This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0116
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN CENTRAL BANK, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS The 2015 EU Justice Scoreboard
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għal-2015
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għal-2015
/* COM/2015/0116 final */
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għal-2015 /* COM/2015/0116 final */
1. INTRODUZZJONI L-edizzjoni tal-2015 tat-Tabella
ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE (“it-Tabella ta’ Valutazzjoni”) tiġi
ppreżentata fi żmien fejn l-UE hija impenjata biex tagħti ħajja ġdida
lit-tkabbir u biex tiġġenera momentum ġdid għal bidla. Sistemi ġudizzjarji
effettivi għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien ta’ ambjent li jiffavorixxi
l-investiment, il-bini mill-ġdid tal-fiduċja, jipprovdu prevedibbiltà
regolatorja akbar u tkabbir sostenibbli. It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tgħin lill-Istati Membri jtejbu l-effettività tas-sistema ġudizzjarja tagħhom.
Din l-edizzjoni tfittex li tidentifika x-xejriet attwali u fiha indikaturi
ġodda u dejta aktar mirquma. Ir-rwol importanti tas-sistemi
ġudizzjarji għat-tkabbir jikkumplimenta l-funzjoni kruċjali tagħhom fir-rispett
tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-UE. L-aċċess għal sistema ġudizzjarja
effettiva huwa dritt essenzjali li huwa fil-qalba tad-demokraziji Ewropej u
rikonoxxut mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali li huma komuni għall-Istati
Membri. Id-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa minqux fil-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-effettività tas-sistemi
ġudizzjarji hija kruċjali wkoll għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u
għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka. Kull meta qorti nazzjonali tapplika
l-leġiżlazzjoni tal-UE, hija taġixxi bħala "qorti tal-Unjoni" u trid
tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil kulħadd, kemm liċ-ċittadini kif
ukoll lin-negozji, li jkunu nkisru d-drittijiet tagħhom, iggarantiti fil-liġi
tal-UE. In-nuqqasijiet fis-sistemi ġudizzjarji nazzjonali huma ta’ ostaklu
għall-funzjonament tas-suq uniku, għall-funzjonament tajjeb tal-qasam
tal-ġustizzja tal-UE u l-implimentazzjoni effettiva tal-acquis tal-UE. Għal dawn ir-raġunijiet,
mill-2011, ir-riformi ġudizzjarji nazzjonali saru parti integrali
tal-komponenti strutturali fl-Istati Membri li huma soġġetti għal Programmi ta’
Aġġustament Ekonomiku[1].
Mill-2012, it-titjib fil-kwalità,
l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji kien ukoll prijorità
għas-Semestru Ewropew, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni
tal-politika ekonomika. L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 iġġedded
l-impenn biex isiru riformi strutturali fil-qasam tal-ġustizzja.[2] Għaddej proċess kbir ta’
riformi fil-ġustizzja fl-Istati Membri... Fl-2014, l-Istati Membri kollha
kienu impenjati bir-riforma fis-sistemi ġudizzjarji tagħhom. L-ambitu, l-iskala
u l-istat attwali tal-proċess ta’ riforma ivarjaw b’mod sinifikanti, kif ukoll
l-għanijiet segwiti, li jistgħu jkunu qed jindirizzaw l-ineffiċjenzi, itejbu
l-kwalità u l-aċċessibbiltà, jiġġestixxu r-restrizzjonijiet baġitarji, isaħħu
l-fiduċja taċ-ċittadini jew irawwmu ambjent li jiffavorixxi n-negozju. Grafika 1: L-immappjar tar-riformi tal-ġustizzja
fl-UE fl-2014 (sors: il-Kummissjoni Ewropea[3]) Ir-riformi ivarjaw minn miżuri
operattivi, bħall-immodernizzar tal-ġestjoni tal-proċess fil-qorti, l-użu
tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni, l-iżvilupp ta’ riżoluzzjoni
alternattiva tat-tilwim, għal aktar miżuri strutturali, bħar-ristrutturar
tal-organizzazzjoni tal-qrati, ir-reviżjoni tal-mappa ġudizzjarja,
is-simplifikazzjoni ta’ regoli proċedurali, ir-riforma ġudizzjarja u
tal-professjonijiet legali u r-riforma tal-għajnuna legali. ... mħeġġa u appoġġati
fil-livell tal-UE. Dan il-proċess ta’ riforma huwa
parti mir-riformi strutturali mħeġġa f’livell tal-UE li jpoġġu l-Ewropa
fit-triq tal-irkupru ekonomiku. Flimkien mal-investiment u r-responsabilità
fiskali, ir-riformi strutturali huma wieħed mit-tliet pilastri ta’ approċċ
integrat għal politika ekonomika u soċjali tal-UE fl-2015. Ir-riformi
strutturali meħtieġa biex tiġi żgurata l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji
jwittu t-triq għal ambjent aktar favur iċ-ċittadini u n-negozju. Is-sejbiet tat-Tabella ta’
Valutazzjoni tal-2014, flimkien mal-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż li
saret għal kull Stat Membru kkonċernat, għenet lill-UE biex jiġu ddefiniti rakkomandazzjonijiet
speċifiċi għall-pajjiż fil-qasam tal-ġustizzja. Wara proposta
mill-Kummissjoni, il-Kunsill għamel rakkomandazzjonijiet lil tnax-il Stat
Membru[4]
biex itejbu, skont il-pajjiż ikkonċernat, l-indipendenza, il-kwalità u/jew
l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja tagħhom. Minn dawn it-tnax-il Stat Membru,
għaxar Stati Membri kienu diġà ġew identifikati fl-2013[5]
u sitta fl-2012[6]
li qed jiffaċċjaw sfidi relatati mal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarji
tagħhom. Il-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dawn
ir-rakkomandazzjonijiet permezz ta’ djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali u
l-partijiet interessati fl-Istati Membri kkonċernati. Biex tappoġġja dawn l-isforzi
ta’ riforma, il-Kummissjoni intensifikat ukoll id-djalogu mal-Istati Membri
permezz tal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt tagħha dwar is-sistemi ġudizzjarji
nazzjonali.[7] Id-diskussjonijiet ibbażaw ruħhom fuq
għarfien espert[8] tal-Istati Membri u wasslu għal skambju ta’
informazzjoni dwar il-prattiki li jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji,
b’mod partikolari, il-metodi ta’ ġestjoni tal-kwalità, il-politiki ta’
komunikazzjoni tal-qrati, l-isforzi lejn applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-UE
u r-riformi riċenti mwettqa biex titjieb l-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema
ġudizzjarja (eż. f’termini tal-istruttura tagħha). Is-segwitu tal-isforzi biex
jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki huwa kruċjali biex tiġi appoġġjata
l-kwalità tar-riformi fil-ġustizzja fl-Istati Membri. Il-Fondi Strutturali u ta’
Investiment Ewropej (Fondi SIE) [9] jipprovdu appoġġ għall-isforzi tal-Istati
Membri biex itejbu l-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Fil-bidu
tal-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni kienet
involuta fi djalogu intensiv mal-Istati Membri dwar l-istabbilment ta’
prijoritajiet ta’ finanzjament strateġiku tal-Fondi SIE sabiex tinkoraġġixxi
rabta mill-qrib bejn il-politika u l-finanzjament. Minn tnax-il Stat Membru li
rċevew rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż fil-qasam tal-ġustizzja fl-2014,
11 minnhom identifikaw il-ġustizzja bħala qasam ta’ prijorità ta’ appoġġ
għall-Fondi SIE. Il-ġustizzja hija wkoll prijorità fil-Programmi ta’
Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja u Ċipru li se jużaw il-Fondi ESI f’dan
il-qasam. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, l-evalwazzjoni
speċifika għall-pajjiż u d-dejta pprovduta fit-Tabella ta’ Valutazzjoni huma
elementi ewlenin għall-Istati Membri meta jistabbilixxu l-prijoritajiet ta’
finanzjament tagħhom. L-Istati Membri li identifikaw
is-sistema ġudizzjarja bħala qasam ta’ prijorità għandhom il-ħsieb li jużaw
il-Fondi SIE l-aktar biex titjib l-effiċjenza tal-ġudikatura. Għalkemm
l-attivitajiet konkreti jiddependu fuq il-ħtiġijiet partikolari ta’ kull Stat
Membru kkonċernat, xi tipi ta’ attivitajiet jidhru li huma komuni għal bosta
Stati Membri, bħall-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ta’ każijiet, l-użu
tal-ICT fil-qrati, għodod ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u skemi ta’ taħriġ
għall-imħallfin. Il-firxa ta’ dan l-appoġġ tvarja bejn l-Istati Membri: filwaqt
li xi Stati Membri biħsiebhom jappoġġaw sezzjoni wiesgħa tas-sistemi
ġudizzjarji tagħhom, oħrajn se jikkonċentraw biss fuq ftit qrati li qed iħabbtu
wiċċhom ma’ sfidi jew huma magħżula għal skopijiet sperimentali. Il-Kummissjoni
enfasizzat l-importanza ta’ indikaturi b’saħħithom għall-monitoraġġ
tal-effikaċja tal-għajnuna u ħarġet dokumenti ta’ gwida dwar l-indikaturi ta’
monitoraġġ f’konformità ma’ dawk użati fit-Tabella ta’ Valutazzjoni. Huma se
jiżguraw rappurtar regolari tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar
ir-riżultati milħuqa. Din id-dejta se tgħin l-evalwazzjoni tal-appoġġ tal-UE
sabiex is-sistemi ġudizzjarji ta’ Stati Membri jsiru aktar effettivi. X’inhi t-Tabella ta’
Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE? It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda li tassisti lill-UE u lill-Istati Membri
fil-kisba ta’ ġustizzja aktar effettiva billi tipprovdi dejta oġġettiva,
affidabbli u paragunabbli dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza
tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kollha. It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tikkontribwixxi biex jiġu identifikati nuqqasijiet potenzjali, titjib u
prattiki tajba. Hija turi x-xejriet fil-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji
nazzjonali fuq perjodu ta' żmien. Ma tippreżentax klassifikazzjoni unika
globali iżda ħarsa ġenerali lejn il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji kollha
bbażati fuq indikaturi varji li huma ta’ interess komuni għall-Istati Membri
kollha. It-Tabella ta’ Valutazzjoni ma
tippromwovix xi tip partikolari ta’ sistema ġudizzjarja u tittratta lill-Istati
Membri kollha b’mod ugwali. Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja
nazzjonali jew it-traduzzjoni legali li tkun imsejsa fuqha, il-puntwalità,
l-indipendenza, l-affordabbiltà, u l-aċċess faċli għall-utent huma wħud
mill-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva. It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-2015 tiffoka fuq il-każijiet kontenzjużi ċivili u kummerċjali kif ukoll
każijiet amministrattivi biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex
iwittu t-triq għal ambjent aktar favur in-negozju u ċ-ċittadin, li min-naħa
tiegħu jwassal għal aktar investiment, kif ukoll suq intern aktar ġusti u
profond. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija strument li jevolvi fi djalogu
mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, bl-għan li jkunu identifikati
l-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva. Il-Parlament Ewropew
talab lill-Kummissjoni biex progressivament twessa’ l-ambitu tat-Tabella ta’
Valutazzjoni u r-riflessjoni dwar kif dan għandu jsir. It-tabella ta’ Valutazzjoni
tal-UE għall-Ġustizzja kif tagħlef lis-Semestru Ewropew? It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-Ġustizzja tal-UE tipprovdi informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi
ġudizzjarji u tgħin biex jiġi vvalutat l-impatt ta’ riformi fil-ġustizzja.
Prestazzjoni fqira żvelata mill-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjonii dejjem
tirrikjedi analiżi aktar profonda tar-raġunijiet wara r-riżultat. Din
il-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż għandha titwettaq fil-kuntest
tal-proċess tas-Semestru Ewropew permezz ta’ djalogu bilaterali
mal-awtoritajiet u l-partijiet kkonċernati. Din il-valutazzjoni tieħu
inkunsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-sistema legali u l-kuntest tal-Istati
Membri kkonċernati. Dan eventwalment jista’ jwassal lill-Kummissjoni biex
tipproponi lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż
dwar il-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi ġudizzjarji.[10] X’inhi l-metodoloġija tat-Tabella
ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE? It-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża
sorsi differenti ta’ informazzjoni. Il-biċċa l-kbira tad-dejta kwantitattiva
attwalment tiġi pprovduta mill-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa
għall-Evalwazzjoni tal-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) li magħha l-Kummissjoni
kkonkludiet kuntratt sabiex twettaq studju speċifiku kull sena[11]. Din
id-dejta hi tal-2013 u kienet ipprovduta mill-Istati Membri skont
il-metodoloġija tal-CEPEJ. Din is-sena id-dejta ġiet miġbura mis-CEPEJ speċifikament
għall-Istati Membri tal-UE[12].
L-istudju jipprovdi wkoll l-iskedi tal-pajjiżi li jagħtu aktar kuntest u
għandhom jinqraw flimkien ma’ dawn il-grafiki. Għat-Tabella ta' Valutazzjoni
tal-2015, il-Kummissjoni daret ukoll għal sorsi addizzjonali ta’ tagħrif,
partikolarment, il-Eurostat, il-Bank Dinji, il-Forum Ekonomiku Dinji, u
n-netwerks ġudizzjarji Ewropej, (b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew
tal-Kunsilli għall-Ġudikatura li pprovdew tweġibiet għal kwestjonarju dwar
l-indipendenza ġudizzjarja) u l-grupp ta' persuni ta' kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. Aktar dejta inkisbet ukoll permezz ta’ eżerċizzji ta’
ġbir ta’ dejta u studji fuq il-post dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali
meta dawn japplikaw il-liġi tal-UE fl-oqsma tal-kompetizzjoni, tal-protezzjoni
tal-konsumaturi, it-Trademarks tal-Komunità u l-akkwist pubbliku. Is-sistemi ġudizzjarji
effettivi kif jikkontribwixxu għat-tkabbir? Sistemi ġudizzjarji effettivi
għandhom rwol importanti biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja tul iċ-ċiklu tan-negozju
kollu. Meta' s-sistemi ġudizzjarji jiggarantixxu infurzar tajjeb ta’ drittijiet
u kuntratti, il-kredituri huma aktar probabbli li jsellfu, il-kumpaniji huma
dissważi minn imġiba opportunistika, l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet huma
mnaqqsa u l-investimenti jistgħu jmorru aktar faċilment għal setturi
innovattivi li ta’ spiss jiddependu fuq assi intanġibbli (eż. drittijiet ta’
proprjetà intellettwali). Qrati aktar effettivi jippromwovu d-dħul ta’
intraprendituri fis-suq u jrawwmu l-kompetizzjoni. Ir-riċerka turi li hemm
korrelazzjoni pożittiva bejn id-daqs tal-impriża u sistemi ġudizzjarji
effettivi filwaqt li n-nuqqas ta’ inċentivi għall-investiment u l-impjiegi huwa
riżultat tan-nuqqasijiet fil-funzjonament tal-ġustizzja. L-impatt ta' sistemi
nazzjonali ġudizzjarji fuq l-ekonomija hu enfasizzat mill-Fond Monetarju
Internazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew, l-OECD, il-Forum Ekonomiku Dinji u
l-Bank Dinji[13]. 2. Indikaturi
tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2015 It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-2015 evolviet: din it-tielet edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni għandha
l-għan li tidentifika x-xejriet possibbli filwaqt li tieħu approċċ kawt u
sfumat hekk kif is-sitwazzjoni tvarja b’mod sinifikanti, skont kull Stat Membru
u indikatur. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 fiha wkoll indikaturi ġodda u
dejta aktar mirquma bbażata fuq sorsi ġodda ta’ informazzjoni, pereżempju, fuq
l-effiċjenza tal-qrati fl-oqsma tal-akkwist pubbliku u d-drittijiet
tal-proprjetà intellettwali, l-użu u l-promozzjoni tal-ADR, l-użu tal-ICT
għat-talbiet żgħar, il-politika ta' komunikazzjoni tal-qrati, il-kompożizzjoni
u s-setgħat tal-Kunsilli għall-Ġudikatura. Għall-ewwel darba fiha wkoll dejta
dwar is-sehem tal-imħallfin professjonali nisa, minħabba li d-diversità
tas-sessi tista’ tikkontribwixxi għal kwalità aħjar tas-sistemi ġudizzjarji. L-effiċjenza
tas-sistemi ġudizzjarji It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-2015 żżomm l-indikaturi relatati mal-effiċjenza tal-proċedimenti: it-tul
tal-proċedimenti, ir-rata ta' għeluq tal-każijiet u n-numru ta’ kawżi pendenti.
Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 turi r-riżultat ta’ erba’
eżerċizzji ta’ ġbir ta’ dejta immirata lejn il-provvista ta’ dejta aktar
mirquma dwar it-tul ta’ proċedimenti ġudizzjarji fl-oqsma tal-liġi
tal-kompetizzjoni tal-UE, il-liġi tal-konsumatur, fit-trade marks
komunitarji u l-akkwist pubbliku. L-effettività tas-sistemi ġudizzjarji f’dawn
l-oqsma regolati mil-liġi tal-UE hija ta' importanza partikolari
għall-ekonomija. Il-kwalità tas-sistemi
ġudizzjarji Bħal f’edizzjonijiet preċedenti,
it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tiffoka fuq ċerti fatturi li jistgħu
jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-ġustizzja, bħat-taħriġ, il-monitoraġġ u
l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti, l-użu ta’ stħarriġ dwar
is-sodisfazzjon tal-klijent, il-baġit, u r-riżorsi umani. It-Tabella ta’
Valutazzjoni tal-2015 tikkumplimenta d-dejta dwar id-disponibbiltà
tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT) b’ħarsa aktar
fil-fond lejn kif jistgħu jintużaw fil-prattika l-għodod elettroniċi. Barra
minn hekk, il-kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali waslet għal għarfien siewi dwar il-prattiki ta’
komunikazzjoni tal-qrati u l-metodi konkreti użati mill-Istati Membri biex
jippromwovu metodi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (il-metodi ADR).
Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tipprovdi dejta aktar
mirquma dwar l-għajnuna legali u tal-bilanċ bejn is-sessi fil-ġudikatura. Indipendenza
tal-ġudikatura It-Tabella ta' Valutazzjoni
tippreżenta dejta dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja
kif ipprovdut mill-Forum Ekonomiku Dinji (WEF) fir-Rapport tiegħu dwar
il-Kompetittività Globali annwali. Filwaqt li l-perċezzjoni tal-indipendenza
hija importanti, għaliex tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet dwar l-investiment,
dak li huwa aktar importanti hu li l-indipendenza ġudizzjarja tkun protetta
b’mod effettiv f’sistema ġudizzjarja permezz ta' salvagwardji legali
(indipendenza strutturali). Il-Kummissjoni kompliet tikkoopera fil-qasam
tal-indipendenza strutturali tal-ġudikatura man-netwerks ġudizzjarji Ewropej,
b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura. It-Tabella
ta’ Valutazzjoni tal-2015 tipprovdi informazzjoni aġġornata dwar
is-salvagwardji legali ppreżentati s-sena li għaddiet u ċerti ċifri
kwantitattivi dwar is-sitwazzjonijiet li għalihom japplikaw dawn
is-salvagwardji. Espandiet ukoll il-ħarsa ġenerali komparattiva dwar
l-indipendenza strutturali. B’mod partikolari, hija tippreżenta paragun bejn
il-kompożizzjoni u s-setgħat prinċipali tal-Kunsilli tal-Ġudikatura eżistenti
fl-UE, informazzjoni dwar liema livell tal-gvern jadotta kriterji
għad-determinazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura u liema huma dawn
il-kriterji. Il-kuntest tal-analiżi L-indikaturi dwar l-effiċjenza,
il-kwalità u l-indipendenza huma l-parametri prinċipali għal analiżi
tal-effettività tas-sistemi ġudizzjarji. Id-dejta dwar l-ammont ta’ xogħol
tal-qrati fl-Istati Membri tipprovdi informazzjoni importanti dwar il-kuntest
li fih joperaw is-sistemi ġudizzjarji (pereż. il-kompiti tal-qrati, il-qasam
kontenżjuż). Irrispettivament mid-diverġenzi fost l-Istati Membri, kull sistema
ġudizzjarja għandha tkun f’pożizzjoni li tiffaċċja l-piż tax-xogħol tagħha fi
żmien raġonevoli, filwaqt li tilħaq l-aspettattivi ta’ kwalità u
indipendenza. Grafika 2: Numru ta' kawżi ġodda ċivili,
kummerċjali, amministrattivi u oħrajn għal kull 100 abitant * (Fl-ewwel
istanza, 2010, 2012 u 2013) (sors: studju tas-CEPEJ) * Din il-kategorija tinkludi
l-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi
ta’ eżekuzzjoni ,il- kawżi tar-reġistru tal-artijiet, il-kawżi tal-liġi
amministrattiva (kontenzjużi jew mhux kontenzjużi) u kawżi oħrajn mhux
kriminali. IT: L-interpretazzjoni possibilment ħażina dwar il-paragun bejn
l-2010, l-2012 u l-2013 tista’ tiġi spjegata permezz tal-implimentazzjoni ta’
klassifikazzjoni differenti tal-kawżi ċivili. Grafika 3: Numru ta’ kawżi ġodda kontenżjużi
ċivili u kummerċjali għal kull 100 abitant * (L-ewwel istanza, 2010, 2012
u 2013) (sors: studju tas-CEPEJ) *Il-kawżi kontenzjużi ċivili u kummerċjali
jikkonċernaw tilwim bejn il-partijiet, pereżempju tilwim fuq kuntratti, li
jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi
jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas
mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali
speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. IT:
L-interpretazzjoni possibilment ħażina dwar il-paragun bejn l-2010, l-2012 u
l-2013 tista’ tiġi spjegata permezz tal-implimentazzjoni ta’ klassifikazzjoni
differenti tal-kawżi ċivili. 3. IS-Sejbiet ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-Ġustizzja tal-UE għall-2015
3.1 L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji
Ġustizzja mtawla hija ġustizzja
miċħuda. Id-deċiżjonijiet f’waqthom huma essenzjali għan-negozji u
l-investituri. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment, il-kumpaniji jqisu
r-riskju li jkunu involuti f’tilwim kummerċjali, tilwim fuq ix-xogħol jew
it-tassazzjoni jew insolvenzi. L-effiċjenza li biha sistema ġudizzjarja fi Stat
Membru tindirizza t-tilwim legali hija importanti ħafna. Pereżempju,
l-eżekuzzjoni ġudizzjarja ta’ kuntratt ta’ provvista jew ta’ servizzi ssir
tiswa ħafna flus aktar ma t-tilwim ġudizzjarju jieħu żmien, u saħansitra jsir
inutli wara ċertu żmien, peress li tonqos il-probabbiltà li jiġu rkuprati
l-flus minn ħlasijiet u penali. 3.1.1 It-tul tal-proċedimenti It-tul tal-proċedimenti juri
ż-żmien (f’jiem) meħtieġ biex tiġi solvuta kawża l-qorti, jiġifieri ż-żmien li
tieħu il-qorti sabiex tieħu deċiżjoni fl-ewwel istanza. L-indikatur
taż-"żmien għat-tlestija" huwa n-numru ta’ kawżi mhux solvuti diviż
bin-numru ta’ kawżi solvuti sa tmiem is-sena mmultiplikat bi 365 jum[14].
Minbarra l-Grafiki 13 sa 17, il-grafiki kollha jikkonċernaw
proċedimenti fl-ewwel istanza u jqabblu, fejn disponibbli, id-dejta għall-2010
mad-dejta għall-2012 u l-2013[15].
Minkejja li proċeduri differenti tal-appell jista' jkollhom impatt kbir fuq
it-tul tal-proċedimenti, l-effiċjenza ta’ sistema ġudizzjarja diġà għandha tiġi
riflessa fl-ewwel istanza, peress li l-ewwel istanza hija fażi obbligatorja
għal kull min jiftaħ kawża l-qorti. Grafika 4:
Iż-żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi ċivili, kummerċjali,
amministrattivi u oħrajn* (Fl-ewwel istanza/f'jiem) (sors: studju tas-CEPEJ[16]) * Din il-kategorija tinkludi l-kawżi ċivili u
kummerċjali kontenzjużi u mhux kontenzjużi kollha, il-kawżi ta’ eżekuzzjoni,
il-kawżi tar-reġistru tal-artijiet, il-kawżi tal-liġi amministrattiva
(kontenzjużi jew mhux kontenzjużi) u kawżi oħrajn mhux kriminali. Il-paraguni
għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet
fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY,
LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma
tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Grafika 5: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi
ċivili u kummerċjali kontenzjużi*
(Fl-ewwel istanza/f'jiem)
(sors: studju tas-CEPEJ) *Il-kawżi ċivili (u
kummerċjali) kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn partijiet, pereżempju tilwim
fuq kuntratti, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi
ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux
ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi
kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u
ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn. Il-paraguni għandhom
isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija
għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew
ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew
il-qrati kollha (DE, LU). Il-Pajjiżi l-Baxxi pprevedew għal żmien biex tiġi
deċiża kawża b'mod imkejjel, imma dan mhuwiex ikkalkulat mis-CEPEJ. Grafika 6: Żmien meħtieġ
biex jinqatgħu il-kawżi amministrattivi* (Fl-ewwel istanza/f'jiem) (sors:
studju CEPEJ) *Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jikkonċernaw tilwim
bejn iċ-ċittadini u awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li jsegwu
l-metodoloġija tas-CEPEJ. Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn
qrati amministrattivi speċjali f’xi pajjiżi, u minn qrati (ċivili) ordinarji
f’oħrajn. Il-paraguni
għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet
fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (HU),
riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva (HR) jew ħarġu
twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew
il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin allegatament
jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’LT. 3.1.2 Rata ta' kklirjar Ir-rata tal-ikklirjar hija
l-proporzjon tan-numru ta’ kawżi solvuti meta mqabbel man-numru ta’ kawżi li
jkunu deħlin. Hija tkejjel jekk qorti hijiex tlaħħaq mal-ammont ta’ kawżi
deħlin. It-tul tal-proċedimenti huwa marbut mar-rata li biha l-qrati jistgħu
jsolvu l-kawżi, ir-“rata tal-ikklirjar”, u man-numru ta’ kawżi li għadhom
jistennew li jiġu solvuti, il-"kawżi pendenti". Meta r-rata
tal-ikklirjar tkun ta' madwar 100% jew aktar, dan ifisser li s-sistema
ġudizzjarji għandha l-kapaċità li tal-inqas issolvi kawżi bl-istess rata li
jidħlu. Meta r-rata tal-ikklirjar tkun inqas minn 100 %, dan ifisser li
l-qrati jkunu qegħdin isolvu inqas kawżi min-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin, u
b'hekk, fl-aħħar tas-sena n-numru ta’ kawżi mhux solvuti jingħadd bħala kawżi
pendenti. Jekk din is-sitwazzjoni tippersisti għal bosta snin, dan jista’ jkun
sinjal ta’ problema aktarx sistemika, hekk kif ix-xogħol b’lura jkompli
jaggrava l-ammont ta’ xogħol tal-qrati, u jwassal sabiex it-tul
tal-proċedimenti jkompli jitwal. Grafika 7: Rata' li biha jinqatgħu il-kawżi
ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* (Fl-ewwel istanza/f'% -
valuri ogħla minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti iktar kawżi milli jidħlu,
filwaqt li valuri inqas minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti inqas kawżi milli
jidħlu) (sors: studju tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi
Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew
kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew ħarġu twissijiet dwar
l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew il-qrati kollha (DE,
LU). Il-bidliet fil-kawżi li deħlin jistgħu allegatament jispjegaw
il-varjazzjonijiet f'LT u SK. Fil-LV l-fatturi interni u esterni bħal
proċedimenti ta' falliment ġodda allegatament kellhom impatt fuq
il-varjazzjonijiet. Grafika 8: Rata li biha jinqatgħu il-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi*
(Fl-ewwel istanza/f’%) (sors:
studju tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru
b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija
għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew
ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew
il-qrati kollha (DE, LU). Il-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew għal żmien biex tiġi
deċiża kawża b'mod imkejjel, imma dan mhuwiex ikkalkulat mis-CEPEJ. Grafika 9: Rata li biha jinqatgħu il-kawżi amministrattivi* (Fl-ewwel
istanza/f’%) (sors: studju
tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi
Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew
kategorizzazzjoni (HU), riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva
(HR) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix
l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin
jistgħu allegatament jispjegaw il-varjazzjonijiet fil-LT. 3.1.3 Kawżi pendenti In-numru ta’ kawżi pendenti juri
n-numru ta’ kawżi li għad iridu jiġu indirizzati fi tmiem perjodu. Hija
tinfluwenza wkoll iż-żmien għar-riżoluzzjoni tal-kawża. Għalhekk, sabiex
jitjieb it-tul tal-proċedimenti hemm bżonn ta' miżuri biex inaqqsu l-għadd ta’
kawżi pendenti. Grafika 10: Numru ta'
kawżi pendenti ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* (Fl-ewwel
istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru
b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija
għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew
ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew
il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet fil-kawżi deħlin jistgħu allegatament
jispjegaw varjazzjonijiet f'LT u SK. Fid-DK id-diġitalizzazzjoni tar-reġistru
tal-artijiet tista' allegatament tispjega t-tnaqqis fil-kawżi pendenti. Grafika 11: Numru ta' kawżi
pendenti ċivili u kummerċjali kontenzjużi* (Fl-ewwel istanza/kull
100 abitant) (sors:studju
tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru
b’ċertu ħsieb għaliex xi Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija
għall-ġbir tad-dejta jew kategorizzazzjoni (CZ, EE, IT, CY, LV, HU, SI) jew
ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix l-Länder jew
il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin allegatament
jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’EL, LT u SK. Grafika 12: Numru ta' kawżi amministrattivi pendenti* (Fl-ewwel istanza/kull
100 abitant) (sors: studju
tas-CEPEJ) *Il-paraguni għandhom isiru b’ċertu ħsieb għaliex xi
Stati Membri rrappurtaw bidliet fil-metodoloġija għall-ġbir tad-dejta jew
kategorizzazzjoni (HU), riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qorti amministrattiva
(HR) jew ħarġu twissijiet dwar l-kompletezza tad-dejta li tista' ma tkoprix
l-Länder jew il-qrati kollha (DE, LU). Il-bidliet f’kawżi li jkunu deħlin
allegatament jistgħu jispjegaw il-varjazzjonijiet f’LT u SK. 3.1.4 L-effiċjenza f'oqsma speċifiċi Sabiex tikkumplimenta id-dejta
ġenerali dwar kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi, it-Tabella ta’
Valutazzjoni tal-2015 tippreżenta informazzjoni dwar it-tul medju
tal-proċedimenti f’ċerti oqsma li huma rilevanti għall-ambjent tan-negozju.
