Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015DC0329

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Rapport Annwali tal-2014

COM/2015/0329 final

Brussell, 9.7.2015

COM(2015) 329 final

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni
Rapport Annwali tal-2014

{SWD(2015) 133 final}
{SWD(2015) 134 final}


Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni:

Rapport Annwali tal-2014

I.INTRODUZZJONI

II.IL-POLITIKA DWAR IL-MONITORAĠĠ TAL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĠI TAL-UNJONI

III.STADJI FIL-PROĊEDURI TA’ KSUR

IV.QABEL MA JINGĦATA BIDU GĦAL PROĊEDURA TA' KSUR

1.Sejba tal-problemi

2.Is-soluzzjoni tal-problemi

V.IL-PROĊEDURA TA’ KSUR

1.Il-fażi ta' qabel il-litigazzjoni

2.Riferimenti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikoli 258 u 260(2) TFUE

VI.IT-TRASPOŻIZZJONI TAD-DIRETTIVI

1.Traspożizzjoni tardiva

2.Riferimenti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258/260(3) TFUE

VII.ŻVILUPPI TAL-POLITIKA

1.Il-liġi tal-Unjoni tinġieb eqreb tan-nies fl-Ewropa

2.Tranżizzjoni taħt "it-tielet pilastru": Il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali issa tinsab fuq livell ugwali ma’ politiki oħrajn tal-UE

3.Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u dokumenti ta’ spjegazzjoni: il-qagħda attwali

4.L-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar

5.Idoneità Regolatorja tal-UE

VIII.KONKLUŻJONIJIET

I.INTRODUZZJONI

Applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE hija essenzjali jekk l-Unjoni Ewropea trid tilħaq l-għanijiet tagħha kif stabbiliti fit-trattati u ssaħħaħ il-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE f’għajnejn iċ-ċittadini u l-pubbliku inġenerali. Filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli mit-traspożizzjoni tad-direttivi fil-ħin u b’mod preċiż, u biex b’mod korrett tiġi applikata u implimentata l-liġi tal-UE kollha kemm hi, 1 il-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u tiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tkun konformi mal-liġi tal-UE 2 .

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tivverifika regolarment it-testi ta’ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni li tirċievi mingħand l-Istati Membri u tniedi investigazzjonijiet b'inizjattiva tagħha stess. Hija tivvaluta wkoll u tirrispondi għall-ilmenti li tirċievi minn membri tal-pubbliku, negozji, NGOs u partijiet interessati oħra u għall-petizzjonijiet mill-Parlament Ewropew li jiżvelaw ksur potenzjali tal-liġi.

Jekk il-Kummissjoni ssib ksur possibbli, hija tibda djalogu bilaterali mal-Istat Membru, li huwa mistieden isolvi l-problema malajr u b’mod effiċjenti f’konformità mal-liġi tal-UE. Jekk dawn l-isforzi għas-soluzzjoni tal-problemi ma jkunux sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tibda proċedura formali ta’ ksur (skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE)).  3 Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-opinjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l- Artikolu 258 TFUE jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 260(2) jew (3) jkunu sodisfati, u anki titlob penali finanzjarji.

Dan ir-Rapport Annwali tal-2014 jirrevedi l-prestazzjoni tal-Istati Membri dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u jenfasizza l-iżviluppi prinċipali ta’ politika ta’ infurzar tal-2014. Ir-rapport għandu l-istess struttura bħal fis-snin preċedenti. Id-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaw ir-rapport jeżaminaw il-prestazzjoni u l-isfidi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE skont l-Istat Membru u skont il-qasam ta’ politika.

II.IL-POLITIKA DWAR IL-MONITORAĠĠ TAL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĠI TAL-UNJONI

Monitoraġġ effiċjenti tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE huwa parti minn Aġenda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni. Ir-riżultati ta’ tali monitoraġġ jikkontribwixxu għall-evalwazzjonijiet tal-liġi, għall-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi ġodda u, b’mod aktar ġenerali, lejn iċ-ċiklu tal-ħajja leġiżlattiva. L-għan tiegħu huwa kemm li jtejjeb l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll li jtejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni l-ġdida.

Il-Kummissjoni għandha rwol uniku u essenzjali fis-superviżjoni tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Fl-istess ħin, il-liġi tal-UE tifforma parti integrali mis-sistema legali nazzjonali tal-Istati Membri, li jerfgħu r-responsabbiltà primarja biex tiġi applikata b’mod korrett. L-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom u l-ġudikatura għandhom jiżguraw li l-liġijiet u l-obbligi huma applikati u infurzati b’mod xieraq. Qabel ma tibda l-proċeduri formali ta’ ksur, il-Kummissjoni taħdem fi sħubija mal-Istati Membri biex jissolvew il-problemi b’mod effiċjenti u f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, permezz ta’ proċess ta’ djalogu strutturat ma’ skadenzi ċari li ġie introdott għal dan l-għan.  4 Dan il-proċess huwa msejjaħ “EU Pilot”.

Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni, il-Kummissjoni ssegwi d-diskussjoni bilaterali u tista’ tniedi proċeduri formali ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE. Penaltajiet finanzjarji huma imposti jekk l-Istati Membri ma jikkonformawx mas-sentenzi tal-Qorti (l-Artikolu 260(2) TFUE) jew jonqsu milli jittrasponu d-direttivi leġiżlattivi tal-UE fil-ħin (l-Artikolu 260(3) TFUE). Dawn id-dispożizzjonijiet huma essenzjali għall-għan globali ta’ politika ta’ infurzar tal-Kummissjoni, li huwa li jiġi żgurat li l-liġi tal-UE tiġi implimentata u applikata b’mod korrett u fil-ħin, għall-benefiċċju tal-persuni u n-negozji.

Membri tal-pubbliku, negozji, NGOs u organizzazzjonijiet oħra jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-monitoraġġ li jsir mill-Kummissjoni billi jirrappurtaw in-nuqqasijiet fit-traspożizzjoni u / jew l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE mill-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi b’mod sħiħ ir-rwol importanti tagħhom u impenjat ruħha li tagħti garanziji amministrattivi meta tittratta l-ilmenti, bħal li tinforma lill-kwerelant dwar kwalunkwe passi li l-Kummissjoni tieħu fil-proċessar ulterjuri tal-ilment, u li tinnotifika lill-kwerelant qabel ma jingħalaq l-ilment.



III.STADJI FIL-PROĊEDURI TA’ KSUR

L-infrazzjonijiet jistgħu jiġu identifikati permezz tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni stess. Huma jistgħu wkoll jinbdew wara lmenti u petizzjonijiet minn membri tal-pubbliku, negozji, NGOs jew minn organizzazzjonijiet oħrajn.

Jekk id-djalogu bilaterali informali ma’ Stat Membru ma jirnexxix, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tniedi proċedura ta’ ksur formali skont l-Artikolu 258 TFUE. Il-proċedura ta’ ksur hija maqsuma f’fażi ta’ qabel il-litigazzjoni u fażi ta’ litigazzjoni.

Hemm tliet tipi ewlenin ta’ ksur tal-liġi tal-UE:

nuqqas ta’ notifika: Stat Membru ma jkunx innotifika lill-Kummissjoni fil-ħin bil-miżuri tiegħu biex jittrasponi direttiva;

nuqqas ta’ konformità: il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma tkunx f’konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

applikazzjoni mhux korretta / ħażina: Il-liġi tal-Unjoni ma tiġix applikata b’mod korrett jew ma tiġix applikata mill-awtoritajiet nazzjonali.

