This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015PC0059
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing, on behalf of the European Union and its Member States, and provisional application of a Protocol amending the Common Aviation Area Agreement between the European Union and its Member States and the Republic of Moldova, to take account of the accession to the European Union of the Republic of Croatia
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
/* COM/2015/059 final - 2015/0034 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2015/059 final - 2015/0034 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) Kuntest tal-proposta 110 || · Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha / kuntest ġenerali Il-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova ġie negozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2011 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012. 120 || Ir-Repubblika tal-Kroazja ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni, il-Kroazja ntrabtet li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. Il-proċedura simplifikata tapplika għall-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim mal-Moldova msemmi hawn fuq. Għaldaqstant għandu jiġi ffirmat Protokoll skont dik il-proċedura u skont l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll jipprevedi l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja. 130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova. 140 || · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Il-Ftehim mal-Moldova jifforma parti mill-qafas tal-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)79: “Developing the agenda for the Community’s external aviation policy” u riċentement riveduta permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)556: “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur" u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti. 2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 || Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Mhux applikabbli 212 || Sommarju tar-risposti u kif dawn ġew ikkunsidrati Mhux applikabbli 3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 305 || · Sommarju tal-miżuri proposti Il-Protokoll jiżgura li ssir l-emenda meħtieġa li għandha ssir fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013. 310 || · Bażi legali L-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni. 4) Implikazzjonijiet tal-baġit 409 || Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni. 5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill huwa mitlub japprova l-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova. Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu. 2015/0034 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li
jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2)
u l-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att
tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu
tal-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) Fl-14 ta’ Settembru 2012,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati, f’isem
l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex
tikkonkludi Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni,
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova[1], biex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). (2) Dawk in-negozjati ġew
konklużi b’suċċess fis-16 ta’ Settembru 2014. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,
suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. (4) Skont l-Artikolu 3(2)
tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-iffirmar tal-Protokoll li
jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies
l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan
awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett
għall-konklużjoni tal-Protokoll. 2. It-test tal-Protokoll huwa
mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ
lill-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex jiffirma(w)
il-Protokoll, suġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja,
skont l-Artikolu 3(2) tiegħu, malli jiġi ffirmat mill-partijiet,
sakemm jidħol fis-seħħ. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] It-test
tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3. ANNESS Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju
Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u
r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għall- Proposta għal Deċiżjoni
tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni
Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta'
Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex
titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea PROTOKOLL Li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju
Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u
r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
mal-Unjoni Ewropea IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, L-UNGERIJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA' MALTA, IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA
TA' FUQ, billi huma partijiet għat-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi
huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-'Istati
Membri'), u L-UNJONI EWROPEA, minn naħa waħda; kif ukoll IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA, min-naħa l-oħra; Wara li kkunsidraw l-adeżjoni
tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
fl-1 ta’ Lulju 2013, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti
għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni ffirmat mill-Unjoni Ewropea
u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fis-26 ta' Ġunju
2012 (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim'). Artikolu 2 It-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata, li huwa
mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku taħt l-istess
kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu
jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess.
Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul
fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi
approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ
tal-Ftehim, f'dak il-każ jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu
29(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tan-nota l-iktar tard fi skambju ta' noti
diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw it-tlestija
tal-proċeduri kollha neċessarji għad-dħul
fis-seħħ ta' dan il-Protokoll. 2. Dan il-Protokoll għandu
jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu
mill-Partijiet. Artikolu 4 Magħmul fi …, duplikat, fi … 2014, f'kull
lingwa uffiċjali tal-Partijiet, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku. GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦAR-REPUBBLIKA
TAL-MOLDOVA GĦALL-UNJONI EWROPEA