This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0656
Proposal for a COUNCIL DECISION on the approval of the conclusion by the Commission, on behalf of the European Atomic Energy Community, of the Agreement for scientific and technological cooperation between the European Union and European Atomic Energy Community and the Swiss Confederation associating the Swiss Confederation to Horizon 2020 - the Framework Programme for Research and Innovation and the Research and Training Programme of the European Atomic Energy Community complementing Horizon 2020; and regulating Switzerland's participation in the ITER activities carried out by Fusion for Energy
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija
/* COM/2014/0656 final - 2014/0303 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija /* COM/2014/0656 final - 2014/0303 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Fil-15 ta’ Novembru 2013 il-Kunsill awtorizza
lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem l-Unjoni Ewropea u
l-Euratom, mal-Konfederazzjoni Svizzera biex jiġi konkluż Ftehim bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni
Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 -
il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’
Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
li jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni
tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni
għall-Enerġija. L-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika huma parti għall-Ftehim. Għall-konklużjoni tal-Ftehim f’isem
il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill: –
jagħti l-approvazzjoni tiegħu,
skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. 2. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta għal deciżjoni
tal-Kunsill hija msejsa fuq l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. 2014/0303 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni tal-konklużjoni
mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera
li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm
Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u
Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li
jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni
tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni għall-Enerġija IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni
paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni[1], Billi: (1) Fil-15 ta’ Novembru 2013
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f’isem
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
mal-Konfederazzjoni Svizzera sabiex tikkonkludi Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li
jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm Qafas
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u
Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li
jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni
tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni
għall-Enerġija. (2) Dawn in-negozjati tlestew
b’suċċess. (3) L-iffirmar u
l-konklużjoni tal-Ftehim huma soġġetti għal proċedura
separata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat
dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (4) Għalhekk, il-Ftehim
għandu jiġi konkluż, ukoll f’isem il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu
fl-ambitu tat-Trattat tal-Euratom. (5) Il-konklużjoni
tal-Ftehim mill-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika, għandu għalhekk jiġi approvat. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Waħdieni Il-konklużjoni
mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera
li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera ma’ Orizzont 2020 - il-Programm
Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Programm ta’ Riċerka u
Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li
jikkumplimenta Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni
tal-Isvizzera fl-attivitajiet ITER imwettqa minn Fużjoni
għall-Enerġija (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din
id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i)
fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/tal-inizjattiva 1.4. Għan(ijiet) 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu(/i) ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u
tal-irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(/i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u
l-linja(/i) tal-baġit tan-nefqa affettwati 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
min-naħa ta' partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1. Titlu
tal-proposta/tal-inizjattiva Proposta
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni
provviżorja, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni
xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea
tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja
l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Programm Qafas għar-Riċerka u
l-Innovazzjoni msejjaħ “Orizzont 2020” u mal-Programm ta’ Riċerka u
Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta
l-programm Orizzont 2020 u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Isvizzera
fl-attivitajiet tal-ITER imwettqin mill-impriża msejħa “Fużjoni
għall-Enerġija”. 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[2]
Titolu
8: L-istrateġija tal-politika dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni u
l-koordinazjoni tad-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, AGRI, EAC, CNECT, ENER,
ENTR u MOVE. Titolu
10 – Ir-riċerka diretta (il-JRC) 1.3. Natura
tal-proposta/tal-inizjattiva þ Il-proposta/l-inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida wara proġett
pilota/azzjoni preparatorja[3] ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
għandha x’taqsam mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
għandha x’taqsam ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni
ġdida 1.4. Għan(ijiet) 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni li huma
fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva L-għanijiet
huma lassoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-azzjonijiet diretti u indiretti
mwettqin fil-kuntest tal-programm Orizzont 2020 u tal-Programm Euratom,
ir-regolazzjoni tal-parteċipazzjoni tagħha fl-attivitajiet tal-ITER
imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija,
l-iżgurar tar-rappreżentanza istituzzjonali tal-Isvizzera
fil-Kumitati u l-korpi rispettivi, u li l-Kummissjoni tirċievi l-kontribut
finanzjarju u tekniku Svizzeru għall-implimentazzjoni tal-programm
Orizzont 2020, tal-Programm Euratom u tal-attivitajiet tal-ITER. Miżura
politika biex tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Euratom u
l-Isvizzera fid-dawl tal-importanza tar-riċerka xjentifika u
teknoloġika għall-Partijiet u l-implimentazzjoni konġunta
kontinwa ta’ programmi tar-riċerka ta’ interess reċiproku, biex
il-Partijiet jikkooperaw u biex jingħata aċċess
għall-attivitajiet imwettqin fil-kuntest tal-programm Orizzont 2020,
tal-Programm Euratom, tal-ITER u tal-Iżvilupp tal-Fużjoni
għall-Enerġija (F4E). 1.4.2. L-għan(ijiet)
speċifiku/ċi u l-attività/l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Għan speċifiku Nru L-attività/L-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati: L-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-programm Orizzont 2020 se
tippermetti t-tisħiħ tal-eċċellenza fix-xjenza u b’hekk
tgħin biex tinbena l-Unjoni tal-Innovazzjoni. 1.4.3. Riżultat(i) u impatt
mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira. Dan
il-Ftehim għandu jippermetti lill-Isvizzera u lill-UE jakkwistaw
benefiċċju reċiproku permezz tal-parteċipazzjoni
fil-programm Orizzont 2020. L-UE se tibbenefika mill-kapaċità
eċċellenti tal-Isvizzera fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni
u mil-laboratorji u l-istituti tagħha fl-oqsma tal-fissjoni u
l-fużjoni, li jagħmluha sieħeb eċċellenti
għall-attivitajiet tar-riċerka tal-Euratom. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/tal-inizjattiva - l-għadd
ta’ proposti/ta’ applikanti Svizzeri meta mqabbel mal-għadd ta’
proposti/ta’ applikanti miżmuma għall-finanzjament fil-kuntest tal-Programmi
koperti minn dan il-Ftehim; - l-għadd
ta’ entitajiet Svizzeri li jiksbu finanzjament u s-sehem ta’ dak
il-finanzjament fil-Programmi koperti mill-Ftehim meta mqabbel
mal-parteċipazzjoni relattiva tal-Isvizzera fil-Programmi u l-għadd
ta’ ftehimiet tal-għotja u ta’ kuntratti ffirmati li jinvolvu msieħba
Svizzeri; -
il-kontribuzzjoni tal-Isvizzera sabiex l-Unjoni tal-Innovazzjoni ssir realtà. 1.5. - Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li
għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda twila jew qasira
taż-żmien L-Artikoli
186 u 218(6) u (8) tat-TFUE u l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE L-Isvizzera
tħallas kontribuzzjoni finanzjarja għall-parteċipazzjoni
tagħha li tiżdied mal-baġit tal-UE. Minn fost il-Pajjiżi
kollha Assoċjati mal-FP7, hija kienet l-akbar kontributur finanzjarju.
Hija wkoll sieħba attiva fl-inizjattivi tal-Artikoli 185 u 187. 1.5.3. Tagħlim miksub minn
esperjenzi simili fil-passat L-Isvizzera
ilha assoċjata mal-Programmi Qafas għall-Iżvilupp xjentifiku u
teknoloġiku mill-2004 'l hawn u ilha tipparteċipa fihom mill-1987.
Hija l-uniku pajjiż terz assoċjat mal Euratom u mal-ITER (mill-1979
’l hawn). Bħala medja, ir-rata ta’ suċċess tal-parteċipanti
Svizzeri hija ħafna ogħla minn dik tal-parteċipanti mill-Istati
Membri tal-UE. 1.5.4. Il-kompatibbiltà u
s-sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn Il-programm
Orizzont 2020 huwa kompatibbli ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament
tal-Unjoni u jikkumplimenta l-parteċipazzjoni fil-programmi COSME u
GALILEO, u dan jippermetti sinerġija fil-finanzjament u valorizzazzjoni
aħjar tal-assoċjazzjoni mal-programm Orizzont 2020. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju þ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’
żmien limitat –
þ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[15/09/2014] sal-[31/12/2020]
għall-programm Orizzont 2020 –
þ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[15/09/2014] sal-[31/12/2018]
għall-Programm Euratom –
þ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[15/09/2014] sal-[31/12/2020]
għar-Regolament dwar il-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet
tal-ITER –
þ Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta’
żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu minn SSSS sa
SSSS, –
u warajh tħaddim fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu(/i) ta’ ġestjoni
previst(i)[4] Għall-baġit tal-2014 þ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
þ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha li
jinsab fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
þ mill-aġenziji eżekuttivi; ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
þ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li
għandhom jiġu speċifikati); –
¨ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ il-korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament
Finanzjarju; –
¨ il-korpi tal-liġi pubblika; –
ý il-korpi stabbiliti mill-Komunitajiet; –
¨ il-korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta' servizz
pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ il-korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li jkunu
fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata u li jipprovdu
garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
identifikati fl-att bażiku rilevanti. – Jekk jiġi indikat aktar minn metodu
wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti aktar
dettalji dwar dan fit-taqsima msejħa "Kummenti". Kummenti Il-ġestjoni
se ssir permezz tas-servizzi tal-Kummissjoni u permezz tal-impriża
Fużjoni għall-Enerġija (F4E) għall-attivitajiet tal-ITER.
