IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.7.2014
COM(2014) 466 final
2014/0216(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0466
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL relating to a reduction in the sulphur content of certain liquid fuels (Codification)
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
COM/2014/0466 final - 2014/0216 (COD)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.7.2014
COM(2014) 466 final
2014/0216(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lissimplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.
Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati rregoli attwalment fis-seħħ.
Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.
2.Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet 1 li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.
3.Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) 2 , filwaqt li saħqu fuq l-importanza talkodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari.
Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għalladozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.
Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati, ilParlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.
4.L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tad-Direttiva 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE 3 . Id-Direttiva l-ġdida tissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fiha 4 ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss lemendi formali meħtieġa mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.
5.Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit-22 lingwa uffiċjali, tad-Direttiva 1999/32/KE u tal-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-artikoli ġew innumerati mill-ġdid, il-korrelazzjoni bejn innumri qodma u ġodda tidher f’tabella li tinsab fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata.
ê 1992/32/KE (adattat)
2014/0216 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 192 Õ (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
ê .
(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE 7 ġiet emendata kemm-il darba 8 b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.
ê 2012/33/UE Premessa 1
(2)Il-politika ambjentali tal-Unjoni, kif stabbilita fil-programmi ta’ azzjoni dwar l-ambjent u b’mod partikolari fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali li ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , li wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa l-kisba ta’ livelli ta’ kwalità tal-arja li ma joħolqux impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u li ma jkunux ta’ riskju għalihom.
ê 2012/33/UE Premessa 2
(3)L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha timmira biex ikun hemm livell għoli tal-protezzjoni li jqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni.
ê 2012/33/UE Premessa 3 (adattat)
(4)Ö Din id-Direttiva Õ tistabbilixxi l-kontenut massimu permess ta’ kubrit ta’ żejt tal-karburant tqil, iż-żejt tal-gass, iż-żejt tal-gass ghal użu marittimu u ż-żejt tad-diżil ghal użu marittimu użati fl-Unjoni.
ê 2012/33/UE Premessa 4
(5)L-emissjonijiet mit-trasport marittimu minħabba l-kombustjoni ta’ karburanti għal użu marittimu b’kontenut għoli ta’ kubrit jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja fil-forma ta’ diossidu tal-kubrit u materja partikulata, li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent u jikkontribwixxu għad-depożitu aciduż. Mingħajr il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva, l-emissjonijiet mill-bastimenti kienu se jkunu dalwaqt ogħla mill-emissjonijiet mis-sorsi l-oħra kollha bbażati fuq l-art.
ê 1992/32/KE Premessa 4
(6)L-aċidifikazzjoni u d-diossidu tal-kubrit atmosferiku jagħmlu ħsara lill-ekosistemi sensittivi, inaqqsu l-biodiversità u jnaqqsu l-valuri ambjentali kif ukoll jaffettwaw ħażin il-produzzjoni tal-uċuħ u t-tkabbir ta’ foresti. Xita aċida li tinżel fl-ibliet tista’ tikkawża ħsarat sinjifikanti għall-bini u wirt arkitettoniku. Tniġġiż ta’ aċidu solforiku jista’ wkoll ikollu effett sinjifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari qalb dawk is-setturi tal-popolazzjoni li jsofru minn mard respiratorju.
ê 1992/32/KE Premessa 5 (adattat)
(7)L-aċidifikazzjoni hija fenomenu li jaqsam il-fruntieri li jeħtieġ soluzzjonijiet tal-Ö Unjoni Õ kif ukoll nazzjonali u lokali.
ê 1992/32/KE Premessa 6
(8)Emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ materja partikolari fl-atmosfera.
ê 2012/33/UE Premessa 5
(9)It-tniġġis tal-arja kkawżat mill-bastimentii rmiġġjati huwa ta’ tħassib maġġuri għal ħafna bliet li għandhom portijiet fil-kuntest tal-isforzi tagħhom biex jirrispettaw il-valuri ta’ limitu tal-Unjoni għall-kwalità tal-arja.
ê 2012/33/UE Premessa 6
(10)L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-elettriku minn sorsi terrestri, billi l-elettriku ghall-bastimenti ta’ daż-żmien normalment jiġi pprovdut minn magni awżiljarji.
ê 1992/32/KE Premessa 7 (adattat)
(11)L-Ö Unjoni Õ u l-Istati Membri individwali huma Partijiet Kontrattwali tal-Konvenzjoni tal-UN-ECE fuq it-Tniġġiż tal-Arja li Jasal ’l Bogħod u jaqsam il-Fruntieri. It-tieni Protokoll tal-UN-ECE fuq it-Tniġġiż li jaqsam il-Fruntieri bid-diossidu tal-kubrit jipprevedi li l-Partijiet Kontrattwali għandhom inaqqsu l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit bi 30 % jew iktar tat- tnaqqis speċifikat fl-ewwel Protokoll u t-tieni Protokoll tal-UN-ECE huwa bbażat fuq il-premessa li ż-żidiet u livelli kritiċi se jkomplu jkunu maqbuża f’ċerti żoni sensittivi. Miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit jibqgħu jkunu meħtieġa. Il-Partijiet Kontrattwali għandhom għalhekk jagħmlu aktar tnaqqis sinjifikanti fl-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit.
ê 1992/32/KE Premessa 8
(12)Kubrit, li huwa preżenti b’mod naturali fi kwantitajiet żgħar fiż-żejt u l-faħam, ilu għal għexieren ta’ snin rikonoxxut bħala sors dominanti ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit, li hija waħda mill-kawżi prinċipali tax-“xita aċida” u waħda mill-kawżi maġġuri tat-tinġis tal-arja li tinstab f’ħafna żoni industrijali u tal-ibliet.
ê 1992/32/KE Premessa 10
(13)Studji wrew li l-benefiċċji mit-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit bit-tnaqqis tal-kontenut ta’ kubrit ta’ karburanti spiss ikunu akbar sewwa mill-ispejjeż stmati għall-industrija f’din id-Direttiva. It-tekonoloġija teżisti u hija stabbbilita sewwa biex jitnaqqas il-livell ta’ kubrit tal-karburanti likwidi.
ê 1992/32/KE Premessa 13 (adattat) u 2012/33/EU Premessa 7 u 15
(14)Skont l-Artikolu 193 TFUE, din id-Direttiva m’għandhiex iżżomm lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi iktar stretti sabiex jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni bikrija rigward il-kontenut massimu tal-kubrit tal-karburanti marittimi, pereżempju bl-użu ta' metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet barra Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx . Miżuri simili għandhom ikunu kompatibbli mat-Ö Trattati Õ u Ö għandhom jiġu Õ notifikati lill-Kummissjoni.
ê 1992/32/KE Premessa 14
(15)Stat Membru, qabel ma jintroduċi miżuri ġodda aktar stretti, għandu jinnotifika bl-abbozz tagħhom lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .
ê 2005/33/KE Premessa 8 (adattat)
(16)It- Ö Trattat Õ jeħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lill-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal- Ö Unjoni Õ, ċioé d-dipartimenti Franċiżi barranin, il-gżejjer tal-Ażores, Madeira u Gżejjer Kanari.
ê 1999/32/KE Premessa 15
(17)Fir-rigward tal-limiti tal-kontenut ta’ kubrit fiż-żejt karburanti tqil, huwa xieraq li jkunu magħmula derogi fi Stati Membri u reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ambjentali jippermettu.