Matul il-fażi ta' qabel il-litigazzjoni ta’ proċedura ta’ ksur, l-ewwel nett, il-Kummissjoni tibgħat ittra ta’ avviż formali lill-Istat Membru, fejn titlob spjegazzjoni f’limitu ta’ żmien partikolari. Imbagħad, jekk it-tweġiba tal-Istat Membru ma tkunx sodisfaċenti jew ma jweġbux, il-Kummissjoni tibgħat opinjoni motivata li titlob lill-Istat Membru jikkonforma f'limitu ta’ żmien partikolari.

Jekk l-Istat Membru ma jikkonformax mal-opinjoni motivata, il-Kummissjoni tiftaħ proċedura ta’ litigazzjoni billi tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 258 TFUE minħabba li Stat Membru jkun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jinnotifika miżuri li jittrasponu direttiva leġiżlattiva, il-Kummissjoni tista’ tipproponi multi finanzjarji skont l-Artikolu 260(3)

Jekk Stat Membru ma jeħux il-passi metieġa biex jikkonforma mas-Sentenza tal-Qorti li ssib ksur tal-obbligi tal-ligi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tkompli l-proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 260(2) TFUE u tirreferi lill-Istat Membri lill-Qorti mill-ġdid wara li tkun bagħtet ittra ta' avviż formali skont l-Artikolu 260(2) TFUE. F’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’ tipproponi u l-Qorti jista’ jimponi sanzjonijiet finanzjarji (somma f’daqqa u / jew penali ta’ kuljum).



IV.QABEL MA JINGĦATA BIDU GĦAL PROĊEDURA TA' KSUR

1.Sejba tal-problemi

1.1 Każijiet ta' inizjattiva proprja

Il-Kummissjoni teżamina l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE primarjament b'inizjattiva tagħha stess. Bħal fil-każ ta’ ilmenti, il-Kummissjoni b’mod ġenerali l-ewwel tiftaħ diskussjonijiet bilaterali mal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-EU Pilot bil-għan li tinstab soluzzjoni li tkun konformi mal-liġi tal-UE (dettalji fil-punt 2 hawn taħt). Matul l-2014 tnedew 777 investigazzjoni EU Pilot (fl-2013, tnedew 1023).

Minn dawn l-ambjent, l-enerġija u l-mobilità / it-trasport kienu t-tliet żoni ta’ politika fejn ġie identifikat l-aktar ksur potenzjali (b'151, 115 u 115-il fajl ġdid rispettivament tal-EU Pilot). L-Istati Membri l-aktar ikkonċernati kienu l-Italja, Spanja u l-Ġermanja (59, 47 u 42 fajl ġdid rispettivament tal-EU Pilot).

1.2 Ilmenti u petizzjonijiet

Fl-2014, membri tal-pubbliku, negozji, NGOs u organizzazzjonijiet oħra baqgħu attivi ħafna fir-rappurtar ta’ ksur potenzjali tal-liġi tal-UE. Il-grafika li ġejja turi li n-numru qed jiżdied mill- 2012. Bħala riżultat, l-għadd totali ta’ ilmenti miftuħa żdied b’madwar 5,7 % matul l-2014.

It-tabella ta’ hawn taħt turi d-dejta ewlenija dwar l-ilmenti mill-membri tal-pubbliku: 5

Fl-2014 ġew reġistrati 3 715-il ilment. It-tliet Stati Membri li kontrihom saru l-ikbar numru ta' ilmenti kienu:

•    Spanja: 553 ilment, ħafna minnhom relatati max-xogħol (222 ilment); l-ambjent (111-il ilment); u l-ġustizzja (76 ilment);

•    L-Italja: 475 ilment, speċjalment b’rabta mal-impjiegi (110 ilmenti); l-ambjent (92 ilment); u s-suq intern u s-servizzi (65 ilment); kif ukoll

•    Il-Ġermanja: 276 ilment, l-aktar relatati mas-suq intern u s-servizzi (55 ilment); l-ambjent (54 ilment); u l-ġustizzja (50 ilment);

It-tabella li ġejja turi ħames oqsma ta’ politika li għandhom l-ogħla għadd ta’ ilmenti (li jirrappreżentaw 76 % tal-ilmenti kollha sottomessi).

Fl-2014 ġew proċessati 3 744 ilment. Meta dawn kienu ġew evalwati, il-Kummissjoni fetħet diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri rigward 447 ilment sabiex jiġi ċċarat jekk inkisrux ir-regoli tal-UE 6 . Mal-223 minn dawn l-ilmenti wasslu għal proċeduri ta’ ksur, wara li l-Kummissjoni rrifjutat tweġibiet mogħtija mill-Istati Membri fl-EU Pilot.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa skont l-Artikolu 258 TFUE li tibgħat ittra ta’ avviż formali lill-Istat Membru mingħajr diskussjonijiet bilaterali minn qabel u tista' tagħmel dan f’każijiet urġenti u eċċezzjonali. Ilmenti li waslu għal diskussjonijiet fl-EU Pilot kienu ħafna drabi relatati mas-suq intern u servizzi; tassazzjoni u l-unjoni doganali, u l-ambjent (80, 60 u 59 fajl miftuħa skont l-EU Pilot, rispettivament). Dawn ikkonċernaw l-aktar l-Istati Membri li ġejjin:

•    L-Italja: 66 fajl, ħafna minnhom relatati ma’ ilmenti dwar l-ambjent (16-il fajl ġdid tal-EU Pilot); tassazzjoni u l-unjoni doganali (10); u l-impjiegi (10);

•    Spanja: 37 fajl, speċjalment b’rabta ma’ ilmenti dwar kwistjonijiet ambjentali (sitt fajls ġodda tal-EU Pilot); intrapriża (5); ġustizzja (4), impjiegi (4); u tassazzjoni u l-unjoni doganali (4);

•    Franza: 33 fajl, prinċipalment relatati mat-tassazzjoni u l-unjoni doganali (7 fajls ġodda tal-EU Pilot); ġustizzja (5); u ambjent (4); kif ukoll

il-Ġermanja: 33 fajl, ħafna minnhom relatati ma’ ilmenti dwar is-suq intern u s-servizzi (15-il fajl ġdid tal-EU Pilot); tassazzjoni u l-unjoni doganali (3); intrapriża (3); u l-mobilità u t-trasport (3).

Permezz ta’ petizzjonijiet u mistoqsijiet, fl-2014 il-Parlament Ewropew wissa lill-Kummissjoni bin-nuqqasijiet fil-mod li bih l-Istati Membri jimplimentaw u japplikaw il-liġi tal-UE.

Dawn jinkludu:

•    L-ambjent: Tliet ittri ta’ notifika formali ntbagħtu dwar l-awtorizzazzjoni ta’ diversi proġetti ta’ żvilupp fi Franza.

Fi 13-il każ ieħor, dwar il-ġestjoni tal-iskart, il-ħarsien tal-ilma u l-valutazzjonijiet tal-impatt, il-Kummissjoni bdiet djalogi bilaterali mal-Istati Membri. Il-parti l-kbira ta’ dawn il-fajls kienu jikkonċernaw l-Italja, Franza, il-Lussemburgu u Spanja.

