This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0117
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL Exemptions granted by Member States under Regulation (EC) 1371/2007 on rail passengers' rights and obligations
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferrovija
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferrovija
/* COM/2015/0117 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferrovija /* COM/2015/0117 final */
Applikazzjoni
tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi
tal-passiġġieri tal-ferrovija: eżenzjonijiet mogħtija
mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Introduzzjoni Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar
id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji[1]
("ir-Regolament") daħal fis-seħħ
fit-3 ta' Diċembru 2009. L-għan tar-Regolament huwa li
jħares id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferrovija fl-UE, b'mod
partikolari meta jkun hemm xi tfixkil waqt l-ivjaġġar, u li jtejjeb
il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri. Fil-prinċipju, ir-Regolament japplika
għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri fl-UE,
iżda biex dan jidħol fis-seħħ gradwalment, l-Istati Membri
għandhom il-possibbiltà li jagħtu eżenzjonijiet
għas-servizzi ferrovjarji domestiċi fuq distanza twila
tal-passiġġieri. Fid-dawl tal-karattru speċifiku tas-servizzi
ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri,
ir-Regolament jippermetti li l-Istati Membri jeżentaw dawn is-servizzi
mill-applikazzjoni tar-Regolament. Għalhekk, l-Artikolu 2
tar-Regolament jippermetti li l-Istati Membri jeżentaw ċerti servizzi
mill-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament: 1.
L-Artikolu 2(4): is-servizzi ferrovjarji
domestiċi tal-passiġġieri għal perjodu massimu ta'
ħames snin, li jiġġedded darbtejn, (bl-eċċezzjoni
tad-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament); 2.
L-Artikolu 2(5): is-servizzi ferrovjarji
urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri
(bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet imniżżla
fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament); 3.
L-Artikolu 2(6): is-servizzi jew
il-vjaġġi ferrovjarji tal-passiġġieri li parti
konsiderevoli minnhom titħaddem barra mill-UE għal mhux aktar minn
ħames snin. Din l-eżenzjoni tista' tiġġedded. L-Artikolu 2(7) jistieden
lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
dwar l-eżenzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri skont
il-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 2. I. Status
quo tal-eżenzjonijiet Mid-dħul
fis-seħħ tar-Regolament fit-3 ta' Diċembru 2009,
sa tmiem l-ewwel perjodu ta' ħames snin, jiġifieri
t-2 ta' Diċembru 2014 Dwar l-istat
ġenerali tal-applikazzjoni tar-Regolament, wieħed jista' jinnota li
bħalissa erba' Stati Membri qed japplikawh bis-sħiħ, filwaqt li
22 Stat Membru taw tipi differenti ta' eżenzjonijiet. Ir-rapport se
jħares fid-dettall lejn is-sitwazzjoni tas-servizzi ferrovjarji differenti
tal-passiġġieri li jeżistu fl-Istati Membri.
1. Servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri mħaddma fil-livell
nazzjonali (is-servizzi domestiċi, urbani, suburbani u reġjonali)
Dwar kif
ingħataw l-eżenzjonijiet fl-Istati Membri matul l-ewwel perjodu ta'
ħames snin, jistgħu jsiru d-distinzjonijiet li ġejjin[2]:
1) Applikazzjoni sħiħa tar-Regolament mingħajr
eżenzjonijiet
Erba' Stati Membri biss iddeċidew li
japplikaw bis-sħiħ ir-Regolament mingħajr ma jitolbu l-ebda
eżenzjoni: id-Danimarka, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u
s-Slovenja.
2) Eżenzjoni tas-servizzi kollha (domestiċi, urbani, suburbani u
reġjonali)
Ħames Stati Membri ddeċidew li jadottaw
eżenzjonijiet sħaħ biex japplikaw biss id-dispożizzjonijiet
obbligatorji msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament[3]: il-Bulgarija,
Franza, l-Irlanda, il-Latvja u r-Rumanija.
