This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0628
Proposal for a COUNCIL IMPLEMENTING DECISION amending the list of non-cooperating third countries in fighting IUU fishing pursuant to Regulation (EC) No 1005/2008 establishing a Community system to prevent, deter and eliminate illegal, unreported and unregulated fishing
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
/* COM/2014/0628 final - 2014/0294 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat /* COM/2014/0628 final - 2014/0294 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-raġunijiet
għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-proposta
tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi
sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd
illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), u li jemenda r-Regolamenti
(KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li
jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999[1] (ir-Regolament IUU). Il-kuntest
ġenerali Din il-proposta
qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament IUU u hija
r-riżultat ta' proċeduri ta’ investigazzjoni u ta' djalogu li saru
skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament
IUU li jipprevedi inter alia li l-pajjiżi kollha għandhom jaqdu dawk
li huma l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali bħala Stat
tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq biex jimpedixxu,
jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet
eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 (ĠU C 354
17.11.2012, p.1-47) dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni
tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi
terzi li ma jikkooperawx, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat. Id-Deċiżjoni
ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni DATE MONTH 2014 (ĠU C XXXX,
XX.XX.2014, p …) li tidentifika l-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis
bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex
tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat
u mhux irregolat. Il-konsistenza
ma’ politiki u miri oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Konsultazzjoni
mal-partijiet interessati Il-partijiet
interessati kkonċernati fil-proċediment kellhom il-possibbiltà li
jiddefendu l-interessi tagħhom matul il-proċeduri ta' investigazzjoni
u ta' djalogu, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament IUU. Il-ġbir u
l-użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm
bżonn ta’ għarfien espert estern. Valutazzjoni
tal-impatt Din il-proposta
hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament IUU. Ir-Regolament IUU
ma jinkludix dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni ġenerali
tal-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu
jiġu vvalutati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju
tal-azzjoni proposta Fil-15 ta’ Novembru 2012
il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, innotifikat
tmien pajjiżi terzi (il-Beliże, ir-Renju tal-Kambodja, ir-Repubblika
tal-Gżejjer Fiġi, ir-Repubblika tal-Ginea, ir-Repubblika tal-Panama,
ir-Repubblika Demokratika Soċjalista tax-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Togo
u r-Repubblika tal-Vanwatu) li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala
possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx
skont ir-Regolament IUU. Il-Kummissjoni
bdiet démarches fir-rigward tat-tmien pajjiżi. Dawn id-démarches kienu
jikkonsistu inter alia minn azzjonijiet li jipprovdu raġunijiet
għall-azzjonijiet tagħha, opportunità għall-pajjiżi biex
iwieġbu u jirrifjutaw, id-dritt li jitolbu u jipprovdu informazzjoni
addizzjonali, il-pjanijiet ta' azzjoni proposti bħala rimedju
għas-sitwazzjoni kif ukoll żmien biżżejjed biex
iwieġbu u żmien raġonevoli biex jirranġaw is-sitwazzjoni. Fil-DATE MONTH
2014 il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni
tal-Kummissjoni, identifikat lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz
li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiżi terz li ma jikkooperax
skont ir-Regolament IUU. Il-proposta
mehmuża għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill
hija bbażata fuq is-sejbiet li kkonfermaw li s-Sri Lanka naqset milli
taqdi dawk li huma l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali
bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għalhekk,
qed ikun propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal
Deċiżjoni. Il-bażi
legali Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008
jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u
telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU). Il-prinċipju
tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa'
fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju
tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju
tal-proporzjonalità Il-proposta hija
konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li
ġejjin: Il-forma ta'
azzjoni hi deskritta fir-Regolament IUU u ma tħalli l-ebda ambitu
għal deċiżjoni nazzjonali. L-indikazzjoni
ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jkollha ġġor
l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali,
l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista' jkun u
jkun proporzjonat mal-mira tal-proposta mhux applikabbli. L-għażla
tal-istrumenti Strumenti
proposti: deċiżjoni. Mezzi oħra
ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Mezzi oħra
ma jkunux adegwati minħabba li r-Regolament bażiku ma jipprevedix
għażliet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2014/0294 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI
TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi terzi li
ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament (KE) Nru
1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema
Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali,
mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93,
(KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru
1093/94 u (KE) Nru 1447/1999[2],
u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. INTRODUZZJONI (1) Ir-Regolament (KE) Nru
1005/2008 (ir-Regolament IUU) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni li tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat (IUU). (2) Il-Kapitolu VI tar-Regolament
IUU jistabbilixxi l-proċedura fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’
pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, proċeduri fir-rigward ta’
pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx,
l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx,
it-tneħħija mil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx,
il-pubbliċità tal-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx u kwalunkwe
miżura ta’ emerġenza. (3) Skont l-Artikolu 32
tar-Regolament IUU il-Kummissjoni nnotifikat permezz ta’ Deċiżjoni
tal-15 ta’ Novembru 2012[3]
(“Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012”) tmien pajjiżi terzi dwar
il-possibbiltà li huma jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li
l-Kummissjoni tikkunsidra bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. (4) Fid-Deċiżjoni
tal-15 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni inkludiet l-informazzjoni dwar
il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom hija bbażata tali
identifikazzjoni. (5) Ukoll fil-15 ta’ Novembru
2012, il-Kummissjoni nnotifikat it-tmien pajjiżi terzi permezz ta’ ittri
separati bil-fatt li kienet qed tqis il-possibbiltà li tidentifikahom
bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. (6) Il-Kummissjoni, f’dawk
l-ittri enfasizzat li sabiex jevitaw li jiġu identifikati u proposti
għal iskrizzjoni formali bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
kif previst fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament IUU, il-pajjiżi terzi
kkonċernati, f’koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, kienu mistiedna
jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni biex in-nuqqasijiet identifikati
fid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 jiġu rettifikati. (7) Konsegwenza ta' dan,
il-Kummissjoni stiednet lit-tmien pajjiżi terzi kkonċernati: (i) biex
jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha għall-implimentazzjoni
tal-azzjonijiet inklużi fil-pjanijiet ta’ azzjoni ssuġġeriti
mill-Kummissjoni; (ii) biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet
inklużi fil-pjanijiet ta’ azzjoni ssuġġeriti mill-Kummissjoni; u
(iii) biex kull sitt xhur jibagħtu rapporti dettaljati lill-Kummissjoni li
jivvalutaw l-implimentazzjoni ta’ kull azzjoni fir-rigward, fost l-oħrajn,
tal-effettività individwali u/jew kumplessiva tagħhom sabiex jiżguraw
sistema ta’ kontroll tas-sajd li hija konformi b’mod sħiħ. (8) It-tmien pajjiżi terzi
kkonċernati ngħataw l-opportunità biex iwieġbu bil-miktub dwar
kwistjonijiet indikati espliċitament fid-Deċiżjoni tal-15 ta’
Novembru 2012 kif ukoll fuq informazzjoni rilevanti oħra. Dan
ippermettielhom li jissottomettu evidenza sabiex jiċħdu jew ilestu
l-fatti invokati fid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 jew li
jadottaw, kif xieraq, pjan ta’ azzjoni għal titjib u l-miżuri
meħuda biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata. It-tmien pajjiżi
kienu żgurati dwar id-dritt tagħhom li jitolbu, jew jipprovdu
informazzjoni addizzjonali. (9) Fil-15 ta’ Novembru 2012,
il-Kummissjoni fetħet proċess ta’ djalogu mat-tmien pajjiżi
terzi u indikat li tqis perjodu ta’ sitt xhur bħala fil-prinċipju
suffiċjenti biex jintlaħaq ftehim. (10) Il-Kummissjoni kompliet
tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa.
Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tat-tmien pajjiżi
wara d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 ġew ikkunsidrati u
meqjusa. It-tmien pajjiżi nżammu informati bil-fomm jew bil-miktub
dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni. (11) Fl-24 ta' Marzu 2014 ġiet
adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/170/UE li tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi
terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament
(KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat.[4] Tlieta mit-tmien pajjiżi li
tikkonċernahom id-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 ġew
iskritti bħala pajjiżi li ma jikkooperawx peress li, minkejja li
ħadu xi miżuri, xorta naqsu milli, fil-qadi tal-obbligi tagħhom
skont id-dritt internazzjonali bħala Stati tal-bandiera u kostali,
jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw
is-sajd IUU. (12) Permezz ta’
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni DATE MONTH 2014[5], il-Kummissjoni
identifikat lir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka (is-Sri
Lanka) bħala pajjiż terz li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra
s-sajd IUU. B’konformità mar-Regolament IUU, il-Kummissjoni pprovdiet
ir-raġunijiet li għalihom hi qieset li s-Sri Lanka, fil-qadi
tal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat
tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, naqset milli tieħu azzjoni
biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU. (13) Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill li tqiegħed lis-Sri Lanka fuq il-lista ta’
pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU,
għandha għalhekk titqies fil-kuntest tal-implimentazzjoni