ê 1999/32/KE Premessa 16 (adattat)
(18)Fir-rigward tal-limitu fuq il-kontenut tal-kubrit fiż-żejt karburanti tqil, huwa wkoll xieraq li jkunu magħmula derogi għall-użu tagħhom fl-impjanti ta’ kombustjioni li jħarsu l-valuri limiti tal-emissjoni stabbilita fid-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 , jew fl-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .
ê 1999/32/KE Premessa 17 (adattat)
(19)Għal impjanti ta’ kombustjoni tar-raffineriji esklużi mill-iskop tal-Artikolu 3(2)(d) jew l-Artikolu 3(3)(c) ta’ din id-Direttiva l-emissjoni ta’ diossidu tal-kubrit bħala medja fuq impjanti simili m’għandhiex teċċedi il-limiti stipulati fid-Direttiva 2001/80/KE, jew l-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE, jew xi reviżjoni futura ta’ dawk id-Direttivi. Fit-tħaddim ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iżommu f’moħħhom li sostituzzjoni b’karburanti barra minn dawk Ö imsemmija l- Õ Artikolu 2 m’għandhom jipproduċu żieda fl-emissjonijiet ta’ aġenti ta’ tniġġiż li jġibu l-aċidità.
ê 2012/33/UE Premessa 8
(20)Fl-2008, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) adottat riżoluzzjoni sabiex jiġi emendat l-Anness VI tal-Protokoll tal-1997 biex jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri, tal-1973, kif modifikata mill-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL), li tinkludi regolamenti għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja mill-vapuri. L-Anness VI rivedut tal-MARPOL daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010.
ê 2012/33/UE Premessa 9 (adattat)
(21)L-Anness VI rivedut tal-MARPOL jintroduċi, fost l-oħrajn, limiti aktar stretti għall-kubrit tal-karburanti għal użu marittimu fiż Ö Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ (1.00 % mill-1 ta’ Lulju 2010 u 0.10 % mill-1 ta’ Jannar 2015) kif ukoll fiż-żoni tal-baħar barra Ö ż-Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ (3.50 % mill-1 ta’ Jannar 2012 u, biprinċipju, 0.50 % mill-1 ta’ Jannar 2020). Il-maġġoranza tal-Istati Membri huma obbligati, f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom, jesiġuli l-vapuri jużaw karburant b’kontenut ta’ kubrit ta’ mhux aktar minn 1.00 % fiż- Ö Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ mill-1 ta’ Lulju 2010. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-liġi internazzjonali kif ukoll sabiex jiġi żgurat infurzar korrett tal-istandards il-ġodda għall-kubrit li ġew stabbiliti b’mod globali fl-Unjoni, Ö din id- Õ Direttiva għandha tiġi allinjata mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità minima tal-karburanti użat mill-vapuri għal konformità abbażi tal-karburant jew tat-teknoloġija, ma għandux jitħalla jintuża fl-Unjoni karburant għal użu marittimu li l-kontenut ta’ kubrit tiegħu jaqbeż l-istandard ġenerali ta’ 3.50 %, ħlief għall-karburanti forniti lill-bastimenti li jużaw metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet li joperaw b’mod magħluq.
ê 2012/33/UE Premessa 10 (adattat)
(22)L-emendi għall-Anness VI għall-MARPOL rigward Ö iż-Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ huma possibbli skont il-proċeduri tal-IMO. Fil-każ li iktar tibdiliet, inklużi eżenzjonijiet, jiġu introdotti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limiti Ö taż-Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ fl-Anness VI tal-MARPOL, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe tibdil ta' dan it-tip, fejn ikun xieraq, mingħajr dewmien tagħmel il-proposta meħtieġa skont it-TFUE sabiex iġġib Ö din Õ id-Direttiva f'konformità mar-regoli tal-IMO rigward Ö iż-Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ.
ê 2012/33/UE Premessa 11
(23)L-introduzzjoni ta’ kwalunkwe żona ta’ kontroll tal-emissjonijiet ġdida għandha tkun suġġetta għall-proċess tal-IMO skont l-Anness VI tal-MARPOL u għandha tkun ibbażata fuq każ fundat tajjeb fuq bażi ambjentali u ekonomika u bl-appoġġ ta’ data xjentifika.
ê 2012/33/UE Premessa 12
(24)Skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI rivedut tal-MARPOL, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jiżguraw id-disponibilità tal-karburanti marittimi li huma konformi ma’ din id-Direttiva.
ê 2012/33/UE Premessa 13
(25)Fil-perspettiva tad-dimensjoni globali tal-politiki ambjentali u l-emissjonijiet mill-bastimenti, standards ambizzjużi għall-emissjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fuq il-livell globali.
ê 1999/32/KE Premessa 21 (adattat)
(26)L-Ö Unjoni Õ se Ö tkompli Õ tinsisti għal protezzjoni aktar effettiva ta’ żoni sensittivi għall-emissjonijiet tas-SOx u t-tnaqqis fil-valur limitu normali għal karburanti tal-bunker fl-IMO.
ê 2012/33/UE Premessa 14
(27)Il-vapuri tal-passiġġieri joperaw l-aktar fil-portijiet jew qrib zoni tal-kosta u l-impatti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent huma sinifikanti. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja madwar il-portijiet u ż-żoni tal-kosta, dawk il-vapuri huma mehtiega jużaw karburant ghal użu marittimu b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 1.50 % sakemm standards aktar stretti japplikaw ghall-bastimenti kollha fl-ibħra territorjali, żoni ekonomici esklużivi u ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet tal-Istati Membri.
ê 2012/33/UE Premessa 16
(28)Sabiex tigi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal teknoloġiji ġodda tal-magni bil-potenzjal għal tnaqqis ulterjuri sinifikanti tal-emissjonijiet fis-settur marittimu, il-Kummissjoni għandha tesplora iktar opportunitajiet sabiex tippermetti u tinkoraġġixxi l-użu ta’ magni li joperaw bil-gass fil-bastimenti.
ê 2012/33/UE Premessa 17 (adattat)
(29)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Ö din Õ id-Direttiva huwa meħtieġ infurzar xieraq tal-obbligi fir-rigward tal-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu. L-esperjenza mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/32/KE wriet li hemm bżonn ta’ sistema aktar b’saħħitha ta’ monitoraġġ u infurzar sabiex tigi żgurata l-implimentazzjoni tajba ta’ Ö din Õ id-Direttiva. Għal dak il-ghan, huwa meħtieg li l-Istati Membri jiżguraw teħid ta’ kampjuni suffiċjentement frekwenti u preċiżi tal-karburanti għal użu marittimu li jitqiegħed fis-suq jew li jintuża abbord il-vapuri kif ukoll verifika regolari tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta’ kunsinna tal-bunker. Jeħtieg ukoll li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ Ö din Õ id-Direttiva . Sabiex tkun żgurata informazzjoni iktar trasparenti, huwa xieraq ukoll li ssir dispożizzjoni biex ir-reġistru tal-fornituri lokali ta’ karburant għal użu marittimu jkun disponibbli b’mod pubbliku.
ê 2012/33/UE Premessa 18 (adattat)
(30)Ö Din id-Direttiva għandu jkun fiha Õ indikazzjonijiet dettaljati dwar il-kontenut u l-format tar-rapport sabiex ikun żgurat rappurtar iżjed armonizzat.
