This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0664
Proposal for a COUNCIL DECISION establishing the position to be taken by the European Union within the General Council of the World Trade Organization on the accession of the Republic of Seychelles to the WTO
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Seychelles mad-WTO
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Seychelles mad-WTO
/* COM/2014/0664 final - 2014/0307 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Seychelles mad-WTO /* COM/2014/0664 final - 2014/0307 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. INTRODUZZJONI Il-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (WTO) u s-Seychelles laħqu l-istadju konklussiv ta'
ftehim dwar it-termini għall-adeżjoni tas-Seychelles
mal-organizzazzjoni. Dan wasal wara 19-il sena ta’ negozjati, li bdew meta
s-Seychelles ressaq l-applikazzjoni tiegħu biex jingħaqad mad-WTO
fl-1995. It-talba tas-Seychelles għall-adeżjoni ġiet
eżaminata waqt li kienu kkunsidrati l-elementi kumplessivi
tar-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali mas-Seychelles fil-kuntest
tas-Sħubija UE-AKP u l-impenn tas-Seychelles li jfittex li jikseb
il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u Ftehim Ekonomiku u ta’ Sħubija
sħiħ. Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova t-termini tal-adeżjoni
tas-Seychelles hija meħtieġa mit-TFUE qabel ma l-UE tkun tista’
tappoġġa formalment dik l-approvazzjoni fid-WTO. Taqsira tat-termini tal-adeżjoni tinsab
hawn taħt. II TAQSIRA TAT-TERMINI TAL-ADEŻJONI
TAS-SEYCHELLES MAD-WTO SKONT IS-SETTUR Skeda tal-impenji Prodotti (b’mod ġenerali) Ir-rata ta’ tariffa medja finali (FBR)
fl-iskeda tal-adeżjoni tas-Seychelles hija ta’ 16,1 %. L-FBR medja għall-prodotti
tal-agrikoltura ta' 26,8 % hija ogħla mill-10,5 % osservata
għall-prodotti industrijali. Is-Seychelles se jimplimenta l-FBRs mid-data
tal-adeżjoni. Dawn il-livelli medji għat-tariffi huma
raġonevoli meta jitqies id-daqs żgħir u l-vulnerabbiltà
tal-ekonomija tas-Seychelles. Fl-imgħoddi l-prassi tal-UE kienet li dawn
il-livelli ta’ tariffi jiġu aċċettati bħala raġonevoli
għal ekonomiji ta’ daqs komparabbli. Prodotti Industrijali –
L-FBR medju għal prodotti mhux agrikoli huwa
ta' 10,5 %. –
L-ogħla medji ta' madwar 25 % huma
osservati fis-setturi tas-sajd, tal-għamara u tax-xedd ir-riġlejn. –
Is-Seychelles jikkonċedi trattament ta’
eżenzjoni mid-dazju għal prodotti farmaċewtiċi,
tagħmir mediku, u Prodotti tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA),
billi jorbot ir-rati medji finali għal dawn il-prodotti fil-livell ta’
0 %. –
Il-livelli massimi tat-tariffi huma ta' 200 %
għal tajers retreaded/regrooved u għal ħwejjeġ użati. Prodotti agrikoli –
L-FBR medja għall-prodotti agrikoli hija ta'
26,8 %. –
Il-livelli massimi tat-tariffi huma ta' 250 %
għal birra u wiski fi fliexken tal-plastik, u ta' 200 % fuq
it-tabakk. Servizzi Is-Seychelles se jidħol
għall-impenji ta' aċċess għas-suq u ta' trattament
nazzjonali f'firxa wiesgħa ta' setturi tas-servizzi, inklużi
s-servizzi professjonali, tal-kompjuter u ta' negozju ieħor, is-servizzi
tal-komunikazzjoni, servizzi tal-kostruzzjoni, servizzi tad-distribuzzjoni,
servizzi edukattivi, servizzi ambjentali, servizzi finanzjarji
(tal-assigurazzjoni u bankarji), servizzi tas-saħħa u soċjali,
servizzi tat-turiżmu u dawk tat-trasport (servizzi ta' trasport marittimu
u ferrovjarju u servizzi awżiljarji). Impenji tal-protokoll Fl-aħħar stadju multilaterali
tal-proċess ta’ adeżjoni, il-Membri tad-WTO fittxew kollettivament li
jiżguraw il-kompatibilità bażika tal-liġijiet u
l-istituzzjonijiet kummerċjali tas-Seychelles mar-regoli u l-ftehimiet
