This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015DC0090
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the implementation of Regulation (EC) No 177/2008 of 20 February 2008 establishing a common framework for business registers for statistical purposes and repealing Council Regulation (EEC) No 2186/93
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93
/* COM/2015/090 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 /* COM/2015/090 final */
1. Introduzzjoni Ir-Regolament
(KE) Nru 177/2008[1] (minn hawn ’il
quddiem imsejjaħ “ir-Regolament BR”) jistabbilixxi qafas komuni
għar-reġistri kummerċjali għal finijiet tal-istatistika.
Dan daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2008 u ħassar
ir-Regolament (KEE) Nru 2186/93[2]
(minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ir-Regolament BR imħassar”). L-għan
tar-Regolament BR huwa li: ·
fl-Istati
Membri jkun hemm reġistri kummerċjali għall-istatistika ta'
kwalità għolja u armonizzati; ·
u
statistika mtejba li għandha x’taqsam mal-globalizzazzjoni. Għal
dawn ir-raġunijiet, ir-Regolament BR jitlob lill-Istati Membri: ·
jieħdu
l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità
tar-reġistri kummerċjali tagħhom; ·
jittrażmettu
lill-Eurostat id-dejta dwar il-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u
l-unitajiet kostitwenti tagħhom. Fuq
medda twila ta’ żmien, it-titjib fil-kwalità tar-reġistri
kummerċjali għall-istatistika huwa mistenni li jnaqqas
l-ispejjeż għall-produzzjoni tal-istatistika tan-negozju u l-piż
amministrattiv fuq dawk li jwieġbu. Madankollu, fuq perjodu ta’ żmien
qasir u medju, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament BR timplika xi
spejjeż inizjali għal Istituti Nazzjonali tal-Istatistika u xi
żieda modesta fil-piż amministrattiv, sabiex jintlaħqu l-livelli
ta’ kwalità u ta’ armonizzazzjoni meħtieġa biex jinkisbu
l-benefiċċji mixtieqa. Skont l-Artikolu
6 tar-Regolament BR qed jintalab rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, “li
jkun jitratta b'mod partikolari l-ispiża għas-sistema statistika,
il-piż fuq il-kummerċ u l-benefiċċji”. Dan ir-rapport
jeżamina l-iktar aspetti importanti tal-implimentazzjoni tar-Regolament BR
fir-rigward tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni (Eurostat) u l-impatt
tar-Regolament BR dwar: ·
l-ispiża
għall-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika u l-Eurostat (is-sistema
tal-istatistika); ·
il-piż
amministrattiv fuq dawk li jwieġbu; ·
il-benefiċċji
f’dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tar-reġistri kummerċjali
għall-istatistika u għall-kejl imtejjeb statistiku tal-fenomenu
tal-globalizzazzjoni. It-twaqqit
tar-rapport huwa relatat mat-tħejjija li għaddejja bħalissa ta'
Regolament Qafas simplifikat u inklużiv li Jintegra l-Istatistika
tan-Negozju u l-pjanijiet konsegwenti li jiġu mħassra diversi
Regolamenti, fosthom ir-Regolament BR. 2. Ir-Regolament
BR f’daqqa t’għajn L-Istati Membri
kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) iżommu reġistri kummerċjali
għall-finijiet tal-istatistika. Ir-Regolament BR jistabbilixxi qafas
komuni għal dawn ir-reġistri billi identifika mod unitarju ta' kif
għandhom jiġu avviċinati, fost l-oħrajn, l-aspetti li
ġejjin: id-definizzjoni ta’ unitajiet, il-kopertura,
l-aġġornament, il-karatteristiċi, u l-kwalità tar-reġistri
kummerċjali. L-aspetti li
ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta jkun qed jiġi
analizzat dan is-suġġett: ·
Ir-reġistri
kummerċjali jikkostitwixxu riżorsa kruċjali għall-ippjanar
adegwat, it-tmexxija u l-koordinazzjoni ta’ stħarriġ statistiku,
minħabba li għal għażla effiċjenti ta’ kampjuni
jinħtieġ qafas ta’ stħarriġ kummerċjali
aġġornat; ·
L-iżvilupp
u l-istandardizzazzjoni tar-reġistri kummerċjali, li barra li
jiżgura l-kwalità tagħhom, jista' jikkontribwixxi b’mod sinifikanti
għat-titjib tal-kwalità tar-riżultati tal-istatistika; ·
Hemm
bżonn ta' qafas komuni għall-armonizzazzjoni tar-reġistri
kummerċjali għall-istatistika nazzjonali sabiex tiġi prodotta
statistika kummerċjali u ekonomika uffiċjali, li hija konsistenti u
kumparabbli kemm madwar il-pajjiżi kollha u kif ukoll madwar id-dominji tal-istatistika
kollha; ·
L-istandardizzazzjoni
tar-reġistri kummerċjali u tal-użu tagħhom huwa
prerekwiżit indispensabbli għall-integrazzjoni tad-dejta. Meta mqabbel