ê 2012/33/UE Premessa 20 (adattat)
(31)Il-konformità mal-limiti baxxi ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu, b’mod partikolari fiż- Ö Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ, tista’ twassal għal żieda sinifikanti fil-prezz ta’ dawk il-karburanti , mill-anqas fuq perjodu qasir, u jista’ jkollha effett negattiv fuq il-kompetittività tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra meta mqabbel ma’ modi oħra tat-trasport, kif ukoll fuq il-kompetittività tal-industriji fil-pajjiżi ta’ madwar iż- Ö Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx Õ. Huma meħtieġa soluzzjonijiet xierqa sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għall-industriji affettwati, ngħidu aħna li jkunu jistgħu jintużaw metodi alternattivi ta’ konformità, li jkunu iżjed effettivi f'termini ta' spejjeż mill-konformità fuq il-bażi tal-karburanti u jiġi pprovdut appoġġ, meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni, abbażi ta’, fost affarijiet oħrajn rapporti mill-Istati Membri, se tissorvelja mill-qrib l-impatti tal-konformità tas-settur tat-trasport marittimu mal-istandards il-ġodda tal-kwalità tal-karburanti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-possibilità ta' tranżizzjoni modali mit-trasport bil-baħar lura għal dak fuq l-art, u, jekk ikun xieraq, se tieħu l-miżuri xierqa biex tikkontrobatti tendenza bħal din.
ê 2012/33/UE Premessa 21
(32)Huwa importanti li t-tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art tkun limitata peress li jekk dejjem ikbar merkanzijatinġarr bit-triq, l-iżvilupp f’ħafna każijiet ikun jmur kontra l-objettivi rigward it-tibdil fil-klima tal-Unjoni u jżid il-konġestjoni.
ê 2012/33/UE Premessa 22
(33)L-ispejjeż tar-rekwiżiti ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit jistgħu jirriżultaw fi tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art u jista’ jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetittività tal-industriji. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti eżistenti bħall-Marco Polo u n-network tat-trasport trans-Ewropew biex tipprovdi għajnuna mmirata biex jitnaqqas ir-riskju tat-tranżizzjoni modali. L-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun meħtieġ li jipprovdu appoġġ lill-operaturi affettwati minn din id-Direttiva skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.
ê 2012/33/UE Premessa 23
(34)Skont il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali, u mingħajr preġudizzju għall-bidliet futuri li jsiru fihom, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna mill-Istat favur operaturi affettwati minn din id-Direttiva, inkluża għajnuna għall-operazzjonijiet ta’ twaħħil ta’ tagħmir fil-bastimenti eżistenti wara li jkunu nxtraw, jekk miżuri ta’ għajnuna bħal dawn jitqiesu li jkunu kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, b'mod partikolari fid-dawl tal-linji gwida applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tqis li l-użu ta’ ċerti metodi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet imorru lil hinn mir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva billi jnaqqsu mhux biss l-emissjonijiet tad-diossidju tal-kubrit iżda wkoll emissjonijiet oħrajn.
ê 2012/33/UE Premessa 24
(35)Għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess għal metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. Dawk il-metodi jistgħu jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-anqas ekwivalenti jew, saħansitra iktar minn dak li jista’ jinkiseb bl-użu ta’ karburanti b’livell baxx ta’ kubrit, bil-kundizzjoni li ma jkollhomx effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, bħall-ekosistemi tal-baħar, u li jiġu żviluppati suġġett għal mekkaniżmi xierqa ta’ approvazzjoni u kontroll. Il-metodi alternattivi diġà magħrufa, bħall-użu ta’ sistemi abbord għat-tindif tal-gass tal-egżost, it-taħlita ta’ karburant u gass naturali likwifikat jew l-użu tal-bijokarburanti għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Unjoni. Huwa importanti li jiġi promoss l-ittestjar u l-iżvilupp ta’ metodi ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, sabiex, fost raġunijiet oħra, tkun limitata t-tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art.
ê 2012/33/UE Premessa 25
(36)Il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom il-potenzjal għal tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tippromwovi l-ittestjar u l-iżvilupp u ta’ dawn it-teknoloġiji, inter alia billi tqis it-twaqqif ta’ programm konġunt kofinanzjat mal-industrija ibbażat fuq prinċipji minn programmi simili, bħall-Programm Sema Nadif.
ê 2012/33/UE Premessa 26
(37)Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati, għandha tkompli tiżviluppa miżuri identifikati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2011 intitolat ‘Tnaqqis ta’ emissjonijiet inkwinanti mit-trasport marittimu u għodda għal trasport fuq l-ilma sostenibbli’.
ê 1992/32/KE Premessa 23
(38)Fil-każ ta’ disgwid fil-forniment ta’ żejt mhux maħdum, prodotti taż-żejt jew idrokarbuni oħra, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-użu ta’ limitu ogħla ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru.
ê 1992/32/KE Premessa 24
(39)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi xierqa biex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Rapporti dwar il-kontenut tal-kubrit tal-karburanti likwidi għandhom jingħataw lill-Kummissjoni.
ê 2012/33/UE Premessa 30 (adattat)
(40)Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-valuri ekwivalenti ta’ emissjonijiet għall-metodi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet u għall-kriterji tal-użu tagħhom Ö stipulati Õ Ö fl-Annessi ta' din Õid-Direttiva Ö sabiex Õ jiġu adattati ghall-progress xjentifiku u tekniku b’ mod li jiżgura konsistenza stretta mal-istrumenti rilevanti tal-IMO, u l-emenda tal-punti (a) sa (e) u (p) tal-Artikolu 2, il-punt (b)(i) tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(3) ta’ Ö din Õ id-Direttiva sabiex jiġu adattati Ö dawk Õ id-dispożizzjonijiet għal-progress xjentifiku u tekniku. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
ê 2012/33/UE Premessa 31 (adattat)
(41)Sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ Ö din Õ id-Direttiva , il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill 13 .
ê 2012/33/UE Premessa 32
(42)Huwa xieraq li l-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti li twaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 jgħin lill-Kummissjoni fl-approvazzjoni tal-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li mhumiex koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE 15 .
ê 2012/33/UE Premessa 29 (adattat)
(43)Penali effettivi, proporzjonati u disważivi huma importanti għall-implimentazzjoni ta’ Ö din Õ id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinkludu f’dawk il-penali, multi kkalkulati b’mod li jiżguraw li l-multi tal-inqas iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tagħhom u li dawk il-multi jiżdiedu gradwalment fil-każ ta' ksur ripetut. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet dwar il-penali.
ê
(44)Din id-Dirrettiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,
ê 1992/32/KE
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
1. Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ ċerti tipi ta’ karburanti likwidi u b’hekk jitnaqqsu l-effetti ħżiena ta’ emissjonijiet simili fuq il-bniedem u l-ambjent.
ê 2005/33/KE Art. 1(1)
2. It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit li jirriżulta mill-kombustjoni ta’ ċerti karburanti likwidi derivanti miż-żejt għandu jinkiseb billi jkunu imposti limiti fuq il-kontenut ta’ kubrit f’dawk il-karburanti bħala kondizzjoni għall-użu tagħhom t-territorju, l-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi jew żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri.