tad-WTO u stipulawhom fil-Protokoll ta’ Adeżjoni u r-Rapport tal-Grupp ta’
Ħidma. F’dan l-isfond, is-Seychelles ħa fuqu l-impenji tar-Rapport
tal-Grupp ta' Ħidma u rrinunzja għal kwalunkwe perjodi
tranżizzjonali, ħlief fir-rigward tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Ostakoli
Tekniċi għall-Kummerċ, li se jkun implimentat bis-sħiħ
biss minn Diċembru 2015. F’dan ir-rigward, is-Seychelles fost
l-oħrajn obbliga ruħu li jneħħi d-dazji u l-imposti
l-oħra kollha u li jorbot lil dawn tal-aħħar għal 0 %
fil-mument tal-adeżjoni u wkoll li jissostitwixxi l-projbizzjoni attwali
ta’ importazzjoni applikabbli għal xi prodotti relatati mal-SPS (ġlud
ta’ barra u ġlud tal-fer u pjanti tal-palm), vetturi użati, vetturi
li jinstaqu mix-xellug, karozzeriji u ħwejjeġ tal-kamuflaġ,
b’sistema ta’ awtorizzazzjoni. III. RAKKOMANDAZZJONI Bil-preżentazzjoni tat-termini
tal-Adeżjoni ta-Seychelles fid-WTO għall-approvazzjoni mill-Kunsill,
il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn it-termini jirrappreżentaw pakkett
ibbilanċjat u ambizzjuż ta’ impenji fir-rigward tal-ftuħ
tas-suq, li se jkollhom benefiċċji sostanzjali għas-Seychelles u
bl-istess mod għas-sħab kummerċjali tiegħu tad-WTO. 2014/0307 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se
tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tas-Seychelles mad-WTO IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 91,
100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien
mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fil-31 ta’ Mejju 1995
il-Gvern tar-Repubblika tas-Seychelles applika għall-adeżjoni
mal-Ftehim ta’ Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija
tal-Kummerċ (WTO), b’konformità mal-Artikolu XII ta’ dan il-Ftehim. (2) Grupp ta’ Ħidma dwar
l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Seychelles ġie stabbilit fil-11 ta’
Lulju 1995 sabiex jintlaħaq ftehim dwar it-termini ta’ adeżjoni
aċċettabbli għar-Repubblika tas-Seychelles u l-Membri kollha
tad-WTO. (3) Il-Kummissjoni, f’isem
l-Unjoni, innegozjat għadd komprensiv ta’ impenji għall-ftuħ
tas-suq min-naħa tar-Repubblika tas-Seychelles li jissodisfaw it-talbiet
tal-Unjoni, waqt li jikkunsidraw ir-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali
mas-Seychelles fil-kuntest tas-sħubija UE -AKP u l-impenn tas-Seychelles
li jfittex li jikseb il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u Ftehim Ekonomiku u
ta’ Sħubija sħiħ. (4) Issa dawn l-impenji huma
inkorporati fil-Protokoll ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tas-Seychelles
mad-WTO. (5) L-adeżjoni mad-WTO hija
mistennija tagħmel kontribut pożittiv u dejjiemi għall-proċess
ta’ riforma ekonomika u għall-iżvilupp sostenibbli fir-Repubblika
tas-Seychelles. (6) Il-Protokoll ta’
Adeżjoni għandu għalhekk jiġi approvat. (7) L-Artikolu XII
tal-Ftehim li jistabbilixxi d-WTO jistipula li għandu jintlaħaq
ftehim dwar it-termini tal-adeżjoni bejn il-Membru li qed jissieħeb u
d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini
tal-adeżjoni min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 tal-Ftehim li
jistabbilixxi d-WTO jipprovdi li matul l-intervalli bejn il-laqgħat
tal-Konferenza Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha jitmexxew mill-Kunsill
Ġenerali. (8) Għalhekk,
jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha
tieħu l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar
l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Seychelles fid-WTO, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li trid tittieħed
mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Seychelles
mad-WTO, hija li tapprova l-adeżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President