mar-Regolament BR imħassar, ir-Regolament BR jitratta b'mod aktar profond
il-konsolidazzjoni ta’ qafas komuni għall-armonizzazzjoni ta’
reġistri nazzjonali. Huwa jestendi wkoll ir-rekwiżiti biex
il-varjabbli addizzjonali jiġu koperti, notevolment fuq livell ta’ grupp
ta’ intrapriżi, u b’hekk jirrifletti l-ħolqien tas-suq uniku u
l-globalizzazzjoni dejjem għaddejja tal-ekonomija kif ukoll
l-approfondiment tal-integrazzjoni ta’ attivitajiet f’setturi differenti. Ir-Regolament BR
ippermetta l-ħolqien tar-Reġistru tal-EuroGroups (EGR) bħala
għodda ta’ statistika utli li tipprovdi informazzjoni dwar
ir-relazzjonijiet ta’ kontroll kollha fi ħdan gruppi multinazzjonali ta’
intrapriżi. Il-proċess
EGR jikkonsisti fi fluss kumpless ta’ settijiet ta’ dejta differenti bejn
l-Eurostat u l-Istati Membri, li jinvolvi l-Istituti Nazzjonali
tal-Istatistika, il-Banek Ċentrali Nazzjonali u l-Bank Ċentrali
Ewropew. Barra minn hekk,
ir-Regolament BR jintroduċi dispożizzjonijiet relatati mal-iskambju
ta’ dejta kunfidenzjali dwar il-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali u
l-unitajiet kostitwenti tagħhom bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u
l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika tal-Istati Membri, u bejn il-Kummissjoni
(Eurostat) u l-banek ċentrali. Il-Regolament BR
jestendi l-kopertura tar-reġistri kummerċjali għall-istatistika
sabiex kemm jista' jkun possibbli, ikun jista’ jaqbad lill-intrapriżi
kollha li huma attivi fl-ekonomija nazzjonali. Din hija r-raġuni
għala r-Regolament BR jintroduċi l-inklużjoni obbligatorja ta’
dawn is-sezzjonijiet tan-NACE Rev. 2 fir-reġistri kummerċjali: ·
A
– Agrikoltura, forestrija u sajd ·
O
– Amministrazzjoni pubblika u difiża; assigurazzjoni soċjali
obbligatorja Id-definizzjoni
ta’ unitajiet tal-istatistika fir-Regolament BR hija l-istess waħda li
tingħata fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu
1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi
tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità[3] (minn hawn
’il quddiem "ir-Regolament dwar l-Unitajiet tal-Istatistika").
Ir-Regolament BR jelenka l-unitajiet tal-istatistika li jridu jiġu
rreġistrati fir-reġistri kummerċjali: unità legali, unità
lokali, intrapriża, grupp ta’ intrapriżi. Id-definizzjonijiet
tar-Regolament dwar l-Unitajiet tal-Istatistika ma ġewx implimentati b’mod
korrett fl-Istati Membri kollha. L-Eurostat u l-Istituti Nazzjonali
tal-Istatistika qed ikomplu jaħdmu id f'id biex jiksbu implimentazzjoni
armonizzata tal-unitajiet tal-istatistika. 3. Miżuri
li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni Sabiex
l-implimentazzjoni tar-Regolament BR żgur isseħħ, ġie
żviluppat sett ta’ miżuri biex l-Istati Membri jkollhom
appoġġ matul il-proċess. Regolamenti li
jappoġġjaw l-implimentazzjoni Żewġ
Regolamenti tal-Kummissjoni ġew adottati biex jikkontribwixxu
għall-implimentazzjoni tar-Regolament BR: (1)
Ir-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta
r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali
għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta
kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri[4]:
li jistabbilixxi l-format, il-miżuri ta' sigurtà u kunfidenzjalità kif
ukoll il-proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta dwar unitajiet
individwali lill-Kummissjoni (Eurostat) u d-dejta dwar gruppi ta'
intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Id-dejta se tiġi trażmessa b’mezzi elettroniċi u l-Kummissjoni
(Eurostat) se tapplowdjaha permezz tal-punt ta’ dħul tad-dejta uniku
tagħha. Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti
jżommu l-informazzjoni kunfidenzjali kif speċifikat mill-awtoritajiet
nazzjonali, f'żona kkontrollata sikura u b’aċċess ristrett. (2)
Ir-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 1097/2010 tas-26 ta' Novembru 2010 li jimplimenta
r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali
għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta
kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri[5]:
li jistabbilixxi l-format, il-miżuri ta’ sigurtà u ta’ kunfidenzjalità u
l-proċedura għat-trażmissjoni ta’ dejta, esklussivament
għall-finijiet tal-istatistika, bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek
ċentrali nazzjonali, u bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.