Is-sistema ta' ġbir ta' dejta eżistenti fl-Istati Membri mhux dejjem jipprovdu
dejta għal oqsma speċifiċi tal-liġi. Peress li din l-informazzjoni tagħtina
viżjoni aktar mirquma dwar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati
Membri, din it-Tabella ta’ Valutazzjoni tat ħarsa lejn l-oqsma tal-insolvenza[17],
il-liġi tal-kompetizzjoni, il-liġi tal-konsumatur, id-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali u l-akkwist pubbliku. Grafika 13: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi
ta’ insolvenza* (fi snin) (sors: Il-Bank Dinji: Twettiq ta’ Negozju) *Iż-żmien għall-kredituri
biex jirkupraw il-kreditu tagħhom. Il-perjodu ta’ żmien mill-inadempjenza
tal-kumpanija sal-ħlas ta’ parti mill-flus jew l'ammont ta' flus dovut kollu
lill-bank. Jiġu kkunsidrati t-tattiki ta’ dewmien potenzjali mill-partijiet,
bħalma huma l-preżentata ta’ appelli dilatorji jew talbiet għal estensjoni.
Id-dejta tinġabar minn tweġibiet għall-kwestjonarju mill-professjonisti ta’
insolvenza lokali u vverifikata permezz ta’ studju tal-liġijiet u r-regolamenti
kif ukoll informazzjoni pubblika dwar is-sistemi ta’ falliment. Id-dejta ppreżentata hawn taħt
tirreferi għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE quddiem il-qrati nazzjonali,
b'mod partikolari ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur,
it-trade mark Komunitarja u l-liġi dwar l-akkwist pubbliku.[18]
Din id-dejta titfa’ dawl fuq l-effettività tal-funzjonament tal-qrati
nazzjonali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE f’dawn l-oqsma. Hemm
informazzjoni pprovduta fuq l-għadd medju ta’ jiem meħtieġa biex tittieħed
deċiżjoni quddiem il-qrati nazzjonali fl-ewwel u fit-tieni istanza f’kawżi li
jikkonċernaw dawn l-oqsma speċifiċi. Id-dejta nġabret permezz ta’
varjetà ta’ sorsi. L-informazzjoni dwar it-tul medju ta’ każijiet marbuta
mal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur inġabret
f’kooperazzjoni ma’ netwerks Ewropej ta’ awtoritajiet nazzjonali responsabbli
għall-infurzar ta’ dawn l-oqsma tal-leġiżlazzjoni tal-UE.[19]
Id-dejta dwar it-trade mark Komunitarja inġabret mill-membri
tal-Osservatorju dwar il-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
fl-Ewropa, li bbażaw ruħhom fuq statistika speċifika - fejn disponibbli -jew
fuq kampjuni rappreżentattivi ta’ każijiet. Id-dejta dwar l-akkwist pubbliku
inġabret permezz ta’ eżerċizzju tad-dejta pilota kkummissjonat mill-Kummissjoni
Ewropea. Minħabba d-diverġenzi fil-mod kif tiġi ppreżentata din id-dejta għal
dawn l-istanzi, l-Istati Membri huma mniżżla b’mod alfabetiku fil-lingwi
oriġinali tagħhom. Il-liġi
dwar il-kompetizzjoni
tinkoraġġixxi l-effiċjenza u l-innovazzjoni u tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż.
L-eżekuzzjoni effettiva ta’ dawn ir-regoli hija essenzjali għall-ambjent
tan-negozju. It-tul medju sabiex jiġu solvuti kawżi ta’ rieżami ġudizzjarju fil-liġi
tal-kompetizzjoni fl-ewwel istanza jikkorrispondi xi ftit jew wisq mal-medja
taż-żmien għar-riżoluzzjoni tal-kawżi amministrattivi u jidher li huwa ogħla
mit-tul medju għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u każijiet oħra.
It-tul li jirriżulta minn każijiet identifikati f’xi Stati Membri jippreżenta,
madankollu, valuri ħafna ogħla.[20]
Din id-differenza tista' tkun dovuta għall-kumplessità involuta f’dan it-tip
ta’ litigazzjoni speċjalizzata. Il-grafika ta’ hawn taħt turi wkoll li f’bosta Stati Membri jistgħu jiġu
osservati differenzi sinifikanti fit-tul bejn l-ewwel u t-tieni istanza ta'
stħarriġ ġudizzjarju. F’ħafna Stati, iż-żmien meħtieġ sabiex kawża tiġi riżolta
għandha t-tendenza li tippreżenta valuri ogħla fit-tieni istanza minn tal-ewwel. Grafika 14: Medja ta’
żmien meħtieġ biex jinqatgħu kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju kontra
deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw
l-Artikoli 101 u 102 TFUE* (f’jiem) (sors: eżerċizzju
pilota ta’ ġbir ta’ dejta mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk Ewropew
tal-Kompetizzjoni) *L-ebda każijiet ma ġew
identifikati f'dan il-perjodu f'BG, EE, IE, HR, CY, LU, MT u NL. Il-kalkolu fuq
it-tul medju sar fuq il-bażi ta’ eżerċizzju ta' dejta pilota li fittex li
jidentifika l-każijiet kollha tal-appell tad-deċiżjonijiet tal-awtorità
nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għalihom inħarġu
deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar is-sustanza bejn l-2012 u l-2013.
Il-figuri huma pprovduti għall-ewwel u t- tieni istanza. Għal dan ix-xenarju
ta' stħarriġ ġudizzjarju mhemmx it-tieni istanza fil-AT u fis-SI tapplika biss
minn Awwissu 2013. Ħarsien tal-konsumatur xieraq jirrikjedi wkoll il-funzjonament effettiv
tal-qrati dwar l-applikazzjoni ta’ regoli li jipproteġu lill-konsumaturi.
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tesplora t-tul meħtieġ biex jinqata'
appell kontra d-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur li
japplikaw id-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar
it-Termini Kuntrattwali Inġusti u d-Direttiva dwar il-Garanziji tal-Bejgħ
fl-Istati Membri. Għalkemm it-tul medju sabiex jiġu solvuti kawżi ta’ stħarriġ
ġudizzjarju fil-liġi tal-konsumatur fl-ewwel istanza jidher li huwa ogħla
mill-medja tat-tul għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn
oħra, id-diverġenza ġeneralment hija iċken minn dik osservata f’każijiet
tad-dritt tal-kompetizzjoni. Grafika 15: Żmien meħtieġ
biex jinqatgħu l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-protezzjoni
tal-konsumatur * (f’jiem) (sors: eżerċizzju pilota ta’ ġbir ta’ dejta
mwettaq mill-Kummissjoni Ewropea man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni) * Ix-xenarju kkunsidrat għal
din iċ-ċifra ma kinitx applikabbli għal BE, DE, IE, FI, LU, MT, AT, SE u UK
minħabba li ċerti awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur ma għandhomx
is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet li jiddikjaraw il-ksur ta’ dawn ir-regoli.
Fi FR il-każijiet ta’ appell huma marġinali. *Il-kalkolu fuq it-tul medju sar
fuq il-bażi ta’ kampjuni ta’ kawżi relatati mal-appelli minn deċiżjoni ta'
awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur li tkun applikat
id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti, id-Direttiva dwar Bejgħ lill-Konsumatur
u Garanzija, id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali u
dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom fejn id-deċiżjonijiet
kienu maħruġa bejn l-2012 u l-2013. Id-daqs tal-kampjuni jvarja minn Stat Membru
għall-ieħor[21]. It-tkabbir f’setturi aktar
innovattivi, b’mod partikolari dawk li ta’ spiss jiddependu fuq assi
intanġibbli bħad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jiddependi fuq sistema
ta’ infurzar tal-liġi li tiffunzjona tajjeb[22].
Għal din ir-raġuni, din is-sena t-Tabella ta’ Valutazzjoni qed tiġbor dejta
speċifika dwar it-tul ta’ żmien medju meħtieġ għal każijiet ta’ ksur tat-trade
mark Komunitarja ttrattati mill-qrati nazzjonali fl-ewwel u fit-tieni
istanza. B’xi eċċezzjonijiet, id-differenzi fit-tul ta' żmien meta mqabbla
mat-tul ta' żmien medju għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u
oħrajn huma iżgħar minn dawk fiż-żewġ każijiet li ġew ikkunsidrati
preċedentement. Grafika 16: Żmien
meħtieġ biex jiġu deċiżi l-kawżi ta' ksur ta' trade mark
Komunitarja* (f’jiem) (sors: eżerċizzju ta’ ġbir ta’ dejta pilota mwettqa
mill-Kummissjoni Ewropea mal-Osservatorju għall-Ksur ta’ Dritt tal-Proprjetà
Intellettwali fis-suq intern) *L-ebda każ ma kien identifikat
fl-HR. Il-kalkolu fuq it-tul ta' żmien sar abbażi ta' kampjuni ta' każijiet
marbuta mal-ksur tat-trade marks Komunitarji meta d-deċiżjonijiet
ingħataw fl-2012 u l-2013. Il-kampjuni
ta’ każijiet ġew miġbura minn membri tal-Osservatorju għall-Ksur tal-Liġi dwar
il-Propjetà Intellettwali[23]. Meta l-istatistika
dwar it-tul ta' żmien għal dawn il-każijiet kienet disponibbli, ma ġewx użati
kampjuni ta’ każijiet. Fl-aħħar nett, it-Tabella ta’
Valutazzjoni tiġbor dejta dwar iż-żmien meħud biex jissolvew każijiet relatati
mal-akkwist pubbliku. Ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jiżguraw li
l-kuntratti pubbliċi jingħataw b’mod miftuħ, ġust u trasparenti. It-tabella ta’
hawn taħt tippreżenta dejta għall-ewwel, it-tieni u t-tielet istanzi f’każijiet
fejn il-qrati nazzjonali japplikaw rimedji addizzjonali għall-azzjonijiet introdotti
qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Id-dejta pprovduta tirreferi għas-snin
2009-2012. Il-grafika turi li entitajiet mhux ġudizzjarji li jiddeċiedu
fl-ewwel istanza (id-Direttiva dwar ir-Rimedji tal-Prokurament Pubbliku
tipprovdi għal din il-possibilità) għandhom tendenza li jkollhom proċeduri
iqsar minn korpi ġudizzjarji. Filwaqt li r-rimedji jidhru li jiffunzjonaw
mingħajr problemi fl-ewwel istanza, l-appelli fi stadji ulterjuri jieħdu aktar
fit-tul. Grafika 17: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi
fejn kienu japplikaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku* (f’jiem) (sors:
studju pilota[24]) *Il-kalkolu fuq it-tul medju
sar abbażi ta' kampjuni ta' każijiet marbuta mar-rimedji previsti skont
id-Direttiva dwar il-Prokurament Pubbliku qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt
meta' d-deċiżjonijiet ingħataw bejn l-2009 u l-2012. F’dawk l-Istati
Membri fejn l-appelli tal-ewwel istanza jiġu deċiżi minn korp mhux ġudizzjarju (BG, CZ, DK, EE, ES, CY, LV, HU, MT, AT
sal-2014, PL, RO, SI and SK)id-dejta
għal dan l-istanza tidher bl-abjad. L-istudju ma jkoprix lill-HR li ssieħbet
fl-UE f'Lulju tal-2013.[25]
It-tul medju ma setax jinġieb għall-ewwel istanza fl-ES u PT u għat-tieni
istanza fl-IE u MT. Għat-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-2015, twettqet riċerka inizjali[26]
biex titfassal il-proċedura tal-infurzar u ż-żmien meħtieġ
għas-sodisfazzjoni tat-talbiet. Minħabba li ftit sorsi biss jiġbru dejta
komparattiva dwar it-tul ta’ infurzar, ġiet elaborata metodoloġija xierqa. Dan
wassal għal approċċ li ffoka fuq il-ġbir ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ dejta
dwar it-tul ta’ żmien bejn il-mument li fih tingħata deċiżjoni ġudizzjarja
finali u, rispettivament, il-mument li fih jiġi ffriżat il-kont bankarju
tal-konvenut, kif ukoll il-mument li fih jiġu rkuprati l-fondi ffriżati. Sar
kuntatt estensiv mal-partijiet interessati rilevanti, bħall-qrati jew
il-bailiffs f’diversi postijiet ġeografiċi sabiex jappoġġja l-adegwatezza
tal-metodoloġija użata għar-riċerka. Minkejja l-iskarsezza ta’ dejta, ingħatat
ċerta informazzjoni dwar it-tul tal-proċedimenti ta’ infurzar. Pereżempju,
fl-Italja, ir-riċerka turi li jridu jgħaddu 136 jum mid-deċiżjoni
ġudizzjarja definittiva għall-irkupru tal-assi li jinkludu 13-il jum
mid-deċiżjoni ġudizzjarja sal-iffriżar tal-kont tal-bank. Id-dejta
mill-Finlandja turi li, bħala medja, jridu jgħaddu 21 jum mid-deċiżjoni
ġudizzjarja sakemm il-kont bankarju jiġi ffriżat. Konklużjonijiet dwar l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji · It-tielet edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għandha l-għan li tidentifika x-xejriet possibbli[27]. Huwa meħtieġ approċċ kawt u sfumat, minħabba li s-sitwazzjoni tvarja b’mod sinifikanti, skont l-Istat Membru rispettiv u l-indikatur[28]. Il-ħsad tal-frott ta’ riforma tal-ġustizzja jieħu ż-żmien. Peress li t-Tabella ta’ Valutazzjoni hija eżerċizzju regolari, se żżomm rekord tal-progress. · B’mod ġenerali, jista' jiġi osservat xi titjib fl-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri. Matul is-snin koperti[29], jidher li aktar Stati Membri qed juru tendenza pożittiva milli tendenza negattiva f’termini ta’ żmien biex tinqata' kawża u r-rata ta’ kklirjar f’każijiet ċivili u kummerċjali kontenzjużi kif ukoll każijiet amministrattivi. Għal każijiet pendenti mhux possibbli illi tiġi identifikata xi tendenza komuni ċara f’xi kwalunkwe direzzjoni, ħlief għal tnaqqis sostnut ta’ kawżi pendenti ċivili, kummerċjali, amministrattivi u każijiet oħra. · Fost l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi partikolari, jidhru qed jipprevalu xejriet pożittivi, bi ftit eċċezzjonijiet. Is-sinjali pożittivi li jidhru f’ċerti Stati Membri[30] li qed iwettqu riformi ambizzjużi għandhom jiġu mħeġġa jkomplu l-isforzi tagħhom b’determinazzjoni u impenn. · It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 turi wkoll li l-prestazzjoni tal-qrati ħafna drabi tiddependi fuq il-qasam tal-liġi kkonċernata. Pereżempju, il-litigazzjoni f’ċerti oqsma fejn il-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati tal-Unjoni, bħal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, jistgħu jieħdu aktar żmien biex jiġu riżolti milli fil-qasam usa’ ta’ kawżi ċivili, kummerċjali u amministrattivi. Min-naħa l-oħra, fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri jaqtgħu il-każijiet f'perjodi iqsar. · Id-dejta dwar oqsma speċifiċi turi differenzi bejn il-proċedimenti tal-ewwel u t-tieni istanza. Madankollu, ma tistax tiġi identifikata tendenza komuni fit-tul tal-proċedimenti bejn dawn iż-żewġ istanzi madwar l-UE. [1] Fl-2014, il-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku fil-Greċja,
il-Portugall (li ġie fi tmiemu f'Ġunju 2014) u Ċipru inkludew
il-kondizzjonalità fir-riformi fil-ġustizzja. [2] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir
2015, COM(2014) 902 finali. [3] Id-dejta inġabret b'kooperazzjoni mal-grupp ta' persuni ta' kuntatt
tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. [4] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Bulgarija u li tagħti Opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Bulgarija, 2014 (2014/C
247/02); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Kroazja u li tagħti opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Kroazja 2014 (2014/C 247/10);
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Irlanda u li tagħti opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Irlanda, 2014 (2014/C 247/07);
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Italja u li tagħti opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Italja, 2014 (2014/C 247/11);
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar
Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2014 tal-Latvja u li tagħti opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà tal-Latvja, 2014 (2014/C 247/12);
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm
Nazzjonali ta' Riforma 2014 ta' Malta u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar
il-Programm ta' Stabbiltà ta' Malta, 2014 (2014/C 247/16); Rakkomandazzjoni
tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta'
Riforma 2014 tal-Polonja u li tagħti Opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta'
Konverġenza tal-Polonja, 2014 (2014/C 247/19); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma
2014 tal-Portugall u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta'
Stabbiltà tal-Portugall, 2014 (2014/C 247/20); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma
2014 tar-Rumanija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konvergenza
tar-Rumanija, 2014 (2014/C 247/21); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma
2014 tas-Slovakkja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta'
Stabbiltà tas-Slovakkja, 2014 (2014/C 247/23); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill
tat-8 ta' Lulju 2014 dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma
2014 tas-Slovenja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta'
Stabbiltà tas-Slovenja, 2014 (2014/C 247/22); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2014
dwar Il-Programm Nazzjonali ta' Riforma ta' Spanja u li tagħti opinjoni
tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà ta' Spanja, 2014 (2014/C 247/08) [5] BG, ES, HU, IT, LV, MT, PL, RO, SI, SK. [6] BG, IT, LV, PL, SI, SK. [7] Fl-2013, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar
is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fid-dawl tat-tħejjija tat-Tabella ta’
Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar
prattiki dwar l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji. Għal dan l-għan, l-Istati Membri
ġew mitluba jinnominaw żewġ persuni ta’ kuntatt, waħda minn fost il-ġudikatura
u l-oħra mill-Ministeru tal-Ġustizzja, u saru laqgħat regolari fl-2014 u
l-2015. Stat Membru wieħed għadu ma nnominax persuni ta’ kuntatt u erba'
nnominaw biss persuna waħda mill-Ministeru tal-Ġustizzja iżda mhux
mill-ġudikatura. [8] AT, BE, DE, IE, EL, HR, IT, LT, NL, PT, RO għamlu preżentazzjonijiet
f'dan il-grupp dwar ċerti aspetti tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. [9] Regolament 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-17 ta' Diċembru li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar
il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta'
Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u
tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni
u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347, 20.12.2013. [10] Ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż ġew
ippreżentati mill-Kummissjoni fid-Dokumenti ta' Ħidma tal-Persunal, disponibbli
fuq: http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/country-specific-recommendations/index_en.htm [11] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm [12] Il-ġbir regolari tad-dejta mis-CEPEJ għas-47 Stat Membru tal-Kunsill
tal-Ewropa sseħħ kull sentejn (l-aħħar Rapport Ġenerali tas-CEPJ ġie ppubblikat
fl-2014 b’dejta tal-2012). L-Istati Membri kollha barra tlieta wieġbu
għall-kwestjonarju tas-CEPEJ dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni. [13] Dwar l-impatt ekonomiku ta’ sistemi ġudizzjarji effettivi, ara
t-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE 2014, fit-Taqsima
"L-effettività tas-sistemi nazzjonali ġudizzjarji bħala komponent
strutturali għat-tkabbir”; ara wkoll “L-Impatt Ekonomiku tar-Riformi
fil-Ġustizzja Ċivili”, Kummissjoni Ewropea, Economic Papers 530, Settembru
2014. [14] It-tul tal-proċedimenti, ir-rata tal-ikklirjar u n-numru ta’ każijiet
pendenti huma indikaturi standard definiti mis-CEPEJ. http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/cepej/evaluation/default_en.asp [15] Id-dejta tal-2010 tinkludi aġġornamenti li saru mis-CEPEJ wara
l-pubblikazzjoni tal-istudju tagħha tal-2013, kif trażmess lill-Kummissjoni. [16] Studju tal-2015 dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati
Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni.
Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm
[17] Ara wkoll l-istudju ppreparat
mid-Direttorat-Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprendatorjat u
l-SMEs tal-Kummissjoni Ewropea dwar Il-Falliment u t-tieni ċans għall-intraprendituri
falluti onesti disponibbli fuq:
http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=7962&lang=en [18] L-ispeċifiċità tas-sitwazzjonijiet ikkunsidrati tispjega li mhux
dejjem kien possibbli li jiġu koperti l-Istati Membri kollha tal-UE fil-grafiki
billi ċertu tip ta’ każijiet ma setgħux jinstabu f’xi wħud minnhom. [19] Fil-każijiet ta’ rieżami ġudizzjarju fil-mira tal-eżerċizzju, dawn
l-awtoritajiet huma parti fil-proċedimenti. [20] In-numru ta’ każijiet ta’ stħarriġ ġudizzjarju għal kull Stat Membru.
F'xi każijiet, in-numru limitat ta' kawżi rilevanti (BE, CZ, DK, IT, PL, u SK)
jfisser illi każ wieħed li jieħu ħafna fit-tul jista' jaffettwa
konsiderevolment l-medja. Fi ES, it-tul ta' żmien għat-tieni istanza jirreferi
ukoll għall-appelli fuq bażi ta' ksur ta' dritt fundamentali li normalment
jinqatgħu fi żmien iqsar. [21] B’mod ġenerali, id-dejta ma tkoprix servizzi u prodotti finanzjarji.
Fiċ-CZ id-dejta ġiet miġbura mill-awtoritajiet responsabbli għad-Direttiva dwar
il-Prattiċi Kummerċjali Żleali. In-numru ta’ każijiet rilevanti f’DK, EE, FR,
HR, NL, SI u SK huwa baxx, li jfisser illi każ wieħed b'tul twil ħafna jista'
jaffettwa konsiderevolment il-medja. Għal Spanja, id-dejta ma tkoprix
ir-reġjuni kollha. Id-dejta mill-IT u r-RO hija bbażata fuq stima pprovduta
mill-awtorità tal-protezzjoni tal-konsumatur. [22] Ara pereżempju “X'jagħmel lill-ġustizzja ċivili effettiva?”, Notamenti
tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi ta’ Politika tal-OECD, Nru 18,
Ġunju 2013 u "L-Ekonomija tal-Ġustizzja Ċivili: Dejta u Empiriċi
ġodda transnazzjonali", Dokumenti ta’ Ħidma tad-Dipartiment tal-Ekonomija
tal-OECD, Nru 1060. [23] Id-daqs tal-kampjuni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Għad-DK,
id-dejta statistika għandha x’taqsam ukoll ma’ każijiet li fihom ġie applikat
id-dritt nazzjonali tat-trade marks mill-Qorti Marittima u tal-Kummerċ.
Il-DE ma kellhiex statistika speċifika għal kawżi dwar it-trade mark
Komunitarja għaliex l-istatistika tinġabar għall-każijiet kollha relatati ma’
proprjetà industrijali. Iċ-ċifri mogħtija huma bbażati fuq stimi mill-qrati.
Fis-SK, it-tieni istanza tirreferi għall-Qorti Suprema fl-2012 u għal każijiet
mismugħa fit-tieni istanza mill-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava fl-2013. F’xi
Stati Membri (EE, LT, LU, HU, FI u SI għat-tieni istanza) in-numru ta’ każijiet
rilevanti huwa limitat. Fl-IE kien hemm biss każ wieħed rilevanti għal dan
il-perjodu. [24] L-effiċjenza ekonomika u l-effettività legali tal-proċeduri ta'
reviżjoni u rimedji għal kuntratti pubbliċi,
mill-Europe Economics, studju ppreparat mid-Direttorat-Ġenerali għas-Suq
Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorjat u l-SMEs tal-Kummissjoni Ewropea,
disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/modernising-rules/evaluation/index_en.htm [25] Id-dejta għal HR hija
disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni tal-Istat tal-Kroazja
għas-superviżjoni tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku fir-rapporti annwali
tagħha [26] Studju ta’ każ dwar il-funzjonament ta’ proċedimenti ta’ infurzar
relatati ma’ deċiżjoni ġudizzjarja fl-Istati Membri, Matriċi,
studju ppreparat għall-Kummissjoni Ewropea (id-Direttorat Ġenerali
għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi), disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/index_en.htm0 [27] Xejra, kif rifless f’dawn it-tliet Tabelli ta’ Valutazzjoni, tista'
tiżvela sitwazzjonijiet differenti ħafna; pereżempju, bidliet fit-tul
tal-proċedimenti jistgħu jvarjaw minn 10 ijiem (jew anqas) għal
100 jum (jew aktar). [28]Għal aktar dettalji dwar il-varjazzjonijiet ara l-iskeda partikolari
tal-pajjiż fl-Istudju tal-2015 dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji
fl-Istati Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni. [29] 2010, 2012, 2013. [30] Pereżempju l-EL.
3.2 Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji
Istituzzjonijiet ta' kwalità
għolja, inklużi sistemi ġudizzjarji nazzjonali, huma fattur determinanti għal
prestazzjoni ekonomika. Ġustizzja effettiva teħtieġ il-kwalità matul il-katina
kollha tal-ġustizzja. In-nuqqas ta’ kwalità fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji
jistgħu jżidu r-riskji ta' negozju għal kumpaniji kbar u SMEs u jaffettwaw
l-għażliet tal-konsumaturi. L-Istati Membri kollha qed
jieħdu miżuri biex jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom.
Għalkemm ma hemm ebda mod miftiehem kif titkejjel il-kwalità tas-sistema
ġudizzjarja, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża ċerti parametri, li huma
ġeneralment aċċettati bħala relevanti[1]
u li jistgħu jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-ġustizzja. 3.2.1 Għodda ta' monitoraġġ, evalwazzjoni u stħarriġ biex
jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji Id-definizzjoni ta’ politiki
dwar il-kwalità u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qrati huma
għodod li jgħinu biex tittejjeb il-previdibbiltà u l-puntwalità tad-deċiżjonijiet
tal-ġustizzja, il-funzjonament tal-qorti u d-distribuzzjoni bilanċjata
tax-xogħol bejn il-qrati[2].
Dawn l-għodod jistgħu jikkonsistu fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ kuljum
tal-qrati grazzi għall-ġbir tad-dejta[3]
jew l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-qorti bl-użu ta’ indikaturi
jew bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità fil-qrati. Stħarriġ li sar fost
il-professjonisti li jaħdmu fil-qrati u/jew l-utenti tal-qrati jistgħu
jipprovdu wkoll tagħrif rilevanti dwar biex tiżdied il-kwalità tas-sistema
ġudizzjarja. Grafika 18:
Disponibbiltà ta’ monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ġudikatura fl-2013* (sors:
studju tas-CEPEJ) *Sistemi ta’ monitoraġġ
bil-għan li tevalwa l-attivitajiet ta’ kuljum tal-ġudikatura, jiġifieri dak li
jipproduċu, grazzi b’mod partikolari għal ġabriet ta’ dejta u analiżi
statistika. Għad-differenzi FR minn l-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni
preċedenti ġejjin mill-korrezzjoni ta’ dejta li hija stabbli għal dawn
is-sentejn. Id-dejta għal El, ES u PL toħroġ mill-2012. Grafika 19: Disponibbiltà
tal-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-ġudikatura fl-2013* (sors: Studju
tas-CEPEJ) *Is-sistema ta’ evalwazzjoni
tirreferi għall-prestazzjoni tal-ġudikatura, ġeneralment bl-użu ta’ indikaturi
u miri. Barra minn hekk, xi Stati Membri jiddefinixxu politiki u standards ta'
kwalità għas-sistema ġudizzjarja kollha. Fir-RO, indikaturi tal-prestazzjoni
dwar l-attività tal-ġudikatura huma użati b’mod regolari. Għall-Istati Membri
l-oħra kollha r-riżultati huma identiċi għad-dejta miġbura għall-2012. Id-dejta
għal ES, EL u PL toħroġ mill-2012. Grafika 20: Stħarriġ li sar fost l-utenti tal-qorti jew
il-professjonisti legali fl-2013* (sors: Studju tas-CEPEJ) * Stħarriġ immirat lejn
prosekuturi pubbliċi ġie irrappurtat bħala tnaqqis fil-NL, filwaqt li dak
immirat għal avukati, partijiet u utenti oħra tal-Qorti ġie irrappurtat bħala
żieda fl-HU u fil-LT rispettivament. Għall-Istati Membri l-oħra kollha
r-riżultati huma identiċi għad-dejta miġbura għall-2012. Id-dejta għal ES, EL u
PL toħroġ mill-2012. 3.2.2 Is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u
l-komunikazzjoni jgħinu biex jonqos it-tul tal-proċedimenti u biex jitħaffef
l-aċċess għall-ġustizzja Is-sistemi tal-ICT
għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-kawżi huma għodod fundamentali
għad-dispożizzjoni tal-qrati għall-ġestjoni effettiva taż-żmien tal-kawżi,
peress li jgħinu sabiex titjieb ir-rata li biha l-qorti tista' timmaniġġa
l-kawżi u b’hekk tnaqqas it-tul ġenerali tal-proċedimenti. Is-sistemi tal-ICT
għall-komunikazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet (pereż. sottomissjoni
elettronika tal-pretensjonijiet) jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis
fid-dewmien u l-kostijiet għaċ-ċittadini u n-negozji billi jħaffu l-aċċess
għall-ġustizzja. Is-sistemi tal-ICT għandhom rwol dejjem aktar importanti
fil-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u b’hekk
iħaffu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Grafika 21: Sistemi
tal-ICT għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-każijiet*((
(indikatur peżat -min=0, mass=4) (sors: studju tas-CEPEJ) * Indikatur komposti mibnija
minn diversi indikaturi tal-ICT (sistema ta' reġistrazzjoni tal-każijiet,
sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-qorti, is-sistema
tal-informazzjoni finanzjarja, vidjokonferenzi) li jkejjel id-disponibbiltà ta’
dawn is-sistemi minn 0 sa 4 (0= disponibbli f’ 0 % tal-qrati;
4=disponibbli f’100 % tal-qrati). Grafika 22: Komunikazzjoni
elettronika bejn il-qrati u l-partijiet* (indikatur peżat -min=0, mass=4)
(sors: studju tas-CEPEJ) *Indikatur kompost mibni fuq
diversi indikaturi tal-ICT (formoli elettroniċi tal-web, websajt, segwitu
tal-kawżi fuq l-internet, reġistri elettroniċi, ipproċessar elettroniku ta’
talbiet żgħar, ipproċessar elettroniku ta’ rkupru ta’ dejn mhux ikkontestat,
sottomissjoni elettronika tat-talbiet, vidjokonferenzi, faċilitajiet ta’
komunikazzjoni elettroniċi oħra) li jkejjel id-disponibbiltà ta’ dawn
is-sistemi minn 0 sa 4 (0=disponibbli f’ 0 % tal-ġudikatura;
4=disponibbli f’100 % tal-qrati). Grafika 23: Ipproċessar elettroniku ta' irkupru ta' dejn mhux ikkontestat(0
=disponibbli f’0 % tal-ġudikatura; 4 = disponibbli f'100 %
tal-ġudikatura) (sors:
studju tas-CEPEJ) Grafika 24: Sottomissjoni elettronika ta’
talbiet (0 =disponibbli f’0 % tal-ġudikatura; 4.= disponibbli f'100 %
tal-ġudikatura) (sors: studju tas-CEPEJ) Proċedura effettiva għal Talbiet Żgħar, kemm fuq livell nazzjonali
kif ukoll fuq livell Ewropew, hija fundamentali għat-titjib tal-aċċess
taċ-ċittadini għall-ġustizzja u biex huma jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar
tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Wieħed minn dawn l-għanijiet ta’
politika tal-Kummissjoni Ewropea huwa għalhekk li jissimplifika u jħaffef
proċeduri għal talbiet żgħar billi tittejjeb il-komunikazzjoni bejn
l-awtoritajiet ġudizzjarji u billi jsir użu intelliġenti tal-ICT. L-għan
eventwali hu li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-gruppi tal-utenti kollha:
il-ġudikatura, l-atturi ġudizzjarji u l-utenti aħħarin. Il-11
ir-rapport ta' valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku[4] ikkummisjonat mill-Kummissjoni
Ewropea jkejjel għall-ewwel darba l-kwalità ta' proċeduri
għal talbiet żgħar onlajn fl-Istati Membri tal-UE. Għal dan l-istudju, il-valutazzjoni tal-Proċedura għal
Talbiet Żgħar saret minn riċerkaturi (imsejħa “Xerrejja Anonimi”)[5].