Il-Kummissjoni tirrappreżenta lill-Euratom fil-korpi tat-tmexxija kemm
tal-Organizzazzjoni tal-ITER kif ukoll tal-F4E. 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar
il-monitoraġġ u r-rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll Il-Kummissjoni
se tevalwa b’mod regolari l-azzjonijiet kollha mwettqin skont il-Ftehim, u se
timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu fil-Kumitat għar-Riċerka
bejn l-Isvizzera u l-Komunitajiet, stabbilit fl-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’
Qafas. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) L-ebda
riskju ma ġie identifikat. 2.2.2. Informazzjoni dwar is-sistema
ta’ kontroll intern stabbilita L-Anness
B tal-Ftehim jispeċifika r-regoli li jirregolaw il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Isvizzera għall-programm Orizzont 2020,
għall-programm tal-Euratom u għall-attivitajiet tal-impriża F4E
(l-attivitajiet tal-ITER). 2.2.3. Stima tal-ispejjeż u
l-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell tar-riskju
tal-iżball mistenni Mhux
applikabbli 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew dawk
previsti. Dawn
il-miżuri huma stabbiliti fl-Anness C tal-Ftehim, jiġifieri: -
Awditi: il-ftehimiet tal-għotja u/jew il-kuntratti konklużi
mal-parteċipanti fil-programm stabbilit fl-Isvizzera jistgħu
jipprevedu awditjar xjentifiku, finanzjarju jew teknoloġiku jew awditjar
ieħor li l-aġenti tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew
persuni oħra li jkunu ngħataw mandat mill-Kummissjoni jistgħu
jwettqu f'kull ħin fil-bini tal-parteċipanti u tas-sottokuntratturi
tagħhom, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[5], kif emendat
l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010[6] u r-Regolament
tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[7],
kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom)
Nru 478/2007[8]
u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[9]
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillu r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni
(UE) Nru 1268/2012[10]
u mar-regoli l-oħra msemmija f'dan il-Ftehim. L-awditi
jistgħu jsiru wara li jiskadu l-programm Orizzont 2020 (li jdum għaddej
mill-2014 sal-2020) u l-Programm tal-Euratom, li jdum għaddej mill-2014
sal-2018, skont it-termini stipulati fil-ftehimiet tal-għotja u/jew
fil-kuntratti kkonċernati. - Verifiki
u spezzjonijiet fuq il-post: Fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni
(l-OLAF) għandha tkun awtorizzata twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq
il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati
fir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96[11] u fir-Regolament (UE,
Euratom) Nru 883/2013[12]
. - Miżuri
u sanzjonijiet amministrattivi: Mingħajr preġudizzju
għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, il-Kummissjoni
tista’ timponi miżuri u sanzjonijiet amministrattiviskont ir-Regolament
(UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u
r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 u skont
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95[13] dwar il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea. - Huma
previsti miżuri ta’ rkupru, li huma eżekwibbli fl-Isvizzera. 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(/i) tal-qafas
finanzjarju pluriennali u l-linja(/i) tal-baġit tan-nefqa affettwati · Linji tal-baġit eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru […][Intestatura .............................................…...….] || Diff./Mhux diff. ([14]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[15] || mill-pajjiżi kandidati[16] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 1a || 08 01 Nefqa amministrattiva fuq ir-Riċerka 08 01 05 01 Nefqa relatata mal-Persunal li jwettaq ir-Riċerka 08 01 05 03 Nefqa amministrattiva oħra għar-Riċerka || Mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA · Linji tal-baġit ġodda mitluba Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru […][Intestatura .............................................…...….] || Diff./Mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju || […][XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE 0 || IVA/LE 0 || IVA/LE 0 || IVA/LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa [Din il-parti trid timtela billi tintuża
l-ispreadsheet dwar id-dejta tal-baġit
ta' natura amministrattiva (it-tieni dokument
mehmuż ma’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u għandha tittella’
fis-sit ta’ CISNET għal raġunijiet ta’ konsultazzjoni bejn
is-servizzi.] 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1a || Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi DĠ: Riċerka u innovazzjoni || || || 2014[17] || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || || Pagamenti || (2) || || || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || || Pagamenti || (2a) || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[18] 08 01 05 08 01 05 01 08 01 05 03 || 0.068 0.064 0.004 || 0.232 0.218 0.014 || 0.232 0.218 0.014 || 0.232 0.218 0.014 || 0.232 0.218 0.014 || 0.232 0.218 0.014 || 0.232 0.218 0.014 || 1.460 1.372 0.088 Numru tal-linja tal-baġit || 08 01 05 || (3) || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni || Impenji || =1+1a +3 || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 Pagamenti || =2+2a +3 || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 Pagamenti || =5+ 6 || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa aktar minn
intestatura waħda: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 Pagamenti || || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi kemm idum għaddej l-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI DĠ: Riċerka u innovazzjoni || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || TOTAL TAD-DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.009 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.201 f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || || || 2014[19] || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || AMMONT TOTALI TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.077 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 1.661 Pagamenti || 0.077 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 1.661 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ Euro (sa
tliet ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi kemm idum għaddej l-impatt (ara l-punt 1.6) || AMMONT TOTALI RIŻULTATI Tip[20] || Spiża medja || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Nru || Spiża || Numru totali || Spiża totali L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[21] ... || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || || 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva –
þ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: f’miljuni ta’ Euro
(sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) || 2014[22] || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || AMMONT TOTALI L-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.009 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.032 || 0.201 Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Approprjazzjonijiet li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5[23] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.064 || 0.218 || 0.218 || 0.218 || 0.218 || 0.218 || 0.218 || 1.372 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0.004 || 0.014 || 0.014 || 0.014 || 0.014 || 0.014 || 0.014 || 0.088 Subtotal tal-approprjazzjonijiet li jaqgħu barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.068 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 0.232 || 1.460 AMMONT TOTALI || 0.077 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 0.264 || 1.661 L-approprjazzjonijiet
tar-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu
mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà tqassmu mill-ġdid
fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi
umani meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
þ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta'
riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tingħata
f’unitajiet li huma ekwivalenti għall-full-time || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Karigi previsti fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || || || || XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 08 01 05 01 (għar-riċerka indiretta) || 0.6 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 10 01 05 01 (għar-riċerka diretta) || || || || || || || Il-persunal estern (f'unità ekwivalenti għall-full-time - FTE)[24] || XX 01 02 01 (AK, ENS, INT mill-"pakkett globali") || || || || || || || XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 yy[25] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (AK, ENS, INT - għar-riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, ENS - għar-riċerka diretta) || || || || || || || Linji tal-baġit oħrajn (speċifika liema) || || || || || || || AMMONT TOTALI || || || || || || || XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-DĠ li diġà
huwa assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ġie
spustat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed
imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Preparazzjoni u ġestjoni tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previsti u ta’ diversi missjonijiet bil-għan li jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb u l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim, kif ukoll ir-reviżjoni regolari u s-segwitu tiegħu. Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
þ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit
ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[26]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
min-naħa ta' partijiet terzi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn
partijiet terzi. Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (sa tliet
ċifri wara l-punt deċimali) || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Ammont totali Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm TOTAL tal-approprjazzjonijiet ikkofinanzjati || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. –
þ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
þ fuq id-dħul mixxellanju f’miljuni ta’ Euro (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali)* Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[27] 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 6013 - Il-programm Orizzont 2020 - Il-fissjoni + il-JRC - Il-fużjoni - L-attivitajiet tal-ITER || || 34.503 1.838 4.452 26.670 || 114.251 4.916 4.754 32.234 || 120.164 6.566 5.118 11.930 || 408.023 6.735 5.839 11.843 || 431.961 6.902 6.214 10.835 || 461.596 7.636 6.125 9.824 || 504.525 8.125 6.518 4.924 * L-ammonti
għall-2014 sal-2020 huma f'miljuni ta' Euro u għandhom jitqiesu
bħala ċifri indikattivi. Il-kontribuzzjoni li se tintalab finalment
se tqis il-korrezzjonijiet li jkunu saru matul is-sena ta' qabel. Għad-dħul
mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit
affettwata/i. Mill-2014 sal-2016 Il-linji tal-baġit tal-Pilastru I u tal-għan
imsejjaħ “It-Tixrid tal-Eċċellenza u t-Twessigħ
tal-Parteċipazzjoni”: 08.02 50 01, 09.04 50 01, 15.03 50 01 u 08 03 50 01,
08 04 50 01 u 10 03 50 01. Mill-2017 ’il quddiem Il-linji tal-baġit: 02 04 50 01, 05 09 50 01, 06
03 50 01, 08 02 50 01, 09 04 50 01, 10.02 50 01, 15.03 50 01 u 32.04 50 01 u
l-approprjazzjonijiet li jkunu ġejjin mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji
ta' pajjiżi terzi (jiġifieri ta’ pajjiżi li ma jiffurmawx parti
miż-Żona Ekonomika Ewropea) għall-programm Orizzont 2020. Il-linji tal-baġit 08 03 50 01, 08 04 50 01 u 10
03 50 01 - L-approprjazzjonijiet li jkunu ġejjin mill-kontribuzzjonijiet
finanzjarji ta' pajjiżi terzi (li ma jiffurmawx parti miż-Żona
Ekonomika Ewropea) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Isvizzera hija kkalkulata kif ġej: Għall-2014,
il-kalkolu ġie bbażat fuq il-PDG tal-Isvizzera fl-2012, kif ġej: -
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-ewwel pilastru tal-programm
Orizzont 2020 u fl-azzjonijiet imwettqin fil-kuntest tal-għan
imsejjaħ “It-Tixrid tal-Eċċellenza u t-Twessigħ
tal-Parteċipazzjoni”, kif ukoll fil-Programm Qafas tal-Euratom (ħlief
għall-parti tal-fużjoni), 7/24 pro rata, (il-PDG
tal-Isvizzera (fl-2012)/il-PDG tal-UE-28); -
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet tal-ITER u
fil-parti tal-fużjoni tal-programm Euratom, 12/12, = (il-PDG
tal-Isvizzera (fl-2012)/il-PDG tal-UE-28 + il-PDG tal-Isvizzera). Għall-2015
sal-2020: -
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-ewwel pilastru tal-programm
Orizzont 2020 u fl-azzjonijiet imwettqin fil-kuntest tal-għan
imsejjaħ “It-Tixrid tal-Eċċellenza u t-Twessigħ
tal-Parteċipazzjoni”, kif ukoll fil-Programm Qafas tal-Euratom (ħlief
għall-parti tal-fużjoni) = il-PDG tal-Isvizzera (fl-2013)/il-PDG
tal-UE-28 imnaqqas bil-parti tas-sejħiet għall-proposti
mill-baġit tal-2015 li jagħlqu qabel il-15/09/2014; -
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-attivitajiet tal-ITER, kif
ukoll fil-parti tal-fużjoni tal-Programm Qafas tal-Euratom, = il-PDG
tal-Isvizzera (fl-2013)/il-PDG tal-UE-28 + il-PDG tal-Isvizzera. [1] ĠU
L […], […], p. […]. [2] ABM:
immaniġġjar ibbażat fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar
ibbażat fuq l-attività. [3] Kif
imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [4] Id-dettalji
tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju
jinsabu fuq il-websajt tal-baġit (BudgWeb) li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html. [5] ĠU
L 248, 16.9.2002, p. 1. [6] ĠU L 311,
26.11.2010, p. 9. [7] ĠU
L 357, 31.12.2002, p. 1. [8] ĠU L 111,
28.4.2007, p. 13. [9] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [10] ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1. [11] ĠU L 292,
15.11.1996, p. 2. [12] ĠU
L 248, 18.9.2013, p. 1. [13] ĠU L312, 23.12.1995, p.1. [14] Diff.
= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux
differenzjati. [15] L-EFTA:
l-Assoċazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [16] Il-pajjiżi
kandidati u, fejn ikun applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani
tal-Punent. [17] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda tiġi implimentata l-proposta/l-inizjattiva. [18] Għajnuna
u nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni
tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji "BA"),
ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. [19] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda tiġi implimentata l-proposta/l-inizjattiva. [20] Ir-riżultati
huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti
(pereżempju l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati,
l-għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.). [21] Kif
deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi...” [22] Is-sena
N hija s-sena li fiha tibda tiġi implimentata l-proposta/l-inizjattiva. [23] Għajnuna
u nefqa teknika u/jew amministrattiva li tappoġġa l-implimentazzjoni
tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji
"BA"), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. [24] AK
= aġent kuntrattwali; AL = aġent lokali; ENS = espert nazzjonali
ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = espert żgħir
fid-delegazzjonijiet. [25] Is-sottolimitu
għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk
li qabel kienu l-linji "BA"). [26] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim
Interistituzzjonali (għall-perjodu mill-2007 sal-2013). [27] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali
(id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu
ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqas 25 %
għall-ispejjeż tal-ġbir. Ftehim dwar
il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li
jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Programm Qafas
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni msejjaħ “Orizzont 2020” u
mal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020 u li
jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet
tal-ITER imwettqin mill-impriża msejħa “Fużjoni għall-Enerġija” L-UNJONI EWROPEA
U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, (minn hawn ’il quddiem
imsejħin “l-Unjoni” u “Euratom” rispettivament), minn naħa waħda, u L-KONFEDERAZZJONI
SVIZZERA, (minn hawn 'il quddiem
imsejħa “l-Isvizzera”), min-naħa l-oħra, (minn hawn 'il quddiem
imsejħin “il-Partijiet”), FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li
r-relazzjoni mill-qrib ta' bejn l-Isvizzera u l-Unjoni u l-Euratom hija ta'
benefiċċju għall-Partijiet; FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW
l-importanza tar-riċerka xjentifika u teknoloġika għall-Unjoni u
għall-Euratom u għall-Isvizzera u l-interess reċiproku
tagħhom li jikkooperaw f'dan il-qasam sabiex ir-riżorsi jintużaw
aħjar u sabiex ma jsirx xogħol doppju għal xejn; BILLI l-Isvizzera u l-Unjoni u
l-Euratom bħalissa qed jimplimentaw programmi tar-riċerka f'oqsma ta'
interess komuni; BILLI l-Unjoni u l-Euratom u
l-Isvizzera għandhom interess li jikkooperaw f'dawn il-programmi
għall-benefiċċju reċiproku tagħhom; FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW
l-interess tal-Partijiet biex iħeġġu l-aċċess
reċiproku għall-entitajiet tar-riċerka tagħhom
għall-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku
fl-Isvizzera, minn naħa waħda, u għall-Programm Qafas tal-Unjoni
għar-riċerka u l-innovazzjoni u għall-Programm ta’ Riċerka
u Taħriġ tal-Euratom, u għall-attivitajiet imwettqin
mill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp
tal-Enerġija mill-Fużjoni[1]
(minn hawn ’il quddiem imsejħa “Fużjoni għall-Enerġija”),
min-naħa l-oħra; BILLI l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Isvizzera kkonkludew Ftehim ta' Kooperazzjoni
fl-1978 fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika
tal-plażmi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar
il-Fużjoni”); BILLI ż-żewġ
partijiet jixtiequ jenfasizzaw il-benefiċċji reċiproki
tal-eżekuzzjoni tal-Ftehim dwar il-Fużjoni, fil-każ tal-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika, ir-rwol tal-Isvizzera fl-avvanz tal-elementi
kollha tal-Programm Komunitarju dwar il-Fużjoni, b’mod partikolari tal-JET
u l-ITER fil-progress lejn ir-reattur ta’ dimostrazzjoni msejjaħ “DEMO” u,
fil-każ tal-Isvizzera, l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-Programm
Svizzeru u l-integrazzjoni tiegħu f’oqfsa Ewropej u internazzjonali; BILLI ż-żewġ
partijiet jaffermaw mill-ġdid ix-xewqa tagħhom li jkomplu jikkooperaw
fit-tul fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u tal-fiżika
tal-plażmi abbażi ta’ qafas ġdid u strumenti ġodda li
jiżguraw l-appoġġ għall-attivitajiet tar-riċerka; BILLI dan il-Ftehim itemm
il-Ftehim dwar il-Fużjoni u jeħodlu postu; BILLI l-Partijiet laħqu
Ftehim ta’ Qafas fit-8 ta’ Jannar 1986 għall-kooperazzjoni xjentifika u
teknika, li daħal fis-seħħ fis-17 ta’ Lulju 1987 (minn hawn ’il
quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Qafas”); FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li
l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Qafas igħid li l-kooperazzjoni maħsuba
mill-Ftehim ta’ Qafas għandha titwettaq permezz ta' ftehimiet xierqa; BILLI
fil-25 ta' Ġunju 2007 il-Komunitajiet u l-Isvizzera ffirmaw ftehim dwar
il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u
l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra; BILLI fit-12 ta' Diċembru
2012 l-Euratom u l-Isvizzera kkonkludew ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika
u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn
naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra,
li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Programm Qafas tal-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka u l-attivitajiet
tat-taħriġ fil-qasam nukleari (għall-2012 sal-2013); FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li
l-Artikoli 9(2) tal-Ftehimiet imsemmija hawn fuq jipprevedu t-tiġdid
tal-Ftehim bil-ħsieb ta' parteċipazzjoni fi Programmi ta' Qafas
pluriennali ġodda għar-riċerka u l-iżvilupp
teknoloġiku jew f’attivitajiet attwali u futuri, skont kundizzjonijiet miftiehma
b'mod reċiproku; BILLI l-Euratom ikkonkludiet
il-Ftehim dwar l-istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-ITER
dwar l-Enerġija mill-Fużjoni għall-Implimentazzjoni
Konġunta tal-proġett tal-ITER. Skont l-Artikolu 21 tagħha u
l-Ftehimiet fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-applikazzjoni
tal-Ftehim tal-ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet
għall-ITER u l-Ftehim dwar Approċċ Usa' għat-territorju tal-Isvizzera
u dwar is-sħubija tal-Isvizzera fl-Impriża Konġunta Ewropea
għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tat-22
ta' Novembru 2007, il-Ftehim japplika għall-parteċipazzjoni
tal-Isvizzera fil-programm ta' fużjoni tal-Euratom bħala Stat terz assoċjat
bis-sħiħ miegħu; BILLI l-Euratom hija membru
tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp
tal-Enerġija mill-Fużjoni stabbilita bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2007. Skont l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni
u l-Ftehimiet fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-applikazzjoni
tal-Ftehim tal-ITER, tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u
l-Immunitajiet għall-ITER u l-Ftehim dwar Approċċ Usa'
għat-territorju tal-Isvizzera u dwar is-sħubija tal-Isvizzera
fl-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp
tal-Enerġija mill-Fużjoni tat-28 ta' Novembru 2007,
l-Isvizzera saret membru tal-Impriża Konġunta bħala Stat terz li
sieħeb il-programm tar-riċerka tiegħu mal-programm ta'
fużjoni tal-Euratom; BILLI l-Euratom ikkonkludiet
il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern
tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Attivitajiet
tal-Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka dwar l-Enerġija mill-Fużjoni.
Skont l-Artikolu 26 tiegħu, il-Ftehim japplika
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-programm ta' fużjoni
tal-Euratom bħala Stat terz assoċjat bis-sħiħ miegħu; BILLI
l-programm tal-Unjoni msejjaħ "Orizzont 2020 - il-Programm Qafas
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (għall-2014 sal-2020)" (minn
issa 'l quddiem imsejjaħ “Orizzont 2020”) ġie adottat permezz
tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2], il-Programm
Speċifiku li jimplimenta l-programm Orizzont 2020 ġie adottat permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 743/2013/UE[3], u l-Programm ta’
Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
(għall-2014 sal-2018) li jikkumplimenta l-programm Orizzont 2020– (minn
hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm Euratom”) ġie adottat permezz tar-Regolament
tal-Kunsill (Euratom) Nru 1314/2013[4],
u r-Regoli għall-parteċipazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u
fil-Programm Euratom u għat-tixrid tar-riżultati tagħhom
ġew adottati permezz tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[5],
u r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew
tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn issa 'l quddiem imsejjaħ
“ir-Regolament tal-EIT”) ġie emendat permezz tar-Regolament (UE)
Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,[6] u d-deċiżjoni
li tingħata l-bażi għall-finanzjament tal-attivitajiet relatati
mal-ITER għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 ġiet adottata permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/791/Euratom li temenda
d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi
l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp
tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi[7]; BILLI, mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità
Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan il-Ftehim u kull attività mibdija
fil-kuntest tiegħu, bl-ebda mod ma jaffettwaw is-setgħat
mogħtija lill-Istati Membri li jwettqu attivitajiet bilaterali
mal-Isvizzera fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tar-riċerka u
tal-iżvilupp u biex, fejn ikun xieraq, jikkonkludu ftehimiet magħha
għal dak il-għan, FTIEHMU
KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Suġġett 1.