L-iskambju tad-dejta jrid jiġi awtorizzat b'mod espliċitu
mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Derogi L-Artikolu 14
tar-Regolament BR jistipola li meta r-reġistri kummerċjali jkunu
jeħtieġu bidliet kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti deroga fuq
talba ta' Stat Membru għal perjodu tranżitorju li ma għandux
jeċċedi l-25 ta’ Marzu 2010. Għall-agrikoltura, forestrija u
sajd, għall-amministrazzjoni pubblika u għad-difiża, u
għas-sigurtà soċjali obbligatorja, u għall-karatteristiċi
addizzjonali relatati ma’ gruppi ta’ intrapriża, il-Kummissjoni tista’
tagħti deroga fuq talba ta’ Stat Membru għal perjodu tranżitorju
li ma għandux ikun itwal mill-25 ta’ Marzu 2013. B’kollox, ingħataw
derogi lil 15-il Stat Membru li t-talbiet tagħhom kienu
ġġustifikati u bbażati fuq bżonn leġittimu. Dan
iż-żmien addizzjonali ppermetta lill-Istati Membri jadattaw aktar
is-sistemi tagħhom ta’ statistika nazzjonali biex dawn jibdew jikkonformaw
aktar ma’ dan ir-Regolament BR. Manwal ta'
Rakkomandazzjonijiet BR B’konformità
mal-Artikolu 7 tar-Regolament BR, il-Kummissjoni ppubblikat Manwal ta'
Rakkomandazzjonijiet għar-reġistri kummerċjali, li jispjega
r-raġunament li fuqu huma bbażati d-dispożizzjonijiet
tar-Regolament BR biex ikun hemm interpretazzjoni korretta u konsistenti
fl-Istati Membri kollha. Għal dan il-għan, il-Manwal ta'
Rakkomandazzjonijiet BR li diġà jeżisti ġie aġġornat
b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Eurostat u l-Istati Membri, u l-verżjoni
l-ġdida tiegħu ġiet ippubblikata fil-1 ta’ Marzu 2010. Dan
jinkludi: (i)
Il-punti
bażiċi: L-objettivi, l-unitajiet, il-kontenut u l-aċċess
(il-Kapitoli 1-10); (ii)
Id-demografija
tal-unità: Il-bidliet u l-kontinwità (il-Kapitoli 11-16, 21-22); (iii)
Il-kontenut:
L-aġġornamenti u l-iżvilupp (il-Kapitoli 17-20); (iv)
Il-linji
gwida għal oqsma speċifiċi (il-Kapitoli 23-24); (v)
L-ispeċifikazzjonijiet
għall-iskambju tad-dejta bejn l-Eurostat u l-Istati Membri; (vi)
Il-glossarju
għar-reġistri kummerċjali. Billi
tidentifika u tirrakkomanda prattiki tajba, il-verżjoni l-ġdida
tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet BR hija għodda li permezz tagħha
se jinkisbu soluzzjonijiet aħjar għall-interpretazzjoni korretta u
konsistenti tar-Regolament. Sostenn
finanzjarju għall-Istati Membri Sabiex tiġi
ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament BR, l-Eurostat ta
appoġġ lill-Istati Membri fil-forma ta' għotjiet biex huma jkunu
jistgħu jiżviluppaw is-sistemi nazzjonali tagħhom. Taħriġ
għall-Istati Membri Programmi ta’
taħriġ dwar ir-reġistri kummerċjali għall-istatistika
organizzati mill-Eurostat kienu mezz ieħor ta' kif l-Istati Membri
ġew appoġġati matul il-proċess ta’ implimentazzjoni. 4. Evalwazzjoni
tal-implimentazzjoni tar-Regolament BR Is-sors ewlieni
ta’ informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament BR huwa
l-istħarriġ annwali li l-Eurostat iwettaq fi 30 pajjiż (l-Istati
Membri u ż-żewġ pajjiżi tal-EFTA – CH u NO). B’mod
ġenerali, l-istħarriġ annwali jkopri l-aktar l-aspetti
kwalitattivi tal-implimentazzjoni u b’mod partikolari l-oqsma li ġejjin: ·
Is-sorsi
użati għall-aġġornament tar-reġistri kummerċjali; ·
It-tipi
ta’ unitajiet irreġistrati (b’mod partikolari l-unità legali,
l-intrapriża, l-unità lokali u l-grupp ta' intrapriżi); ·
L-għadd
ta’ unitajiet irreġistrati; ·
Il-kopertura