L-iskop kien sabiex isir magħruf jekk dispożizzjonijiet tas-servizzi pubbliċi
onlajn huma organizzati madwar il-bżonnijiet tal-utenti. Għal dan l-għan kull
riċerkatur aġixxa bħala ċittadin regolari u l-“vjaġġ” tiegħu/tagħha kien
limitat fiż-żmien, jiġifieri kull xerrej anonimu kellu ġurnata waħda biex
jivvaluta avveniment wieħed tal-ħajja. Dan jimplika li meta karatteristika
partikolari ma setgħetx tinstab f’dan iż-żmien, ingħatat risposta fin-negattiv.
Risposta negattiva ma tfissirx għalhekk per se li l-karatteristika partikolari
ma kinitx disponibbli onlajn — madankollu, tissuġġerixxi li ma kienx faċli li
tinstab b’mod intuwittiv, mingħajr wisq ikklikkjar, u li huwa ferm probabbli li
ċ-ċittadini regolari jew l-intraprendituri ma jużawhix/jsibuhix. Grafika 25: Valutazzjoni
komparattiva ta’ Proċeduri għal Talbiet Żgħar onlajn (għal kull kategorija
massimu ta’ 100 punt, b’total massimu ta’ 700 punt) (sors: Il-kisba ta’ Vantaġġ
Ewropew? “Kif il-gvernijiet Ewropej jistgħu u għandhom jibbenefikaw minn
servizzi pubbliċi innovattivi”, studju ppreparat għall-Kummissjoni Ewropea
(Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u
t-Teknoloġija[6])
3.2.3 Il-politiki ta' komunitarizzazzjoni tal-ġudikatura L-isforzi
ta’ komunikazzjoni tal-ġudikatura huma kruċjali biex jgħinu liċ-ċittadini u
n-negozji jieħdu deċiżjonijiet informati dwar mezzi ta’ rimedju (ġudizzjarji
jew le) u jikkontribwixxu għall-fiduċja meħtieġa fis-sistema ġudizzjarja.
Il-midja għandha rwol kruċjali fir-rappurtar dwar każijiet tal-Qorti. Billi
tfittex li ttejjeb l-kuntatt bejn il-qrati u l-midja, il-ġudikatura tista'
tinforma aħjar lill-pubbliku bix-xogħol ġudizzjarju (l-ambitu,
il-limitazzjonijiet u l-kumplessitajiet) u tikkontribwixxi għall-kwalità ta’
rappurtar (eż. tevita żbalji fattwali). Fl-2014, il-Kummissjoni nediet
skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-prattiki u l-politiki
dwar il-komunikazzjoni mill-ġudikatura. Dan wera l-ħtieġa sabiex ikollha ħarsa ġenerali aħjar ta’ prattiki
f’dan il-qasam. Bħala segwitu, il-Kummissjoni wettqet
immappjar tal-prattiki attwali b’kooperazzjoni mal-Istati Membri,[7] dwar il-parametri importanti ta’ politika effettiva ta’ komunikazzjoni
tal-ġudikatura[8]. Dan kien jinkludi
d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-pubbliku ġenerali; il-modi li bihom
il-ġudikatura torganizza ir-relazzjonijiet tagħha mal-istampa bil-miktub/midja;
it-taħriġ għall-imħallfin u komunikazzjoni ma’ persuni u mal-istampa
bil-miktub; id-disponibbiltà u il-prattiki rigward il-pubblikazzjoni
tad-deċiżjonijiet tal-qorti onlajn (fil-livelli kollha tas-sistema
ġudizzjarja). Grafika 26: Id-disponibbiltà ta’
informazzjoni onlajn dwar is-sistema ġudizzjarja għall-pubbliku ġenerali *
(sors: Il-Kummissjoni Ewropea[9])
* Għal kull waħda
mill-kategoriji fil-grafika jista' jingħata punt 1. Bħala stat federali,
DE hija kkaratterizzata minn strutturi deċentralizzati. Għalhekk, l-istati
federali jiddeċiedu huma stess liema informazzjoni jipprovdu onlajn u huma,
għaldaqstant, inkarigati li jżommu l-informazzjoni aġġornata. L-istess japplika
fil-livell federali. Grafika 27: Ir-relazzjonijiet
bejn il-ġudikatura u l-istampa bil-miktub/midja * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[10]) * Għal kull istanza (l-ewwel,
it-tieni u t-tielet) żewġ punti jistgħu jingħataw jekk hemm uffiċjal
tal-istampa bil-miktub jew "imħallef għall-istampa bil-miktub" li
jkopru kemm każistika ċivili/kummerċjali u kif ukoll każistika amministrattiva.
Jekk kategorija waħda biss ta’ każistika hija koperta (pereż.
ċivili/kummerċjali jew amministrattiva) jingħata punt wieħed biss. Jekk hemm
uffiċjal tal-istampa bil-miktub għal ċerti qrati jingħataw 0,5 punti għal
kull istanza (l-ewwel, it-tieni u t-tielet). Fl-IE id-Dipartiment
tal-Ġudikatura ma għandux Konsulent għar-Relazzjonijiet tal-Midja li jfassal u
jħabbar stqarrijiet għall-istampa lill-midja. Grafika 28:
Disponibbiltà ta' taħriġ għall-imħallfin
dwar komunikazzjoni ma’ persuni u mal-istampa bil-miktub * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[11]) * Għal kull waħda mill-kategoriji fil-grafika jista' jingħata
punt 1. Grafika 29: Aċċess
onlajn għal sentenzi ppubblikati* (każistika ċivili u kummerċjali, l-okkorrenzi
kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[12]) *
Għall-kategoriji "Aċċessibbiltà onlajn tas-sentenzi",
"L-informazzjoni fil-bażi ta’ dejta hija aġġornata tal-inqas darba
fix-xahar" u "Aċċess għas-sentenzi ppubblikati huwa b'xejn"
jingħataw 3 punti meta dan hu l-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u
t-tielet). Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi
tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti). Meta dan is-servizz ikun disponibbli
biss għal ċerti qrati jingħata 0,5 punt għal kull istanza. Għall-kategorija
“Il-partijiet ikkonċernati għandhom aċċess għall-bażi ta’ dejta (l-imħallfin,
l-avukati, il-prattikanti legali l-oħra u/jew il-pubbliku ġenerali”, jingħata
punt 1 meta l-partijiet ikkonċernati kollha huma koperti. Jekk il-pubbliku
ġenerali ma għandux aċċess, jingħata 0,25 punt għal kull parti ikkonċernata li
għandha aċċess (pereż. imħallfin = 0,25 punt, avukati = 0,25 punt, prattikanti
legali l-oħra = 0,25 punt). Grafika 30: Aċċess
onlajn għal sentenzi ppubblikati* (każistika amministrattiva, l-okkorrenzi
kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[13])
*
Għall-kategoriji "Disponibbiltà onlajn tas-sentenzi",
"L-informazzjoni fil-bażi ta’ dejta hija aġġornata tal-inqas darba fix-xahar"
u "Aċċess għas-sentenzi ppubblikati huwa b'xejn" jingħataw 3 punti
meta dan hu l-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet). Meta
dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1
jew 2 punti). Meta dan is-servizz ikun disponibbli biss għal ċerti qrati
jingħata 0,5 punt għal kull istanza. Għall-kategorija “Il-partijiet
ikkonċernati għandhom aċċess għall-bażi ta’ dejta (l-imħallfin, l-avukati,
il-prattikanti legali l-oħra u/jew il-pubbliku ġenerali”, jingħata punt 1
meta l-partijiet ikkonċernati kollha huma koperti. Jekk il-pubbliku ġenerali ma
għandux aċċess, jingħata 0,25 punt għal kull parti ikkonċernata li għandha
aċċess (pereż. imħallfin = 0,25 punt, avukati = 0,25 punt, prattikanti legali
l-oħra = 0,25 punt). Fl-IE il-websajt tad-Dipartiment tal-Ġudikatura hija
l-pjattaforma uffiċjali għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati
kollha li għandhom ġurisdizzjoni ċivili u kriminali. Ma hemm l-ebda kategorija
speċifika magħrufa bħala “każistika amministrattiva”. Grafika 31: Prattiki
rigward il-pubblikazzjonijiet ta’ sentenzi online * (kawżi ċivili, kummerċjali
u amministrattivi, l-istanzi kollha) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[14]) * Għall-kategoriji “Il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi huwa
magħmul fuq il-bażi ta’ kriterji tal-għażla”, “Is-sentenzi huma assenjati
Identifikatur Ewropew tal-Każistika (jew se jkunu fil-futur)”, “Is-sentenzi
huma mmarkati bi kliem ewlieni” u “Is-sentenzi huma anonimizzati”, jiġu
allokati 3 punti meta dan ikun il-każ għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u
t-tielet). Meta dan is-servizz hu disponibbli biss għal ċerti istanzi
tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti skont in-numru ta' istanzi li huma
koperti). F’Malta l-qorti tat-tieni istanza
hija l-ogħla Qorti. Grafika 32: Prattiki
rigward il-pubblikazzjonijiet ta’ sentenzi onlajn (kawżi amministrattivi,
l-istanzi kollha)* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[15]) * Għall-kategoriji kollha
"Il-pubblikazzjoni ta’ sentenzi huwa magħmul fuq il-bażi ta’ kriterji
tal-għażla”, “Is-sentenzi huma assenjati Identifikatur Ewropew tal-Każistika
(jew se jkunu fil-futur)”, “Is-sentenzi huma mmarkati bi kliem ewlieni” u
“Is-sentenzi huma anonimizzati”, jiġu allokati 3 punti meta dan ikun il-każ
għall-istanzi kollha (l-ewwel, it-tieni u t-tielet). Meta dan is-servizz hu
disponibbli biss għal ċerti istanzi tal-qrati (jingħataw 1 jew 2 punti
skont in-numru ta' istanzi li huma koperti). F’Malta, il-qorti tat-tieni
istanza hija l-ogħla qorti. Fl-IE il-websajt tad-Dipartiment tal-Ġudikatura
hija l-pjattaforma uffiċjali għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet kollha
tal-qrati kollha li għandhom ġurisdizzjoni ċivili u kriminali. Ma hemm l-ebda
kategorija speċifika magħrufa bħala “każistika amministrattiva”. 3.2.4 Il-metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim
(ADR) jgħinu fit-tnaqqis tal-ammont ta’ xogħol tal-qrati L-ADR tkopri kull metodu biex
jissolva t-tilwim ħlief permezz ta’ kawża fil-qrati. Medjazzjoni,
konċiljazzjoni u arbitraġġ huma l-forom l-aktar użwali tal-ADR. B'paragun
mal-medja ta' tilwim legali, huma jistgħu jgħinu l-partijiet sabiex jaslu
għall-kompromess f'perjodu qasir ta' żmien u jrawmu kultura aktar armonjuża li
fiha mhemmx rebbieħa jew telliefa. L-ADR tista’ tikkontribwixxi għal ġustizzja
effettiva u fl-aħħar mill-aħħar għal ambjent li jiffavorixxi l-investiment u
t-tkabbir ekonomiku. L-Istati Membri kollha li taw d-dejta rrappurtaw
id-disponibbiltà ta’ mill-inqas tliet metodi ta’ ADR, b’maġġoranza kbira
tirraporta erba’ metodi, jiġifieri medjazzjoni ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji,
konċiljazzjoni u arbitraġġ. Minkejja d-disponibbiltà ta’ diversi
possibbiltajiet biex tilwima tissolva barra mill-awla tal-qorti, il-metodi
tal-ADR jibqgħu fil-biċċa l-kbira mhux użati biżżejjed fil-biċċa l-kbira
tal-Istati Membri, kif iddokumentat fil-Grafika 37. It-Tabella ta’
Valutazzjoni tipprovdi dejta dwar l-attivitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati
Membri biex jippromwovu u jinċentivaw l-użu ta’ dawn il-metodi. Filwaqt li
l-attivitajiet promozzjonali huma kkunsidrati passi volontarji, l-inċentivi
huma kkodifikati b’liġi jew digriet tal-gvern u għalhekk huma rekwiżit.
Il-Grafika 33 u 34 huma bbażati fuq it-tweġibiet għal kwestjonarju
mibgħut lill-persuni ta’ kuntatt tal-Istati Membri. Il-Grafika 35 hija
bbażata fuq stħarriġ tal-Ewrobarometru. Din tistabbilixxi t-tweġibiet ta’
kumpaniji li rrappurtat li rċeviet l-ilmenti tal-konsumaturi permezz ta’
diversi kanali f’dawn l-aħħar 12-il xahar. Grafika 33: Promozzjoni
tal-użu tal-ADR mis-settur pubbliku* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[16]) * Indikatur aggregat ibbażat fuq id-dejta li ġejja: 1)
websajts li jipprovdu informazzjoni dwar l-ADR, 2) kampanja tar-reklamar
fil-midja, 3) fuljetti għall-pubbliku ġenerali, 4) sessjonijiet ta’
informazzjoni speċifiċi fuq l-ADR huma disponibbli fuq domanda, 5) attivitajiet
speċifiċi ta’ komunikazzjoni organizzati mill-qrati, 6) pubblikazzjoni ta’
valutazzjonijiet dwar l-użu tal-ADR, 7) pubblikazzjoni ta’ statistika dwar
l-użu tal-ADR, 8) oħrajn. Għal kull għodda ta’ promozzjoni spjegata
fil-kwestjonarju punt wieħed huwa allokat. Għal ċerti Stati Membri attivitajiet
addizzjonali jistgħu jitwettqu (DE). Grafika 34: Inċentivi
għall-użu tal-ADR* (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[17]) *Indikatur aggregat ibbażat fuq id-dejta li ġejja: 1)
l-għajnuna legali tkopri (parzjalment jew bis-sħiħ) l-ispejjeż sostnuti
mal-ADR, 2) rifużjoni sħiħa jew parzjali ta’ miżati tal-qorti, inkluż taxxi
tal-bolla, jekk l-ADR tirnexxi, 3) l-ebda avukat għal proċedura tal-ADR mhuwa
meħtieġ, 4) l-imħallef jista’ jaġixxi bħala medjatur, 5) l-ADR/il-koordinatur
tal-medjazzjoni fil-qrati, 6) oħrajn. Għal kull għodda ta’ inċentiv spjegata
fil-kwestjonarju punt wieħed huwa allokat. Ċerti Stati Membri rreferew għal
metodu addizzjonali biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ADR (IE). Grafika 35: L-ilmenti tal-konsumaturi
riċevuti minn kumpanniji permezz ta’ diversi kanali* (sors: Stħarriġ
tal-Ewrobarometru[18]) *Iċ-ċifra ma tqisx dawk it-tweġibiet fejn il-bejjiegħa
bl-imnut ma rċievewx ebda ilmenti mill-konsumatur permezz tal-kanali kollha. 3.2.5 Il-promozzjoni tat-taħriġ tal-imħallfin tista’
tgħin biex titjieb l-effettività tal-ġustizzja It-taħriġ tal-imħallfin huwa
element importanti għall-kwalità ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji. Informazzjoni
li toħroġ mir-rapport annwali tal-2014 dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew[19] dwar
il-perċentwali attwali ta’ mħallfin li jipparteċipaw f’taħriġ kontinwu fil-liġi
tal-UE, jew fil-liġi ta’ Stat Membru ieħor, ġiet inkluża wkoll. Grafika 36: Taħriġ
obbligatorju għall-imħallfin fl-2013* (sors: studju tas-CEPEJ) *DE u HU ġew irrapurtati li
żiedu u EL li naqqas l-għadd ta’ kategoriji ta’ taħriġ obbligatorju f'paragun
mal-2012. Grafika 37: L-imħallfin
li jipparteċipaw f'attivitajiet kontinwi ta' taħriġ fil-Liġi tal-UE jew
fil-liġi ta' Stat Membru ieħor (bħala % tan-numru totali ta' mħallfin) (sors: Il-Kummissjoni
Ewropea, Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew, 2014[20]) *Din is-sena, id-dejta ġiet
provduta għall-UK (SC). Għall-FR, hija tinkludi l-prosekuturi. Fi ftit każijiet
irrappurtati mill-Istati Membri l-proporzjon ta’ parteċipanti għall-membri
eżistenti tal-professjoni legali jaqbeż il-100 %, li jfisser li
l-parteċipanti ħadu sehem f’aktar minn attività waħda ta’ taħriġ dwar il-liġi
tal-UE. 3.2.6 Riżorsi It-tabella ta’ hawn taħt turi
t-total ġenerali tal-baġit approvat tal-ġudikatura għal kull abitant għall-2010,
2012 u 2013. It-tabella tirrifletti stabbiltà relattiva fil-baġit għal qrati
għal kull abitant tul l-aħħar tliet snin, b’żieda żgħira fil-medja. Grafika 38: Baġit
għall-qrati* (f’EUR għal kull abitant) (sors: studju tas-CEPEJ) *Il-Grafika 38 tindika
l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha, ikun xi
jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali).