It-termini
u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fl-implimentazzjoni
tal-
Pilastru I
tal-programm Orizzont 2020 u tal-azzjonijiet imwettqin skont l-għan
speċifiku msejjaħ “It-tixrid tal-eċċellenza u
t-twessigħ tal-parteċipazzjoni”, fil-Programm Euratom għall-2014
sal-2018 u fl-attivitajiet imwettqin mill-Impriża Konġunta Ewropea
għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (minn
hawn ’il quddiem imsejħa “Fużjoni għall-Enerġija”)
għall-2014 sal-2020, għandhom ikunu dawk stipulati f'dan il-Ftehim. 1a.
Suġġett għall-Artikolu 13(3)(c),
mill-1 ta’ Jannar 2017 dan il-Ftehim għandu jistabbilixxi
t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-Isvizzera
fl-implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020 kollu, fil-Programm Euratom
għall-2014 sal-2018 u fl-attivitajiet imwettqin mill-Impriża
Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija
mill-Fużjoni għall-2014 sal-2020. 2.
L-entitajiet
legali stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipparteċipaw fil-Programmi
koperti minn dan il-Ftehim u fl-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija bil-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Artikolu 7. 3.
Mill-1
ta' Jannar 2017 l-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu
jippartecipaw fl-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt
tar-Riċerka tal-Unjoni, sakemm din il-parteċipazzjoni mhijiex koperta
mill-paragrafu 1. 4.
L-entitajiet
legali stabbiliti fl-Unjoni, inkluż iċ-Ċentru Konġunt
tar-Riċerka, jistgħu jipparteċipaw fi programmi u/jew
proġetti tar-riċerka fl-Isvizzera li jittrattaw temi ekwivalenti
għal dawk tal-programmi msemmija fil-paragrafu 1 u għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 1a mill-1 ta' Jannar 2017 ’il
quddiem. 5.
Għall-finijiet
ta' dan il-Ftehim: a.
“entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna
legali maħluqa u rrikonuxxuta bħala tali skont il-liġi
nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li
għandha personalità legali u li tista' teżerċita drittijiet u
tkun suġġetta għal ċerti obbligi meta taġixxi f’isimha
stess; b.
“programmi koperti minn dan il-Ftehim” tfisser il-Pilastru I tal-programm
Orizzont 2020, l-azzjonijiet imwettqin skont l-għan speċifiku
msejjaħ “It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ
tal-parteċipazzjoni” u l-Programm Euratom għall-2014 sal-2018 jew,
skont l-Artikolu 13(3)(c), il-programm Orizzont 2020 kollu u l-Programm
Euratom għall-2014 sal-2018 mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem; c.
“pilastru I tal-programm Orizzont 2020” tfisser l-azzjonijiet imwettqin
skont l-għanijiet speċifiċi elenkati fil-Parti I
tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill, jiġifieri l-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, it-teknoloġiji
futuri u emerġenti, l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u
l-infrastrutturi tar-riċerka. ARTIKOLU 2 Forom u mezzi
ta' kooperazzjoni 1. Il-kooperazzjoni għandha tieħu
l-forom li ġejjin: a. Il-parteċipazzjoni
tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera fi Programmi koperti minn dan
il-Ftehim skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli
tagħhom għall-parteċipazzjoni u t-tixrid tar-riżultati u
fl-attivitajiet kollha mwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati
mill-Impriża Konġunta. F'każ li l-Unjoni tistipula
dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 185 u 187
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)[8], l-Isvizzera
għandhatitħalla tipparteċipa fl-istrutturi legali maħluqin
skont dawk id-dispożizzjonijiet, f'konformità mad-deċiżjonijiet
u r-regolamenti li jkunu ġew adottati jew li jkunu se jiġu adottati
għall-istabbilment ta' dawk l-istrutturi legali. Suġġetta
għall-Artikolu 13(3)(c), din id-dispożizzjoni għandha
tapplika biss mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem. L-entitajiet legali stabbiliti
fl-Isvizzera għandhom ikunu eliġibbli jipparteċipaw
f’azzjonijiet indiretti bbażati fuq l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE
bħala entitajiet minn pajjiż assoċjat. Suġġetta
għall-Artikolu 13(3)(c), din id-dispożizzjoni għandha
tapplika biss mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem. Ir-Regolament (KE) Nru 294/2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bir-Regolament (UE)
Nru 1292/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu japplika
għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera
fil-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni. Il-parteċipanti Svizzeri huma
mistiedna għall-Forum tal-Partijiet Interessati tal-Istitut Ewropew
tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT). b. Kontribuzzjoni
finanzjarja min-naħa tal-Isvizzera għall-baġits tal-programmi
ta' ħidma adottati għall-implimentazzjoni tal-Programmi koperti minn
dan il-Ftehim u għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija, kif iddefinita fl-Artikolu 4(2). c. Il-parteċipazzjoni
tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni fi programmi u/jew proġetti
tar-riċerka Svizzeri deċiżi mill-Kunsill Federali li jittrattaw
temi li huma ekwivalenti għal dawk tal-Programmi koperti minn dan
il-Ftehim u
għal dawk tal-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija, skont it-termini u l-kundizzjonijiet
stabbiliti fir-regolamenti rilevanti Svizzeri u bil-qbil tal-imsieħba
fil-proġett speċifiku u tal-persunal ta’ ġestjoni tal-programm
Svizzeru korrispondenti. L-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li
jipparteċipaw fi programmi u/jew proġetti tar-riċerka Svizzeri
għandhom jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tagħhom stess,
inkluż is-sehem relattiv tagħhom fl-ispejjeż amministrattivi u
tal-ġestjoni ġenerali tal-proġett. 2. Minbarra
l-għoti f'waqtu ta' informazzjoni u dokumentazzjoni dwar
l-implimentazzjoni tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u tal-attivitajiet
imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija, kif ukoll
tal-programmi u/jew proġetti Svizzeri, il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet
tista' tinkludi l-forom u l-mezzi li ġejjin: a. skambji
regolari tal-fehmiet dwar il-linji gwida u l-prijoritajiet tal-politika
tar-riċerka fl-Isvizzera u fl-Unjoni u fl-Euratom u dwar il-pjanijiet
tagħhom għal dan il-qasam; b. skambji
ta' fehmiet dwar il-prospetti għall-kooperazzjoni u l-iżvilupp
tagħha; c. skambji
f'waqthom tat-tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-programmi u
l-proġetti tar-riċerka fl-Isvizzera u fl-Unjoni u fl-Euratom u
tat-tagħrif dwar ir-riżultati tax-xogħol imwettaq skont dan
il-Ftehim; d. laqgħat
konġunti u d-dikjarazzjonijiet konġunti li jirriżultaw minnhom; e. żjarat
u skambji ta' riċerkaturi, inġiniera u persuni tekniċi; f. kuntatti regolari u segwitu bejn il-mexxejja
tal-programmi jew tal-proġetti fl-Isvizzera u fl-Unjoni u fl-Euratom; g. il-parteċipazzjoni
tal-esperti f'seminars, simpożji u sessjonijiet ta' ħidma; h. skambji
f’waqthom tat-tagħrif dwar l-attivitajiet tal-ITER bl-istess mod
bħalma jsir fil-każ tal-Istati Membri. ARTIKOLU 3 Drittijiet u
obbligi marbutin mal-proprjetà intellettwali 1.
Suġġetti
għall-Anness A u għal-liġi applikabbli, l-entitajiet legali
stabbiliti fl-Isvizzera li jkunu qed jipparteċipaw fi Programmi koperti
minn dan il-Ftehim u f’attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija
għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-entitajiet legali
stabbiliti fl-Unjoni li jkunu qed jipparteċipaw fil-programmi u
fl-attivitajiet tar-riċerka kkonċernati f’dak li għandu x’jaqsam
mas-sjieda, l-użu u t-tixrid tal-informazzjoni u tal-proprjetà
intellettwali li tirriżulta minn din il-parteċipazzjoni. Din
id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għar-riżultati
miksubin minn proġetti li jkunu bdew qabel l-applikazzjoni
provviżorja ta' dan il-Ftehim. 2.
Suġġetti
għall-Anness A u għal-liġi applikabbli, l-entitajiet legali
stabbiliti fl-Unjoni li qed jieħdu sehem fi programmi u/jew proġetti
tar-riċerka Svizzeri, kif previst fl-Artikolu 2(1)(c), għandu
jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-entitajiet legali stabbiliti
fl-Isvizzera u li qed jipparteċipaw fil-programmi u/jew il-proġetti
kkonċernati f’dak li għandu x’jaqsam mas-sjieda, l-użu u
t-tixrid tal-informazzjoni u tal-proprjetà intellettwali li tirriżulta
minn din il-parteċipazzjoni. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex
tapplika għar-riżultati miksubin minn proġetti li jkunu bdew
qabel l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim. 3.
Għall-finijiet
ta' dan il-Ftehim, “proprjetà intellettwali” għandu jkollha t-tifsira
ddefinita fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, li ġiet iffirmata fi Stokkolma
fl-14 ta' Lulju 1967. ARTIKOLU 4 Dispożizzjonijiet
finanzjarji 1. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Isvizzera li tirriżulta mill-parteċipazzjoni
fl-implimentazzjoni tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u mill-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija għandha tkun
stabbilita b’mod proporzjonat u addizzjonali għall-ammont disponibbli ta’
kull sena fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea
għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn biex jintlaħqu l-obbligi
finanzjarji tal-Kummissjoni li jirriżultaw mill-ħidma li trid
titwettaq fil-forom meħtieġa għall-implimentazzjoni,
il-ġestjoni, il-funzjonament u t-twettiq tal-programmi koperti minn dan
il-Ftehim. L-Unjoni Ewropea
tirriżerva d-dritt li tuża l-approprjazzjonijiet operattivi u
amministrattivi li jirriżultaw mill-kontribuzzjoni Svizzera
għall-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u għall-attivitajiet
kollha mwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija skont
il-ħtiġijiet ta’ dawn il-programmi u l-attivitajiet. 2. Bl-eċċezzjoni
tat-tieni sentenza ta' dan il-paragrafu, il-fattur tal-proporzjonalità li
jirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera skont dan il-Ftehim
għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit il-proporzjon tal-prodott
domestiku gross tal-Isvizzera, mogħti fil-prezzijiet tas-suq, meta mqabbel
mas-somma tal-prodotti domestiċi grossi tal-Istati Membri tal-Unjoni
Ewropea, mogħtija fil-prezzijiet tas-suq. Il-fattur tal-proporzjonalità li
jirregola l-kontribuzzjoni tal-Isvizzera għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija u għall-parti tal-fużjoni
tal-Programm Euratom għandu jinkiseb billi jiġi stabbilit
il-proporzjon tal-prodott domestiku gross tal-Isvizzera, mogħti
fil-prezzijiet tas-suq, meta mqabbel mas-somma tal-prodotti domestiċi
grossi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Isvizzera, mogħtija
fil-prezzijiet tas-suq. Dawn
il-proporzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-aktar
statistika riċenti tal-Eurostat, li tkun disponibbli meta jiġi
ppubblikat l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għal dik is-sena. 3. Ir-regoli
li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera huma mogħtija
fl-Anness B. ARTIKOLU 5 Kumitat
għar-Riċerka bejn l-Isvizzera u l-Komunitajiet 1.