f’dak li għandu x'jaqsam ma' NACE Rev.2; ·
Ir-reġistrazzjoni
tal-“karatteristiċi” (varjabbli wżati fir-reġistri
kummerċjali u elenkati fl-Anness tar-Regolament BR). Kien previst li
t-titjib importanti fil-kwalità, li huwa l-objettiv ewlieni tar-Regolament BR,
se jżid l-ispejjeż għal Istituti Nazzjonali tal-Istatistika u
l-piż amministrattiv fuq dawk li jwieġbu. Kien mistenni li dan
l-effett jista’ jkun differenti ħafna minn pajjiż għal
ieħor, minħabba l-istadju ta’ żvilupp differenti ta’ kull
reġistru nazzjonali. Fl-2013,
fil-kwestjonarju ġew inklużi mistoqsijiet ad hoc addizzjonali dwar
l-ispejjeż għas-sistema tal-istatistika u l-piż fuq in-negozji
relatati mal-implimentazzjoni tar-Regolament BR. Sakemm ma
jiġix indikat mod ieħor, il-kontenut tas-sezzjonijiet li ġejjin
jirriżulta mill-istħarriġijiet annwali (it-tweġibiet
taż-żewġ pajjiżi tal-EFTA inklużi) kif ukoll minn xi
dokumenti amministrattivi dwar l-għotjiet li ġew mogħtija
mill-Eurostat għall-Istati Membri. 4.1.
Spejjeż għas-sistema tal-istatistika 4.1.1.
L-ispejjeż imġarrba mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika
tal-pajjiżi li wieġbu L-ispejjeż
għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika biex topera r-reġistri
kummerċjali tagħha għal sena waħda, u l-ispejjeż
supplimentari li jirriżultaw mill-bidliet tar-Regolament BR jistgħu
jiġu stmati biss b'mod approssimattiv u ħafna mill-pajjiżi jew
ipprovdew biss informazzjoni parzjali jew ma setgħu jipprovdu ebda
ċifra. Dan huwa
spjegat, fost l-oħrajn, mill-fatt li l-armonizzazzjoni tar-reġistri
kummerċjali għall-istatistika huwa proċess twil u gradwali li
kien inbeda bir-Regolament BR imħassar u li għadu għaddej
s'issa. Għal
ħafna pajjiżi (18) ma kienx possibbli li l-ispejjeż
assoċjati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament BR jiġu
iżolati b’mod preċiż minn ġabra akbar ta’ spejjeż
ġenerali (eż. id-disinn mill-ġdid b'mod globali tas-sistema
tal-IT, persunal kondiviż bejn diversi dominji eċċ.). Xi
pajjiżi kienu diġà wettqu l-iżviluppi ta’ reġistri
kummerċjali nazzjonali b'mod individwali u għalhekk kienu diġà
konformi mar-Regolament BR meta dan daħal fis-seħħ. Skont l-Istitut
Nazzjonali tal-Istatistika, in-nefqiet prinċipali jirreferu kemm
għall-iżviluppi tal-IT meħtieġa sabiex tinkiseb konformità
mar-Regolament BR kif ukoll għal spejjeż addizzjonali tal-persunal. Inkisbet
indikazzjoni aħjar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità. It-30
pajjiż kollha wieġbu u r-riżultati globali wrew li f’madwar
75 % tal-każijiet l-ispiża ta' implimentazzjoni tar-Regolament
BR ġiet stmata bħala jew xejn, jew negliġibbli jew moderata,
filwaqt li l-impatt kien deskritt bħala sostanzjali f’madwar kwart
tal-każijiet biss. Xi Stati Membri indikaw li l-implimentazzjoni
tar-Regolament BR ma rriżultat f'ebda spiża addizzjonali
minħabba li huma kienu diġà ssodisfaw ir-rekwiżiti qabel ma
saret din l-implimentazzjoni. Tabella 1:
L-istimi tal-ispejjeż mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika Stima tal-ispejjeż || Għadd ta’ pajjiżi || Perċentwal ta’ unitajiet legali koperti (stħarriġ tal-2013) Xejn jew negliġibbli || 16 || 54.0% Moderati || 7 || 18.8 % Sostanzjali || 7 || 27.2 % Ħafna
pajjiżi ħassew li l-implimentazzjoni tar-Regolament BR la naqqset
l-ispejjeż għat-tnedija tal-istħarriġ (28 minn 30
pajjiż) u lanqas il-ħin meħtieġ għal dan
l-istħarriġ (29 pajjiż). 4.1.2.