Il-paraguni għandhom ikunu meħuda b’ċerta ħsieb billi ċ-ċifri għal AT, BE, FR,
EL u LU jikkorrispondu għall-baġit kollu tas-sistema ġudizzjarja u jinkludi
għajnuna legali u s-servizzi tal-prosekuzzjoni, id-dejta għal DE mhijiex
kompluta peress li ma tkoprix l-Länder kollha u xi Stati Membri jirċievu
finanzjament minn istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej. It-tnaqqis
sinifikanti għal ES bejn l-2010 u l-2012 jirrifletti l-fatt li d-dejta mingħand
il-Komunitajiet Awtonomi u mill-Kunsill għall-Ġudikatura ma ġewx inklużi
fid-dejta tal-2012. L-Artikolu 47(3) tal-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-għajnuna legali
tkun disponibbli lil dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed, sa fejn din
l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja
It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015 tinkludi informazzjoni dwar l-infiq per
capita għall-għajnuna legali fl-Istati Membri fl-2010, 2012 u 2013.
It-tabella ta’ hawn taħt turi li jistgħu jinstabu differenzi sinifikanti f’dawn
l-ammonti bejn gruppi ta’ pajjiżi (li jirriflettu qasma bejn
it-Tramuntana/in-Nofsinhar u l-Lvant). Kien hemm stabbiltà relattiva dwar
l-ammonti li ntefqu fuq l-għajnuna legali għal kull abitant tul is-snin koperti
fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. It-tabella ma tagħtix informazzjoni dwar
kif l-ammonti globali allokati għall-għajnuna legali huma distribwiti fost
il-benefiċjarji jew il-każijiet. Grafika 39: Il-baġit pubbliku annwali allokat
għal għajnuna legali għal kull abitant fl-2010, fl-2012 u fl-2013 * (sors:
studju tas-CEPEJ) *Il-Grafika 39
tindika l-ammont ta’ baġit pubbliku annwali allokat għal għajnuna legali
fl-2010, 2012 u 2013 għal kull abitant. Il-baġit għal DE mhix kompluta minħabba
li ma jkoprix l-Länder kollha. F’ċerti Stati Membri, il-professjonisti legali
jistgħu wkoll ikopru parti tal-għajnuna legali, li mhuwiex rifless fil-figuri ta’
hawn fuq. Grafika 40: Nefqa totali tal-amministrazzjoni
pubblika għall-"ġudikatura"*
(f' EUR għal kull
abitant) (sors: Eurostat) Dan l-indikatur addizzjonali fuq
ir-riżorsi jibni fuq id-dejta tal-Eurostat dwar in-nefqa tal-gvern. Hu
jippreżenta l-baġit li attwalment intefaq, li jikkomplimenta l-indikatur
eżistenti fuq il-baġit allokat għall-ġudikatura. Il-paragun qed isir bejn
l-2011, l-2012 u l-2013. *Filwaqt li l-Grafika 38
tindika l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha,
ikun xi jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali),
il-Grafika 40 tippreżenta n-nefqa totali (reali) tal-amministrazzjoni
pubblika għall-ġudikatura (Dejta tal-Kontijiet Nazzjonali, Klassifikazzjoni
tal-Funzjonijiet tal-Gvern, grupp 03.3). Il-Grafika 40 tinkludi wkoll
sistemi ta’ probation u għajnuna legali. Grafika 41: In-nefqa
tal-amministrazzjoni pubblika għall-ġudikatura bħala perċentwali tal-PGD (sors:
Eurostat) It-tabelli ta’ hawn taħt
jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżorsi umani fis-sistemi ġudizzjarji
tal-Istati Membri. Rigward in-numru ta’ mħallfin għal kull
100 000 abitant, tista’ tinstab stabbiltà relattiva f’ħafna Stati
Membri bejn l-2010 u l-2013, b’żieda żgħira fil-medja. Bl-istess mod,
tista' tiġi osservata żieda fil-proporzjon ta’ avukati għal kull
100 000 abitant f’bosta Stati Membri. Dawn il-proporzjonijiet huma
differenti ħafna bejn il-pajjiżi. Grafika 42: Numru ta’ avukati* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju
tas-CEPEJ) *Avukat huwa persuna
kkwalifikata u awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tinvoka u taġixxi
f’isem il-klijenti tagħha, biex tinvolvi ruħha fil-prattika tal-liġi, biex
tidher quddiem il-qrati jew tagħti pariri u tirrappreżenta lill-klijenti tagħha
fi kwistjonijiet legali (Rakkomandazzjoni Rec(2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri
tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’
avukat). Grafika 43: Numru ta’ mħallfin* (għal kull
100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ) *Il-kategorija tikkonsisti
minn imħallfin li jaħdmu full-time, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Ma
tinkludix reġistraturi (Rechtspfleger)/skrivani tal-qorti li jeżistu f’xi Stati
Membri. In-numru totali ta’ imħallfin professjonali għal EL jinkludi kategoriji
differenti matul is-snin murija hawn fuq, li parzjalment jispjega l-varjazzjoni
tagħhom. Grafika 44: Varjazzjoni ta’ għadd assolut tal-qrati
kollha (postijiet ġeografiċi) bejn l-2010-2013 * (sors: studju tas-CEPEJ) Il-grafika 1 dwar "Immappjar
tar-riformi tal-ġustizzja fl-UE fl-2014" turi li numru importanti ta’
Stati Membri bdew, adottaw jew implimentaw riforma tal-mappa ġudizzjarja u/jew
tal-istruttura tal-ġudikatura. Il-grafika hawn taħt tikkumplimenta din
l-informazzjoni li tipprovdi dejta dwar il-varjazzjoni tan-numru tal-qrati
kollha bħala postijiet ġeografiċi[21] għall-perjodu 2010-2013.
Il-varjazzjoni fin-numru tal-qrati bħala entitajiet legali mhijiex
rappreżentata f’din iċ-ċifra. *L-IT implimentat
ir-riorganizzazzjoni tad-distribuzzjoni ġeografika tal-qrati
f’Settembru 2013. Dan inkluda l-għeluq (permezz ta’ fużjoni ma’ uffiċċji
oħra) ta’ 30 Qrati Ġenerali, 30 Uffiċċji tal-Prosekuzzjoni, 220 fergħa ta’
Qrati Ġenerali u 346 Imħallfin tal-paċi. Il-LT naqset l-għadd ta’ qrati
distrettwali minn 54 għal 49, f’Jannar 2013. NL organizzat mill-ġdid
distribuzzjoni ġeografika tal-qrati fl-2013 (tnaqqis minn 64 għal 40). Din
ir-riorganizzazzjoni rriżultat fl-għeluq ta’ qrati subdistrettwali. Għal HR u
SI ż-żieda hija spjegata permezz ta' interpretazzjoni differenti mogħtija għal
mistoqsija tas-CEPEJ fl-2013 meta mqabbel mal-2010. 3.2.7 Is-sehem ta' mħallfin
professjonisti nisa Id-diversità fost l-impjegati
żżid l-għarfien kumplimentari, il-ħiliet u l-esperjenza u tirrifletti r-realtà
fil-post. Dan huwa partikolarment minnu għall-ġudikatura. Korp aktar ta’ ġeneru
divers tal-imħallfin jista' jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ sistema
ġudizzjarja. Iċ-ċifri ta’ hawn taħt dwar
l-imħallfin nisa fl-ewwel u fit-tieni istanza u fil-qrati supremi jipprovdu
stampa differenti. Id-dejta tikkonferma relazzjoni inversa: aktar ma tkun
għolja l-qorti, aktar baxx is-sehem tan-nisa imħallfin. Filwaqt
li għal ħafna mill-Istati Membri s-sehem attwali ta’ nisa imħallfin fl-ewwel u
fit-tieni istanza hija relattivament għolja u fi ħdan iż-żona ta’ bilanċ bejn
is-sessi ta' sehem ta’ 40-60 %[22]; is-sitwazzjoni hija
differenti ħafna għal nisa mħallfin fi qrati supremi. Wara li ntqal dan,
ix-xejriet matul l-aħħar tliet snin għal qrati tal-ewwel u tat-tieni istanza, u
matul dawn l-aħħar seba’ snin għal qrati supremi huma fil-biċċa l-kbira
pożittivi. Huma jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri qed jaħdmu lejn
il-kisba taż-żona ta’ bilanċ bejn is-sessi. Grafika 45: Sehem ta’ nisa mħallfin professjonisti fl-ewwel u
fit-tieni istanza u qrati supremi (sors: Il-Kummissjoni Ewropea u studju
tas-CEPEJ) Grafika 46: Varjazzjoni f’sehem ta’ mħallfin professjonisti nisa
kemm fl-ewwel u fit-tieni istanza mill-2010 sal-2013 kif ukoll fi qrati supremi
mill-2007 sal-2014 * (sors: Il-Kummissjoni Ewropea u studju tas-CEPEJ) * Għall-qrati tal-Prim’Istanza
fil-Qorti Suprema ta' SI u UK, id-dejta ma weriet l-ebda varjazzjoni matul
il-perjodu ta’ referenza. Konklużjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji · It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja fl-UE tal-2015 turi li hemm ambitu biex tkompli u ttejjeb l-isforzi li jappoġġaw il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji. · Komplew l-isforzi biex jittejbu l-għodod tal-ICT għas-sistema ġudizzjarja. Madankollu, l-indikaturi jiżvelaw nuqqasijiet f’għadd ta’ Stati Membri, kemm għal għodod tal-ICT disponibbli għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-ġudikatura u għal komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet. L-ipproċessar elettroniku ta’ talbiet żgħar u l-irkupru tad-dejn mhux ikkontestat mhuwiex possibbli f’numru sinifikanti ta’ Stati Membri. Dejta komparattiva aktar dettaljata hija meħtieġa biex jiġu identifikati aħjar l-isfidi fil-modernizzazzjoni tal-għodod tal-ICT għas-sistemi ġudizzjarji u l-aħjar prattiki. Tali ħarsa ġenerali tappoġġja lill-Istati Membri li bdew jew huma fil-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-għodod tal-ICT. Il-Kummissjoni tappoġġja tali sforzi, b'kooperazzjoni mal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. · Maġġoranza kbira tal-Istati Membri qed jużaw għodod tal-valutazzjoni sabiex jimmonitorjaw l-attivitajiet tal-ġudikatura. Rapporti ta’ attività annwali dwar il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja huma ppubblikati b’mod wiesa’. Madankollu, mhux kull sistema ta’ ġbir ta’ dejta tipprovdi informazzjoni biżżejjed dwar il-funzjonament tas-sistema jew dejta komparabbli madwar l-UE, inklużi dawk mitluba mis-CEPEJ. · Ftit Stati Membri jsegwu approċċ komprensiv għall-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-ġudikatura. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jużaw stħarriġ biex tinġabar informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, kienu ftit Stati Membri biss li għamlu stħarriġ lill-partijiet interessati rilevanti kollha (l-imħallfin, il-persunal tal-qorti, prosekuturi pubbliċi, avukati, il-partijiet u utenti oħra tal-ġudikatura). · L-aċċess għall-ġustizzja tirrikjedi li l-għajnuna legali tkun disponibbli lil dawk li ma jkollhomx riżorsi biżżejjed sa fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja. Iċ-ċifri dwar l-allokazzjoni tal-baġit għal kull abitant jindikaw li tingħata prijorità ogħla għal għajnuna legali fil-pajjiżi tat-Tramuntana. · Hemm lok sinifikanti għat-titjib tal-proċeduri għal talbiet żgħar onlajn. L-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mwettqa f’dan il-qasam turi lok għal titjib kemm ta’ aspetti tal-ipproċessar u kif ukoll tal-kwalità u l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni. Biex jiġi żviluppat onlajn l-ipproċessar ta’ talbiet żgħar huma meħtieġa aktar passi biex jintegraw elementi ta' faċilitazzjoni ewlenin, bħalma huma l-identità elettronika (jew identifikatur ieħor) u d-dokumenti awtentikati, fi stadji differenti tal-proċedura għal talbiet żgħar. · Fil-maġġoranza tal-Istati Membri aktar minn 20 % ta’ mħallfin ħadu sehem f’taħriġ kontinwu dwar il-liġi tal-UE jew dwar il-liġi ta’ Stati Membri oħra. Dan jaqbeż il-5 % tal-mira annwali ta’ prattikanti legali li jeħtieġ li jkunu mħarrġa biex jintlaħaq, sal-2020, l-objettiv ta’ 50 %. Fl-2013, l-Istati Membri kollha li pprovdew id-dejta dwar taħriġ għall-imħallfin laħqu l-mira annwali. · L-Istati Membri kollha qed jagħmlu sforzi biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini dwar is-sistemi ġudizzjarji tagħhom, inkluż dwar il-qrati individwali, u dwar kif wieħed għandu jipproċedi meta jitressaq il-qorti. Madankollu, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-proċeduri u dwar l-għajnuna legali f’għadd ta’ Stati Membri. Maġġoranza kbira ta’ Stati Membri jorganizzaw taħriġ dwar ħiliet ta’ komunikazzjoni għall-imħallfin. · The majority of Member States enable free online access to civil and commercial judgments for the general public, b'xejriet li jindikaw l-aġġornament frekwenti tad-dejta (tal-inqas darba fix-xahar). L-aċċess huwa pprovdut bla ħlas fi kważi l-Istati Membri kollha. Disponibbiltà onlajn ta’ sentenzi dwar każijiet amministrattivi hija kemmxejn inqas mifruxa. Aċċess onlajn għal deċiżjonijiet mogħtija minn qrati ta’ prim’istanza huwa wkoll inqas komuni għall-kategoriji kollha ta’ każijiet (ċivili, kummerċjali, amministrattivi). L-anonimizzazzjoni ta’ sentenzi tal-qorti ppubblikati onlajn u t-tikkettar ta’ sentenzi bi kliem prinċipali huma prattiċi komuni. Madwar terz tal-Istati Membri kollha qed jużaw jew qed jippjanaw li jużaw Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Każistika Ewropea. Huma ftit ħafna l-Istati Membri li jittraduċu sentenzi tal-ogħla qorti f’lingwa barranija. · Id-dejta dwar l-użu ta’ metodi ta’ ADR turi li fi kważi nofs l-Istati Membri, l-ADR huwa użat aktar spiss minn qrati għal soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi. F’aktar minn terz tal-Istati Membri l-konsumaturi dahru lejn l-ADR aktar ta’ spiss milli lejn l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumatur jew l-awtoritajiet pubbliċi. · Kważi l-Istati Membri kollha li pprovdew dejta rrapportaw attivitajiet promozzjonali għas-settur pubbliku u inċentivi biex jiżdied l-użu ta’ metodi tal-ADR. Kemm għal promozzjoni u kif ukoll għal inċentivi, grupp kbir ta’ Stati Membri rrapportaw l-istess numru ta’ għodda li hemm fis-seħħ fit-tilwim ċivili u kummerċjali, t-tilwim industrijali u t-tilwim tal-konsumaturi. · Matul l-aħħar tliet snin kien hemm bħala medja żieda żgħira fir-riżorsi allokati għall-ġudikatura fl-Ewropa. Ġustizzja effettiva teħtieġ livell xieraq ta’ riżorsi. Huwa f’idejn kull Stat Membru biex jaċċerta ruħu, wara li ssir valutazzjoni globali u dettaljata tas-sitwazzjoni tas-sistema tiegħu, fuq il-livell eżatt ta’ riżorsi li jeħtieġ. Għal dan l-għan, l-użu ta’ għodod li jippermetti lill-Istati Membri li jimmonitorjaw u jevalwaw il-ġudikatura hija essenzjali. L-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti għandhom jitqiesu meta tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tar-riżorsi. · Filwaqt li livell xieraq ta’ riżorsi huwa dejjem indispensabbli, varjetà ta’ fatturi huwa element determinanti għat-titjib tal-effettività. Pereżempju, funzjonament aħjar tal-qrati jista' jkun marbuta ma’ miżuri mmirati lejn it-titjib tal-ġestjoni ta’ każijiet, riformi fil-proċedura jew l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni ta’ prestazzjoni tajba fis-sistema. · Aktar ma tkun għolja l-qorti, aktar baxx is-sehem tan-nisa mħallfin. Anke jekk is-sehem ta’ nisa mħallfin professjonisti kemm għall-ewwel u t-tieni istanza u kif ukoll il-qrati supremi juri xejra pożittiva għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, fir-rigward tal-qrati supremi l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għad fadlilhom x’jaqdfu biex jintlaħaq il-bilanċ bejn is-sessi ta’ 40-60 %.