Il-Kumitat
għar-Riċerka bejn l-Isvizzera u l-Komunitajiet stabbilit bil-Ftehim
ta’ Qafas għandu jeżamina, jevalwa u jiżgura l-implimentazzjoni
x-xierqa ta' dan il-Ftehim. Kull kwistjoni li tinqala’ b’rabta
mal-implimentazzjoni jew mal-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha
titressaq quddiem dan il-Kumitat. 2.
Il-Kumitat
jista’ jiddeċiedi li jemenda r-referenzi għall-atti tal-Unjoni
msemmija fl-Anness C. 3. Il-Kumitat
għandu jiltaqa' fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet. Barra minn
hekk, il-Kumitat għandu jaħdem b’mod kontinwu permezz tal-iskambju
tad-dokumenti, tal-ittri elettroniċi u ta’ mezzi oħra ta'
komunikazzjoni. ARTIKOLU 6 Parteċipazzjoni
fil-kumitati 1. Ir-rappreżentanti
tal-Isvizzera għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi
fil-kumitati responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programmi koperti
minn dan il-Ftehim. Il-parteċipazzjoni għandha tkun skont ir-regoli
ta’ proċedura ta’ dawn il-kumitati. L-Iżvizzera għandha
tiġi mgħarrfa dwar ir-riżultati tal-voti f’dawn il-kumitati.
Il-parteċipazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tieħu
l-istess għamla, inklużi l-proċeduri għat-trażmissjoni
tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni, bħal dik applikabbli
għar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 2. Ir-rappreżentanti
tal-Isvizzera għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi fil-Bord
tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Din
il-parteċipazzjoni għandha tkun skont ir-regoli ta’ proċedura
ta’ dan il-Bord tal-Gvernaturi. 3. Il-Kummissjoni
għandha tirrimborża l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u
tas-sussistenza li jġarrbu r-rappreżentanti tal-Isvizzera li jkunu
qed jieħdu sehem fil-laqgħat tal-kumitati msemmija
fil-paragrafi 1 u 2 fuq l-istess bażi bħar-rappreżentanti
tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u skont il-proċeduri li hemm
fis-seħħ bħalissa għalihom. 4. Ir-rappreżentanti
tal-Isvizzera għandhom jipparteċipaw fil-korpi tal-impriża
Fużjoni għall-Enerġija. Il-parteċipazzjoni għandha
tkun skont l-istatuti tal-impriża Fużjoni għall-Enerġija,
inklużi d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar id-drittijiet tal-vot. 5. Il-parteċipazzjoni
tar-rappreżentanti mill-Isvizzera fil-Kumitat tal-Innovazzjoni u
ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (il-KŻER) u fi gruppi relatati
maż-Żona Ewropea tar-Riċerka (iż-ŻER) għandha
tkun skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat u ta’ dawn il-gruppi. ARTIKOLU 7 Parteċipazzjoni 1. Mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3,
l-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera li jkunu qed jipparteċipaw
fil-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u fl-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija għandu jkollhom
l-istess drittijiet u obbligi kuntrattwali bħall-entitajiet legali
stabbiliti fl-Unjoni. 2. Għall-entitajiet
legali stabbiliti fl-Isvizzera, it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli
għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti u dawk
għall-għoti u l-konklużjoni ta' ftehimiet tal-għotja u/jew
ta’ kuntratti fil-kuntest tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u
tal-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija għandhom ikunu l-istess bħal dawk li
japplikaw għall-ftehimiet tal-għotja u/jew għall-kuntratti
konklużi fil-kuntest tal-istess programmi jew attivitajiet
tal-impriża Fużjoni għall-Enerġija ma' entitajiet legali
stabbiliti fl-Unjoni. 3. L-entitajiet
legali stabbiliti fl-Isvizzera għandhom ikunu eliġibbli
għall-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-kuntest tal-Programmi koperti
minn dan il-Ftehim. 4. Għadd
xieraq ta' esperti Svizzeri għandhom jiġu kkunsidrati
fl-għażla tal-evalwaturi jew tal-esperti fil-kuntest tal-Programmi
koperti minn dan il-Ftehim, kif ukoll għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija, billi jiġu kkunsidrati
l-ħiliet u l-għarfien adattati għall-kompiti assenjati lilhom. 5. Mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(4),
tal-Artikolu 2(1)(c) u tal-Artikolu 3(2) u għar-regolamenti u
r-regoli ta' proċedura eżistenti, l-entitajiet legali stabbiliti
fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fil-programmi u/jew fil-proġetti
tal-programmi u l-attivitajiet tar-riċerka Svizzeri msemmija
fl-Artikolu 2(1)(c) b’termini u kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk
tal-imsieħba Svizzeri. L-awtoritajiet Svizzeri jistgħu jistipulaw li
l-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda jew aktar stabbilita
fl-Unjoni fi proġett tkun suġġetta
għall-parteċipazzjoni konġunta ma' mill-inqas entità legali
waħda stabbilita fl-Isvizzera. ARTIKOLU 8 Mobilità Kull Parti
għandha timpenja ruħha, f'konformità mar-regolamenti u l-ftehimiet
eżistenti fis-seħħ, li tiggarantixxi d-dħul u
s-soġġorn – sakemm dan ikun indispensabbli għat-twettiq
b'suċċess tal-attività kkonċernata – ta' għadd ta’ riċerkaturi
minn tagħha li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti minn
dan il-Ftehim fl-Isvizzera u fl-Unjoni Ewropea. ARTIKOLU 9 Reviżjoni
u kollaborazzjoni futura 1.
Jekk
l-Unjoni jew l-Euratom jirrevedu jew jestendu l-programmi tar-riċerka
tagħhom jew l-attivitajiet tal-impriża Fużjoni
għall-Enerġija, dan il-Ftehim jista' jiġi rivedut jew estiż
skont kundizzjonijiet miftehma b'mod reċiproku. Il-Partijiet għandhom
jiskambjaw l-informazzjoni u l-fehmiet tagħhom dwar reviżjoni jew
estensjoni bħal din, kif ukoll dwar kull kwistjoni oħra li taffettwa
direttament jew indirettament il-kooperazzjoni tal-Isvizzera fl-oqsma koperti
mill-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u mill-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija. L-Isvizzera
għandha tiġi mgħarrfa bil-kontenut eżatt tal-programmi jew
tal-attivitajiet riveduti jew estiżi fi żmien ġimagħtejn
mill-adozzjoni tagħhom mill-Unjoni u mill-Euratom. Fil-każ ta'
reviżjoni jew estensjoni ta' dan it-tip tal-programmi jew l-attivitajiet
tar-riċerka, l-Isvizzera tista' ttemm dan il-Ftehim billi tibgħat
avviż dwar dan mill-anqas sitt xhur qabel. Il-Partijiet għandhom
javżaw lil xulxin dwar kull intenzjoni li jkollhom li jtemmu jew li
jestendu dan il-Ftehim fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni
tad-deċiżjoni tal-Unjoni jew tal-Euratom. 2.
Jekk
l-Unjoni jew l-Euratom tadotta programmi pluriennali ġodda ta’ qafas
għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jew
deċiżjoni ġdida biex tiffinanzja l-attivitajiet tal-impriża
Fużjoni għall-Enerġija, dan il-Ftehim jista’ jiġġedded
jew jiġi nnegozjat mill-ġdid skont kundizzjonijiet miftehma b’mod
reċiproku bejn il-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jiskawmbjaw
l-informazzjoni u l-fehmiet tagħhom dwar it-tħejjija ta' dawn
il-programmi jew ta’ attivitajiet tar-riċerka attwali u futuri
oħrajn, inklużi dawk imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija, permezz tal-Kumitat għar-Riċerka bejn
l-Isvizzera u l-Komunitajiet. ARTIKOLU 10 Rabta
ma' ftehimiet internazzjonali oħrajn 1.
Id-dispożizzjonijiet
ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju
għall-vantaġġi previsti minn ftehimiet internazzjonali
oħrajn li jorbtu waħda mill-Partijiet u li huma riżervati biss
għall-entitajiet legali stabbiliti fit-territorju ta' dik il-Parti. 2.
Entità
legali stabbilita f'pajjiż ieħor assoċjat mal-programm Orizzont
2020 (Pajjiż Assoċjat) jew mal-Programm Euratom tgawdi mill-istess
drittijiet u obbligi taħt dan il-Ftehim bħall-entitajiet legali li
huma stabbiliti fi Stat Membru, jekk kemm-il darba l-Pajjiż Assoċjat
li fih l-entità tkun stabbilita jkun qabel li jagħti l-istess drittijiet u
obbligi lill-entitajiet legali mill-Isvizzera. ARTIKOLU 11 Applikazzjoni
territorjali Dan il-Ftehim
għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom
huma applikati t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u skont
il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk it-Trattati u, min-naħa l-oħra,
għat-territorju tal-Isvizzera. ARTIKOLU 12 Annessi L-Annessi
A, B u C għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. ARTIKOLU 13 Emenda u
terminazzjoni 1.