Appoġġ finanzjarju mogħti mill-Eurostat Il-Kummissjoni
pprovdiet fondi ta' appoġġ lill-Istati Membri wara li qieset
l-istadji differenti tal-iżvilupp tar-reġistri kummerċjali
għall-istatistika fl-Istati Membri u l-ispejjeż involuti
fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament BR. Dawn għandhom jittieħdu
inkunsiderazzjoni meta tiġi evalwata l-ispiża globali tas-sistema
tal-istatistika. Il-biċċa
l-kbira tal-proġetti kienu mmirati lejn l-istabbiliment jew it-tfassal
mill-ġdid tar-reġistru kummerċjali, u/jew it-titjib
tal-kopertura tiegħu. Il-fokus
tal-għotjiet tal-2008 – 2013 kien fuq l-iżvilupp tar-reġistri
kummerċjali nazzjonali sabiex itejbu l-komunikazzjoni tagħhom
mal-EGR. L-għanijiet ġenerali ta’ dawn l-għotjiet kienu kif
ġej: ·
L-iżvilupp
u l-ittestjar tat-tqabbil tad-dejta tal-EGR mar-reġistri kummerċjali
nazzjonali; ·
Definizzjoni
ta’ preferenzi nazzjonali u r-regoli ta’ prijorità għall-EGR; ·
L-interazzjoni
bejn ir-reġistru tal-EGR ċentrali u l-ambjenti tar-reġistri
nazzjonali tal-istatistika kummerċjali; ·
L-iżvilupp
u l-implimentazzjoni ta’ metodi u għodda għall-EGR fuq livell
nazzjonali. Ammonti totali
ta’ għotjiet mogħtija lill-Istati Membri[6]:
Is-sena || Ammont imħallas (EUR) || Qasam prinċipali fejn ingħata l-appoġġ 2008 || 352 850 || Il-kwalità, l-iżvilupp tas-sistema (sors u proċessi) 2009 || 370 793 || Il-kwalità, l-iżvilupp tas-sistema (proċessi) 2010 || 440 579 || L-iżvilupp tas-sistema (proċessi) 2011 || 354 765 || Il-kopertura, l-iżvilupp tas-sistema (sors u proċessi) 2012 || 66 937 || L-iżvilupp tas-sistema (proċessi) 2013 || 606 366 || L-iżvilupp tas-sistema (sors u proċessi) Ammont totali mħallas || 2 192 290 L-ammonti
msemmija hawn fuq ikkontribwixxew għat-titjib tal-kapaċità
tar-reġistri kummerċjali nazzjonali li jipprovdu informazzjoni dwar
il-gruppi ta’ intrapriżi multinazzjonali lill-EGR. L-Istati Membri
rċevew ukoll appoġġ biex jimplimentaw mod aktar effiċjenti
ta' kif għandha tintuża d-dejta li diġà teżisti fl-ekonomija
permezz tas-simplifikazzjoni tal-ġbir tad-dejta sabiex jiġi evitat
piż doppju fuq in-negozji u t-titjib fil-kwalità tal-informazzjoni
statistika. Dan sar permezz ta’: ġbir ta’ dejta onlajn, l-integrazzjoni
awtomatizzata tad-dejta minn reġistri differenti, esportazzjoni awtomatika
tad-dejta statistika mill-kontijiet tal-kumpaniji għall-kwestjonarji
elettroniċi eċċ. 4.2. Piż
fuq in-negozji Iż-żieda
inizjali mistennija f'termini ta' piż fuq in-negozji varjat ħafna
minn pajjiż għal ieħor u kien pjuttost diffiċli li
titkejjel. L-aktar sejba importanti u inkoraġġanti kien li l-piż
fl-ebda każ ma laħaq livell li jiġġenera problemi kbar
għal dawk li jwieġbu. Il-maġġoranza
l-kbira tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika li wieġbu kienu
kapaċi jipprovdu biss valutazzjonijiet kwalitattivi. L-Istituti
Nazzjonali tal-Istatistika ma rrapportaw ebda żieda fil-piż
amministrattiv fuq in-negozji, għal madwar 70 % tal-unitajiet legali
koperti mill-istħarriġ. Ir-Regolament BR saħansitra naqqas
il-piżijiet għal żewġ pajjiżi. L-istitut
