This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0661
Recommendation for a COUNCIL DECISION concerning the accession of Croatia to the Convention of 26 May 1997, drawn up on the basis of Article K.3(2)(c) of the Treaty on European Union, on the fight against corruption involving officials of the European Communities or officials of Member States of the European Union
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
/* COM/2014/0661 final - 2014/0322 (NLE) */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. /* COM/2014/0661 final - 2014/0322 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI It-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika
tal-Kroazja tal-2011[1]
introduċa sistema simplifikata għall-adeżjoni tal-Kroazja
għall-konvenzjonijiet (u l-protokolli) konklużi mill-Istati membri
abbażi tal-Artikolu. 34 TUE (li qabel kien l-Artikolu K.3 TUE). L-Artikoli
3(4) u 3(5) tal-Att jipprovdu li l-Kroazja taċċedi għal dawn
il-konvenzjonijiet u l-protokolli permezz tal-Att dwar l-Adeżjoni. L-Artikolu 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni
jistipula li, għal dan il-għan, il-Kunsill jadotta deċiżjoni
biex jiddetermina d-data li fiha dawn il-konvenzjonijiet jidħlu
fis-seħħ għall-Kroazja u biex isiru l-aġġustamenti
kollha meħtieġa għal dawn il-konvenzjonijiet minħabba
l-adeżjoni tal-Istat Membru l-ġdid (ħaġa li tkun tinkludi,
f'kull każ, l-adozzjoni tal-konvenzjonijiet bil-lingwa Kroata, sabiex dawn
il-verżjonijiet isiru "awtentiċi b'mod indaqs"). Il-Kunsill
jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni
mal-Parlament Ewropew. L-Anness I tal-Att tal-Adeżjoni
jelenka l-konvenzjonijiet u l-protokolli kkonċernati. Il-lista tinkludi l-Konvenzjoni tas-26 ta'
Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat tal-Unjoni
Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali
tal-Kominitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-istati Membri tal-Unjoni
Ewropea. Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni
għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija intenzjonata biex tagħmel
l-aġġustamenti meħtieġa minħabba l-adeżjoni
tal-Kroazja għall-Konvenzjonijiet msemmija hawn fuq, skont
l-Artikoli 3(4) u 3(5) tal-Att tal-Adeżjoni. 2014/0322 (NLE) Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward l-adeżjoni tal-Kroazja
għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu
K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni
ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni
tal-Kroazja Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni
tal-Kroazja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-"Att ta'
Adeżjoni"), u partikolarment l-Artikolu 3(5) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni Ewropea[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3], Billi: (1) Il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta'
uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri
tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni
kontra l-korruzzjoni tal-uffiċjali") ġiet iffirmata fis-26 ta'
Mejju 1997 u daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2005. (2) L-Artikolu 3 (4) tal-Att dwar
l-Adeżjoni jipprovdi li l-Kroazja taċċedi
għall-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri,
imniżżla fl-Anness I tal-Att dwar l-Adeżjoni, li jiġbor, inter
alia, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni
tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ
għall-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill. (3) Skont l-Artikolu 3 (5)
tal-Att ta' Adeżjoni l-Kunsill għandu jagħmel
l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba
l-adeżjoni għal dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni
tal-uffiċjali tidħol fis-seħħ għall-Kroazja fl-ewwel
jum tal-ewwel xahar minn wara d-data tal-adozzjoni ta' din
id-deċiżjoni. Artikolu 2 It-testi tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni
tal-uffiċjali magħmula fil-lingwa Kroata u annessi ma' din
id-Deċiżjoni jkunu awtentiċi skont l-istess kondizzjonijiet
bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni
tal-uffiċjali. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni ssir effettiva fl-għoxrin (20) jum wara
l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 112, 24.4.2012, p. 6-110. [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . “Translation of the Annex is not required for adoption as, as
stated in the main act, the Annex concerns the Croatian language version only.”