3) Eżenzjoni parzjali
·
Eżenzjonijiet mogħtija skont it-tip
ta' servizz (domestiku jew urban, suburban u reġjonali) o
Eżenzjoni tas-servizzi domestiċi
iżda mhux ta' dawk urbani, suburbani u reġjonali Tliet Stati Membri
taw eżenzjonijiet għas-servizzi domestiċi fuq distanza twila
tagħhom, iżda mhux għas-servizzi urbani, suburbani jew
reġjonali tagħhom: il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka u
l-Litwanja. o
Eżenzjoni tas-servizzi urbani, suburbani u
reġjonali iżda mhux ta' dawk domestiċi Ħames Stati
Membri ma applikaw l-ebda eżenzjoni għas-servizzi domestiċi (fuq
distanza twila), iżda applikawhom biss għas-servizzi urbani,
suburbani u reġjonali: l-Awstrija, il-Finlandja, il-Ġermanja,
il-Lussemburgu u l-Isvezja. ·
Eżenzjonijiet mogħtija skont it-tip
ta' rekwiżit (jiġifieri skont l-Artikolu) o
Eżenzjonijiet mogħtija għal
ċerti Artikoli dwar ċerti servizzi Il-Belġju eżenta biss is-servizzi nazzjonali tiegħu fuq distanza twila
mid-dritt ta' informazzjoni matul il-vjaġġ skont il-Parti II
tal-Anness II tar-Regolament. Spanja eżentat biss is-servizzi
domestiċi tagħha fuq distanza twila mill-Artikolu 27 dwar
it-trattament tal-ilmenti. o
Eżenzjonijiet mogħtija għal
għadd ta' Artikoli dwar is-servizzi nazzjonali kollha Disa' Stati Membri
taw eżenzjonijiet dwar Artikoli speċifiċi: il-Kroazja[4],
l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, Spanja,
is-Slovakkja u r-Renju Unit.
2. Servizzi transfruntiera ma' pajjiżi terzi
Għaxar Stati
Membri taw eżenzjoni sħiħa jew parzjali skont
l-Artikolu 2(6) lis-servizzi jew lill-vjaġġi ferrovjarji
tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom issir barra mill-UE: il-Bulgarija,
il-Kroazja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja,
il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija. Dan ifisser li dawk
il-pajjiżi kollha li għandhom servizzi transfruntiera ma'
pajjiżi terzi eżentaw dawn is-servizzi mill-applikazzjoni
tar-Regolament fit-territorju tagħhom.
Elementi addizzjonali
Il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri li eżentaw is-servizzi domestiċi fuq
distanza twila tagħhom taw eżenzjonijiet skont l-Artikoli 8, 10,
13, 15, 17 u 18. Min-naħa l-oħra, il-maġġoranza tal-Istati
Membri li eżentaw is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u
reġjonali tal-passiġġieri taw eżenzjonijiet skont
l-Artikoli 8, 10, 15, 16, 17 u 18. L-Istati Membri ma jridux jipprovdu
ġustifikazzjoni speċifika għall-adozzjoni
tal-eżenzjonijiet, iżda jridu jagħmlu dan b'mod trasparenti u
mhux diskriminatorju. Jidher biċ-ċar li l-eżenzjonijiet
ingħataw l-aktar għal dawk l-Artikoli li jitiqiesu l-aktar
għalja, jiġifieri dawk relatati mal-ħlasijiet bil-quddiem
f'każ ta' inċidenti (l-Artikolu 13) u dawk relatati
mar-responsabbiltà f'każ ta' dewmien, konnessjonijiet mitlufa u
tħassir u għalhekk li joffru rimborż, kumpens u assistenza
(l-Artikoli 15, 16, 17 u 18). Barra minn hekk, l-Artikoli 8 (dwar
l-informazzjoni) u 10 (dwar l-informazzjoni u s-sistemi ta' riservazzjoni)
jistgħu jitqiesu li huma ta' piż żejjed jew għalja
żżejjed jekk jinħtieġu vetturi ferrovjarji jew sistemi
kompjuterizzati ġodda jew rinnovati biex jikkonformaw mal-obbligi previsti
f'dawn l-Artikoli. Is-sommarju ta'
hawn fuq juri li l-użu ta' eżenzjonijiet, partikolarment
għas-servizzi domestiċi, wassal għal geġwiġija ta'
drittijiet differenti għall-passiġġieri ferrovjarji fl-UE,
minħabba li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti japplikaw
fin-nuqqas ta' sett uniku ta' drittijiet tal-passiġġieri tal-UE.
Fil-konklużjonijiet tar-rapport tagħha tal-14 ta' Awwissu 2013
lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament[5],
il-Kummissjoni diġà kienet qieset "l-użu estensiv ta'
eżenzjonijiet bħala ostaklu serju biex jitwettqu l-objettivi
tar-Regolament", jiġifieri t-titjib tal-kwalità u l-effettività
tas-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri. L-eżenzjonijiet
fl-Istati Membri jipprevjenu l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi
għall-impriżi ferrovjarji fl-UE. Barra minn hekk, dawn
iċaħħdu lill-passiġġieri ferrovjarji
miċ-ċertezza legali u mit-tgawdija tad-drittijiet tagħhom. Fl-aħħar
ta' dan ir-Rapport[6]
hemm tabella ta' sommarju li turi s-sitwazzjoni tal-eżenzjonijiet minn
Novembru 2014. II.