tar-Regolament IUU bħala riżultat ta’ proċeduri ta’
investigazzjoni u ta’ djalogu mwettqa skont ir-rekwiżiti sostantivi u
proċedurali stabbiliti fir-Regolament IUU. Din id-Deċiżjoni hija
bbażata fuq dawk il-proċeduri ta’ investigazzjoni u ta’ djalogu,
inkluż il-korrispondenza li ġiet skambjata u l-laqgħat li saru,
u fuq id-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 u d-Deċiżjoni
tal-DATE MONTH 2014. Ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati dawn
il-proċeduri u atti huma l-istess bħal dawk li fuqhom hija
bbażata din id-Deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni li tqiegħed
lis-Sri Lanka fuq il-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx
fil-ġlieda kontra s-sajd IUU għandha tinvolvi l-konsegwenzi
ddikjarati fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU. (14) Meta tiġi adottata
d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tqiegħed lis-Sri
Lanka fuq il-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont
l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, id-Deċiżjoni tal-DATE MONTH
2014 li tidentifika lis-Sri Lanka bħala pajjiż terz li ma jikkooperax
ma tibqax valida. (15) Skont l-Artikolu 34(1)
tar-Regolament IUU, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza
kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jneħħi
pajjiż terz mil-lista ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx jekk dak
il-pajjiż terz juri li s-sitwazzjoni li tat lok għall-iskrizzjoni
tiegħu tkun ġiet rettifikata. Deċiżjoni
għat-tneħħija għandha tikkunsidra wkoll jekk
il-pajjiżi terzi iskritti kkonċernati ħadux miżuri konkreti
li jistgħu jiksbu titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul. 2. PROĊEDURA
FIR-RIGWARD TAS-SRI LANKA (16) Fil-15 ta’ Novembru 2012,
il-Kummissjoni nnotifikat lis-Sri Lanka skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU
li hi qieset il-possibbiltà li tidentifika lis-Sri Lanka bħala pajjiż
terz li ma jikkooperax u stiednet lis-Sri Lanka biex f’kooperazzjoni mill-qrib
mas-servizzi tagħha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex jiġu
rettifikati n-nuqqasijiet identifikati fid-Deċiżjoni tal-15 ta’
Novembru 2012. Matul il-perjodu ta’ Diċembru 2012 sa Ġunju 2014,
is-Sri Lanka ressqet bil-miktub l-opinjonijiet tagħha u ltaqgħet
mal-Kummissjoni biex tiddiskuti l-punti rilevanti. Il-Kummissjoni pprovdiet
lis-Sri Lanka b'informazzjoni rilevanti bil-miktub. Il-Kummissjoni kompliet
tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala
meħtieġa. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub mibgħuta mis-Sri
Lanka wara d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 ġew ikkunsidrati
u meqjusa, filwaqt li s-Sri Lanka nżammet infurmata bil-fomm jew
bil-miktub dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kienet
tal-fehma li l-oqsma ta’ tħassib u n-nuqqasijiet kif deskritti
fid-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012 ma kinux ġew indirizzati
b’mod suffiċjenti mis-Sri Lanka. Barra minn hekk, il-Kummissjoni
kkonkludiet li l-miżuri li ġew proposti fi pjan ta’ azzjoni ma kinux
ġew implimentati bis-sħiħ. 3. IDENTIFIKAZZJONI
TAS-SRI LANKA BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX (17) Fid-Deċiżjoni tal-15
ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tas-Sri Lanka u
evalwat il-konformità tagħha mal-obbligi internazzjonali tagħha
bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini
ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu
31(4) sa (7) tar-Regolament IUU. (18) Il-Kummissjoni rrevediet
il-konformità tas-Sri Lanka b’konformità mal-konklużjonijiet
tad-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, u wara li kkunsidrat
l-informazzjoni rilevanti pprovduta minn hemm 'il quddiem mis-Sri Lanka,
il-pjan ta’ azzjoni ssuġġerit, kif ukoll il-miżuri meħuda
biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata. (19) In-nuqqasijiet ewlenin
identifikati mill-Kummissjoni fil-pjan ta’ azzjoni ssuġġerit kienu
relatati ma’ diversi nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-obbligi tad-dritt
internazzjonali, marbuta b’mod partikolari man-nuqqas li jiġi adottat
qafas legali adegwat, in-nuqqas ta’ sistema ta' monitoraġġ adegwata u
effiċjenti, in-nuqqas ta’ skema ta’ osservatur, in-nuqqas ta’ sistema ta’
sanzjonijiet ta’ deterrent, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni korretta tal-iskema
ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid. B’mod aktar ġenerali, nuqqasijiet
oħra identifikati jikkonċernaw il-konformità mal-obbligi
internazzjonali, fosthom rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet
tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u
l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti skont id-dritt
internazzjonali. Ġie identifikat ukoll nuqqas ta’ konformità ma’
rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet minn korpi rilevanti
bħall-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni kontra s-sajd Illegali, Mhux
Iddikjarat u Mhux Irregolat tan-Nazzjonijiet Uniti (IPOA-IUU). Madankollu,
in-nuqqas ta’ konformità ma’ rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet mhux
vinkolanti tqies biss bħala prova ta’ sostenn u mhux bħala bażi
għall-identifikazzjoni. (20) Fid-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni tal-DATE MONTH 2014, il-Kummissjoni identifikat lis-Sri Lanka
bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament IUU. (21) Fir-rigward
tar-restrizzjonijiet possibbli fuq is-Sri Lanka bħala pajjiż li qed
jiżviluppa, għandu jiġi nnotat li l-istatus ta’ żvilupp
speċifiku u l-prestazzjoni globali tas-Sri Lanka rigward is-sajd mhumiex
imdgħajfin minħabba l-livell ġenerali ta’ żvilupp tagħha.