•    Trasport: Il-Kummissjoni bdiet id-djalogi bilaterali mal-Irlanda, l-Italja u Spanja f’erba’ każijiet li jikkonċernaw nollijiet diskriminatorji tat-trasport lokali, il-liċenzji tas-sewqan għal sewwieqa b’mobilità mnaqqsa, rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ attivitajiet ta’ trasport bit-triq tal-passiġġieri u t-trasport għal tfal tal-iskola.

•    Saħħa u konsumaturi: Il-Kummissjoni evalwat allegat ksur tar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali u s-sikurezza tal-ikel.

•    Tassazzjoni: Mistoqsija bil-miktub fil-Parlament wasslet lill-Kummissjoni biex tqajjem tħassib dwar il-leġiżlazzjoni fid-Danimarka li teskludi t-trasferiment tat-telf sostnut fit-territorju nazzjonali permezz ta’ fergħa ta’ kumpanija mhux residenti stabbilita fi Stat Membru ieħor lil kumpanija tal-istess grupp stabbilita fit-territorju nazzjonali.

2.Is-soluzzjoni tal-problemi

L-EU Pilot huwa inizjattiva tal-Kummissjoni mmirata sabiex tistaqsi lill-Istati Membri jwieġbu għad-domandi u jsibu soluzzjonijiet għall-problemi relatati mal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Dan huwa appoġġat minn bażi tad-dejta onlajn u minn għodda tal-komunikazzjoni. Matul id-djalogu fl-EU Pilot, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jsolvu l-problemi iżjed malajr, li huwa ta’ benefiċċju għall-pubbliku u n-negozji billi jikseb konformità mal-obbligi tal-liġi tal-UE.

In-numru ta’ fajls ġodda tal-EU Pilot żdied gradwalment bejn l-2011 u l-2013 (ara l-grafika ta’ hawn taħt). Madankollu, fl-2014, in-numru reġa' lura għal-livell tal-2011: infetħu 1 208 fajl ġdid (tnaqqis ta’ madwar 20 %).

It-tabella li ġejja tinkludi ċ-ċifri ewlenin tal-EU Pilot għas-sena 2014: 7

1 208 fajls ġodda tal-EU Pilot kienu nfetħu fl-2014. Din iċ-ċifra hija magħmula minn 423 fajls attivati minn ilmenti, tmienja attivati minn inkjesti u 777 fajls ġodda fuq inizjattiva proprja.

Id-dijagramma li ġejja turi l-oqsma politiċi li fihom ħafna fajls ġodda tal-EU Pilot ġew miftuħa fl-2014:

1 336 fajl ġdid tal-EU Pilot ġew proċessati fl- 2014. Mill-1 336 fajl ipproċessat tal-EU Pilot fl-2014, il-Kummissjoni għalqet 996 minħabba li r-risposta tal-Istat Membru kienet sodisfaċenti. Din hija riżoluzzjoni b’rata ta’ 75 % għall-Istati Membri, żieda minn 70 % fl-2013. Fajl wieħed ġie miċħud mill-Istat Membru f’dan l-istadju, u l-Kummissjoni aċċettat dan ir-rifjut. B’kollox, 339 fajl tal-EU Pilot kienu magħluqa wara li l-Kummissjoni ċaħdet it-tweġibiet mogħtija mill-Istati Membri. Minn dawk, 325 fajl kienu segwiti minn proċeduri formali ta’ ksur (kien hemm 396 fajl bħal dawn fl-2013). Dawn inkludew 91 każ ta' mobbiltà u trasport; 43 każ ta' ambjent; 39 każ ta' tassazzjoni u unjoni doganali; u 37 każ ta' impjiegi u affarijiet soċjali. L-italja, Spanja, il-Ġermanja u Franza kellhom l-ogħla numru ta’ fajls bħal dawn fl-EU Pilot segwiti minn proċedimenti ta' ksur (31, 28 u 22 fajl, rispettivament).

1 348 fajl ġdid tal-EU Pilot kienu miftuħa fl-aħħar tal-2014. Fi tmiem l-2014, l-iktar fajls li għadhom miftuħin tal-EU Pilot kienu jikkonċernaw l-Italja (139), Spanja (91), il-Greċja u l-Polonja (73 kull wieħed). L-ambjent jibqa’ l-qasam politiku ewlieni konċernat, bi 390 fajl miftuħ, segwit mill-ġustizzja (157) u l-mobilità u t-trasport (157).

It-tabella li ġejja turi r-rata ta’ riżoluzzjoni għal fajls tal-EU Pilot għall-Istati Membri kollha fl-2014 (bħala perċentwal).

L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal mistoqsijiet fil-proġett EU Pilot fi żmien 10 ġimgħat (70 jum). It-tabella li jmiss turi l-medja ta’ żmien biex tingħata tweġiba (f’jiem) minn kull Stat Membru fl-2014.



V.IL-PROĊEDURA TA’ KSUR

1.Il-fażi ta' qabel il-litigazzjoni

Jekk Stat Membru ma jsolvix l-allegat ksur tal-liġi tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tniedi proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE 8 u fl-aħħar mill-aħħar tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-2014, il-Kummissjoni nediet 893 proċedura ġdida billi bagħtet ittra ta’ avviż formali. It-tabella segwenti turi d-distribuzzjoni skont l-Istat Membru.

It-tabella li ġejja turi l-oqsma prinċipali tal-politika li magħhom huma relatati l-proċeduri ġodda.

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll 256 opinjoni motivata lill-Istati Membri matul l-2014. l-Italja (20), ir-Rumanija (17), Spanja, is-Slovenja, il-Greċja u l-Polonja (14 kull wieħed) l-aktar li rċevew opinjonijiet motivati. L-oqsma ta’ politika fejn il-Kummissjoni bagħtet l-aktar opinjonijiet motivati lill-Istati Membri kienu: l-ambjent; il-mobbiltà u t-trasport; u s-suq intern u s-servizzi (60, 44 u 35, rispettivament).

Fl-aħħar tal-2014, 1 347 każ ta’ ksur baqgħu miftuħin. Filwaqt li fl-2014 in-numru ta’ każijiet ta’ ksur miftuħin żdiedu bi ftit, b’mod ġenerali, iċ-ċifra niżlet mill-2010, kif jidher fit-tabella segwenti.

It-tabella li ġejja turi l-għadd totali ta’ każijiet ta’ ksur miftuħin skont l-Istat Membru fi tmiem l-2014:



Id-dijagramma li ġejja turi l-oqsma ta' politika li fihom infetħu l-aktar każijiet ta' ksur fl-2014:

Id-djalogu bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jkompli matul il-proċedura formali, sabiex ikun hemm il-konformità. L-istatistika tikkonferma li l-Istati Membri jagħmlu sforzi serji sabiex isolvu l-ksur tagħhom qabel ma l-Qorti tagħti s-sentenza tagħha 9 .

Fl-2014, il-Kummissjoni għalqet:

•580 proċedura għal ksur wara li bagħtet ittra ta’ avviż formali;

•190 każ ieħor wara li ntbagħtet opinjoni motivata lill-Istat Membru; kif ukoll

•11-il każ wara li ddeċidiet li tirreferi l-każ quddiem il-Qorti imma qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni irtirat 16-il każ mill-Qorti qabel ma inqatgħet is-sentenza.

