EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015AP0329

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4'-DMAR) u l-1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (10009/2015 – C8-0183/2015 – 2014/0340(NLE))

ĠU C 349, 17.10.2017, p. 87–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 349/87


P8_TA(2015)0329

Is-sottomissjoni ta' 4,4'-DMAR u MT-45 għal miżuri ta’ kontroll *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi l-4-metil-5-(4-metilfenil)-4,5-diidroossażol-2-ammina) (4,4'-DMAR) u l-1-ċikloesil-4-(1,2-difeniletil) piperażina (MT-45) għal miżuri ta' kontroll (10009/2015 – C8-0183/2015 – 2014/0340(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2017/C 349/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10009/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0183/2015),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0262/2015),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


Top