Dan
il-Ftehim għandu japplika għall-perjodu kollu li fih idum japplika
l-programm Orizzont 2020, sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-programm
Euratom u sal-31 ta’ Diċembru 2020 għall-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija. Minkejja
l-paragrafu 3 ta’ hawn taħt, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019
sal-31 ta’ Marzu 2019, kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim b’notifika
bil-miktub fir-rigward tal-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija. F'dan il-każ, il-Ftehim għandu
jieqaf japplika fil-31 ta' Diċembru 2018 fir-rigward tat-tali
attivitajiet. Dan il-Ftehim
għandu jiġi estiż b'mod taċitu u japplika bl-istess termini
u kundizzjonijiet tal-Programm Euratom għall-2019 sal-2020, sakemm xi
parti minnhom ma tinnotifikax id-deċiżjoni tagħha li ma
testendix dan il-Ftehim għal dan il-Programm fi żmien tliet xhur minn
meta jiġi adottat il-Programm Euratom għall-2019 sal-2020. Fil-każ
ta’ notifika bħal din, dan il-Ftehim għandu jieqaf japplika fil-31
ta’ Diċembru 2018 għall-Programm Euratom, mingħajr
preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-programm
Orizzont 2020 u fl-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija. 2.
Dan
il-Ftehim jista' jiġi emendat biss bil-miktub bil-kunsens komuni
tal-Partijiet. Il-proċedura għad-dħul fis-seħħ
tal-emendi għandha tkun l-istess bħall-proċedura applikabbli
għal dan il-Ftehim. 3.
Kull
Parti tista' ttemm dan il-Ftehim f’kull ħin, dejjem jekk tibgħat
notifika bil-miktub sitt xhur bil-quddiem. 3a.
F’każ li l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa
l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni jiġi tterminat, dan
il-Ftehim għandu jieqaf japplika fl-istess data bħal dik il fiha
jieqaf japplika l-Ftehim imsemmi qabel. Ma għandu jkun meħtieġ
l-ebda avviż bil-miktub minn qabel għal dan il-għan. 3b. Dan
il-Ftehim m’għandux jibqa’ japplika jekk l-Isvizzera ma tibgħatx
in-notifika meħtieġa għad-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll dwar l-estensjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera,
min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni
għall-Kroazja fi żmien sitt xhur minn meta jitlestew
il-proċeduri interni Svizzeri. Ma għandu jkun meħtieġ
l-ebda avviż bil-miktub minn qabel għal dan il-għan. 3c. Dan
il-Ftehim m’għandux jibqa’ japplika, b’effett retroattiv mill-31 ta’
Diċembru 2016, jekk l-Isvizzera ma tirratifikax il-Protokoll dwar
l-estensjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha,
minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa
l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni għall-Kroazja sad-9 ta’
Frar 2017. Jekk il-Konfederazzjoni Svizzera tirratifika l-Protokoll imsemmi
hawn fuq, dan il-Ftehim għandu japplika għall-programm
Orizzont 2020 kollu, għall-Programm Euratom għall-2014 sal-2018
u għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il quddiem. 4.
Il-proġetti
u l-attivitajiet li jkunu qed jitwettqu meta jintemm u/jew jiskadi dan
il-Ftehim għandhom jibqgħu għaddejjin sa ma jitlestew skont
il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom
isolvu b'kunsens komuni kull konsegwenza oħra tat-terminazzjoni. ARTIKOLU 14 Klawżola
ta’ reviżjoni Fir-raba’ sena
wara li jibda japplika dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jirrevedu
b’mod konġunt l-implimentazzjoni tiegħu, inkluż il-fattur ta’
proporzjonalità li jirregola l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Isvizzera, fuq
il-bażi tad-dejta dwar il-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali
stabbiliti fl-Isvizzera fl-azzjonijiet diretti u indiretti mwettqin fil-kuntest
tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim fl-2014 sal-2016, kif ukoll
fl-attivitajiet tal-impriża Fużjoni għall-Enerġija. ARTIKOLU 15 Dħul
fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja 1. Dan
il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew konkluż mill-Partijiet
f'konformità mar-regoli rispettivi tagħhom. Huwa għandu jidħol
fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika tat-tlestija
tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Fir-rigward
tal-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-programm Orizzont 2020,
l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tibda meta
r-rappreżentanti tal-Isvizzera u tal-Unjoni jiffirmawh. Fir-rigward
tal-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-Programm Euratom u mal-attivitajiet
tal-impriża Fużjoni għall-Enerġija, l-applikazzjoni
provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tibda meta l-Isvizzera tkun iffirmat
il-Ftehim u l-Euratom ikun innotifika lill-Isvizzera li tlestew
il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. Il-Ftehim
għandu jibda japplika b’mod provviżorju mill-15 ta’ Settembru 2014
’il quddiem. L-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera għandhom
jiġu ttrattati bħala entitajiet minn Pajjiż Assoċjat skont
it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli
għall-parteċipazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u għat-tixrid
tar-riżultati tiegħu għall-finijiet tas-sejħiet għal
proposti jew tal-istediniet biex jitressqu l-proposti, tal-proċeduri ta’
akkwist jew tal-kompetizzjonijiet fil-kuntest tal-Programmi koperti minn dan
il-Ftehim li jiskadu mill-15 ta’ Settembru 2014 ’il quddiem. Jekk
l-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera ma jkunux eliġibbli
għall-finanzjament fil-kuntest ta’ sejħiet għall-proposti jew
stediniet biex jitressqu l-proposti jew kompetizzjonijiet fil-kuntest
tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim iffinanzjati mill-baġit tal-2015,
abbażi tal-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli
għall-parteċipazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u għat-tixrid
tar-riżultati tiegħu, għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Isvizzera maħruġa skont l-Anness B ta’ dan il-Ftehim
għall-2015, il-baġit tal-programm rilevanti għandu jitnaqqas
bil-baġit ta’ dawn is-sejħiet, ta’ dawn l-istediniet biex jitressqu
l-proposti jew ta’ dawn il-kompetizzjonijiet. 2. Jekk
waħda mill-Partijiet tinforma lill-oħra li mhix se tikkonkludi jew
tirratifika dan il-Ftehim, qed jiġi maqbul li: - l-Unjoni
u l-Euratom għandhom iroddu lura lill-Isvizzera l-kontribuzzjoni
tagħha għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, hekk kif
previst fl-Artikolu 2(1)(b); -
madankollu, l-Unjoni u l-Euratom
għandhom inaqqsu mir-rimborż imsemmi hawn fuq il-fondi li huma jkunu
diġà allokaw, matul l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim,
għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera
f’azzjonijiet indiretti jew għall-parteċipazzjoni tagħhom
f’attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija; - il-proġetti
u l-attivitajiet li jkunu bdew waqt l-applikazzjoni provviżorja u li jkun
għadhom għaddejjin fi żmien in-notifika msemmija hawn fuq
għandhom jibqgħu għaddejjin sa ma jitlestew skont
il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. ARTIKOLU 16 Rabta
mal-Ftehim dwar il-Fużjoni tal-1978 1.
Mal-applikazzjoni
provviżorja tiegħu, dan il-Ftehim għandu jissospendi l-Ftehim
ta’ Kooperazzjoni tal-1978 fil-qasam tal-fużjoni termonukleari
kkontrollata u l-fiżika tal-plażmi.
2.
Mad-dħul
fis-seħħ tiegħu, dan il-Ftehim itemm il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni
tal-1978 fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika
tal-plażmi u jeħodlu postu. Dan il-Ftehim
għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat,
biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż,
bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż,
bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti,
bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol
u bl-Isvediż, u kull wieħed minn dawk it-testi għandu jkun
ugwalment awtentiku. ANNESS A PRINĊIPJI
DWAR L-ALLOKAZZJONI TAD- DRITTIJIET
TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI I. DRITTIJIET
TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI TAL-ENTITAJIET LEGALI TAL-PARTIJIET 1.
Kull
Parti għandha tiżgura li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
tal-entitajiet legali tal-Parti l-oħra li jkunu qed jipparteċipaw
fl-attivitajiet imwettqin skont dan il-Ftehim u d-drittijiet u l-obbligi li
jirriżultaw minn din il-parteċipazzjoni jiġu ttrattati b'mod li
jkun kompatibbli mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti applikabbli
għall-Partijiet, b'mod partikolari l-Ftehim TRIPS (il-Ftehim dwar l-Aspetti
tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ
amministrat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ), il-Konvenzjoni ta'
Berna (l-Att ta' Pariġi tal-1971) u l-Konvenzjoni ta' Pariġi (l-Att
ta' Stokkolma tal-1967). 2.
L-entitajiet
legali stabbiliti fl-Isvizzera li jkunu qed jieħdu sehem f'azzjonijiet
indiretti fil-kuntest tal-Programmi koperti minn dan il-Ftehim għandu
jkollhom id-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-proprjetà intellettwali skont
ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fil-programm
Orizzont 2020 u għat-tixrid tar-riżultati tiegħu u skont
id-dispożizzjonijiet tal-programm Orizzjont 2020 u tal-Ftehimiet
tal-Għotja tal-Euratom. 3.
L-entitajiet
legali stabbiliti fl-Isvizzera li jkunu qed jipparteċipaw f’attivitajiet
imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija għandu
jkollhom id-drittijiet u l-obbligi marbutin mal-proprjetà intellettwali skont
ir-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tixrid tal-informazzjoni
u skont ir-regoli finanzjarji adottati mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija. 4.
Meta
l-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera jieħdu sehem f'azzjonijiet
indiretti fil-kuntest tal-programm Orizzont 2020 li jkunu implimentati
skont l-Artikoli 185 u 187 tat-TFUE, dawk l-entitajiet legali stabbiliti
fl-Isvizzera għandu jkollhom id-drittijiet u l-obbligi marbutin
mal-proprjetà intellettwali skont ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni
fil-programm Orizzont 2020 u għat-tixrid tar-riżultati tiegħu u
skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehimiet tal-Għotja rilevanti u
kwalunkwe regola rilevanti oħra, skont il-każ. 5.
L-entitajiet
legali stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkunu qed
jipparteċipaw fi programmi u/jew proġetti tar-riċerka Svizzeri
għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi marbutin mal-proprjetà
intellettwali bħall-entitajiet legali stabbiliti fl-Isvizzera li jkunu qed
jipparteċipaw f'dawn il-programmi jew il-proġetti tar-riċerka. II. DRITTIJIET
TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI TAL-PARTIJIET U SKAMBJU TAL-INFORMAZZJONI
BEJNIETHOM 1.
Sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor bejniethom, ir-regoli li ġejjin
għandhom japplikaw għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li
jinħolqu mill-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqin f’konformità
mal-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Ftehim: a. il-Parti
li tkun qed toħloq il-proprjetà intellettwali għandu jkollha s-sjieda
ta’ din il-proprjetà. Meta ma jkunx jista’ jitkejjel is-sehem rispettiv
tagħhom fil-ħidma, il-Partijiet għandu jkollhom sjieda
konġunta tal-proprjetà intellettwali; b. il-Parti
li jkollha s-sjieda tal-proprjetà intellettwali għandha tagħti
d-drittijiet lill-Parti l-oħra biex din taċċessa u tuża din
il-proprjetà intellettwali bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet imsemmija
fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Ftehim. Ma għandu jintalab l-ebda
ħlas għall-għoti tad-drittijiet ta’ aċċess
għall-proprjetà intellettwali u għall-użu tagħha. 2.
Sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor bejniethom, ir-regoli li ġejjin
għandhom japplikaw għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi
tal-Partijiet: a. meta
Parti tippubblika xogħol li jkun fih dejta, informazzjoni u riżultati
tekniċi jew xjentifiċi li jkunu ġejjin mill-attivitajiet
imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim f'rivisti, artikli, rapporti u kotba,
inklużi xogħlijiet awdjoviżivi u softwer, għandha
tingħata liċenzja dinjija, mhux‑esklużiva,
irrevokabbli u mingħajr “royalty” lill-Parti l-oħra
għat-traduzzjoni, l-adattament, it-trażmissjoni u t-tixrid pubbliku
tad-dejta, tal-informazzjoni u tar-riżultati tekniċi jew
xjentifiċi kkonċernati, sakemm dan ma jkunx eskluż
mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali eżistenti ta' partijiet terzi; b. il-kopji
kollha tad-dejta u tal-informazzjoni protetta bid-drittijiet tal-awtur li jkunu
se jitqassmu lill-pubbliku u li jitħejjew skont din is-sezzjoni
għandhom jindikaw l-ismijiet tal-awtur jew tal-awturi, sakemm awtur ma
jirrifjutax b'mod ċar li jissemma. Il-kopji għandhom jirreferu wkoll
biċ-ċar għall-appoġġ kooperattiv tal-Partijiet. 3.
Sakemm
il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor bejniethom, ir-regoli li ġejjin
għandhom japplikaw għall-informazzjoni mhix żvelata
tal-Partijiet: a. meta
lill-Parti l-oħra tintbagħatilha informazzjoni li għandha
x'taqsam mal-attivitajiet imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, kull Parti
għandha tidentifika l-informazzjoni li hija tixtieq li ma tiġix
żvelata; b. għall-finijiet
speċifiċi tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Parti li
tirċievi din l-informazzjoni tista’ tibgħat, taħt ir-responsabbiltà
tagħha stess, din l-informazzjoni li m’għandhiex tiġi
żvelata lil korpi jew persuni li jaqgħu taħt l-awtorità
tagħha bħala informazzjoni kunfidenzjali u b’obbligu li din
l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali; c. jekk
il-Parti li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni li m’għandhiex tiġi
żvelata tkun tat il-kunsens bil-miktub bil-quddiem tagħha, il-Parti
li tirċievi din l-informazzjoni tista' xxerred din l-informazzjoni fost
firxa usa’ ta’ nies milli jippermetti s-subparagrafu (b). Il-Partijiet
għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp ta' proċeduri għat-talba u
għall-kisba tal-kunsens bil-miktub bil-quddiem għat-tixrid fost firxa
usa’ ta’ nies, u kull Parti għandha tagħti t-tali approvazzjoni
sal-limitu permess mill-politiki, mir-regolamenti u mil-liġijiet nazzjonali
tagħha; d. l-informazzjoni
mhix iddokumentata li m’għandhiex tiġi żvelata, jew
l-informazzjoni kunfidenzjali jew li għandha tibqa’ sigrieta l-oħra
mogħtija waqt seminars jew laqgħat oħra tar-rappreżentanti
tal-Partijiet organizzati fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li
tirriżulta mis-sekondar tal-persunal, mill-użu tal-faċilitajiet
jew minn azzjonijiet indiretti trid tibqa' kunfidenzjali, meta min
jirċievi t-tali informazzjoni li m’għandhiex tiġi żvelata jew
l-informazzjoni kunfidenzjali jew li għandha tibqa’ sigrieta l-oħra
jkun ġie mgħarraf dwar in-natura kunfidenzjali ta’ dik
l-informazzjoni qabel ma din tkun ġiet ikkomunikata lilu, f'konformità
mas-subparagrafu (a); e. kull
Parti għandha tiżgura li l-informazzjoni li m’għandhiex
tiġi żvelata li hija takkwista f'konformità mas-subparagrafi (a) u
(d) għandha tkun ikkontrollata kif previst f'dan il-Ftehim. Jekk
waħda mill-Partijiet issir taf li hija mhix se tkun tista’ tissodisfa
d-dispożizzjonijiet kontra t‑tixrid
tal-informazzjoni mogħtija fis-subparagrafi (a) u (d), jew li hija
x’aktarx li mhix se tkun tista’ tissodisfahom, hija għandha tinforma
lill-Parti l-oħra minnufih dwar dan. Wara, il-Partijiet għandhom
jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddeċiedu kif għandhom jimxu ’l
quddiem f’dak il-każ. ANNESS B REGOLI
FINANZJARJI LI JIRREGOLAW IL-KONTRIBUZZJONI TAL-ISVIZZERA MSEMMIJA
FL-ARTIKOLU 4 TA' DAN IL-FTEHIM I. IFFISSAR TAL-PARTEĊIPAZZJONI
FINANZJARJA 1.
Il-Kummissjoni
għandha tibgħat it-tagħrif li ġej lill-Isvizzera, flimkien
mad-dokumenti ta’ referenza rilevanti, inkluża d-dejta tal-Eurostat
korrispondenti, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-1 ta’
Settembru ta’ kull sena, u kull meta jiġi aġġornat il-Qafas
Finanzjarju Pluriennali għall-2014 sal-2020 hekk kif dan ikun disponibbli: a. l-ammonti
tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-abbozz
tal-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena ta’ wara li jikkorrispondu
għall-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u l-kontribuzzjoni finali
tal-Unjoni għall-impriża Fużjoni għall-Enerġija; b. l-ammont
stmat tal-kontribuzzjonijiet miksubin mill-abbozz tal-baġit, li
jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera għas-sena ta’
wara f’kull wieħed mill-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u
fl-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija. 2.
Ladarba
l-baġit ġenerali jkun ġie adottat definittivament u fl-istess
ħin tal-ewwel sejħa għall-fondi ta’ dik is-sena, il-Kummissjoni
għandha tibgħat lill-Isvizzera l-ammonti msemmija hawn fuq flimkien
mad-dokumenti ta’ referenza rilevanti, inkluża d-dejta tal-Eurostat
korrispondenti, f’dikjarazzjonijiet separati tan-nefqa li jikkorrispondu
għall-parteċipazzjoni tal-Isvizzera f'kull wieħed mill-Programmi
koperti minn dan il-Ftehim u fl-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija. II. PROĊEDURA TAL-PAGAMENTI 1.
F’Ġunju
u f’Novembru ta’ kull sena finanzjarja, il-Kummissjoni għandha
toħroġ sejħa separata għall-fondi lill-Isvizzera li tkun
tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħha għal kull wieħed
mill-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u għall-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija fil-kuntest ta’ dan
il-Ftehim. Dawn is-sejħiet għall-fondi għandhom jagħmlu
tajjeb rispettivament għall-ħlas ta' sitta minn kull tnax
tal-kontribuzzjoni Svizzera għal kull sejħa għall-fondi u dan
il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla
tas-sejħa korrispondenti għall-fondi. Madankollu, fl-aħħar
sena taż-żewġ Programmi u fl-aħħar sena tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/791/Euratom li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom
li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u
għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li
tikkonferixxilha vantaġġi[9],
il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħa waħda
għall-fondi f’Ġunju, li tkun tkopri s-sena kollha, u dawn il-fondi
għandhom jitħallsu mhux iktar tard minn 30 jum wara l-wasla
tas-sejħa korrispondenti għall-fondi. 1a.
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, sal-15 ta’ Diċembru 2014
il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħa għall-fondi
lill-Isvizzera li tikkorrispondi għal 7/24 tal-kontribuzzjoni annwali
tagħha għall-Programmi koperti minn dan il-Ftehim għall-2014,
bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet marbutin mal-fużjoni fil-kuntest
tal-Programm Euratom. Sal-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni
għandha toħroġ ukoll sejħa li tikkorrispondi għal
12/12 tal-kontribuzzjoni annwali tal-Isvizzera għall-attivitajiet
tal-Programm Euratom marbutin mal-fużjoni u għall-attivitajiet
imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija fl-2014. Dawn
is-sejħiet għandhom jipprevedu l-ħlas tal-kontribuzzjoni
tal-Isvizzera sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tas-sejħa
korrispondenti għall-fondi. Il-Paragrafi
t'hawn taħt għandhom japplikaw kif meħtieġ. 2.
Il-kontribuzzjonijiet
tal-Isvizzera għandhom isiru u jitħallsu f’Euros. 3.
L-Isvizzera
għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha fil-kuntest ta’ dan
il-Ftehim skont l-iskeda mogħtija fil-paragrafu 1. Kull dewmien
fil-ħlas għandu jwassal għall-ħlas ta' imgħax b'rata
li tkun daqs ir-rata interbankarja offruta ta' xahar (ir-rata EURIBOR). Din
ir-rata għandha tiżdied b'1.5 punti perċentwali għal kull
xahar ta' dewmien. Ir-rata miżjuda għandha tiġi applikata
għall-perjodu kollu tad-dewmien. III. KUNDIZZJONIJIET
TAL-IMPLIMENTAZZJONI 1.
Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Isvizzera għaż-żewġ Programmi u
għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija skont l-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim għandha
tibqa' kif inhi għas-sena finanzjarja kkonċernata. Kwalunkwe tibdil
rilevanti fil-baġit tal-UE adottat fis-sena finanzjarja kkonċernata
għandu jiġi kkunsidrat fl-ewwel sejħa għall-fondi
maħruġa fis-sena ta’ wara, ħlief fis-sena finali tal-Programmi u
tal-attivitajiet rispettivi. 2.
