosthom, fejn ikun xieraq, billi tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tressaq il-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.