2.Riferimenti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikoli 258 u 260(2) TFUE

Il-Qorti tat 38 sentenza skont l-Artikolu 258 TFUE fl-2014, li minnhom 35 sentenza (92 %) kienu favur il-Kummissjoni. Il-Qorti tat l-aktar numru ta’ sentenzi kontra Spanja (5, kollha favur il-Kummissjoni), il-Belġju (4, kollha favur il-Kummissjoni), il-Ġermanja (4, li minnhom waħda kienet favur il-Ġermanja), l-Italja (4, kollha favur il-Kummissjoni), il-Polonja (4, kollha favur il-Kummissjoni) u r-Renju Unit (4, kollha favur il-Kummissjoni). L-ambjent (10), it-tassazzjoni (8) u l-intrapriża u l-industrija (5) kienu s-suġġett tal-aktar numru ta’ sentenzi mogħtija mill-Qorti matul l-2014.

L-Istati Membri normalment jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mas-sentenza tal-Qorti b’mod f’waqtu. Madankollu, fi tmiem l-2014, 61 proċedura ta’ ksur kienu għadhom miftuħa wara deċiżjoni tal-Qorti għaliex il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Istati Membri kkonċernati kienu għadhom ma kkonformawx mas-sentenzi skont l-Artikolu 258 TFUE. Ħafna minn dawn il-kawżi kienu jikkonċernaw lil Spanja (8), il-Polonja (7), il-Greċja (6) u kienu relatati mal-ambjent (19), it-tassazzjoni u l-unjoni doganali (14), it-trasport (6) u l-protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur (6).

Minn dawn il-61 każ, tlieta minnhom kienu diġà riferuti lill-Qorti għat-tieni darba. Skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-Kummissjoni tista’ tipproponi u l-Qorti jista’ jimponi somma f’daqqa u / jew penali ta’ kuljum fuq l-Istat Membru inadempjenti, li jkun irid iħallas immedjatament is-somma f’daqqa u jħallas il-penali perjodiċi sakemm jikkonforma kompletament mal-ewwel u t-tieni sentenzi tal-Qorti. Fl-2014, kien hemm ħames sentenzi tal-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Il-Qorti imponiet ħlas ta' multi fuq l-Italja (1), 10 il-Greċja, 11 il-Portugall, 12 Spanja, 13 u l-Isvezja 14 . Fi tmiem l-2014, seba' proċeduri ta’ ksur kienu għadhom miftuħa wara deċiżjoni tal-Qorti skont l-Artikolu 260(2) TFUE.

It-tnaqqis globali fl-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur jistgħu jkunu relatati maż-żieda importanti ta’ deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE mill-2010. 15 Il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat kwistjonijiet ta’ konformità tal-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE f’madwar nofs tas-sentenzi tagħha skont l-Artikolu 267 TFUE mill-2010 u identifikat nuqqas ta’ konformità f’bosta każijiet. Filwaqt li deċiżjonijiet preliminari huma distinti minn sentenzi ta' ksur, dan jagħti lill-Kummissjoni opportunità addizzjonali biex jiġi żgurat b’mod aktar sistematiku li l-ksur tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-applikazzjoni tagħha jiġu rimedjati.



VI.IT-TRASPOŻIZZJONI TAD-DIRETTIVI

1.Traspożizzjoni tardiva

Traspożizzjoni tardiva tad-direttivi mill-Istati Membri għadha problema persistenti li xxekkel liċ-ċittadini u n-negozji milli jirċievu benefiċċji tanġibbli tal-liġi tal-Unjoni fiż-żmien miftiehem stabbilit mil-leġiżlatur għal Direttivi leġiżlattivi u li jaffettwa negattivament is-sigurtà legali ġenerali u li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku. Skont id-definizzjoni, meta Direttiva leġiżlattiva ma tkunx trasposta fil-limitu ta’ żmien stabbilit, l-iskadenza tat-traspożizzjoni hija mtawla b’mod mhux mistħoqq b’mod sinifikanti lil hinn mill-iskadenza li hija applikabbli għall-Istati Membri kollha. Il-ġlieda kontra d-dewmien tat-traspożizzjoni hija għalhekk prijorità stabbilita għall-Kummissjoni 16 . Dan l-għan kien rifless ukoll mill-introduzzjoni ġdida fit-Trattat ta' Liżbona fl-Artikolu 260(3) TFUE, jiġifieri l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tipproponi sanzjonijiet finanzjarji meta tirreferi Stat Membru lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258 talli ma jkunx ikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri tat-traspożizzjoni tad-direttivi adottati skont proċedura leġiżlattiva fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlatur fid-direttiva (dettalji fis-sottotaqsima VI.2).

Il-Kummissjoni tipproponi multi għall-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet speċjali dwar il-multi tal-Artikolu 260(3) TFUE jekk ma jittrasponux id-direttivi fil-ħin (dettalji fis-sottotaqsima VI.2).

Kien hemm anqas direttivi għat-traspożizzjoni fl-2014 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (jiġifieri 67 17 b’kuntrast ma’ 74 fl-2013) iżda aktar mill-2012 (56). Madankollu, kien hemm żieda sinifikanti f’każijiet ġodda ta’ ksur ta’ traspożizzjoni tardiva fl-2014 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel: 585 każ ġdid ta’ ksur ta’ traspożizzjoni tardiva tnedew fl-2014 meta mqabbel ma’ 478 fl-2013 (kien hemm 447 fl-2012, 1 185 fl-2011 u 855 fl-2010).

Fi tmiem l-2014 kien għad hemm miftuħa 421 proċedura għal traspożizzjoni tardiva, li jirrappreżentaw żieda ta' 7,4 % meta mqabbel ma’ 390 proċedura fi tmiem l-2013.



It-tabella li ġejja tinkludi ċ-ċifri ewlenin rigward il-proċeduri għal ksur ta’ traspożizzjoni tardiva (late transposition infringements, LTIs)) mibdija mill-Kummissjoni matul l-2014:

Il-grafika li ġejja turi l-għadd ta’ LTIs miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2014 skont l-Istat Membru, irrispettivament mis-sena meta nfetaħ il-każ.



It-tabella li jmiss turi każijiet ġodda (585 b’kollox) li nfetħu fl-2014, skont l-Istat Membru.

L-erba’ oqsma ta’ politika fejn l-aktar każijiet ġodda ġew imnedija fl-2014 huma murija f’din it-tabella ta’ hawn taħt:

Każijiet ġodda tnedew kontra 27 Stat Membru minħabba traspożizzjoni tardiva tad-Direttiva dwar l-aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-sorveljanza prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment 18 . Barra minn hekk, 24 Stat Membru kienu involuti f’każijiet ta’ traspożizzjoni tardiva tad-Direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika 19 . Tnedew 17-il proċedura dwar id-Direttiva dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri 20 , dwar id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur 21 u dwar id-Direttiva dwar l-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku 22 . Sittax-il Stat Membru naqsu milli jittrasponu u / jew jinnotifikaw, fi żmien l-iskadenza stabbilita, il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali tagħhom skont id-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transfruntiera 23 u skont id-direttiva li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni transfruntiera dwar il-kontravenzjonijiet tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq 24 .

