Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015PC0171

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Copernicus)

/* COM/2015/0171 final - 2015/0088 (NLE) */

Brussell, 22.4.2015

COM(2015) 171 final

2015/0088(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
(Copernicus)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u l-omoġeneità ġuridika meħtieġa tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE fil-Ftehim ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tiegħu.

L-Artikolu 78 tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li l-Partijiet Kontraenti jsaħħu u jwessgħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-attivitajiet tal-Unjoni fl-oqsma, inter alia, tal-ambjent, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku.

2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-għan li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet sabiex jestendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-qasam tal-ambjent, u l-iżvilupp tar-riċerka u tat-teknoloġija.

Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE kienet diġà ġiet estiża biex tinkludi l-Programm Copernicus mid-DKK taż-ŻEE Nru 249/2014 tat-13 ta’ Novembru 2014 1 . Referenza għar-Regolament (UE) Nru 377/2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus ġiet għalhekk inkluża fl-Artikolu 1(8d) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE. It-tipi ta' kooperazzjoni prevista bejn il-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE f’dan ir-rigward kienu pprovvduti wkoll fid-dispożizzjoni rilevanti tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 1(8d) tal-Protokoll 31, in-Norveġja u l-Liechtenstein huma eżentati milli jipparteċipaw fil-Programm Copernicus. In-Norveġja madankollu issa neħħiet l-impedimenti għall-parteċipazzjoni tagħha. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rilevanti li jistabbilixxu l-parteċipazzjoni tal-Istati EFTA għal dan il-Programm japplikaw ukoll għan-Norveġja u r-referenza għan-Norveġja fil-punt (e) hija mħassra.

Għandu jiġi nnutat li n-Norveġja talbet li tibda l-parteċipazzjoni tagħha fil-Programm Copernicus b’mod retrospettiv mill-1 ta’ Jannar 2014. Il-kontribuzzjoni finanzjarja lil Copernicus rigward is-sena finanzjarja 2014 se tiżdied mal-kontribuzzjoni li tirrigwarda s-sena finanzjarja 2015 u tiġi inkluża fis-sejħa għall-fondi tal-2015. F’dan il-kuntest, il-Parlament Norveġiż diġà tentattivament approva l-fondi rilevanti.

3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li, fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

2015/0088 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

(Copernicus)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 2 , u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 3 (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi, inter alia, li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE.

(3)Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet.

(4)Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 4 permezz tad-Deċiżjoni Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 5 .

(5)Din il-kooperazzjoni għandha tiġi estiża għan-Norveġja, bil-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha għalhekk tibda mill-1 ta’ Jannar 2014.

(6)Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2014.

(7)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba ' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) [għadha mhix ippubblikata].
(2) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(4) ĠU L 122, 22.4.2014, p. 44.
(5) ĠU L [għadu ma ġiex ippubblikat].
Top

Brussell, 22.4.2015

COM(2015) 171 final

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE,
dwar il-kooperazzjoni f'ċerti oqsma li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

mal-

proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea,
fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
(Copernicus)


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015


ta'

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE,

dwar il-kooperazzjoni f'ċerti oqsma li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 1 permezz tad-Deċiżjoni Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 2 .

(2)Din il-kooperazzjoni għandha tiġi estiża għan-Norveġja, bil-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha għalhekk tibda mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(8d)(e) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “in-Norveġja u” huma mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE?.

3Hija tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President
   
   
   
   Is-Segretarji
   għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

(1) ĠU L 122, 22.4.2014, p. 44.
(2) ĠU L [għadu ma ġiex ippubblikat].
(3) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
Top