3.3 Indipendenza
L-Indipendenza Ġudizzjarja hija
wkoll rekwiżit li joħroġ mid-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fil-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (Artikolu 47). Din importanti wkoll
għal ambjent ta’ investiment attraenti, billi hi tassigura l-ġustizzja,
l-prevedibbiltà, ċ-ċertezza, u l-istabbiltà tas-sistema legali li fiha joperaw
in-negozji. Barra mill-informazzjoni dwar
il-perċezzjoni fuq l-indipendenza ġudizjarja, li tista' tinfluwenza
d-deċiżjonijiet ta' investiment, it-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-2014
ppreżentat l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva dwar kif is-sistemi ġudizzjarji
huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet
fejn l-indipendenza tagħhom tista’ tkun f'riskju. F’kooperazzjoni kontinwa
man-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew
tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ), il-Kummissjoni espandiet il-ħarsa
ġenerali komparattiva dwar l-indipendenza strutturali. Iċ-ċifri ppreżentati
fit-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-2015 huma bbażati fuq it-tweġibiet għal
kwestjonarju aġġornat elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib
mal-ENCJ u fuq il-Gwida tal-ENCJ.[23] 3.3.1 Perċezzjoni dwar l-indipendenza ġudizzjarja Grafika 47: Perċezzjoni dwar l-indipendenza
ġudizzjarja* (perċezzjoni - valur ogħla jfisser perċezzjoni aħjar) (sors: Forum
Ekonomiku Dinji - WEF[24]) * In-numru fil-parentesi juri l-klassifika
l-iktar riċenti fost 144 pajjiż fid-dinja. 3.3.2 Indipendenza strutturali Billi diversi Stati Membri qed
jippjanaw riformi li jikkonċernaw l-Kunsilli tagħhom għall-Ġudikatura jew qed
jirriflettu dwar l-istabbiliment ta’ korpi indipendenti li l-ħidma ewlenija
tagħhom tkun il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja, iċ-ċifri jippreżentaw
tqabbil ta’ kompożizzjoni (skont il-proċess ta’ nomina) u s-setgħat ewlenin
tal-Kunsilli tal-Ġudikatura eżistenti fl-UE (Grafiki 48 u 49). Dawn
ir-rapporti komparattivi jistgħu jassistu l-Istati Membri sabiex jadottaw
riformi li jiżguraw l-effettività tal-Kunsilli għall-Ġudikatura bħala
istituzzjonijiet nazzjonali indipendenti b’responsabbiltà finali għall-appoġġ
tal-ġudikatura fl-għoti indipendenti tal-ġustizzja, filwaqt li jittieħed kont
tat-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi ġudizzjarji. Id-determinazzjoni tar-riżorsi
finanzjarji għall-ġudikatura hija kwistjoni sensittiva li tista’ taffettwa
l-indipendenza ġudizzjarja. Il-Grafika 51 il-ġdida tippreżenta
informazzjoni dwar liema fergħa tal-gvern taddotta kriterji
għad-determinazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura u xinhuma dawn
il-kriterji. Sabiex tiġi żgurata
l-indipendenza strutturali jenħtieġu salvagwardji legali li jipproteġuha
b’sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji tista’ tkun
f’riskju. Jintużaw ħames indikaturi biex juru salvagwardji f'tali
sitwazzjonijiet: is-salvagwardji rigward it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr
il-kunsens tagħhom (Grafika 51), it-tkeċċija ta' mħallfin (Grafika 52),
l-allokazzjoni ta' kawżi li jkunu deħlin (Grafika 53), l-irtirar jew
l-iskwalifika ta' mħallfin (Grafika 54) u t-theddida kontra l-indipendenza
ta' mħallef (Grafika 55). Għal sitwazzjonijiet bħal dawn,
ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-imħallfin:
l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabiltajiet (“ir-Rakkomandazzjoni”)
tippreżenta standards biex jiġi żgurat li l-indipendenza tal-ġudikatura hija
rispettata.[25]
Iċ-ċifri ġew aġġornati f’każijiet fejn il-qafas legali jew prattika fl-Istati
Membri nbidlet mill-pubblikazzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014.
F’ċerti ċifri, ġew ippreżentati salvagwardji addizzjonali, bħall-awtorità li
tiddeċiedi dwar l-appell kontra t-tkeċċija ta’ mħallef, u saff kwantitattiv u
ġdid ġie miżjud, li turi n-numru ta’ drabi li sitwazzjoni partikolari seħħet
fl-2013, pereżempju l-għadd ta' trasferimenti ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens
tagħhom u l-għadd ta’ sensji tal-imħallfin. Iċ-ċifri jippreżentaw l-ewwel ħarsa
ġenerali lejn is-salvagwardji legali f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet mingħajr
ma jagħmlu valutazzjoni tal-effettività tagħhom.[26] Grafika 48: Kompożizzjoni tal-Kunsilli
għall-Ġudikatura skont il-proċess ta’ nominazzjoni *[27] Il-grafika tippreżenta
l-kompożizzjoni tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-membri tal-ENCJ, skont
il-proċess ta’ nomina, skont jekk il-membri humiex imħallfin/prosekuturi
magħżula mill-pari tagħhom, il-membri nnominati mill-fergħa eżekuttiva jew
leġiżlattiva, jew membri nominati minn korpi u awtoritajiet oħra. Mhux
inqas minn nofs il-membri tal-Kunsilli għall-Ġudikatura għandhom ikunu mħallfin
magħżula mill-pari tagħhom mil-livelli kollha tal-ġudikatura u b’rispett
tal-pluraliżmu fi ħdan il-ġudikatura.[28] *BE: il-membri tal-ġudikatura
huma l-imħallfin jew il-prosekuturi; BG: Il-kategorija dwar il-prosekuturi
jinkludu maġistrat investigattiv elett wieħed; DK: il-membri kollha huma
maħtura formalment mill-Ministru tal-Ġustizzja; Il-kategorija Maħtur/appuntat
minn korpi/awtoritajiet oħra tinkludi żewġ rappreżentanti tal-qorti (appuntati
mit-trejdjunjin għall-persunal amministrattiv u mit-trejdjunjin
għall-pulizija); FR: il-Kunsill għandu żewġ formazzjonijiet — waħda
b’ġurisdizzjoni fuq l-imħallfin "in sede" u waħda b’ġurisdizzjoni fuq
il-prosekuturi; IT-CSM: Consiglio superiore della Magistratura (li jkopri
l-ġudikatura ċivili u penali); IT-CPGA: Consiglio di għall-Presidenza della
Giustizia amministrativa (li jkopri l-ġudikatura amministrattiva); IT-CSM:
il-kategorija dwar l-imħallfin tinkludi żewġ maġistrati (l-imħallfin u/jew
il-prosekuturi) eletti mill-Qorti Suprema; ES: il-membri tal-Kunsill li ġejjin
mill-ġudikatura huma maħtura mill-Parlament - il-Kunsill jikkomunika
lill-Parlament lista ta’ kandidati li rċevew l-appoġġ ta' assoċjazzjoni
tal-imħallfin jew ta’ ħamsa u għoxrin imħallef; NL: il-membri maħtura
formalment b’Ordni Amministrattiv fuq proposta tal-Ministru tas-Sigurtà u
tal-Ġustizzja; SI: il-membri eletti mill-Assemblea Nazzjonali dwar il-proposta
tal-President tar-Repubblika; RO: il-maġistrati eletti huma validati mis-Senat. Grafika 49: Is-setgħat tal-Kunsilli
għall-Ġudikatura *[29] Il-grafika
tippreżenta ċerti setgħat ewlenin tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, il-membri
tal-ENCJ, bħalma huma dawk li jirrigwardaw il-ħatra u t-tkeċċija tal-imħallfin,
it-trasferiment ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom, il-proċeduri
dixxiplinari fil-konfront tal-mħallfin, l-adozzjoni ta’ standards etiċi u
l-promozzjoni tal-imħallfin. *IT: iż-żewġ kunsilli għall-ġudikatura (CSM:
il-ġudikatura ċivili/kriminali, u CPGA: il-ġudikatura amministrattiva). Grafika 50: Kriterji għad-determinazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji
għall-ġudikatura*[30] Il-figura turi liema fergħa
tal-gvern (ġudizzjarja, leġiżlattiva jew eżekuttiva) tiddefinixxi l-kriterji
għad-determinazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura. Hija tippreżenta
wkoll, għal kull pajjiż, x’inhuma dawn il-kriterji: l-ammont ibbażat fuq
l-ispejjeż storiċi/realizzati, li huwa l-aktar kriterju komuni, jew, inqas
frekwentement, l-għadd ta’ kawżi li jkunu deħlin/kawżi solvuti, l-ispejjeż
antiċipati jew ħtiġijiet/talbiet mill-ġudikatura. *DE: għall-baġit tal-Qorti
Suprema biss - għall-ewwel u t-tieni istanzi, is-sistemi ġudizzjarji jvarjaw
bejn l-istati federali; EE: għall-qrati tal-ewwel u tat-tieni istanzi biss; DK:
numru ta’ kawżi li jkunu deħlin u ta' kawżi attwalment solvuti f'qorti
tal-ewwel istanza huma kkunsidrati; HU: il-Ieġiżlazzjoni tipprovdi li s-salarji
tal-imħallfin huma stabbiliti fl-Att dwar il-baġit ċentrali b’tali mod li
l-ammont ma għandux ikun aktar baxx milli kien fis-sena ta’ qabel; NL: in-numru
ta’ kawżi solvuti bbażat fuq l-evalwazzjoni tal-ispejjeż għall-qrati huwa
kkunsidrat. Grafika 51: Is-salvagwardji dwar it-trasferiment
ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom (il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin) [31] Il-grafika teżamina x-xenarju tat-trasferiment
ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u turi jekk tali trasferiment huwiex
permess u, jekk iva, liema awtoritajiet jiddeċiedu dwar kwistjonijiet bħal
dawn, ir-raġunijiet (pereż. organizzattivi, dixxiplinarji) li għalihom tali
trasferiment huwa permess u jekk appell kontra d-deċiżjoni huwiex possibbli.[32]
Għall-ewwel darba, il-grafika turi wkoll in-numru ta’ mħallfin li ġew
trasferiti mingħajr il-kunsens tagħhom fl-2013. * In-numru fuq il-kolonna jindika n-numru ta’ mħallfin trasferiti
mingħajr kunsens fl-2013 (in-nuqqas ta' numru jindika li mhemmx dejta
disponibbli); PL: wara
r-riorganizzazzjoni tal-qorti, madwar ħames mitt imħallfin minn qrati magħluqa
ġew ittrasferiti lil qrati oħrajn. Grafika 52: It-tkeċċija tal-imħallfin tal-ewwel u
t-tieni istanza*[33] Din il-grafika tippreżenta
l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jipproponu u jiddeċiedu dwar
it-tkeċċija ta’ mħallef tal-ewwel u tat-tieni istanza fl-Istati Membri
differenti.[34]
Il-parti ta’ fuq tal-kolonna tindika min jieħu d-deċiżjoni finali[35]
u l-parti t’isfel turi – fejn relevanti – min jipproponi t-tkeċċija jew min
għandu jiġi kkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni. Għall-ewwel darba,
il-grafika turi wkoll in-numru ta’ mħallfin li ġew imkeċċija fl-2013 u jekk
analiżi tat-tkeċċija quddiem qorti, qorti kostituzzjonali jew korp indipendenti
ieħor hijiex possibbli. * In-numru fuq il-kolonna jindika n-numru ta’ mħallfin imkeċċija
fl-2013 (in-nuqqas ta' numru jindika li mhemmx dejta disponibbli). Mhemmx informazzjoni dwar reviżjoni disponibbli
għal AT u LU. Grafika 53: L-allokazzjoni tal-kawżi fi ħdan
il-qorti[36] Il-grafika tippreżenta f’liema
livell il-kriterji għad-distribuzzjoni tal-kawżi fi ħdan il-qorti huma definiti
(pereżempju leġiżlazzjoni, prattika stabbilita sew), kif jiġu allokati l-kawżi
(pereż. mill-president tal-qorti, mill-persunal tal-qorti, allokazzjoni
każwali, ordni definita minn qabel) u liema awtorità tissorvelja
l-allokazzjoni.[37] Grafika 54: L-irtirar u l-iskwalifika ta’ mħallef[38] Il-grafika tippreżenta jekk
l-imħallfin jistgħux jiġu suġġetti għal sanzjonijiet jekk jonqsu li
jirrispettaw l-obbligu tal-irtirar milli jaġġudikaw każ li fih l-imparzjalità
tagħhom hija fid-dubju, kompromessa, jew fejn hemm perċezzjoni raġonevoli ta’
preġudizzju. Il-grafika tippreżenta wkoll liema awtorità[39]
tiddeċiedi fuq talba għal skwalifika minn parti li tkun immirata biex imħallef
jiġi kkontestat.[40] Grafika 55: Il-proċeduri f’każ ta’ theddida
kontra l-indipendenza ta’ mħallef[41] Il-grafika tippreżenta liema
awtoritajiet jistgħu jaġixxu fi proċeduri speċifiċi biex jipproteġu
l-indipendenza ġudizzjarja meta l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza
tagħhom tkun mhedda.[42]
Hi tippreżenta wkoll il-miżuri li jistgħu jadottaw dawn l-awtoritajiet (pereż.
li joħorġu dikjarazzjoni formali, iressqu ilmenti jew sanzjonijiet kontra
persuni li jippruvaw jinfluwenzaw l-imħallfin b’mod mhux xieraq). Azzjoni
meħuda għall-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja tirriżulta minn servizz
tal-prosekuzzjoni pubblika jew qorti (f’każ ta’ sanzjonijiet), jew mill-Kunsill
għall-Ġudikatura fil-każ ta’ miżuri oħra. Konklużjonijiet
dwar l-indipendenza ġudizzjarja
Matul dawn
l-aħħar tliet snin, f’bosta Stati Membri l-perċezzjoni tal-indipendenza
tjiebet jew baqgħet stabbli. Madankollu, f’xi Stati Membri, il-livell diġà
baxx tal-perċezzjoni ta’ indipendenza kompla jiddeterjora.