2.Riferimenti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258/260(3) TFUE

Skont l-Arikolu 260(3) TFUE, meta wieħed iressaq każ ta' nuqqas ta’ traspożizzjoni sħiħa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Kummissjoni tista’ tipproponi multi finanzjarji diġà f'dan l-istadju mingħajr il-bżonn li tistenna l-ewwel sentenza. L-għan ta’ din l-innovazzjoni fit-Trattat ta’ Lisbona hu li l-Istati Membri jingħataw inċentiv akbar biex jittrasponu d-direttivi fl-iskadenzi stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-livell ta’ penali finanzjarji li tipproponi f’konformità mal-politika stabbilita fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3)  25

Fl-2014, il-Kummissjoni kompliet tirreferi għadd ta' proċeduri ta' ksur ta' traspożizzjoni tardiva quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b'talba għal penali ta' kuljum skont l-Artikolu 260(3) TFEU. Tliet Stati Membri ġew riferuti lill-Qorti fl-2014: Il-Belġju, 26 il-Finlandja 27 u l-Irlanda (żewġ każijiet) 28 . Il-Kummissjoni rtirat ir-rikors tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’każ wieħed li jikkonċerna t-traspożizzjoni tardiva tal-Irlanda tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli 29 . Ir-riferimenti kollha lill-Qorti għat-traspożizzjoni tardiva bi proposti għal penali ta’ kuljum kienu relatati ma’ direttivi ta’ politika tal-enerġija. Deċiżjonijiet ta’ referenza kienu wkoll meħuda f’oqsma oħra, minbarra l-enerġija, iżda f’dawn il-każijiet l-Istati Membri adottaw miżuri ta’ traspożizzjoni meħtieġa qabel ma l-applikazzjonijiet intbagħtu quddiem il-Qorti u b’hekk evitaw proċeduri fil-Qorti. Il-Kummissjoni sa issa għadha ma pproponietx lill-Qorti biex tapplika pagamenti ta’ somma f’daqqa. Fiż-żmien li l-Kummissjoni adottat il-politika tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE, hija kienet qed tittama li l-ħlas tal-multi jkun biżżejjed biex jinkiseb l-għan ta' innovazzjoni li jagħti lill-Istati Membri inċentiv qawwi biex jittrasponu d-Direttivi fil-ħin. Għalkemm il-każijiet preżentati lill-Qorti tal-ġustizzja skont l-Artikoli 258 u 260(3) TFUE mill-2011 sadanittant ġew irtirati mill-Qorti minħabba traspożizzjoni kompluta, għandu jiġi nnutat li dawn it-traspożizzjonijiet sħaħ inkisbu fi stadju tard tal-proċedura ġudizzjarja, u xi Stati Membri bbenefikaw minn posponiment mhux dovut tal-iskadenza tat-traspożizzjoni stabbilita mil-leġiżlatur b'mod ugwali għall-Istati Membri kollha.

Fl-2014, l-Istati Membri żiedu l-isforzi tagħhom biex iwettqu t-traspożizzjoni qabel ma l-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenzi tagħha. Madankollu, meta jitqiesu flimkien mal-kawżi l-oħra abbażi tal-Artikolu 258 u 260(3) TFUE li tnedew fis-snin ta' qabel, kien għad baqa' tmien kawżi miftuħa bi proposta ta' penali ta' kuljum: żewġ każijiet kull wieħed kontra l-Awstrija u l-Polonja, u każ wieħed kull wieħed kontra l-Belġju, il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Irlanda.



VII.ŻVILUPPI TAL-POLITIKA

1.Il-liġi tal-Unjoni tinġieb eqreb tan-nies fl-Ewropa

Fl-2014, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha biex tinforma aħjar il-persuni dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE u biex tiżgura li dawn isibu mekkaniżmi xierqa ta’ rimedju, jekk iħossu li dawn id-drittijiet ġew miksura. Dawn l-isforzi kienu kkonċentrati fuq l-għoti ta’ aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq strumenti għas-soluzzjoni tal-problemi għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE fl-Istati Membri u dwar it-titjib tat-trattament tal-ilmenti minn ċittadini u negozji tal-UE dwar il-ksur tal-liġi tal-UE.

1.1 Aċċess aħjar għall-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni

Fid-9 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea nediet taqsima tal-web ġdida “Applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni”, bażi tad-dejta ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta’ ksur u formola tal-ilmenti onlajn għall-membri tal-pubbliku u n-negozji.

1.1.1 Taqsima tal-web ġdida dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni

B’aktar minn 30 000 viżitatur kull xahar, "Applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni" 30 hija t-tieni l-aktar taqsima tal-web li jkollha żjarat fil-Portal Europa. Il-kontenut u l-istruttura ta’ din it-taqsima tal-web ġew kompletament ristrutturati u ssimplifikati. It-taqsima tgħin in-nies isibu l-informazzjoni li jeħtieġu aktar malajr, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

1.1.2 Bażi tad-dejta dwar deċiżjonijiet ta' ksur tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni nediet ukoll bażi tad-dejta online ġdid tad-deċiżjonijiet tagħha dwar il-ksur 31 . Għodda tat-tiftix imtejba, u faċli biex tintuża tagħmilha aktar faċli biex jinstabu deċiżjonijiet dwar ksur skont l-Istat Membru, in-numru tal-każ, il-qasam ta’ politika, eċċ.

1.1.3 Formola għall-ilmenti online

Fi sforz biex issir aktar faċli għall-membri tal-pubbliku li jilmentaw dwar ksur tal-liġi tal-UE, f’Diċembru 2014 il-Kummissjoni introduċiet formola sempliċi tal-ilment online 32 . Din issa hija aċċessibbli permezz tal-portal Europa, Id-Drittijiet tiegħek, li hija marbuta ma’ servizzi differenti biex jiġu solvuti problemi u jiġu ġestiti l-ilmenti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali.

1.2 Aċċess aħjar għal strumenti ta’ soluzzjoni ta’ problemi għaċ-ċittadini u n-negozji fl-Istati Membri

Waqt li l-ilmenti jibqgħu sors importanti ta’ informazzjoni dwar il-ksur tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri, ħafna każijiet li nġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-ilmenti rriżultaw li ma kinux ta’ ksur tal-liġi tal-UE. U ħafna drabi, l-eħfef u l-aktar mod effettiv għan-nies u n-negozji biex isolvu l-problemi li jinqagħlu minn applikazzjoni żbaljata tal-liġi tal-UE mill-Istati Membri hija li jindirizzaw lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

Biex jagħmluha iktar faċli għan-negozji u l-pubbliku biex jiskopru dwar il-formalitajiet u l-proċeduri li għandhom jiġu rispettati f’pajjiżi differenti, u min għandu jiġi kkuntattjat, il-portal tal-Kummissjoni L-Ewropa Tiegħek jipprovdi informazzjoni prattika u pariri biex tgħix u tiċċaqlaq madwar l-UE. L-Ewropa tiegħek tidderieġi liċ-ċittadini u lin-negozji biex isibu l-aktar servizz adatt biex jgħin tinstab soluzzjoni 33 u sservi bħala portal għal assistenza u kanali għal ilmenti fejn meħtieġ.

1.3 Ġestjoni tal-ilmenti mill-pubbliku u n-negozji aktar mgħaġġla

Biex tkompli tissimplifika l-ġestjoni tal-ilmenti u tipprovdi servizz aħjar għall-membri tal-pubbliku u n-negozji, fl-2014 il-Kummissjoni għaqqdet is-servizz għas-soluzzjoni tal-problemi SOLVIT mal-għodda interna għar-reġistrazzjoni tal-ilmenti, CHAP 34 .

CHAP tiżgura li l-ilmenti jiġu assenjati d-dipartimenti kompetenti tal-Kummissjoni kif suppost u fil-ħin, b’feedback sistematiku lil min jagħmel ilment f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2012, L-aġġornament tal-immaniġġar tar-relazzjonijiet mal-kwerelant rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni 35 .