Il-Kummissjoni,
fiż-żmien tal-għeluq tal-kontijiet marbuta ma' kull sena
finanzjarja (n), fil-qafas tat-twaqqif tal-kont tad-dħul u l-infiq,
għandha tissokta bir-regolarizzazzjoni tal-kontijiet fir-rigward
tal-parteċipazzjoni tal-Isvizzera, filwaqt li tqis il-bidliet li jkunu
saru, kemm minħabba t-trasferimenti, l-kanċellazzjonijiet jew
ir-riporti jew minħabba baġits supplimentari jew ta' emenda matul
is-sena finanzjarja. 3.
Din
ir-regolarizzazzjoni għandha sseħħ meta jsir l-ewwel pagament
għas-sena n+1. Madankollu, ir-regolarizzazzjoni finali ta' dan it-tip
għandha sseħħ mhux aktar tard minn Lulju tar-raba’ sena wara
t-tmiem ta’ kull wieħed miż-żewġ Programmi u wara tmiem
il-perjodu ta’ validità tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/791/Euratom li temenda d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta
Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija
mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi. Il-ħlas
mill-Isvizzera għandu jiġi kkreditat lill-Unjoni Ewropea u
lill-programmi tal-Euratom bħala dħul għall-baġit allokat
għall-intestatura baġitarja x-xierqa fid-dikjarazzjoni tad-dħul
tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. IV. INFORMAZZJONI
ĠENERALI 1.
Sa
mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru ta' kull sena finanzjarja (n+1),
l-istqarrija dwar l-approprjazzjonijiet għall-Programmi koperti minn dan
il-Ftehim u għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija relatati mas-sena finanzjarja preċedenti (n),
għandha titħejja u tintbagħat lill-Isvizzera
għall-informazzjoni tagħha, skont il-format tal-kont tad-dħul u
l-infiq tal-Kummissjoni. 2.
Il-Kummissjoni
għandha tgħaddi lill-Isvizzera l-istatistika u kull dejta finanzjarja
ġenerali oħra marbuta mal-implimentazzjoni ta' kull wieħed minn
dawn iż-żewġ Programmi u mal-attivitajiet imwettqin
mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija li titqiegħed
għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. ANNESS C KONTROLL
FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI FIL-PROGRAMM ORIZZONT 2020,
FIL-PROGRAMM EURATOM U FL-ATTIVITAJIET IMWETTQIN MILL-IMPRIŻA FUŻJONI
GĦALL-ENERĠIJA KOPERTI MINN DAN IL-FTEHIM I. KOMMUNIKAZZJONIJIET
DIRETTI Il-Kummissjoni
tista’ tikkomunika direttament mal-parteċipanti fil-Programmi koperti minn
dan il-Ftehim u fl-attivitajiet imwettqin mill-impriża Fużjoni
għall-Enerġija stabbiliti fl-Isvizzera u mas-sottokuntratturi
tagħhom. Huma jistgħu jissottomettu direttament lill-Kummissjoni kull
informazzjoni u dokumentazzjoni rilevanti li huma jeħtieġ li
jippreżentaw abbażi tal-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim u
tal-ftehimiet tal-għotja u/jew tal-kuntratti konklużi sabiex dawn
jiġu implimentati. II. AWDITJAR 1.
F'konformità
mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[10]
u mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012[11] u mar-regoli
l-oħra msemmija f'dan il-Ftehim, il-ftehimiet tal-għotja u/jew
il-kuntratti konklużi mal-parteċipanti fil-programmi u
fl-attivitajiet stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprevedu awditjar
xjentifiku, finanzjarju jew teknoloġiku jew awditjar ieħor li
l-aġenti tal-Kummissjoni jew persuni oħra li jkunu ngħataw
mandat mill-Kummissjoni jistgħu jwettqu f’kull ħin fil-bini tal-parteċipanti
u tas-sottokuntratturi tagħhom. 2.
L-aġenti
tal-Kummissjoni, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u persuni oħrajn li jkunu
ngħataw mandat mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess
għas-siti u għax-xogħlijiet rilevanti u għall-informazzjoni
kollha meħtieġa sabiex jitwettqu dawn l-awditi, inkluża l-informazzjoni
f’format elettroniku. Dan id-dritt ta' aċċess għandu jissemma
b'mod espliċitu fil-ftehimiet tal-għotja u/jew fil-kuntratti
konklużi sabiex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f'dan
il-Ftehim. 3.
Wara
l-iskadenza tal-programm Orizzont 2020 u tal-Programm Euratom, jew wara l-31
ta’ Diċembru 2020 għall-attivitajiet imwettqin mill-impriża
Fużjoni għall-Enerġija, l-awditi jistgħu jsiru skont
it-termini stipulati fil-ftehimiet tal-għotja u/jew fil-kuntratti
kkonċernati. 4.
L-Uffiċċju
tal-Awditjar Federali Svizzeru għandu jkun infurmat bil-quddiem bl-awditi
li jkunu se jsiru fit-territorju Svizzeru. It-tali notifika ma għandhiex
tkun prerekwiżit legali għat-twettiq tat-tali awditi.
L-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru jew l-awtoritajiet Svizzeri
kompetenti l-oħrajn maħturin mill-Uffiċċju tal-Awditjar
Federali Svizzeru jistgħu jgħinu matul dawn l-awditi. III. INVESTIGAZZJONIJIET
MILL-UFFIĊĊJU EWROPEW KONTRA L-FRODI (L-OLAF) 1.
Fi
ħdan il-qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) tista’ twettaq
investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post
fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati
fir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96[12] u fir-Regolament (UE,
Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] bil-għan li
tistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività
illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u/jew
tal-Euratom. 2.
Il-verifiki
u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew
mill-OLAF f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Awditjar
Federali Svizzeru jew mal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti l-oħrajn
maħturin mill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru, li
għandhom jiġu nnotifikati fi żmien xieraq dwar l-iskop, il-finijiet
u l-bażi legali tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu
jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan
il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti
jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post. 3.
Jekk
l-awtoritajiet Svizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-verifiki u l-ispezzjonijiet
fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-OLAF u minnhom. 4.
Fejn
il-parteċipanti fil-Programmi koperti minn dan il-Ftehim u fl-attivitajiet
imwettqin mill-impriża Fużjoni għall-Enerġija jopponu
kontroll jew spezzjoni fuq il post, l-awtoritajiet Svizzeri, filwaqt li
jaġixxu f'konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom, għandhom
jagħtu lill-investigaturi tal-OLAF kull assistenza li jkollhom bżonn
biex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom fit-twettiq tal-kontroll jew
tal-ispezzjoni fuq il post. 5.
L-OLAF
għandu jirrapporta lill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru
jew lill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti l-oħrajn maħturin
mill-Uffiċċju tal-Awditjar Federali Svizzeru, mill-aktar fis
possibbli, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li huwa jkun
induna biha waqt li kien qed iwettaq il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il post.
F'kull każ, l-OLAF għandu jinforma lill-awtorità msemmija qabel
bir-riżultat ta' dawn il-verifiki u l-ispezzjonijiet. IV. INFORMAZZJONI
U KONSULTAZZJONI 1.
Għall-finijiet
tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti
Svizzeri u tal-Unjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni b'mod regolari
u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu
konsultazzjonijiet bejniethom. 2.
L-awtoritajiet
kompetenti Svizzeri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr
dewmien dwar kull fatt jew suspett li jsiru jafu bih marbut ma' xi irregolarità
b'rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-għotja
u/jew tal-kuntratti konklużi biex jiġu applikati l-istrumenti
msemmija f'dan il-Ftehim. V. KUNFIDENZJALITÀ L-informazzjoni
kkomunikata jew miksuba f’kull forma fil-kuntest ta’ dan l-Anness għandha
tkun koperta bis-segretezza professjonali u għandha tkun imħarsa
bl-istess mod bħalma hija mħarsa informazzjoni simili mil-liġi
Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli
għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din l-informazzjoni ma għandhiex
tintbagħat lil persuni oħra, ħlief dawk fl-istituzzjonijiet
tal-Unjoni jew fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera li l-funzjonijiet tagħhom
jirrikjedu li huma jkunu jafuha, u lanqas ma għandha tintuża
għal finijiet oħra, ħlief biex tkun żgurata l-protezzjoni
effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet. VI. MIŻURI
U SANZJONIJIET AMMINISTRATTIVI Mingħajr
preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera,
il-Kummissjoni tista’ timponi miżuri u sanzjonijiet amministrattivi skont
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 u
skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 dwar
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[14]. VII. IRKUPRU
U INFURZAR Id-deċiżjonijiet
meħudin mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-programm Orizzont 2020 jew
tal-Programm Euratom li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim u li jimponu
obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni għajr l-Istati għandhom
ikunu eżekwibbli fl-Isvizzera. It-titolu li jista’ jkun infurzat
għandu jinħareġ, mingħajr aktar kontrolli apparti
l-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtoritajiet maħturin
mill-gvern Svizzeru, li għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.
L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta' proċedura
Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta' infurzar għandha tkun
suġġetta għall-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea. Is-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni
Ewropea abbażi ta' klawżola ta' arbitraġġ f'kuntratt jew
ftehim tal-għotja konkluż fil-kuntest tal-programm Orizzont 2020 u
ta-Programm Euratom għandhom ikunu eżekwibbli bl-istess termini. [1] Stabbilita
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2007/198/Euratom) tas-27 ta’ Marzu 2007
(ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58). [2] ĠU
L 347, 20.12.2013, p. 104. [3] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965. [4]
ĠU L 347,
20.12.2013, p. 948.. [5]
ĠU L 347,
20.12.2013, p. 81. [6] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 147. [7] ĠU
L 349, 20.12.2013,
p. 100. [8] ĠU C 115, 9.5.2008,
p. 47. [9] ĠU
L 349, 20.12.2013,
p. 100. [10] ĠU L 298, 26.10.2012,
p. 1. [11] ĠU L 362, 31.12.2012,
p. 1. [12] ĠU L 292, 15.11.1996,
p. 2. [13] ĠU
L 248, 18,9,2013, p. 1 [14] ĠU
L 312, 23.12.1995, p. 1.