Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0729

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni adottata mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali u is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

/* COM/2014/0729 final - 2014/0350 (NLE) */

52014PC0729

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni adottata mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali u is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi /* COM/2014/0729 final - 2014/0350 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.         IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA/L-ISFOND

Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi strument ġuridiku għall-awtorizzazzjoni tal-pożizzjoni adottata mill-Unjoni fis-Sottokumitat dwar il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji ("is-Sottokumitat SPS"), is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("is-Sottokumitat IĠ") stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra ("il-Ftehim"), fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat IĠ.

Fis-16 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-deċiżjoni tiegħu[1] dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim, inkluża l-parti taż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Sussegwentement, il-Ftehim ġie ffirmat fi Brussell nhar is-27 ta' Ġunju 2014 fil-marġnijiet tal-Kunsill Ewropew.

Ir-Repubblika tal-Moldova rratifikat il-Ftehim fit-2 ta' Lulju 2014 u lestiet, b'mod parallel mal-Unjoni Ewropea, il-proċeduri ta' notifika meħtieġa fl-istess xahar. Konsegwentement, skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, ċerti dispożizzjonijiet tiegħu (speċifikati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Ġunju 2014) huma applikati fuq bażi provviżorja b'seħħ mill-1 ta' Settembru 2014, fl-istennija ta' ratifika mill-Istati Membri tal-UE.

Il-Ftehim stabbilixxa Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (SPS), is-Sottokumitat Doganali, u is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi. Dawn is-sottokumitati għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-parti dwar id-DCFTA tal-Ftehim, u jsolvu kwistjonijiet relatati. Is-sottokumitati għandhom jadottaw ir-regoli ta’ proċedura tagħhom. L-ewwel laqgħat tas-sottokumitati huma mistennija li jseħħu fil-bidu tal-2015. Ir-regoli ta’ proċedura ta’ dawn is-sottokumitati, mehmuża ma’ din il-proposta, huma bbażati fuq ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

2.         IR-RIŻULTATI TAN-NEGOZJATI

L-Artikolu 191 tal-Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova jipprovdi li s-Sottokumitat SPS jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu. Il-laqgħa tas-Sottokumitat SPS għandha sseħħ kmieni fl-2015. Fid-dawl ta’ din l-ewwel laqgħa huwa meħtieġ li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-abbozz tar-regoli ta’ proċedura tal-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli mehmuż huwa riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova.

L-Artikolu 200 tal-Ftehim jistabbilixxi s-Sottokumitat Doganali u jistipula li għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-ewwel laqgħa hija mistennija li sseħħ kmieni fl-2015. Għalhekk huwa meħtieġ li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ir-regoli ta’ proċedura għall-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli mehmuż huwa riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova.

L-Artikolu 306 tal-Ftehim jistabbilixxi s-Sottokumitat IĠ u jistipula li għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-ewwel laqgħa hija mistennija li sseħħ kmieni fl-2015. Għalhekk huwa meħtieġ li titħejja l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar ir-regoli ta’ proċedura għall-imsemmi Sottokumitat. L-abbozz tar-regoli mehmuż huwa riżultat tan-negozjati mar-Repubblika tal-Moldova.

3.         L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Għall-Unjoni, il-bażi ġuridika li tawtorizza l-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fis-Sottokumitati stabbiliti bil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu.

Fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati msemmija hawn fuq, fuq il-bażi tal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(9) TFUE, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li l-Kunsill jadotta d-Deċiżjoni li tawtorizza li l-pożizzjoni tal-Unjoni tittieħed fl-ewwel Sottokumitat SPS bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova, is-Sottokumitat Doganali bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova u s-Sottokumitat IĠ bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova fir-rigward tar-regoli ta' proċedura tagħhom.

2014/0350 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni adottata mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali u is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS, is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       L-Artikolu 464(3) u (4) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, ("il-Ftehim") jistipulaw l-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)       L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE[2] jispeċifika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li għandhom jiġu applikati b’mod provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju ("is-Sottokumitat SPS"), is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ("is-Sottokumitat IĠ").

(3)       L-Artikolu 191 tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu.

(4)       L-Artikolu 200(3) tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat Doganali għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(5)       L-Artikolu 306(3) tal-Ftehim jistipula li s-Sottokumitat IĠ għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(6)       Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura li għandhom jiġu adottati mill-imsemmija Sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.           Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit permezz tal-Artikolu 191 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.           Tibdiliet minuri fl-abbozz tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat SPS mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.           Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit permezz tal-Artikolu 200 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat SPS tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.           Tibdiliet minuri fl-abbozz tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

1.           Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ stabbilit permezz tal-Artikolu 306 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tas-Sottokumitat IĠ tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.           Tibdiliet minuri fl-abbozz tad-deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1.

[2]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p.1).