nazzjonali tal-istatistika ħassew li għal madwar 30 %
tal-unitajiet legali l-implimentazzjoni tar-Regolament BR żiedet
il-piż fuq in-negozji b'mod moderat. Kien hemm
każijiet ta’ pajjiżi fejn il-piż żdied fl-ewwel snin ta’
implimentazzjoni tar-Regolament, minħabba l-fatt li l-kopertura settorjali
ġiet estiża u kif ukoll minħabba l-bżonn li jiġu
koperti varjabbli addizzjonali fuq livell tal-gruppi tal-intrapriżi. Tabella 2:
Valutazzjoni mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika tal-bidla fil-piż: Valutazzjoni globali mill-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-bidla fil-piż fuq in-negozji || Bidla fil-piż fuq in-negozji || Għadd ta’ pajjiżi || Perċentwal ta’ unitajiet legali koperti - (piż imnaqqas) || 2 || 5.7 % 0 (ebda bidla) || 18 || 63.5 % + (piż li żdied b’mod moderat) || 10 || 30.7 % + + (piż li żdied b’mod sostanzjali) || 0 || - Kważi
fil-pajjiżi kollha (29) ir-Regolament BR ma kellu ebda impatt fuq
l-għadd ta’ stħarriġ indirizzati lin-negozji u fuq
is-simplifikazzjoni ta’ dawk eżistenti. 23 pajjiż wieġbu li
l-ebda mistoqsija addizzjonali ma kellha tiġi inkluża
fl-istħarriġ eżistenti. 4.3.
Il-benefiċċji tar-Regolament BR (fil-livell nazzjonali u fil-livell
tal-ESS) L-implimentazzjoni
tar-Regolament BR sfat ta' benefiċċju għall-kwalità
tar-reġistri kummerċjali għall-istatistika u ppermettiet avvanz
importanti lejn il-kejl statistiku tal-globalizzazzjoni. Il-benefiċċji
ewlenin fil-livell nazzjonali rrapportati mill-Istituti Nazzjonali
tal-Istatistika jistgħu jitqassru kif ġej: ·
aktar
preċiżjoni tad-dejta fid-dominji individwali tal-istatistika (9
pajjiżi) ·
koordinazzjoni
bejn id-diversi oqsma tal-istatistika (13-il pajjiż) ·
stampa
aktar kompleta dwar l-intrapriżi pubbliċi (7 pajjiżi) ·
kontribut
għal reġistru ta’ gruppi ta’ intrapriżi nazzjonali (19-il
pajjiż) ·
armonizzazzjoni
fil-qasam tal-gruppi ta’ intrapriżi (15-il pajjiż) ·
għodod
imtejba għal skopijiet analitiċi (7 pajjiżi) ·
għodod
imtejba għat-tqassim tad-dejta (żewġ pajjiżi) Barra minn hekk,
l-implimentazzjoni tar-Regolament BR implikat użu aktar effiċjenti
ta’ sorsi amministrattivi għal 15-il pajjiż, wasslet għal
użu aktar estensiv ta’ sorsi kummerċjali għal 7 pajjiżi, u
rriżultat f'użu ta’ riżorsi amministrattivi addizzjonali
għal 13-il pajjiż. Xi pajjiżi
enfasizzaw il-fatt li minħabba l-informazzjoni dwar gruppi ta’
intrapriżi kien possibbli li tiġi kkumpilata statistika
kummerċjali dwar affiljati barranin interni abbażi ta’ dejta li
kienet diġà disponibbli, u b'hekk ma kienu meħtieġa ebda
stħarriġ/mistoqsijiet addizzjonali. L-aktar
benefiċċju rilevanti tar-Regolament BR kien fil-livell tas-Sistema
Ewropea tal-Istatistika kollha kemm hi. L-iżvilupp tal-EGR huwa pass
kruċjali għall-iżvilupp ta’ statistika preċiża u
komparabbli dwar l-intrapriżi Ewropej u għall-produzzjoni ta’
statistika dwar il-globalizzazzjoni. Minħabba
f'dan ir-Regolament BR u l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar il-kontroll
tal-unitajiet legali fir-reġistri kummerċjali wasalna f'punt fejn