Il-limitazzjonijiet fuq il-kontenut ta’ kubrit f’ċerti karburanti likwidi derivanti miż-żejt kif stabbiliti f’din id-Direttiva ma għandhomx, madankollu, japplikaw għal:
(a)karburanti maħsuba għal skopijiet ta’ riċerka u ittestjar;
(b)karburanti maħsuba għall-ipproċessar qabel il-kombustjoni finali;
(c)karburanti li għandhom jiġu proċessati fl-industrija tar-raffinazzjoni;
ê 2005/33/KE Art. 1(1) (adattat)
(d)karburanti wżati u mqiegħda fis-suq fir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-Ö Unjoni Õ sakemm l-Istati Membri relevanti jiżguraw li f'dawk ir-reġjuni:
ê 2005/33/KE Art. 1(1)
(i)l-istandards tal-kwalità tal-arja jiġu osservati;
(ii)żjut karburanti tqal ma jkunux użati f’każ li l-kontenut tagħhom ta’ kubrit ikun iktar minn 3 % tal-massa;
(e)karburanti wżati minn bastimenti tal-gwerra u bastimenti oħra f’servizz militari. Madankollu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu sabiex jiżgura, billi jadotta l-miżuri adegwati li ma jxekklux l-operazzjonijiet jew il-kapaċità operazzjonali ta’ dawk il-bastimenti, li dawk il-bastimenti joperaw b’mod konsistenti, safejn ikun raġonevoli u prattiku, ma’ din id-Direttiva;
(f)kwalunkwe użu ta’ karburant f'bastiment meħtieġ għall-iskop speċifiku tal-protezzjoni tas-sigurtà ta’ bastiment jew biex tiġi salvata l-ħajja fuq il-baħar;
(g)kwalunkwe użu ta’ karburant f’bastiment li jsir meħtieġ minħabba xi danni li jkun sofra l-bastiment jew it-tagħmir tiegħu, biss jekk jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha wara li jkun sar id-dannu sabiex jipprevjenu jew jimminimizzaw emissjonijiet eċċessivi u jekk il-miżuri jittieħdu kemm jista’ jkun malajr għat-tiswija tad-dannu. Dan ma japplikax jekk is-sid jew il-kaptan ikun aġixxa bil-ħsieb li jikkawża d-dannu, jew bi traskuraġni;
ê 2012/33/UE Art. 1(1)
(h)mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, karburanti użati abbord bastimenti li jużaw metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikoli 8 u 10.
ê 1999/32/KE (adattat)
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta’ dan id-Direttiva Ö s-segwenti definizzjonijiet għandhom japplikaw Õ:
ê 2012/33/UE Art. 1(2) pt. (a) (adattat)
(a)karburant tqil tfisser:
–(i) kull karburant likwidu ġej miż-żejt, ħlief il-karburant marittimu, li jaqa’ taħt il-Kodiċi CN 2710 19 51 sa 2710 19 68, 2710 20 31, 2710 20 35 Ö jew Õ 2710 20 39, jew
–(ii) kull karburant likwidu ġej miż-żejt, minbarra ż-żejt tal-gassl kif definit fil- Ö punt (b) u minbarra karburanti marittimi kif definit fil-punti (c), (d) u (e) Õ, li, minħabba l-limiti ta’ distillazzjoni tiegħu, jaqa’ taħt il-kategorija ta’ żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburanti u li minnu anqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f’250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilità bil-metodu ASTM D86, il-prodott taż-żejt ikun bl-istess mod kategorizzat bħala żejt karburant tqil;
(b)żejt tal-gass tfisser:
(i)kull karburant likwidu ġej miż-żejt, ħlief il-karburant marittimu, li jaqa’ taħt il-Kodiċi CN 2710 19 25, 2710 19 29, 2710 19 47, 2710 19 48, 2710 20 17 jew 2710 20 19, jew
(ii)kull karburant likwidu ġej miż-żejt, ħlief il-karburant marittimu, li minnu inqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f’250 °C u li tal-inqas minnu 85 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla fi 350 °C bil-metodu ASTM D86.
Karburanti tad-diżil, kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 huma esklużi minn din id-definizzjoni. Karburanti użati f’makkinarju mobbli mhux għall-użu fit-toroq u muturi tal-ħart għall-agrikoltura huma wkoll esklużi minn din id-definizzjoni;
ê 2009/30/KE Art. 2(1) pt. (a) (adattat)
(c)karburant marittimu tfisser kull karburant likwidu li ġej miż-żejt maħsub għall-użu fuq bastiment jew li jintuża fuq bastiment, li jinkludi dawk il-karburanti definiti fl-ISO 8217. Dan jinkludi kwalunkwe karburant likwidu li ġej miż-żejt għall-użu fuq bastimenti għall-ilmijiet navigabbli interni jew dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, kif definiti Ö rispettivament fl-Artikolu 2 tad- Õ Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 u Ö fl-Artikolu 1(3) tad- Õ Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , meta bastimenti bħal dawn ikunu fuq il-baħar;
ê 2012/33/UE Art. 1(2) pt. (b)
(d)żejt tad-diżil għal użu marittimu tfisser kwalunkwe karburant marittimu kif iddefinit għall-grad DMB fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta’ kubrit;
(e)żejt tal-gass għal użu marittimu tfisser kwalunkwe karburanti għal użu marittimu kif iddefinit għall-gradi DMX, DMA u DMZ fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta’ kubrit;
ê 2005/33/KE Art. 1(2) pt. (d)
(f)MARPOL tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 tagħha;
ê 2005/33/KE Art. 1(2) pt. (d) (adattat)
(g)L-Anness VI tal-MARPOL tfisser l-Anness, intitolat “Regolamenti għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja mill-Bastimenti” tal-MARPOL;
ê 2005/33/KE Art. 1(2) pt. (d)
(h)Żoni ta’ Kontroll għallEmissjonijiet tal-SOx tfisser żoni ta’ baħar hekk definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-Anness VI tal-MARPOL;
(i)Bastimenti tal-passiġġieri tfisser bastimenti li jġorru aktar minn tnax-il passiġġier, fejn passiġġier huwa kull persuna li mhijiex:
(i)il-kaptan u l-membri tal-ekwipaġġ jew xi persuna oħra impjegata jew ingaġġata fi kwalunkwe kapaċità abbord bastiment fix-xogħol ta’ dak il-bastiment, u
(ii)tarbija taħt l-età ta’ sena;
(j)servizzi regolari tfisser serje ta’ vjaġġi ta’ bastiment tal-passiġġieri magħmula sabiex jaqdu l-bżonnijiet tat-traffiku bejn l-istess zewġ portijiet jew aktar, jew serje ta’ vjaġġi minn u sa l-istess port mingħajr waqfien intermedji:
(i)skont itinerarju ppubblikat, jew
(ii)bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu skeda rikonoxxibbli;
(k)bastiment tal-gwerra tfisser bastiment li huwa parti mill-forzi armati ta’ xi Stat li jkollu marki esterni li jiddistingwu lill-bastimenti bin-nazzjonalità tiegħu, taħt il-kmand ta’ uffiċjal li jkun debitament imqabbad mill-Gvern tal-Istat u li ismu jkun jidher fil-lista adatta tas-servizz jew fl-ekwivalenti tagħha, u li jkun ekwipaġġat b’persunal taħt id-dixxiplina tal-forzi armati regolari;
ê 2005/33/KE Art. 1(2) pt. (d) (adattat)
(l)bastimenti irmiġġati tfisser bastimenti li jkunu sorġuti jew ankrati sewwa f’port fl- Ö Unjoni Õ filwaqt li jgħabbu, iħottu jew jkunu stazzjonarji (hotelling), inkluż il-ħin li fih ma jkunux involuti fl-operazzjonijiet ta’ tagħbija;
(m)tqegħid fis-suq tfisser il-forniment jew id-disponibilità ta’ karburanti għal użu marittimu għall-kombustjoni abbord, lil terzi persuni, bi ħlas jew b’xejn, fi kwalunkwe parti fil-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri. Din teskludi il-forniment jew id-disponibilità ta’ karburanti għal użu marittimu għall-esportazzjoni f’tankijiet tat-tagħbija tal-bastimenti;
(n)reġjuni l-aktar imbiegħda tfisser id-dipartimenti Franċiżi barranin, l-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanari, kif stabbiliti fl-Artikolu 349 tat- Ö TFUE Õ ;
ê 2012/33/UE Art. 1(2) pt. (c)
(o)metodu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tfisser kwalunkwe attrezzatura, materjal, apparat jew strument li għandhom jitwaħħlu fuq vapur jew proċedura oħra, karburanti alternattivi, jew metodu ta’ konformità, użat bħala alternattiva għall-karburanti għal użu marittimu b’livell baxx ta’ kubrit li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, u li jista’ jiġi vverifikat, ikkwantifikat u infurzat;
ê 1999/32/KE
(p)Il-metodu ASTM tfisser il-metodi stabbiliti mis-Soċjetà Amerikana għat-Testjar u Materjali fl-edizzjoni tal-1976 tad-definizzjonijiet ta’ standards u speċifikazzjonijiet għal prodotti taż-żejt u lubrikanti;
(q)impjant ta’ kombustjoni tfisser kull apparat tekniku li fih il-karburanti jiġu ossidizzati sabiex tintuża s-sħana ġġenerata.