ANNESS

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' … 2015

li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, ("il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu,

Billi:

(1)       Skont l-Artikolu 464, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)       L-Artikolu 191 tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)       L-Artikolu 191(5) tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …..

|| Għas-Sottokumitat SPS

|| Il-President

Appendiċi

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat dwar il-miżuri Sanitarji u Fitosanitarji bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.           Is-Sottokumitat dwar il-miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (“is-Sottokumitat SPS”), stabbilit skont l-Artikolu 191(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti l-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ kif previst fl-Artikolu 438(4) tat-Titolu V tal-Ftehim fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.           Is-Sottokumitat SPS iwettaq il-kompiti stipulati fl-Artikolu 191(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V stabbilit fl-Artikolu 176 tal-Ftehim.

3.           Is-Sottokumitat ikun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.           Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkollu r-responsabbiltà għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2 hawn taħt.

5.           Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet iżommu l-Presidenza tas-Sottokumitat SPS, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.           Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS jiltaqa' fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet wara dan, jew mill-inqas darba fis-sena.

2.           Kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.           Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SPS tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.           Il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

5.           Is-Sottokumitat SPS jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Is-Segretarjat

1.           Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.           Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.           Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.           Is-Segretarjat jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS tingħata lill-President tas-Sottokumitat SPS u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.           Korrispondenza mill-President tas-Sottokumitat SPS tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 7

Dokumenti

1.           Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat SPS.

2.           Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.           Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.           Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

5.           Is-Segretarji tas-Sottokumitat SPS iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 184 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat SPS informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-Laqgħat

1.           Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previsti fl-Artikolu 10 hawn taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju tas-Sottokumitat SPS ikun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.           L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.           L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.           Il-President tal-laqgħa tas-Sottokumitat SPS jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.           Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u Konklużjonijiet Operattivi

1.           Jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.           Bħala regola ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)     il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)     id-dokumenti ppreżentati lis-Sottokumitat SPS;

(c)     id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SPS jkun talab li jiddaħħlu; kif ukoll

(d)     il-konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif stipulat fil-paragrafu (4).

3.           L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura.

4.           Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat SPS tal-Parti li jkollha l-Presidenza, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dan il-għan is-Sottokumitat SPS jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta ' azzjoni jiġi traċċat skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.           Is-Sottokumitat SPS jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 191 tal-Ftehim. Dawn id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.           Kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawn id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti.

3.           Is-Sottokumitat SPS jista' jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha tiġi mgħarrfa. Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.

4.           L-atti tas-Sottokumitat SPS jiġu intitolati "Deċiżjoni", "Opinjoni",  "Rakkomandazzjoni" jew "Rapport" rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.           Id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti jiġu ċċirkolati liż-żewġ Partijiet.

6.           Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SPS jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew il-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-rapport jiġi sottomess 25 ġurnata qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.           Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SPS huma l-Ingliż u r-Rumen.

2.           Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.           Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.           In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.           In-nefqa li għandha x'taqsam ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 191(5).

Artikolu 16

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.           Is-Sottokumitat SPS jista' b'deċiżjoni skont l-Artikolu 191(6) tal-Ftehim joħloq jew iħassar, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta' esperti.

2.           Is-sħubija f'tali gruppi ad hoc m'għandhiex tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet jiżguraw li l-membri ta' kwalunkwe grupp stabbilit mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull rekwiżiti ta' kunfidenzjalità xierqa.

3.           Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, u jirrappurtaw lilu.

4.           Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz ta' konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

5.           Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS jirċievi kopja ta' kull korrispondenza rilevanti, dokumenti u komunikazzjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.           Il-gruppi ta' ħidma jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet isiru b'kunsens u kkomunikati lill-President tas-Sottokumitat SPS, li min-naħa tiegħu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.

7.           Ir-regoli ta' proċedura preżenti attwalijiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jinftiehmu li jfissru referenzi għas-Sottokumitat SPS.

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' .. 2015

li biha jaddotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn il-quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikolu 200 tiegħu,

Billi:

(1)       Skont l-Artikolu 464, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)       L-Artikolu 200 tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Doganali jissorvelja l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 (Dwana u Faċilitazzjoni tal-Kummerċ) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)       L-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …..

|| Għas-Sottokumitat Doganali

|| Il-President

Appendiċi

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.           Is-Sottokumitat Doganali, stabbilit skont l-Artikolu 200(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") iwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 200(2) u (3) tal-Ftehim.       

2.           Is-Sottokumitat Doganali jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għal kwistjonijiet doganali u relatati ma' kwistjonijiet doganali.

3.           Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkollu r-responsabbiltà ta' affarijiet doganali u kwistjonijiet relatati ma' affarijiet doganali jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2 hawn taħt.

4.           Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet iżommu l-Presidenza tas-Sottokumitat Doganali, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.           Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali jiltaqa' darba fis-sena jew fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet.

2.           Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.           Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

5.           Is-Sottokumitat Doganali jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Is-Segretarjat

1.           Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova li jkollhom ir-responsabbiltà ta' affarijiet doganali u kwistjonijiet relatati ma' affarijiet doganali jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.           Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat Doganali.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.           Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.           Is-Segretarjat jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħata lill-President tas-Sottokumitat Doganali u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.           Korrispondenza mill-President tas-Sottokumitat Doganali tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 7

Dokumenti

1.           Id-dokumenti jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali.

2.           Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.           Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni jibgħat kopja tad-dokument finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.           Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat Doganali informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-Laqgħat

1.           Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali jkun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.           L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.           L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.           Il-President tal-laqgħa tas-Sottokumitat Doganali jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.           Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u Konklużjonijiet Operattivi

1.           Abbozzi ta’ minuti, inklużi konklużjonijiet operattivi, ta’ kull laqgħa jitfasslu mis-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali tal-Parti li jkollha l-Presidenza.