l-istruttura ta’ gruppi ta' intrapriżi multinazzjonali li joperaw fl-UE u
l-partijiet nazzjonali tagħhom bħalissa qiegħdha mmapjata jew
fir-reġistri kummerċjali nazzjonali jew fir-Reġistri
tal-EuroGroups reġistri, u l-Istati Membri stabbilixxew proċeduri
biex jikkooperaw biex itejjbu l-kwalità tad-dejta. Benefiċċji
oħra rriżultaw minn żieda fil-koerenza u fl-armonizzazzjoni
fil-livell tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Abbażi tar-Regolament BR
passi importanti tal-iżvilupp jinkludu l-ħidma fuq proġetti
għall-irbit tal-mikrodejta u l-ħażna tad-dejta, u t-tnedija
tal-European Profiling (Analiżi Ewropea) ta’ gruppi ta’ intrapriżi
kbar u kumplessi. Kwistjonijiet
addizzjonali Meta
tiddefinixxi intrapriża (il-biċċa l-kbira tal-istatistika
kummerċjali tirreferi għall-unità statistika), il-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri jiffukaw fuq l-unità legali biss. Din il-prattika
għandha impatt negattiv fuq ir-rilevanza, l-eżattezza u
l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea kummerċjali minħabba li
tirriżulta f'diskrepanza dejjem tikber bejn ir-realtà ekonomika u
d-deskrizzjoni statistika tagħha (eż. l-għadd ta’
intrapriżi huwa stmat iżżejjed). Ir-Regolament BR
beda proċess kollaborattiv, li estenda lil hinn mill-interazzjoni
tas-soltu bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri; Tinħtieġ
wkoll koordinazzjoni u kooperazzjoni b’saħħitha fost l-Istati Membri
fl-oqsma tal-komunikazzjoni, il-kondiviżjoni ta’ esperjenzi u l-prattiki
ta’ ħidma. Barra minn hekk, ir-Regolament witta t-triq għal użu
aktar effiċjenti u estensiv ta’ sorsi amministrattivi u l-esplojtazzjoni
ta’ sorsi amministrattivi u kummerċjali addizzjonali. Riżultat
ieħor tal-implimentazzjoni tar-Regolament BR kien il-pubblikazzjoni
tal-'Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet BR' bħala għodda li
tinkoraġġixxi t-titjib fil-kwalità, fil-konsistenza u
fil-komparabbiltà tal-prinċipji u l-kontenut tar-reġistri
kummerċjali fl-Istati Membri. Il-manwal ġie aġġornat
b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Żviluppi
oħrajn Bħalissa
għaddejja ħidma fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika
għall-promozzjoni ta' implimentazzjoni konsistenti tar-Regolament dwar
l-Unitajiet tal-Istatistika madwar l-Istati Membri kollha. Dan jinkludi
ħidma fuq approċċ komuni għat-trattament ta’ gruppi ta’
intrapriżi multinazzjonali. Ir-Regolament BR
stabbilixxa l-bażi għal sistema aktar preċiża u komparabbli
ta’ reġistri kummerċjali għall-istatistika, u dan ikkontribwixxa
għal żieda fil-konsistenza u fil-kwalità tal-informazzjoni
mogħtija. Dan ix-xogħol għadu ma tlestiex imma għadu
għaddej bit-tisħiħ tal-funzjonijiet kruċjali
tar-reġistri kummerċjali previsti fir-Regolament Qafas li Jintegra
l-Istatistika tan-Negozju. L-għan huwa li jingħataw
il-prerekwiżiti għal integrazzjoni orizzontali u vertikali ta’ dejta
statistika dwar in-negozji u li titwitta t-triq għal tnaqqis tal-piż
għan-negozji u l-ispejjeż għall-Istituti Nazzjonali
tal-Istatistika. 5.