(22) Wara li ġew ikkunsidrati
d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, id-Deċiżjoni ta’
Implimentazzjoni tal-DATE MONTH 2014, u l-proċess ta’ djalogu mas-Sri
Lanka mwettaq mill-Kummissjoni u l-eżitu tiegħu, jista’ jiġi
konkluż li l-azzjonijiet meħuda mis-Sri Lanka fid-dawl tal-obbligi
tagħha bħala Stat tal-bandiera huma insuffiċjenti biex ikun hemm
konformità mal-Artikoli 94, 117 u 118 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti
dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) u mal-Artikoli 18, 19, 20 tal-Ftehim
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA). (23) B’hekk, is-Sri Lanka naqset
milli taqdi l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala
Stat tal-bandiera biex tieħu azzjoni biex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU, u għalhekk għandha
tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ pajjiżi terzi li ma
jikkooperawx. 4. STABBILIMENT
TA' LISTA TA' PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX (24) Fid-dawl
tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tas-Sri Lanka, dak
il-pajjiż għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi
terzi li ma jikkooperawx stabbilita bid-Deċiżjoni tal-24 ta' Marzu
2014 skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU. Għalhekk, l-Anness
tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/170/UE għandu jiġi
emendat skont dan. (25) L-azzjonijiet fir-rigward tas-Sri
Lanka huma elenkati fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU fil-forma ta’ miżuri
li għandhom jiġu applikati. Il-projbizzjoni tal-importazzjoni tkopri
l-prodotti kollha tas-sajd, kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament IUU,
billi l-identifikazzjoni bħala pajjiż terz li ma jikkooperax mhijiex
ir-riżultat ta' nuqqas ta’ miżuri xierqa adottati fir-rigward ta’
sajd IUU li jaffettwa stokk jew speċi partikolari. (26) Is-sajd IUU, inter alia,
jeżawrixxi l-istokkijiet tal-ħut, jeqred il-ħabitats
tal-baħar, jimmina l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli
tar-riżorsi tal-baħar, ifixkel il-kompetizzjoni, jipperikola
s-sigurtà tal-ikel, iqiegħed lis-sajjieda onesti fi
żvantaġġ inġust, u jdgħajjef il-komunitajiet kostali.
Fid-dawl tal-kobor tal-problemi relatati mas-sajd IUU, huwa meqjus bħala
neċessarju li l-Unjoni timplementa malajr l-azzjonijiet fir-rigward
tas-Sri Lanka bħala pajjiż li ma jikkooperax. Fid-dawl ta’ dak li
ntqal qabel, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ
fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (27) Jekk is-Sri Lanka turi li
s-sitwazzjoni li tat lok għall-iskrizzjoni tagħha tkun ġiet
rettifikata, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza
kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, ineħħi s-Sri Lanka mil-lista
ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont l-Artikolu 34(1) tar-Regolament
IUU. Kwalunkwe deċiżjoni għat-tneħħija għandha
tqis ukoll jekk is-Sri Lanka ħaditx miżuri konkreti biex ikun jista'
jinkiseb titjib tas-sitwazzjoni li jdum fit-tul, JIDDEĊIEDI KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni ta’
Implementazzjoni 2014/170/UE għandu jiġi mibdul bit-test stabbilit
fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni
tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1. [2] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1. [3] Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru
2008 dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala
possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma
jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2012 li
jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u
telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (ĠU C 354,
17.11.2012, p. 1). [4] ĠU L 91, 27.3.2014, p. 43 [5] Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni
tal-DATE MONTH 2014 li tidentifika l-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis
li huma pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat (ĠU C XX, dd.mm.2014, p.X). ANNESS Lista ta’ pajjiżi terzi li ma
jikkooperawx fil-ġlieda kontra sajd Illegali, mhux Irrappurtat u mhux
Irregolat (IUU) tal- Proposta għal DEĊIŻJONI
TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL li temenda l-lista ta’ pajjiżi
terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU skont ir-Regolament
(KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni,
tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux
irregolat Il-Beliże Ir-Renju tal-Kambodja Ir-Repubblika tal-Ginea Ir-Repubblika Demokratika Soċjalista
tas-Sri Lanka