ê 2005/33/KE Art. 1(3)
Artikolu 3
Kontenut massimu ta' kubrit fiż-żejt karburant tqil
ê 2012/33/UE Art. 1(3) pt. (a)
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx żjut tal-karburanti tqal fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit tagħhom ikun iktar minn 1 % tal-massa.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2015, suġġett għal monitoraġġ xieraq tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal żjut tal-karburant tqal użati:
(a)f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-Artikolu 4(1) jew (2) jew l-Artikolu 4(3)(a) ta’ dik id-Direttiva u li jkunu konformi mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat f’dik id-Direttiva;
(b)f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-Artikolu 4(3)(b) u l-Artikolu 4(6) ta’ dik id-Direttiva u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jkollhomx iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % tal-volum fi stat niexef;
(c)f’impjanti ta’ kombustjoni li ma jaqgħux taħt il-punti (a) jew (b), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jkunx fihom iktar iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % ta'l-volum fi stat niexef;
(d)għal kombustjoni f'raffineriji, fejn il-medja fix-xahar ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit mifruxa fuq l-impjanti ta’ kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta’ karburanti jew taħlita ta’ karburanti li tintuża, iżda li ma tinkludix impjanti li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b), turbini tal-gass u magni li jaħdmu bil-gass, ma jkunx fihom iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % tal-volum fi stat niexef.
3. Mill-1 ta’ Jannar 2016, suġġett għal monitoraġġ xieraq tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal żjut tal-karburant tqal użati:
(a)f’impjanti ta’ kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE, u li jkunu konformi mal-limiti ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva jew, fejn dawk il-valuri tal-limitu ta’ emissjonijiet ma jkunux applikabbli skont dik id-Direttiva, li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jkunx fihom iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % tal-volum fi stat niexef;
(b)f’impjanti ta’ kombustjoni li ma jaqgħux taħt il-punt (a), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta’ diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jkunx fihom iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl-ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % tal-volum fi stat niexef;
(c)għal kombustjoni f'raffineriji, fejn il-medja fix-xahar ta’ emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit mifruxa fuq l-impjanti ta’ kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta’ karburanti jew taħlita ta’ karburanti li tintuża, iżda li ma tinkludix impjanti li jaqgħu taħt il-punt (a), turbini tal-gass u magni li jaħdmu bil-gass, ma jkunx fiha iktar minn kontenut ta' 1 700 mg/Nm3 fl- ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta’ 3 % tal-volum fi stat niexef.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ebda impjant ta’ kombustjoni li juża żejt tal-karburant tqil b’konċentrazzjoni ta’ kubrit ogħla minn dik imsemmija fil-paragrafu 1 ma jitħaddem mingħajr permess maħruġ minn awtorità kompetenti, li tispeċifika l-limiti tal-emissjonijiet.
ê 1992/32/KE
Artikolu 4
Kontenut massimu ta’ kubrit fiż-żejt tal-gass
ê 2012/33/UE Art. 1(5)
L-Istati Membri ghandhom jiżguraw li ma jintużawx żjut tal-gass fit-territorji taghhom jekk il-kontenut ta’ kubrit taghhom jaqbeż 0.10 % skont il-massa.
ê 2012/33/UE Art. 1(4)
Artikolu 5
Kontenut massimu ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit tagħhom ikun iktar minn 3.50 % tal-massa, ħlief għall-karburanti fornuti lill-bastimenti li jkunu jużaw il-metodi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet suġġetti għall-Artikolu 8 li joperaw b’mod magħluq.
ê 2005/33/KE Art. 1(5)
Artikolu 6
ê 2012/33/UE Art. 1(6) pt. (a)
Il-kontenut massimu ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati f’ibħra territorjali, f'żoni ekonomiċi esklużivi u f'żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, inklużi Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx u minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn u minn portijiet tal-Unjoni
ê 2012/33/UE Art. 1(6) pt. (c)
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi u fiż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:
(a)3.50 % mit-18 ta’ Gunju 2014;
(b)0.50 % mill-1 ta’ Jannar 2020.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-bnadar kollha, inklużi l-bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 7.
ê 2012/33/UE Art. 1(6) pt. (b)
2. L-Istati Membri ghandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali taghhom, fiż-żoni ekonomici esklużivi u fiż-żoni ta’ kontroll tat-tniggis li jaqgħu fi hdan Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:
(a)1.00 % sal-31 ta’ Diċembru 2014;
(b)0.10 % mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti tal-bnadar kollha, inklużi bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra l-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tqis kif dovut kwalunkwe bidla futura fir-rekwiżiti skont l-Anness VI tal-MARPOL applikabbli fiż-Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx, u, fejn ikun xieraq, u mingħajr dewmien żejjed tagħmel kull proposta rilevanti bil-ħsieb li temenda din id-Direttiva skont il-bżonn.
ê 2005/33/KE Art. 1(5) (adattat)
3. Id-dati tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 Ö għal kwalunkwe żoni ġodda tal-baħar, inklużi l-portijiet, li l-IMO tindika bħala Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx skont ir-Regolament 14(3)(b) tal-Anness VI tl-MARPOL Õ għandhom ikunu Ö 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-indikazzjoni ta' dawk iż-żoni ġodda tal-baħar Õ.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar tal-paragrafu 2 tal-inqas fir-rigward ta’:
–bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom; u
–fil-każ ta’ Stati Membri li jikkonfinaw ma’ xi Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx, il-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li jkunu fil-portijiet tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jieħdu wkoll azzjoni addizzjonali ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti oħra skont il-liġi marittima internazzjonali.
ê 2012/33/UE Art. 1(6) pt. (d)
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fl-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi u fiż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis li jinsabu barra Żoni ta’ Kontroll għall-Emissjonijiet tal-SOx minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn jew minn kwalunkwe port tal-Unjoni jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk il-karburanti ikun iktar minn 1.50 % tal-massa sal-1 ta’ Jannar 2020.