SOLVIT, għodda informali ta’ soluzzjoni tal-problemi pprovduta mill-amministrazzjonijiet nazzjonali, ġiet stabbilita fl-2002 mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jgħinu lin-nies jiksbu soluzzjonijiet rapidi għal problemi b’dimensjoni transfruntiera fejn l-awtoritajiet nazzjonali kienu qed jonqsu milli jikkonformaw mal-liġi tal-UE.

Ir-rabta bejn CHAP u SOLVIT tiżgura trattament aktar mgħaġġel tal-ilmenti.

2.Tranżizzjoni taħt "it-tielet pilastru": Il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali issa tinsab fuq livell ugwali ma’ politiki oħrajn tal-UE

Fl-1 ta' Diċembru 2014 seħħet l-iskadenza tar-regoli tal-Qorti tal-Ġustizzja li jillimitaw il-kontroll ġudizzjarju tar-regoli tal-UE tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u s-setgħa tal-Kummissjoni li tissorvelja l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam 36 .

It-Trattat ta’ Lisbona li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009 kien temm it-"tielet pilastru" tal-leġiżlazzjoni tal-UE (Ġustizzja u Affarijiet Interni) 37 . Id-dispożizzjonijiet tat-trattat dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali ġew inkorporati fit-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

Bħala miżura transitorja, madankollu, il-Protokoll 36 tat-Trattat ta’ Lisbona preveda li sal-1 ta’ Diċembru 2014, is-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE (proċeduri ta’ ksur) u tal-Qorti tal-Ġustizzja ma japplikawx għal atti fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat, sakemm dawn ma jiġux imħassra, annullati jew emendati (kundizzjonijiet xi drabi msemmija bħala “Lisbonizzazzjoni”) wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Ċerti Stati Membri (id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit) għandhom status speċjali fir-rigward ta’ dawn l-oqsma ta’ politika. 38

It-tneħħija tal-istruttura tal-pilastri u l-integrazzjoni sħiħa tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali fil-qafas prinċipali tal-liġi tal-UE u l-istituzzjonijiet tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti ta’ strumenti għal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u ssaħħaħ kemm il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri kif ukoll il-fiduċja pubblika fl-UE.

3.Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u dokumenti ta’ spjegazzjoni: il-qagħda attwali

3.1Pjanijiet ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tipprovdi pjanijiet ta’ implimentazzjoni biex jagħmluha aktar faċli biex tiġi applikata l-liġi tal-Unjoni b’mod effettiv u fil-ħin, filwaqt li tirrikonoxxi bis-sħiħ li l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni huma mfassla fi stadju bikri fl-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni ġdida. Huma jidentifikaw sfidi li l-Istati Membri ser jiffaċċaw fl-applikazzjoni tal-liġi u li jeħtieġ li jitqiesu meta l-Istati Membri jħejju l-ħidma ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni. Huma jipprovdu wkoll għal firxa wiesgħa ta’ għodod biex jgħinu lill-Istati Membri jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, pereżempju dokumenti ta’ gwida, gruppi ta’ esperti u ta’ siti tal-internet dedikati għalihom.

Fl-2014, il-Kummissjoni adottat erba' direttivi (tlieta dwar is-suq intern u waħda dwar l-ambjent) bi pjan ta’ implimentazzjoni. Il-pjanijiet jidentifikaw l-isfidi ewlenin u r-riżultati li għandhom jiksbu l-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-Direttivi. Huma jissuġġerixxu azzjonijiet utli (bħal li tintlaħaq il-mira fl-iskadenza, bl-użu ta’ esperjenza miksuba minn eżerċizzji preċedenti, monitoraġġ u rappurtar ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ workshops u laqgħat bilaterali u gruppi ta’ esperti). Huma jidentifikaw ukoll il-“punti ta’ kuntatt” (dipartimenti ewlenin) fil-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tqis li dawn il-pjanijiet se jikkontribwixxu għal traspożizzjoni u implimentazzjoni effiċjenti tad-Direttivi proposti. Il-Kummissjoni se tissorvelja l-użu ta’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni.

3.2    Id-dokumenti ta ' spjegazzjoni

Filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli mit-traspożizzjoni tad-direttivi b’mod preċiż u fil-ħin, huwa r-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati li tivverifika li dan isir. Għal dan l-għan, l-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni trid tkun ċara u preċiża. Fl-2011, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri qablu dwar qafas ġdid li skontu l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni ta’ sostenn dwar kif ikunu ttrasponew id-direttivi fil-liġi tagħhom 39 . Ġie miftiehem li din l-informazzjoni ta’ sostenn ("dokumenti ta’ spjegazzjoni") se tiġi ppreżentata f’każijiet ġustifikati flimkien mal-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-direttivi 40 .

Fl-2014, il-Kummissjoni talbet dokumenti ta’ spjegazzjoni fi tmienja minn 12-il proposta għal direttivi ppreżentati lill-Kunsill u l-Parlament. Matul dan il-perjodu, il-Kunsill u l-Parlament adottaw 23 direttiva (minn 65) li għalihom il-Kummissjoni talbet dokumenti ta’ spjegazzjoni u li żammew il-premessa maqbula dwar il-ħtieġa għal tali dokumenti.

Fl-2014, l-Istati Membri kellhom jittrasponu 67 direttiva, 41 li għal tmienja minnhom kienu ntrabtu illi jippreżentaw dokumenti ta’ spjegazzjoni 42 . Xi Stati Membri ma bagħtu l-ebda dokumenti ta’ spjegazzjoni. Għal direttivi fil-qasam tal-ġustizzja (tnejn mit-tmienja), il-Kummissjoni rċeviet 16-il dokument ta’ spjegazzjoni għall-ewwel direttiva (disgħa f’għamla ta’ 'tabelli ta’ korrelazzjoni') u 16 għat-tieni (10 f’għamla ta’ "tabelli ta’ korrelazzjoni"). Għad-direttivi fil-qasam tal-ambjent (tlieta minn tmienja), il-Kummissjoni rċeviet seba' dokumenti ta’ spjegazzjoni għall-ewwel direttiva (erbgħa f’għamla ta’ "tabelli ta’ korrelazzjoni"), tmienja dwar it-tieni (ħamsa fil-forma ta' "tabelli ta’ korrelazzjoni" u 16 għat-tielet (10 f’għamla ta’ "tabelli ta’ korrelazzjoni"). Għad-direttiva fil-qasam tal-enerġija, il-Kummissjoni rċeviet 28 “tabella ta’ konkordanza” (mhux mill-Istati Membri kollha iżda xi kultant diversi minn kull Stat Membru) u 14-il dokument ta’ spjegazzjoni oħrajn. Għad-direttivi dwar is-swieq finanzjarji (tnejn minn tmienja), il-Kummissjoni rċeviet disa' dokumenti ta’ spjegazzjoni (tmienja f’għamla ta’ “tabelli ta’ korrelazzjoni”) fuq l-ewwel direttiva u dokument ta’ spjegazzjoni wieħed biss (f’forma ta’ “tabella ta’ korrelazzjoni”) fuq it-tieni.