2.           L-abbozzi tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, jiġu ppreżentati lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.           Is-Sottokumitat Doganali jadotta arranġamenti prattiċi, miżuri, deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 200 tal-Ftehim. Dawn jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.           Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawn id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti.

3.           Is-Sottokumitat Doganali jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.

4.           L-atti tas-Sottokumitat Doganali jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.           Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

6.           Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat Doganali jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'kull laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.           Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali huma l-Ingliż u r-Rumen.

2.           Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.           Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.           In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.           Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali skont l-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim.

ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' .. 2015

li biha jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT TAL-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim") u b'mod partikolari l-Artikolu 306 tiegħu,

Billi:

(1)       Skont l-Artikolu 465, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)       L-Artikolu 306 tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”) jissorvelja l-iżvilupp tal-ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(3)       L-Artikolu 306(3) tal-Ftehim jipprovdi li s-Sottokumitat IĠ għandu jadotta r-regoli ta ' proċedura tiegħu stess.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif stabbiliti fl-Appendiċi, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi,

|| Għas-Sottokumitat IĠ

|| Il-President

Appendiċi

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.           Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit skont l-Artikolu 191(306) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) jassisti l-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tat-Titolu V tal-Ftehim fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.           Is-Sottokumitat IĠ iwettaq il-funzjonijiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 306 tal-Ftehim.

3.           Is-Sottokumitat IĠ ikun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, li għandhom kompetenza f'indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.           Il-Partijiet jaħtru Kap tad-Delegazzjoni kull wieħed, li jkun il-persuna ta’ kuntatt rigward il-materji kollha marbutin mas-Sottokumitat IĠ.

5.           Il-Kapijiet ta’ Delegazzjoni jaġixxu bħala president skont l-Artikolu 2 hawn taħt.

6.           Kull Kap tad-Delegazzjoni jista’ jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta’ Kap tad-Delegazzjoni jew xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f’dan il-każ kwalunkwe referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.           Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet iżommu l-Presidenza tas-Sottokumitat IĠ, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.           Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat IĠ jiltaqa’ fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, alternattivament fl-UE u fir-Repubblika tal-Moldova, u f’kull każ mhux aktar tard minn 90 jum wara t-talba.

2.           Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat IĠ mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.           Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat IĠ tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.           B’eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta’ kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul mill-Partijiet, inkluża l-vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Is-Segretarjat

1.           Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ, kif maħtura mill-Kapijiet ta' Delegazzjoni, u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.           Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat IĠ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.           Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.           Is-Segretarjat jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata lill-President tas-Sottokumitat IĠ u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.           Korrispondenza mill-President tas-Sottokumitat IĠ tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 7

Dokumenti

1.           Id-dokumenti jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.           Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.           Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tal-Unjoni u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.           Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti responsabbli tar-Repubblika tal-Moldova u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti lis-Sottokumitat IĠ informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-Laqgħat

1.           Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 hawn taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ ikun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.           L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.           L-aġenda tiġi adottata mill-President u mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.           Il-President tal-laqgħa tas-Sottokumitat IĠ jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.           Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u Konklużjonijiet Operattivi

1.           Jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.           Bħala regola ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)     il-parteċipanti fil-laqgħa, l-uffiċjali li jakkumpanjawhom u kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)     id-dokumenti ppreżentati lis-Sottokumitat IĠ;

(c)     id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu; kif ukoll

(d)     jekk meħtieġ, il-konklużjonijiet operattivi mil-laqgħa, kif stipulat fil-paragrafu (4).

3.           L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura.

4.           Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-Presidenza, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li kien hemm qbil dwarhom mill-partijiet. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan is-Sottokumitat IĠ jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta ' azzjoni jiġi traċċat skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.           Is-Sottokumitat IĠ ikollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previst fl-Artikolu 306(4) tal-Ftehim. Dawn id-deċiżjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Dawn huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.           Kull deċiżjoni tiġi ffirmata mill-President u awtentikata miż-żewġ Segretarji. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, ir-rappreżentanti jiffirmaw dawn id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.           Is-Sottokumitat IĠ jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda trid tiġi mgħarrfa. Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ Segretarji.

4.           L-atti tas-Sottokumitat IĠ jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.           Id-deċiżjonijiet jiġu ċċirkolati maż-żewġ Partijiet.

6.           Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat IĠ jirrapporta lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni li jiltaqa’ fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ fuq l-attivitajiet tiegħu f’kull laqgħa regolari ta’ dawn tal-aħħar.

Artikolu 13

Lingwi

1.           Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat IĠ huma l-Ingliż u r-Rumen.

2.           Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawn il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.           Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.           In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.           Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 306(3) tal-Ftehim.

Top