L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar ta’ dan ir-rekwiżit tal-inqas fir-rigward ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u tal-bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li qiegħdin fil-portijiet tagħhom.
6. L-Istati Membri għandhom jesiġu li r-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri jimtlew tajjeb, fosthom l-operazzjonijiet ta’ bdil tal-karburanti.
7. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw id-disponibilità ta' karburanti marittimi li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-disponibilità ta’ tali karburanti għal użu marittimu fil-portijiet u t-terminals tagħhom.
8. Jekk Stat Membru jsib li bastiment ma jkunx konformi mal-istandards għall-karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru hija intitolata titlob lill-bastiment biex:
(a)jippreżenta reġistru tal-azzjonijiet meħuda biex jipprova jiżgura li jkun konformi; u
(b)jipprovdi evidenza li huwa pprova jixtri karburant għal użu marittimu li huwa f'konformità ma' din id-Direttiva skont il-pjan tal-vjaġġ tiegħu u, jekk dan ma kienx disponibbli skont il-pjan, li saru tentattivi biex jinstabu għejun alternattivi għal tali karburant għal użu marittimu u li, minkejja l-ikbar sforzi biex jinkisbu karburanti għal użu marittimu li jkun f'konformità ma' din id-Direttiva, ma kien disponibbli għax-xiri l-ebda karburant għal użu marittimu ta' dan it-tip.
Il-vapur m’għandux ikun meħtieġ li jiddevja mill-vjaġġ intenzjonat tiegħu jew li jittardja l-vjaġġ bla bżonn sabiex ikun f’konformità.
Jekk vapur jipprovdi t-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u l-evidenza ppreżentata bil-għan li jiddetermina l-azzjoni xierqa li għandu jieħdu, inkluż li ma jieħux miżuri ta’ kontroll.
Vapur għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tiegħu u lill-awtorità kompetenti tal-port ta’ destinazzjoni rilevanti meta ma jkunx jista’ jixtri karburant għal użu marittimu li jkun konformi ma' din id-Direttiva.
L-Istat tal-Port għandu jinnotifika lill-Kummissjoni meta vapur ikun ippreżenta evidenza ta’ nuqqas ta’ disponibilità ta’ karburanti għal użu marittimu li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.
9. L-Istati Membri għandhom, skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI tal-MARPOL:
(a)iżommu reġistru pubblikament disponibbli tal-fornituri lokali ta’ karburanti għal użu marittimu;
(b)jiżguraw li l-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti kollha għal użu marittimu mibjugħa fit-territorju tagħhom jiġi ddokumentat mill-fornitur fuq nota ta’ kunsinna tal-bunker, akkumpanjata minn kampjun issiġillat u ffirmat mir-rappreżentant tal-vapur li jirċievi l-karburanti;
(c)jieħdu azzjoni kontra fornituri ta’ karburanti għal użu marittimu li jkunu nstabu li kkonsenjaw karburant li ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni indikata fuq in-nota ta’ kunsinna tal-bunker;
(d)jiżguraw li jinstab rimedju sabiex kwalunkwe karburant għal użu marittimu li jkun instab li mhux konformi jinġieb f’konformità.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li żjut tad-diżil għal użu marittimu ma jitpoġġewx fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk iż-żjut tad-diżil għal użu marittimu ikun iktar minn 1.50 % tal-massa.
ê 2012/33/UE Art. 1(7)
Artikolu 7
Kontenut massimu ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati minn vapuri rmiġġjati f’portijiet tal-Unjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li vapuri rmiġġjati f’portijiet tal-Unjoni ma jużawx karburanti għal użu marittimu b’kontenut ta’ kubrit li jkun iktar minn 0.10 % tal-massa, filwaqt li jitħalla ħin suffiċjenti għall-ekwipaġġ biex ilesti kwalunkwe operazzjoni neċessarja ta’ bdil tal-karburant kemm jista’ jkun malajr wara l-irmiġġ u kemm jista’ jkun tard qabel it-tluq.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħin ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ bdil tal-karburant jiġi rreġistrat fir-reġistru li jinżamm abbord il-vapuri.
2. Il-paragrafu 1 ma japplikax:
(a)kull meta, skont l-iskedi ppubblikati, il-vapuri jkunu ser jibqgħu rmiġġjati għal inqas minn sagħtejn;
(b)għal vapuri li jitfu l-magni kollha u jużaw netwerk tal-elettriku terrestri waqt li jkunu rmiġġjati fil-portijiet.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jitpoġġewx żjut tal-gass għal użu marittimu fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta’ kubrit ta’ dawk iż-żjut għal użu marittimu ikun iktar minn 0.10 % tal-massa.
Artikolu 8
Metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet minn vapuri tal-bnadar kollha fil-portijiet, fl-ibħra territorjali, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi u fiż-żoni ta’ kontroll tat-tniġġis tagħhom, bħala alternattiva għall-użu ta’ karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, suġġett għall-paragrafi 2 u 4 tadan l-Artikolu.
2. Il-vapuri li jużaw il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom kontinwament jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ diossidu tal-kubrit li jkun mill-anqas ekwivalenti għat-tnaqqis li jinkiseb bl-użu ta’ karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7. Il-valuri tal-emissjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu ddeterminati skont l-Anness I.
3. L-Istati Membri għandhom, bħala soluzzjoni alternattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, jinkoraġġixxu l-użu ta’ sistemi terrestri għal-provvista tal-enerġija lill-bastimenti rmiġġati.
4. Il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti msemmija fl-Anness II.
5. Meta jkun iġġustifikat fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku rigward metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet alternattivi u b’mod li jiżgura konsistenza stretta mal-istrumenti u l-istandards rilevanti adottati mill-IMO, il-Kummissjoni għandha:
(a)tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 16 li jemendaw l-Annessi I u II;
(b)tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti dettaljati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, fejn xieraq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
ê 2012/33/UE Art. 1(8)
Artikolu 9
Approvazzjoni ta’ metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-użu fuq vapuri li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru
1. Il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/98/KE għandhom jiġu approvati skont dik id-Direttiva.
2. Il-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, billi jiġu kkunsidrati:
(a)il-linji gwida żviluppati mill-IMO;
(b)ir-riżultati ta’ kwalunkwe prova mwettqa skont l-Artikolu 10;
(c)l-effetti fuq l-ambjent, inkluż tnaqqis tal-emissjonijiet li jista’ jinkiseb, u l-impatti fuq ekosistemi f’portijiet u estwarji magħluqa; kif ukoll
(d)il-fattibbiltà tal-monitoraġġ u l-verifika.