Id-dokumenti rċevuti jvarjaw fil-forma u l-kontenut, li jvarjaw minn sempliċi referenza għat-testi legali nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva sa tabelli ta’ korrelazzjoni dettaljati. Dawn jinkludu ittri u noti, inklużi l-iskedi, lill-Kummissjoni fejn jispjegaw kif l-Istat Membru jkun ittraspona d-Direttiva. Xi wħud minnhom jipprovdu dettalji ta’ kif id-Direttiva l-ġdida hija diġà riflessa f’leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti.

Fuq il-bażi tal-ewwel valutazzjoni, jidher li xi Stati Membri juru biċ-ċar kif id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali tagħhom. Madankollu, oħrajn ma għandhomx jirrispettaw b’mod sħiħ l-impenji preċedenti tagħhom, peress li dawn ma jipprovdux fil-każijiet kollha informazzjoni ċara u preċiża meħtieġa minn ġurisprudenza stabbilita 43 .

Valutazzjoni aktar sħiħa tkun possibbli ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet id-dokumenti ta’ spjegazzjoni għal għadd aktar rappreżentattiv ta’ direttivi. Il-Kummissjoni se tkompli tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-Rapporti Annwali tagħha dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.

4.L-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar

Il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 44 jikkonferma li l-Kummissjoni se tkompli taħdem b'mod attiv biex tiżgura li l-liġi tal-UE hija applikata implimentata u infurzata sabiex twassal benefiċċji reali għaċ0ċittadini. Dan jimxi id f'id mal-ħolqien, fil-Kummissjoni Juncker, tal-pożizzjoni tal-Ewwel Viċi President b’responsabbiltà trasversali għal Regolamentazzjoni Aħjar, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali, l-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Kien hemm diversi żviluppi importanti fl-Aġenda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar fl-2014.

Saru konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-evalwazzjoni, l-istima tal-impatt u linji gwida għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, li kkontribwixxew għat-tħejjija ta’ Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 45 .

5.Idoneità Regolatorja tal-UE

Bil-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT), 46 il-Kummissjoni stipulat aġenda ambizzjuża bi kważi 200 azzjoni individwali biex jiġi ssimplifikat u jitnaqqas il-piż regolatorju, li jirrevokaw ir-regolamenti eżistenti u jirtiraw proposti għal regolamenti ġodda. Barra minn hekk, hija provdiet Kontrolli tal-Idoneità u valutazzjonijiet imfassla biex jivvalutaw l-effiċjenza u l-effikaċja tar-regolamentazzjoni tal-UE u jippreparaw inizjattivi għat-tnaqqis tal-piżijiet futuri.

F’Ġunju 2014, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni 47 li tinkludi għadd ta’ inizjattivi ġodda REFIT u ppubblikat l-ewwel edizzjoni ta’ verifika annwali 48 sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u djalogu bejn il-partijiet interessati. Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni l-ġdida jikkonferma l-inizjattivi REFIT li għandhom jiġu implimentati fl-2015 49 .



VIII.KONKLUŻJONIJIET

L-Applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE kompliet tiffaċċja sfidi kbar fl-2014.

L-għadd kbir ta’ possibbiltà ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni jeħtieġ sforzi akbar mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-liġi b’mod korrett u fil-ħin, għall-benefiċċju tal-persuni u tan-negozji. It-tnaqqis globali fl-għadd ta’ proċeduri formali ta’ ksur matul l-aħħar ħames snin (minn kważi 2 900 għal 1 347) jirrifletti l-effikaċja ta’ djalogu strutturat permezz tal-EU Pilot sabiex jiġi solvut ksur potenzjali malajr, li minnu jgawdu n-nies u n-negozji. Fis-sena li ġejja, il-Kummissjoni timmira li jkollha rwol sħiħ bħala Gwardjan tat-Trattati u ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Membri sabiex jiġi evitat ksur tal-liġi u tħaffef il-korrezzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-UE fejn meħtieġ. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi informazzjoni utli għall-membri tal-pubbliku u n-negozji dwar il-liġi tal-UE u tgħinhom isolvu problemi b’tisħiħ ulterjuri tal-għodod rilevanti bħal SOLVIT u billi ssegwi inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ ta' kif il-benefiċċji tal-liġi tal-UE huma mwassla. L-għadd dejjem jikber ta’ ksur dwar traspożizzjoni tardiva juri li traspożizzjoni fil-pront tibqa’ sfida f’ħafna Stati Membri, u tirrikjedi rispons effettiv mill-Kummissjoni.

Bħala parti mill-Aġenda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni se tiffoka fuq l-iżgurar taċ-ċarezza, l-operabilità u l-infurzabilità tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan l-għan ma jistax jinkiseb mingħajr kontribut attiv min-naħa tal-partijiet kollha involuti fil-proċess leġiżlattiv tal-UE. Għandha tingħata aktar attenzjoni għall-aspetti tal-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-infurzar, kemm meta l-Kummissjoni tfassal proposti kif ukoll matul il-proċess leġiżlattiv.

Ladarba d-direttivi jkunu adottati, il-Kummissjoni se tuża l-perjodu qabel ma tgħaddi l-iskadenza ta’ traspożizzjoni biex tiffoka fuq l-għoti ta’ assistenza lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni. Wara li tkun għaddiet l-iskadenza ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se ssaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-UE bbażata fuq traspożizzjoni strutturati u sistematika u kontrolli tal-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Traspożizzjoni f’waqtha u korretta tal-liġi tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u qafas leġiżlattiv ċar domestiku għandhom ikunu prijorità għall-Istati Membri. Dan għandu jnaqqas b’mod konsiderevoli l-ksur tal-liġi tal-UE u b’hekk l-għadd ta’ ilmenti, u b’hekk jibbenefikaw iċ-ċittadini u n-negozji.