It-Tabella
ta’ Valutazzjoni tal-2015 espandiet l-immappjar ta’ salvagwardji legali
li għandhom l-għan li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti
sitwazzjonijiet fejn jista’ tkun f’riskju. Din turi wkoll in-numru
tat-trasferimenti ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u l-għadd ta’
sensji tal-imħallfin fl-2013. Barra minn hekk, din tippreżenta
informazzjoni dwar il-kriterji użati fl-Istati Membri biex jiġu stabbiliti
riżorsi finanzjarji għall-ġudikatura.
Billi
diversi Stati Membri qed jippjanaw riformi dwar il-kunsilli
għall-ġudikatura, jew qed jikkunsidraw li jistabbilixxu tali korpi
indipendenti, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal- 2015 tipprovdi ħarsa
ġenerali komparattiva tal-poteri tal-kunsilli u l-kompożizzjoni.
Dan jista’ jassisti lill-Istati Membri fl-iżgurar tal-effettività
tal-kunsilli għas-salvagwardja tal-indipendenza tal-ġudikatura, filwaqt li
jittieħed kont tat-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-sistemi
ġudizzjarji.
Il-Kummissjoni
se tinkoraġġixxi n-netwerks ġudizzjarji sabiex japprofondixxu
l-valutazzjoni tagħhom tal-effettività ta’ salvagwardji legali
u se tirrifletti dwar kif dawn ir-riżultati jistgħu jiġu ppreżentati
f'Tabelli ta’ Valutazzjoni futuri.
4. L-INDIRIZZAR
TAN-NUQQAS TA' DEJTA Il-ġbir ta’ dejta dwar
l-elementi ewlenin tas-sistemi ġudizzjarji li jkopru l-Istati Membri kollha
jibqa’ jikkostitwixxi sfida. Il-grafika ta’ hawn taħt turi lakuni fid-dejta.
Hija tippreżenta l-perċentwali ta’ informazzjoni disponibbli għal kull Stat
Membru għal kull wieħed mill-komponenti ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni
(l-effiċjenza, il-kwalità u l-indipendenza). Grafika 56: Lakuni fid-dejta u d-disponibbiltà
tal-informazzjoni (l-effiċjenza, il-kwalità, l-indipendenza/il-perċentwali
mill-Istat Membru) (sors: Il-Kummissjoni Ewropea[43]) L-informazzjoni dwar
l-indipendenza kienet saret disponibbli minn kważi l-Istati Membri kollha.
Fil-qasam tal-kwalità, id-disponibbiltà tal-informazzjoni hija ġeneralment
ogħla minn 50 %. Id-diffikultajiet ewlenin jibqgħu fil-qasam
tal-effiċjenza. Għalkemm kważi l-Istati Membri kollha ħadu sehem fil-ġbir ta’
dejta mis-CEPEJ għat-tħejjija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2015, il-livell
ta’ tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi għad trid tittejjeb. Id-diffikultajiet fil-ġbir
tad-dejt huma dovuti għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari: in-nuqqas ta’
dejta rilevanti minħabba kapaċità statistika insuffiċjenti; il-fatt li
kategoriji nazzjonali għall-ġbir ta’ dejta ma jikkorrispondux ma’ dawk użati
mis-CEPEJ, jew, f’xi każijiet, in-nuqqas ta’ rieda li jipparteċipaw fil-ġbir
ta’ dejta għat-Tabella ta' Valutazzjoni. Biex jinstab rimedju għal-lakuni
fid-dejta, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jipprovdu d-dejta
kollha rilevanti għat-Tabella ta' Valutazzjoni u għandha l-ħsieb li ssaħħaħ
l-attivitajiet li ġejjin: ·
taħdem mal-grupp ta’
persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali meta tkun qed tiġbor
id-dejta u, billi ġie espress interess biex jiġu żviluppati indikaturi ġodda fi
ħdan il-grupp; li tiżviluppa indikaturi ġodda possibbli; ·
li tikkopera ma’ korpi
tal-UE f’oqsma speċifiċi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE relatata mat-tkabbir,
bħall-kompetizzjoni, id-drittijiet tal-konsumatur, id-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali u li tespandi l-kooperazzjoni għal oqsma oħra; ·
li tikkopera man-netwerks
Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew
tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji
Supremi tal-UE, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġuriżdizzjoni
Amministrattiva Suprema, n-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju u
mal-assoċjazzjonijiet ta’ prattikanti legali, b’mod partikolari l-avukati; ·
li ssegwi l-eżerċizzju ta’
ġbir ta’ dejta konġunta bejn Eurostat/UNODC u l-gruppi esperti fil-qasam
tal-Affarijiet Interni; kif ukoll ·
li tindirizza ċertu nuqqas
ta’ kapaċità tal-Istati Membri sabiex jiġbru statistika ġudizzjarja rilevanti
fil-qafas tas-Semestru Ewropew; 5. KONKLUŻJONIJIET It-Tabella ta’ Valutazzjoni
tal-UE għall-Ġustizzja tal-2015 tirrifletti l-isforzi li saru mill-Istati
Membri biex jagħmlu s-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom aktar effettivi.
Dan juri ċertu titjib iżda fl-istess ħin jiżvela li l-ħsad tal-benefiċċju
tar-riformi ġudizzjarji jieħu ż-żmien. L-impenn u d-determinazzjoni huma
għalhekk indispensabbli għall-kisba ta' ġustizzja aktar effettiva. Il-Kummissjoni ġġedded l-impenn
tagħha li tappoġġa dawn l-isforzi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u
l-partijiet ikkonċernati kollha. Il-ġustizzja effettiva jistħoqqilha tali
sforzi konġunti minħabba fir-rwol tagħha għall-infurzar tal-valuri komuni
tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku. [1] Ara pereżempju CEPEJ “Lista ta’ kontroll biex tiġi promossa
l-kwalità tal-ġustizzja u l-ġudikatura”; Opinjoni Nru 6 tal-Kunsill
Konsultattiv tal-Opinjonijiet ta' Mħallfin Ewropej. [2] Opinjoni tas-CCJE Nru 6 (2004) § 34 (...) l-evalwazzjoni ta’
“kwalità” tas-sistema ġudizzjarja, jiġifieri tal-prestazzjoni tas-sistema
tal-qrati kollha kemm hi jew ta’ kull qorti individwali jew grupp lokali
tal-qrati, m’għandhix tiġi konfuża mal-evalwazzjoni tal-abbiltà professjonali
ta’ kull imħallef. [3] Dejta dwar “elementi oħrajn” jinkludu pereżempju każijiet appellati
(EE, LV), seduti ta’ smigħ (SE), jew numru ta’ każijiet solvuti fi żmien limitu
speċifiku (DK). [4] Il-11 ir-rapport ta' Valutazzjoni Komparattiva tal-Gvern elettroniku
(SMART 2013/0053-3). Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/eu-egovernment-report-2014-shows-usability-online-public-services-improving-not-fast
[5] Ix-xerrejja anonimi huma mħarrġa u infurmati sabiex josservaw,
jesperjenzaw u jkejlu proċess ta' (servizz pubbliku) billi jaġixxu bħala utenti
prospettivi. Kull xerrej anonimu għandu jum wieħed biex jivvaluta avveniment
tal-ħajja. [6] Disponibbli fuq http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/news/eu-egovernment-report-2014-shows-usability-online-public-services-improving-not-fast
[7] Id-dejta nġabret u ġiet ivverifikata mill-grupp ta’ persuni ta’
kuntatt dwar is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. [8] Il-parametri tal-kwestjonarju taw lok għall-Opinjoni Nru 7
tal-Kunsill Konsultattiv ta’ Mħallfin Ewropej dwar “Il-ġustizzja u s-soċjetà”,
ir-rapport tan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura “Il-ġustizzja,
is-soċjetà u l-midja” u huwa kumplimentari għad-dejta miġbura mill-Kummissjoni
Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill tal-Ewropa. [9] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [10] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [11] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. Għal kull waħda mill-kategoriji fil-grafika 1
jista' jingħata punt 1. [12] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [13] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [14] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [15] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [16] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [17] Id-dejta nġabret mill-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar is-sistemi
ġudizzjarji nazzjonali. [18] L-istħarriġ sar fost in-negozji tal-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu
lill-konsumaturi finali fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut u tas-servizzi li
jħaddmu 10 persuni jew aktar (għal kull pajjiż) fit-28 Stat Membru tal-Unjoni
Ewropea. Huwa eskluda kummerċ bl-ingrossa u kummerċ bil-kummissjoni (kodiċi
NACE G 51), minbarra ta’ vetturi bil-mutur u muturi, attivitajiet
awżiljari għall-intermedjazzjoni finanzjarja (J 67), riċerka u żvilupp
(K 73) kif ukoll attivitajiet oħra ta’ negozju (K 74). [19] Fl-2011 il-Kummissjoni Ewropea kellha bħala mira li nofs
il-prattikanti legali kollha fl-UE kien imisshom jattendu taħriġ fil-liġi
Ewropea jew fil-liġi ta' Stat Membru ieħor sal-2020 u tappoġġja dan it-taħriġ
b'fondi tal-UE għal 20 000 prattikanti għal kull sena sal-2020. Ir-Rapport
għall-2014 dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew jiddeskrivi l-progress lejn
il-mira stabbilita u jikkontjeni wkoll informazzjoni dwar taħriġ iffinanzjat
mill-UE. [20] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/criminal/files/final_report_2014_en.pdf [21] Is-CEPEJ tiddefinixxi l-qrati kollha bħala postijiet
ġeografiċi; dawn huma postijiet jew bini tal-qrati fejn isiru s-seduti
ġudizzjarja. Jekk ikun hemm diversi bini tal-qrati fl-istess belt, dawn
għandhom jiġu kkunsidrati. Iċ-ċifri jinkludu l-postijiet tal-qrati tal-ewwel
istanza ta' ġurisdizzjoni ġenerali u qrati speċjalizzati tal-ewwel istanza, kif
ukoll il-postijiet għal Qrati Għolja u/jew Qrati Supremi. [22] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Progress fuq
l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-2013 li Jakkumpanja d-dokument Rapport
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u r-Rapport għall-2013 tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar
l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE
(COM(2014) 224 finali). [23] Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux
(CZ, DE, EE, EL, CY, LU, AT and FI), it-tweġibiet għall-kwestjonarju aġġornat
ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi
tal-Unjoni Ewropea. Ara l-Gwida għan-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura,
Ġunju 2014, disponibbli fuq: http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11 [24] L-indikatur tad-WEF huwa bbażat fuq it-tweġibiet
tal-istħarriġ għall-mistoqsija: “Sa liema punt il-ġudikatura f’pajjiżek hija
indipendenti mill-influwenzi tal-membri tal-gvern, iċ-ċittadini, jew id-ditti?”
L-istħarriġ twieġeb minn kampjun rappreżentattiv ta’ ditti fil-pajjiżi kollha
li jirrappreżentaw is-setturi ewlenin tal-ekonomija (l-agrikoltura, l-industrija
tal-manifattura, l-industrija mhux tal-manifattura, u s-servizzi). It-twettiq
tal-istħarriġ sar f'formati differenti, inklużi intervisti wiċċ imb wiċċ
mal-eżekuttivi fin-negozju, intervisti bit-telefon u l-posta, bi stħarriġ
onlajn bħala alternattiva. Disponibbli fuq: http://www.weforum.org/reports/global-competitiveness-report-2013-2014 [25] Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lil Stati
Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet. [26] Din il-ħarsa ġenerali tinkludi biss informazzjoni bażika dwar kif
is-sistemi ġudizzjarji huma organizzati u ma għandhiex l-intenzjoni li
tirrifletti l-kumplessità u d-dettalji ta’ dawn is-sistemi. L-objettiv ta’ din
it-taqsima huwa li jipprovdi mmappjar ta’ salvagwardji għall-indipendenza
ġudizzjarja u għalhekk il-grafiki jippreżentaw lill-Istati Membri skont l-ordni
alfabetiku tal-ismijiet ġeografiċi tagħhom fil-lingwa oriġinali. [27] Ibbażat fuq il-Gwida ENCJ (disponibbli fuq: http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11)
[28] Il-Kunsilli għall-Ġudikatura huma korpi indipendenti, stabbiliti skont
il-liġi jew skont il-kostituzzjoni, li jfittxu li jissalvagwardjaw
l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-imħallfin individwali u b’hekk jippromwovu
l-funzjonament effiċjenti tas-sistema ġudizzjarja. Ara r-Rakkomandazzjoni
CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar l-imħallfin:
indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet, paragrafi 26-27. [29]Ibbażata fuq il-Gwida ENCJ (disponibbli fuq: http://www.encj.eu/index.php?option=com_content&view=article&id=9&Itemid=11)
[30] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri
fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [31] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri
fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [32] § 52 tar-Rakkomandazzjoni tikkontjeni garanziji dwar
il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin, b’mod partikolari li mħallef ma għandux jiġi
trasferit għall-kariga ġudizzjarju oħra mingħajr il-kunsens tiegħu stess, ħlief
f’każijiet ta’ sanzjonijiet dixxiplinarji jew ir-riforma tal-organizzazzjoni
tas-sistema ġudizzjarja. [33] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri
fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [34] § 46 u 47 tar-Rakkomandazzjoni jirrikjedu li s-sistemi nazzjonali
jipprovdu għal salvagwardji rigward it-tkeċċija ta’ mħallfin. [35] Jista’ jkun wieħed jew żewġ korpi differenti skont ir-raġuni
għat-tkeċċija jew it-tip ta’ mħallef (pereż. president, eċċ.). [36] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri
fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [37] § 24 tar-Rakkomandazzjoni tirrikjedi li s-sistemi
għad-distribuzzjoni ta’ kawżi f’qorti jsegwu il-kriterji oġġettivi stabbiliti
minn qabel sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt ta' mħallef indipendenti u
imparzjali. [38] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri fejn
il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [39] Xi drabi aktar minn awtorità waħda tista’ tieħu din id-deċiżjoni,
skont il-livell tal-qorti fejn jirrisjedi l-imħallef skwalifikat. [40] § 59, 60 u 61 tar-Rakkomandazzjoni jipprovdu li
l-imħallfin għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u imparzjali fil-kawżi kollha u
għandhom jirtiraw minn kawża jew jirrifjutaw li jaġixxu fejn hemm raġunijiet
validi definiti mil-liġi, u mhux mod ieħor. [41] Id-dejta miġbura permezz ta’ kwestjonarju aġġornat elaborat
mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ. Għal dawk l-Istati Membri
fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju
aġġornat ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati
Supremi tal-Unjoni Ewropea. [42] § 8, 13 u 14 tar-Rakkomandazzjoni
jipprovdu li fejn l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza tagħhom hija
mhedda, għandhom ikunu jistgħu jirrikorru għal mezzi effettivi ta’ rimedju. [43] Il-perċentwali ta’ informazzjoni disponibbli tieħu kont ta':
għall-effiċjenza, l-indikaturi ta’ effiċjenza li jirriżultaw mill-istudju
tas-CEPEJ u fuq l-oqsma tal-kompetizzjoni, l-konsumaturi u t-trade mark
Komunitarja; għall-kwalità, l-indikaturi li jirriżultaw mill-istudju tas-CEPEJ
u d-dejta miġbura permezz tal-grupp ta’ persuni ta’ kuntatt dwar il-ġustizzja
nazzjonali; għall-indipendenza, l-indikaturi li jirriżultaw mill-kwestjonarju
tal-Kummissjoni.