Artikolu 10
Provi ta’ metodi ġodda ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet
L-Istati Membri jistgħu, b’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, kif ikun xieraq, japprovaw provi ta’ metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri, fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, jew f’żoni tal-baħar li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Matul dawk il-provi, ma għandux ikun obbligatorju l-użu ta’ karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat portwali kkonċernat jiġu nnotifikati bil-miktub mill-anqas sitt xhur qabel jibdew il-provi;
(b)il-permessi għall-provi ma jkunux għal iżjed minn 18-il xahar;
(c)il-vapuri kollha involuti jinstallaw tagħmir li ma jistax jitbagħbas għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta’ gass miċ-ċumnija u jużawh matul il-perjodu kollu tal-prova;
(d)il-vapuri kollha involuti jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak li kieku jintlaħaq bil-limiti fuq il-kubrit għall-karburanti speċifikati f’din id-Direttiva;
(e)matul il-perjodu kollu tal-prova jkun hemm implimentati sistemi xierqa għall-immaniġġjar tal-iskart għal kwalunkwe skart iġġenerat mill-metodi ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet;
(f)matul il-perjodu kollu tal-prova ssir stima tal-impatti fuq l-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari fuq l-ekosistemi f’portijiet u estwarji magħluqa; u
(g)ir-riżultati sħaħ jiġu pprovduti lill-Kummissjoni u jsiru pubblikament disponibbli fi żmien sitt xhur minn meta jintemmu l-provi.
Artikolu 11
Miżuri finanzjarji
L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri finanzjarji favur l-operaturi affetwati minn din id-Direttiva fejn dawk il-miżuri finanzjarji jkunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat applikabbli u li għandhom jiġu adottati f'dan il-qasam.
ê 1999/32/KE (adattat)
Artikolu 12
Bidla fil-forniment tal-karburanti
Jekk, bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa fil-forniment ta’ żejt mhux maħdum, prodotti taż-żejt jew idrokarburi oħra, isir diffiċli għal Stat Membru li japplika l-limiti tal-kontenut massimu ta’ kubrit imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza limiti ogħla li jkun applikabbli fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur. Hija għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Istati Membri Ö bid-Deciżjoni tagħha Õ. Kull Stat Membru jista’ jirriferi dik id-Deċiżjoni lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn.
ê 2012/33/UE Art. 1(9) (adattat)
Artikolu 13
Teħid tal-kampjuni u analiżi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiċċekkjaw permezz ta’ teħid tal-kampjuni li l-kontenut ta’ kubrit fil-karburanti użati jkun konformi mal-Artikoli 3 sa 7. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-limitu rilevanti għall-kontenut massimu ta’ kubrit fil-karburant. Dan għandu jsir perjodikament u b’mod li l-kampjuni u l-kwantitajiet ikunu rappreżentattivi tal-karburant eżaminat, u fil-każ ta’ karburant għal użu marittimu, tal-karburant li jkun qiegħed jintuża mill-bastimenti waqt li jkunu f’żoni tal-baħar jew f’portijiet rilevanti. Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati mingħajr dewmien żejjed.
2. Għandu jintuża kull wieħed mill-mezzi li ġejjin ta’ teħid tal-kampjuni, analiżi u spezzjoni ta’ karburant għal użu marittimu:
(a)l-ispezzjoni tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta’ kunsinna tal-bunker; Ö u Õ
(b)kif ikun xieraq, il-mezzi li ġejjin ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi:
(i)it-teħid ta’ kampjuni tal-karburant għal użu marittimu għal kombustjoni abbord waqt li jkun qed jiġi kkonsenjat lill-vapuri, skont il-Linji gwida għat-teħid ta’ kampjuni ta’ żejt tal-karburant sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tiegħu mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL adottat fis-17 ta’ Lulju 2009 permezz tar-Riżoluzzjoni 182(59) tal-Kumitat għal-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (MEPC) tal-IMO, u analiżi tal-kontenut ta’ kubrit tiegħu, jew
(ii)it-teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-kontenut ta’ kubrit ta’ karburant għal użu marittimu għal kombustjoni abbord li jkun jinsab f’tankijiet fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, u f’kampjuni tal-bunker issiġillati abbord il-vapuri.
3. Il-metodu ta’ referenza adottat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ kubrit għandu jkun il-metodu ISO 8754 (2003) jew PrEN ISO 14596 (2007).
Sabiex jiġi stabbilit jekk il-karburant għal użu marittimu ikkonsenjat lill-vapuri u użat abbord dawn il-vapuri huwiex konformi mal-limiti ta’ kubrit meħtieġa skont l-Artikoli 4 sa 7 għandha tintuża l-proċedura ta’ verifika tal-karburant stipulata fl-Appendiċi VI tal-Anness VI tal-MARPOL.
4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’:
(a)il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni;
(b)il-metodi ta’ teħid tal-kampjuni;
(c)id-definizzjoni ta’ kampjun rappreżentattiv tal-karburanti eżaminat.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
ê 2005/33/KE Art. 1(7)
Artikolu 14
Rapportar u reviżjoni
ê 2012/33/UE Art. 1(10) pt. (a)
1. Fuq il-bażi tar-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni, analiżi u spezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-istandards tal-kubrit stipulati f’din id-Direttiva għas-sena preċedenti.
Fuq il-bażi tar-rapporti rċevuti skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u n-notifiki rigward in-nuqqas ta’ disponibilità tal-karburant għal użu marittimu li jikkonforma ma’ din id-Direttiva sottomessi mill-Istati Membri skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(8), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tagħmel u tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għat-tisħiħ ulterjuri tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u tagħmel kwalunkwe proposta leġislattiva xierqa għal dak il-għan.
ê 2012/33/UE Art. 1(10) pt. (c)
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti leġislattivi. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fir-rapport tagħha l-potenzjal għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja filwaqt li tqis, inter alia: rapporti annwali sottomessi skont il-paragrafu 1 u 3; il-kwalità tal-arja u l-aċidifikazzjoni osservati; l-ispejjeż għall-karburant; l-impatt eknomiku potenzjali u t-tranżizzjoni modali osservata; u l-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-bastimenti.
ê 2012/33/UE Art. 1(10) pt. (b) (adattat)
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport u l-format tar-rapport Ö imsemmi fil-paragrafu 1 Õ. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
ê 2012/33/UE Art. 1(10) pt. (d) (adattat)
Artikolu 15
Ö Adattament għall-progess xjentifiku u tekniku Õ
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 16 fir-rigward tal-adattamenti tal-punti (a) sa (e) u (p) tal-Artikolu 2, tal-punt (b)(i) tal-Artikolu 13(2) u tal-Artikolu 13(3) għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk l-adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f’bidliet diretti fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit għall-karburanti speċifikati f’din id-Direttiva.
ê 2012/33/UE Art. 1(13)
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa li tadotta atti ta’ delega hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti ta' delega msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 15 hi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mis-17 ta’ Diċembru 2012. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. B'Deċiżjoni ta’ revoka tintemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att ta’ delega li diġà jkun fis-seħħ.
4. Malli tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
ê 2012/33/UE Art. 1(12)
Artikolu 17
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma tadottax l-abbozz tal-att implimentattiv u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
ê 2012/33/UE Art. 1(14)
Artikolu 18
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.
Il-penali li jiġu stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi u jistgħu jinkludu multi kkalkulati b’ mod li jiżguraw li l-multi tal-inqas iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tagħhom u li dawk il-multi jiżdiedu gradwalment fil-każ ta' ksur ripetut.
ê
Artikolu 19
Revoka
Id-Direttiva 1999/32/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness III, Parti A, hija revokata, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
ê 1999/32/KE (adattat)
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fid- Ö 19 ta’ Ġunju 2014 Õ.