PREVIŻJONIJIET GĦAL WARA T-3 TA' DIĊEMBRU 2014 Ir-Rapport qed iqis
ukoll is-sitwazzjoni fil-ġejjieni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u
partikolarment it-tiġdid potenzjali tal-eżenzjonijiet mill-Istati
Membri. Skont l-informazzjoni li waslet mingħand l-Istati Membri,
is-sitwazzjoni mhux se tinbidel b'mod sinifikanti wara t-3 ta' Diċembru 2014,
b'potenzjalment ħames Stati Membri biss li se japplikaw ir-Regolament
bis-sħiħ u 21 li se jkomplu jagħtu tipi differenti ta'
eżenzjonijiet L-Istati Membri
jistgħu jġeddu l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(4) u (6)
tar-Regolament iżda jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull estensjoni
wara t-3 ta' Diċembru 2014. L-istess japplika
għad-disa' Stati Membri li għażlu l-perjodu ta' ħames snin
ta' eżenzjonijiet għas-servizzi urbani, suburbani u reġjonali
skont l-Artikolu 2(5) bil-possibbiltà ta' tiġdid[7]. F'dan il-kuntest,
l-Istati Membri ġew mistoqsija dwar l-intenzjonijiet tagħhom
fil-kuntest tat-tnaqqis jew it-tiġdid tal-eżenzjonijiet[8]. Mill-informazzjoni
riċevuta, jidher li erba' Stati Membri beħsiebhom inaqqsu n-numru ta'
Artikoli li ngħataw eżenzjonijiet skonthom matul il-perjodu ta'
ħames snin li jmiss: il-Belġju, il-Bulgarija, l-Estonja u
l-Polonja. Fil-każ tal-Belġju, dan se jwassal
għall-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament għas-servizzi
ferrovjarji kollha tal-passiġġieri. 12-il Stat Membru
beħsiebhom iżommu l-istatus quo tal-eżenzjonijiet
tagħhom għal perjodu ieħor ta' ħames snin: l-Awstrija,
Franza, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Kroazja, l-Ungerija,
il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u
s-Slovakkja. Ir-Renju Unit avża li se jestendi
l-eżenzjonijiet eżistenti fuq bażi provviżorja u li matul
l-2015 se jwettaq konsultazzjonijiet u reviżjoni qabel ma jiddeċiedi
jekk iġeddidx jew le l-eżenzjonijiet jew inkella jneħħihomx
kompletament jew parzjalment. Id-Danimarka, l-Italja, il-Pajjiżi
l-Baxxi u s-Slovenja diġà japplikaw bis-sħiħ
ir-Regolament. L-Isvezja li qabel ma kinitx speċifikat l-eżenzjonijiet li se tapplika
għas-servizzi urbani, suburbani jew reġjonali, issa informat
lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tagħha li teżenta dawn is-servizzi
minn ċerti Artikoli tar-Regolament. Filwaqt li xi Stati
Membri għadhom ma nnotifikawx uffiċjalment it-tiġdid jew
it-tneħħija tal-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(7)
tar-Regolament, jista' jiġi stmat li s-sitwazzjoni dwar l-applikazzjoni
tar-Regolament għas-servizzi ferrovjarji domestiċi
tal-passiġġieri mhux se tinbidel b'mod sostanzjali wara l-ewwel
perjodu ta' ħames snin. Dan ifisser li l-protezzjoni
tal-passiġġieri skont ir-Regolament se titjieb biss b'mod moderat
għal dawn is-servizzi, jew xejn affattu. L-istess sitwazzjoni tapplika
għas-servizzi u l-vjaġġi internazzjonali fejn parti importanti
ssir barra mill-UE. Bħala
konklużjoni, jista' jingħad li l-Istati Membri taw eżenzjonijiet
estensivi matul l-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE)
Nru 1371/2007 u fil-futur wieħed jista' jistenna biss xi titjib
żgħir ħafna. Għalhekk, għad fadal ħafna biex
jinkisbu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji u livell
għoli ta' protezzjoni għall-passiġġieri fl-UE. [1] ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14. [2] Malta u Ċipru ma għandhomx servizzi ferrovjarji
tal-passiġġieri. [3] Skont l-Artikolu 2(3), l-Artikoli 9, 11, 12, 19, 20(1)
u 26 japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri
fl-UE. [4] L-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE saret fl-1 ta' Lulju 2013.
Il-Kroazja adottat eżenzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ
tar-Regolament, mid-data tal-adeżjoni tagħha sa tmiem l-ewwel perjodu
ta' ħames snin, jiġifieri
sat-2 ta' Diċembru 2014. [5] COM(2013) 587 final, 14.8.2013. [6] Il-lista ta' eżenzjonijiet hija bbażata fuq
l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. [7] Il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija,
l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u Spanja. [8] Mhux qed jitniżżlu l-Istati Membri li għadhom ma
weġbux l-istħarriġ informali.