This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DP0452
European Parliament decision of 16 December 2015 on the extension of the term of office of the Chairperson of the European Securities and Markets Authority (ESMA) (C8-0315/2015 — 2015/0905(NLE))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (C8-0315/2015 – 2015/0905(NLE))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (C8-0315/2015 – 2015/0905(NLE))
ĠU C 399, 24.11.2017, p. 239–239
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/239 |
P8_TA(2015)0452
Proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar il-proroga tal-mandat tal-President tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (C8-0315/2015 – 2015/0905(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 399/51)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tal-24 ta' Settembru 2015 biex jiġi estiż il-mandat tal-President tal-ESMA b'ħames snin oħra (C8-0315/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0346/2015), |
|
A. |
billi l-ewwel President tal-ESMA ġie maħtur mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA fl-2011, wara proċedura tal-għażla miftuħa, għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010; |
|
B. |
billi l-Artikolu 48(4) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jipprovdi li l-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, fid-dawl tal-valutazzjoni riferuta f'dik id-dispożizzjoni, jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President tal-ESMA, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew; |
|
C. |
billi, fl-24 ta' Settembru 2015, il-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA ppropona l-estensjoni tal-mandat ta' Steven Maijoor, il-President fil-kariga tal-ESMA, b'ħames snin oħra, u informa lill-Parlament Ewropew kif xieraq; |
|
D. |
billi, fis-17 ta' Novembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizza seduta ta' smigħ ma' Steven Maijoor, il-President fil-kariga tal-ESMA, li fiha huwa għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat; |
|
1. |
Japprova l-proposta għall-estensjoni tal-mandat ta' Steven Maijoor bħala President tal-ESMA b'ħames snin oħra; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-ESMA u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.