ê 1999/32/KE
Artikolu 21
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.7.2014
COM(2014) 466 final
ANNESSI
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (Kodifikazzjoni)
ê 2012/33/UE Art. 1(15) u Anness (adattat)
ANNESS I
VALURI EKWIVALENTI TA’ EMISSJONIJIET GĦALL-METODI TA’ TNAQQIS TA’ EMISSJONIJIET KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)
Il-limiti ta’ kubrit fil-karburanti għal użu marittimu imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 u fir-Regolamenti 14.1 u 14.4 tal-Anness VI tal-MARPOL u l-valuri ta’ emissjonijiet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 8(2):
Kontenut ta’ Kubrit f'karburanti għal użu marittimu (% m/m) |
Proporzjon ta’ Emissjonijiet ta’ SO2 (ppm)/CO2 (% v/v) |
3.50 |
151.7 |
1.50 |
65.0 |
1.00 |
43.3 |
0.50 |
21.7 |
0.10 |
4.3 |
Nota:
–L-użu tal-limiti tal-Proporzjon ta’ Emissjonijiet japplika biss meta jintuża Distillat ibbażat fuq il-petroleum jew Żjut tal-Karburant Residwi.
–F'każijiet iġġustifikati fejn il-konċentrazzjoni ta’ CO2 titnaqqas mill-unità tat-tindif tal-gass tal-egżost (EGC), il-konċentrazzjoni ta’ CO2 tista' titkejjel fil-punt tad-dħul għall-unità tal-EGC, sakemm ikun jista' jintwera biċ-ċar li dik il-metodoloġija hija korretta.
_____________
ANNESS II
KRITERJI GĦALL-UŻU TAL-METODI TAT-TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(4)
Il-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom tal-anqas jikkonformaw mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti li ġejjin, kif applikabbli:
Metodu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet |
Kriterji għall-użu |
Taħlita ta’ karburanti għal użu marittimu u gass li jevapora (boil-off gas) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE 1 . |
Sistemi ta’ tindif tal-gass tal-egżost |
Riżoluzzjoni MEPC.184(59) adottata fis-17 ta’ Lulju 2009 ‘L-ilma tal-ħasil li jirriżulta mis-sistemi ta’ tindif tal-gass tal-egżost li jagħmlu użu mill-kimiċi, additivi, preparazzjonijiet u kimika rilevanti maħluqa in situ’, imsemmija fil-punt 10.1.6.1 tar-Riżoluzzjoni MEPC.184(59), ma għandux jintrema fil-baħar inkluż f'portijiet magħluqa, portijiet, u estwarji, sakemm ma jkunx ippruvat mill-operatur tal-bastiment li r-rimi ta’ ilma tal-ħasil ma joħloqx impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u lanqas ikun ta' riskju għalihom. Jekk il-kimika użata tkun soda kawstika, ikun biżżejjed li l-ilma tal-ħasil jissodisfa l-kriterji stipulati fir-Riżoluzzjoni MEPC.184 (59) u li l-pH tiegħu ma jkunx iktar minn 8.0. |
Bijokarburanti: |
L-użu tal-bijokarburanti kif definiti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 li jikkonformaw mal-istandards CEN u ISO rilevanti. It-taħlitiet ta’ bijokarburanti u karburanti għal użu marittimu għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-kubrit stipulati fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1), (2) u (5) u fl-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva. |
_____________
é
ANNESS III
Parti A
Direttiva revokata flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 19)
Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE
|
|||
Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
Punt 19 tal-Anness I biss |
||
Direttiva 2005/33/KE
|
|||
Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
Punt 3.4 tal-Anness biss |
||
Direttiva 2009/30/KE
|
Artikolu 2 biss |
||
Direttiva 2012/33/UE
|
Parti B
Lista tal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 19)
Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
1999/32/KE |
1 ta' Lulju 2000 |
2005/33/KE |
11 ta' Awwissu 2006 |
2009/30/KE |
31 ta' Diċembru 2010 |
2012/33/UE |
18 ta' Ġunju 2014 |
_____________
ANNESS IV
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 1999/32/EC |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2), kliem introduttiv |
Artikolu 1(2), kliem introduttiv |
Artikolu 1(2)(a), (b) u (c) |
Artikolu 1(2)(a), (b) u (c) |
Artikolu 1(2)(d), kliem introduttiv |
Artikolu 1(2)(d), kliem introduttiv |
Artikolu 1(2)(d), l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(2)(d)(i) |
Artikolu 1(2)(d), it-tieni inċiż |
Artikolu 1(2)(d)(ii) |
Artikolu 1(2)(e) sa (h) |
Artikolu 1(2)(e) sa (h) |
Artikolu 2, kliem introduttiv |
Artikolu 2, kliem introduttiv |
Artikolu 2, punt 1 |
Artikolu 2(a) |
Artikolu 2, punt 1, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(a)(i) |
Artikolu 2, punt 1, it-tieni inċiż |
Artikolu 2(a)(ii) |
Artikolu 2, punt 2 |
Artikolu 2(b) |
Artikolu 2, punt 2, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2(b)(i) |
Artikolu 2, punt 2, it-tieni inċiż |
Artikolu 2(b)(ii) |
Artikolu 2, punt 2, il-kliem finali |
Artikolu 2(b), il-kliem finali |
Artikolu 2, punt 3 |
Artikolu 2(c) |
Artikolu 2, punt 3a |
Artikolu 2(d) |
Artikolu 2, punt 3b |
Artikolu 2(e) |
Artikolu 2, punt 3c |
Artikolu 2(f) |
Artikolu 2, punt 3d |
Artikolu 2(g) |
Artikolu 2, punt 3e |
Artikolu 2(h) |
Artikolu 2, punt 3f |
Artikolu 2(i) |
Artikolu 2, punt 3g |
Artikolu 2(j) |
Artikolu 2, punt 3h |
Artikolu 2(k) |
Artikolu 2, punt 3i |
Artikolu 2(l) |
Artikolu 2, punt 3k |
Artikolu 2(m) |
Artikolu 2, punt 3l |
Artikolu 2(n) |
Artikolu 2, punt 3m |
Artikolu 2(o) |
Artikolu 2, punt 4 |
Artikolu 2(p) |
Artikolu 2, punt 5 |
Artikolu 2(q) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3a |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4(a)(1) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 4a(1a) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 4a(2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 4a(3) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 4a(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 4a(5) |
Artikolu 6(6) |
Artikolu 4a(5a) |
Artikolu 6(7) |
Artikolu 4a(5b) |
Artikolu 6(8) |
Artikolu 4a(6) |
Artikolu 6(9) |
Artikolu 4a(7) |
Artikolu 6(10) |
Artikolu 4b |
Artikolu 7 |
Artikolu 4c(1) u (2) |
Artikolu 8(1) u (2) |
Artikolu 4c(2a) |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 4c(3) |
Artikolu 8(4) |
Artikolu 4c(4) |
Artikolu 8(5) |
Artikolu 4d |
Artikolu 9 |
Artikolu 4e |
Artikolu 10 |
Artikolu 4f |
Artikolu 11 |
Artikolu 5 |
Artikolu 12 |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 6(1a) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 6(1b) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u (2) |
Artikolu 7(1a) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 7(3) |
- |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 15 |
Artikolu 9 |
Artikolu 17 |
Artikolu 9a |
Artikolu 16 |
Artikolu 10 |
- |
Artikolu 11(1) Artikolu 11(2) |
Artikolu 18, l-ewwel paragrafu Artikolu 18, it-tieni paragrafu |
_ |
Artikolu 19 |
Artikolu 12 |
Artikolu 20 |
Artikolu 13 |
Artikolu 21 |
Annessi I u II |
Annessi I u II |
_ |
Anness III |
_ |
Anness IV |
_____________