Konklużjonijiet Minkejja li
d-diffikultajiet li jinqalgħu f'dak li għandu x'jaqsam
mal-implimentazzjoni tad-definizzjoni tal-intrapriża skont ir-Regolament
dwar l-Unitajiet tal-Istatistika jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament BR, ir-riżultat ġenerali huwa valutazzjoni
pożittiva tal-implimentazzjoni tar-Regolament BR meta wieħed iqis
il-bilanċ bejn il-benefiċċji rilevanti fuq naħa u
l-ispejjeż moderati għas-sistema u l-piż fuq in-negozju fuq
in-naħa l-oħra. [1] Ir-Regolament
(KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni
għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93. ĠU L 61,
5.3.2008, p. 6. [2] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-koordinament
tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri kummerċjali għall-finijiet
tal-istatistika ĠU L 196, 5.8.1993, p.1. [3] ĠU
L 76, 30.3.1993, p.1. [4] ĠU
L 67, 12.3.2009, p. 14. [5] ĠU
L 312, 27.11.2010, p. 1. [6] Għal aktar informazzjoni
dettaljata dwar l-Istati Membri li rċevew appoġġ finanzjarju
mill-Eurostat u dwar l-ammonti eżatti mħallsa, jekk
jogħġbok irreferi għall-Anness ta' dan ir-rapport ANNESS Ħarsa
ġenerali lejn l-appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri
fil-perjodu 2008-2013 Pajjiż || Is-sena || Ammont (f’EUR) || Qasam prinċipali ta’ appoġġ Il-Belġju || 2009 || 30,950 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 118,803 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 52,849 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 202,602 || Il-Bulgarija || 2008 || 6,379 || kwalità || 2009 || 7,142 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 42,244 || kopertura u żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 55,765 || Ċipru || 2008 || 6,166 || żvilupp tas-sistema (proċessi) Ir-Repubblika Ċeka || 2008 || 12,948 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) Id-Danimarka || 2008 || 14,962 || kwalità u żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2009 || 25,460 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 28,847 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 57,740 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 127,009 || L-Estonja || 2008 || 3,840 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) Il-Finlandja || 2008 || 25,542 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 38,118 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 36,470 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 43,164 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 143,295 || Franza || 2008 || 18,762 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 5,883 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 18,247 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 209,271 || żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || Total || 252,163 || Il-Ġermanja || 2008 || 101,182 || kwalità u żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2009 || 47,317 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 46,467 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2012 || 66,937 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 90,309 || żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || Total || 352,212 || L-Ungerija || 2009 || 18,794 || żvilupp ta’ sistema (proċessi) || 2011 || 49,298 || żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || Total || 68,092 || L-Irlanda || 2009 || 12,996 || żvilupp tas-sistema (proċessi) Il-Latvja || 2008 || 5,941 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 6,962 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 12,903 || Il-Litwanja || 2008 || 2,686 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 8,843 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 11,529 || Matla || 2008 || 3,134 || żvilupp tas-sistema (proċessi) Il-Pajjiżi l-Baxxi || 2008 || 20,411 || kwalità u żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2009 || 43,283 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 63,695 || Il-Polonja || 2008 || 14,366 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 24,126 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 25,070 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 63,561 || Il-Portugall || 2008 || 32,501 || kwalità u żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2009 || 36,724 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 102,814 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 69,861 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 241,900 || Ir-Rumanija || 2008 || 8,723 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 6,062 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 33,491 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 48,276 || Is-Slovakkja || 2008 || 7,687 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 20,712 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 151,242 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 179,641 || Is-Slovenja || 2011 || 59,511 || żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2013 || 22,017 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 81,528 || Spanja || 2008 || 5,851 || kwalità u żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2013 || 38,597 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 44,448 || L-Isvezja || 2008 || 25,179 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2009 || 45,311 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2010 || 64,805 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 135,295 || Ir-Renju Unit || 2008 || 36,590 || kwalità u żvilupp tas-sistema (sors u proċessi) || 2009 || 16,235 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || 2011 || 16,468 || żvilupp tas-sistema (proċessi) || Total || 69,293 || Total tal-UE || 2008 || 352,850 || || 2009 || 370,793 || || 2010 || 440,579 || || 2011 || 354,765 || || 2012 || 66,937 || || 2013 || 606,366 || || Total || 2,192,290 ||