Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0349

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

/* COM/2014/0349 final */

52014PC0349

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità /* COM/2014/0349 final - 2014/ () */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma tkunx tista' tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi li hemm għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1311/2013 u skont il-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba[2], u wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1b, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà. Din il-mobilizzazzjoni se tikkonċerna ammont ta’ EUR 79 785 595 lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 1b, u hu intiż sabiex jikkumplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 tal-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotta, li għandhom jirċievu allokazzjoni addizzjonali għas-sena 2015 għal ammont totali ta’ EUR 100 000 000.

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex jitkoprew l-approprjazzjonijiet ta' impennn addizzjonali għal Ċipru, mobilizzati permezz tal-Istrument ta’ Flessibilità fl-2014[3] u l-2015, huma stmati fuq il-bażi ta’ profil indikattivi għall-ħlasijiet, ippreżentati fit-tabella hawn taħt:

(f’miljuni ta’ EUR, skont il-prezzijiet kurrenti)

Is-sena || Approprjazzjonijiet ta’ pagament relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibilità għal Ċipru fl-2014 u l-2015

2015 || 11,3

2016 || 43,7

2017 || 73,9

2018 || 40,2

Totali || 169,1

L-ammonti annwali preċiżi għall-perjodu 2016-18 jiġu definiti fl-abbozz tal-baġit tas-sena relatata. Dawn l-ammonti jingħaddu 'l fuq u lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP annwali għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni mhux allokat u l-marġni globali għall-pagamenti.

Iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja huma mfakkra li l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma ssirx aktar tard mill-pubblikazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4], u b’mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill 1311/2013li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[5] stabbilixxa Strument ta' Flessibilità ta' massimu ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) kull sena,

(2) Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, lil hinn mil-limitu massimu tal-Intestatura 1b, b’EUR 79 785 595 favur il-finanzjament tal-programmi ta’ Fondi Strutturali Ċiprijotti biex tingħata allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru għas-sena 2015 b’ammont totali ta’ EUR 100 000 000,

(3) Għas-sena finanzjarja 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill diġà mmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità b’Deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2013 għall-finanzjament ta’ programmi ta’ fondi strutturali Ċiprijotti għal ammont ta’ EUR 89 330 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn biss,

(4) Filwaqt li titqies in-natura supplimentari tal-istrument ta’ flessibbiltà, li hija mobilizzata lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali sabiex jitkopru l-approprjazzjonijiet għall-impenji addizzjonali għal Ċipru għal sentejn finanzjarji 2014 u 2015 abbażi l-profil tal-pagamenti mistenni, stmat għal EUR 11,3 miljun fl-2015, EUR 43,7 miljun fl- 2016, EUR 73,9 miljun fl-2017 u EUR 40,2 miljun fl-2018. L-ammonti annwali għal kull sena tal-perjodu 2016-2018, ikollhom jiġu kkonfermati minn kull tal-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, l-istrument tal-flessibilità jintuża biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 79 785 595 f’approprjazzjonijiet ta' impennn fl-Intestatura 1b, u EUR 11 315 595 f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Dan l-ammont jintuża biex jikkomplimenta l-finanzjament tal-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt l-Intestatura 1b.

Pagamenti assoċjati mal-finanzjament tal-fondi strutturali Ċiprijotti permezz tal-istrument ta’ flessibilità fl-2014 u l-2015 ikunu EUR 157 800 000 għall-perjodu 2016-2018. L-ammont eżatt annwali jiġi definit fl-Abbozz ta’ Baġit tas-sena kif ippreżentata mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[2]               ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[3]               ĠU L 50, 20.2.2014, p. 19 Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà

[4]               ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[5]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884

Top