(1)  L-Artikolu 291(1) TFUE.
(2)  L-Artikolu 17 tat-TUE "[il-Kummissjoni] għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll il-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skont dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni […]".
(3)  Il-proċeduri għal ksur jistgħu jinbdew anki skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-UE, bħal pereżempju l-Artikolu 106 TFUE kkombinat mal-Artikoli 101 jew 102 TFUE. Dan ir-Rapport jieħu wkoll kont ta’ dawn il-proċeduri.
(4)  Ara l-komunikazzjoni "Ewropa li tikseb ir-riżultati – L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja" ,COM(2007) 502
(5)   In-numru ta’ ilmenti miftuħa fi tmiem l-2013 mogħtija fir-rapport annwali tal-2013 huwa differenti mill-ammont attwali. Dan minħabba li xi każijiet reġgħu nfetħu fl-2014 għal raġunijiet amministrattivi.
(6)  Mhux l-ilmenti kollha wasslu għal diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri, jew għaliex il-liġijiet tal-UE ma ġewx miksura (2 459), jew minħabba li l-Kummissjoni ma kellha ebda setgħa li taġixxi (147) jew għaliex il-korrispondenza ma kinitx tikkwalifika bħala ilment (468). Għalhekk, dawn it-3 074 ilment ġew magħluqa.
(7)  Mis-somma tal-fajls tal-EU Pilot miftuħin fi tmiem l-2013 u fajls ġodda tal-EU Pilot miftuħin fl-2014 (1 476+1 208 = 2 684), in-numru ta’ fajls ipproċessati huwa mnaqqas (2 684-1 336 = 1 348). In-numru ta’ fajls miftuħa fi tmiem l-2013 mogħtija fir-Rapport Annwali tal-2013 huwa differenti miċ-ċifra attwali. Dan huwa minħabba li xi fajls ġew irreġistrati tard u oħrajn ġew magħluqa.
(8)  Jew skont dispożizzjonijiet rilevanti oħra tat-TFUE; ara n-nota f'qiegħ il-paġna 3.
(9)  Iċ-ċifri li ġejjin kienu kkalkulati għall-każijiet ta’ ksur kollha irrispettivament mill-oriġini tagħhom (jiġifieri, jekk mhux minn ilment, inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jew it-traspożizzjoni tard tad-direttivi mill-Istati Membri).
(10)  Il-Kummissjoni v l-Italja, C-196/13 , (ħlas ta' somma f'daqqa ta' EUR 40 000 000; multa: EUR 42 800 000 għal kull perjodu ta' sitt xhur ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenza skont l-Artikolu 258 TFUE).
(11)  Il-Kummissjoni v il-Greċja, C-378/13 , (ħlas ta' somma f'daqqa ta' EUR 10 000 000; multa: EUR 14 520 000 għal kull perjodu ta' sitt xhur ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenza skont l-Artikolu 258 TFUE).
(12)  Il-Kummissjoni v il-Portugall, C-76/13 , (ħlas ta' somma f'daqqa ta' EUR 3 000 000; EUR 10 000 għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenza skont l-Artikolu 258 TFUE).
(13)  Il-Kummissjoni v Spanja,  C-184/11 , (ħlas ta' somma f'daqqa: EUR 30 000 000; ebda multa ta' kuljum).
(14)  Il-Kummissjoni v l-Isvezja, C-243/13 , (ħlas ta' somma f'daqqa ta': EUR 2 000 000; EUR 4 000 għal kull jum ta' nuqqas ta' konformità mas-sentenza skont l-Artikolu 258 TFUE).
(15)  Ara r-Rapport Annwali UE 2014 tal-Qorti tal-Ġustizzja – p.94-99
(16)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Ewropa li tikseb ir-riżultati – L-Applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja, COM(2007) 502 finali, p. 9.
(17)  Minn dawn is-67 direttiva, seba' direttivi ambjentali ġew revokati fl-1 ta’ Settembru 2013, u xi Stati Membri ngħataw perjodi ta’ tranżizzjoni.
(18)  Id-Direttiva  2013/36/UE .
(19)  Id-Direttiva  2012/27/UE .
(20)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/EU .
(21)  Id-Direttiva  2011/83/UE .
(22)  Id-Direttiva  2012/19/UE .
(23)  Id-Direttiva  2011/24/UE .
(24)  Id-Direttiva  2011/82/UE .
(25)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-Trattat , ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1.
(26)  Il-Kummissjoni rreferiet il-Belġju lill-Qorti għal nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini u proponiet penali ta' kuljum ta' EUR 42 178,50.
(27)  Il-Kummissjoni rreferiet il-Finlandja lill-Qorti għal nuqqas ta' implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini u proponiet penali ta' kuljum ta' EUR 19 178,25.
(28)  Il-Kummissjoni rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti għal traspożizzjoni parzjali tad-Direttiva dwar l-Elettriku u proponiet penali ta' kuljum ta' EUR 20 358. F'każijiet separati, il-Kummissjoni rreferiet lill-Irlanda lill-Qorti għal nuqqas ta' traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u proponiet penali ta' kuljum ta' EUR 25 447,50.
(29)  Direttiva 2009/28/EC .
(30)   Applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni .
(31)   Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar ksur. .
(32)   Id-drittijiet tiegħek fl-UE: soluzzjoni tal-problemi u l-ilmenti .
(33)  Dawn is-servizzi jinkludu Pariri tal-Ewropa Tiegħek (kjarifika ta’ sitwazzjoni minn avukati indipendenti), is- SOLVIT (jissolvew il-problemi mal-amministrazzjonijiet pubbliċi), in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni (appoġġ għal SMEs), EURES (it-tqabbil tal-impjiegi) u l-ECC-Net (Ċentri tal-Konsumatur). Barra minn hekk, iċ- Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct jinforma wkoll liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u jew jibgħat il-messaġġi tagħhom jew jirreferihom għal servizzi speċjalizzati, meta jkun meħtieġ.
(34)  CHAP hija għodda tal-IT tal-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni ta’ ilmenti u mistoqsijiet dwar kif l-Istati Membri qed japplikaw il-liġi tal-UE.
(35)   COM/2012/0154 finali.
(36)  Artikolu 10 tal-Protokoll 36 għat-Trattat ta' Liżbona. Għal aktar informazzjoni ara l-istqarrija għall-istampa IP/14/2266 .
(37)  It-Trattat ta’ Maastricht (1992) introduċa struttura istituzzjonali ġdida kkostitwita mit-tliet “pilastri” tal-UE. It-tielet pilastru kien inter-governattiv u ffukat fuq il-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI), li ngħata l-isem ġdid ta’ kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali (police and judicial cooperation, PJC), wara t-Trattat ta’ Amsterdam (1999) ittrasferixxa ċerti oqsma għall-ewwel pilastru (il-moviment liberu, l-asil, l-immigrazzjoni, il-fruntieri, il-politika dwar il-viża u l-liġi ċivili). It-tielet pilastru imbagħad iffoka fuq il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra r-razziżmu waqt li żamm il-karattru intergovernattiv tiegħu. L-iżvilupp ta’ bosta politiki importanti bħall-Mandat ta’ Arrest Ewropew, is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u ż-Żona Schengen beda taħt it-tielet pilastru.
(38)  Protokolli 21, 22 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar it-twaqqif tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, introdotti mit-Trattat ta' Liżbona.
(39)  Il-politika tinsab (1) fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (ĠU 2011/C 369/02) u (2) Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 bejn il-PE, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU 2011/C 369/03).
(40)

     L-Istati Membri "jimpenjaw ruħhom li jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni b’dokument ta’ spjegazzjoni wieħed jew aktar, li jista’ jieħu l-forma ta’ tabelli ta’ korrelazzjoni jew ta’ dokumenti oħrajn li jaqdu l-istess funzjoni". Il-Kummissjoni se jkollha "tiġġustifika fuq bażi ta’ każ b’każ, meta tippreżenta l-proposti rilevanti, il-ħtieġa għal, u l-proporzjonalità ta’, il-forniment ta’ dokumenti bħal dawn".

(41)  Minn dawn is-67 direttiva, xi wħud ġew imħassra; xi Stati Membri għandhom perjodu tranżitorju u xi Stati Membri oħra mhumiex ikkonċernati.
(42)

     Direttivi 2012/17/UE (JUST), 2013/1/UE (JUST), 2012/18/UE  (ENV), 2012/19/UE (ENV), 2012/33/UE (ENV), 2012/27/UE (ENER), 2013/14/UE (MARKT) u 2014/59/UE (MARKT).

(43)  Ara l-Qorti tal-Ġustizzja, Kawża C-427/07 u l-ġurisprudenza ċċitata hemmhekk.
(44)   http://ec.europa.eu/atwork/pdf/cwp_2015_en.pdf .
(45)   http://ec.europa.eu/smart-regulation/evaluation/consultation/index_en.htm . http://ec.europa.eu/smart-regulation/impact/consultation_2014/index_en.htm . http://ec.europa.eu/smart-regulation/guidelines/consultation_2014/stakeholder-consultation/index_en.htm .
(46)   COM(2013) 685 finali .
(47)   COM(2014) 368.
(48)  SWD(2014) 192 finali /2.
(49)   COM(2014) 910 finali .
Top