This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0206
Recommendation for a COUNCIL DECISION to authorise the Commission to open negotiations on behalf of the European Union for the renewal of the protocol to the Fisheries Partnership Agreement with Mozambique
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Możambik
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Możambik
/* COM/2014/0206 final - 2014/ () */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Możambik /* COM/2014/0206 final - 2014/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Możambik iffirmaw protokoll tal-Ftehim dwar is-Sajd li japplika
mill-1 ta' Frar 2012. Il-protokoll, li jagħti
opportunitajiet tas-sajd lil bastimenti tal-UE u li jistipula l-kontribuzzjoni
finanzjarja, se jiskadi fil-31 ta' Jannar 2015. Il-Kummissjoni qed tipproponi li jiġi
nnegozjat protokoll ġdid li jkun jissodisfa l-opportunitajiet u
l-ħtiġijiet reali tal-flotta tal-Istati Membri u li jkun konformi
mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni
tas-Sajd. Il-Kunsill qed jintalab jadotta l-linji gwida
għan-negozjati mehmuża ma' din ir-rakkomandazzjoni. 2. RAKKOMANDAZZJONI Fid-dawl tal-punti msemmija hawn fuq,
il-Kummissjoni tirrakkomanda li: - il-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni
tiftaħ u twettaq negozjati għat-tiġdid tal-protokoll fil-qafas
tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika tal-Możambik; - il-Kummissjoni tinħatar bħala
n-negozjatur tal-Unjoni f’dan il-qasam; - il-Kummissjoni għandha twettaq dawn
in-negozjati f'konsultazzjoni mal-kumitat speċjali f'konformità
mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat dwar il-funzjonament
tal-Unjoni Ewropea; - il-Kunsill japprova l-linji gwida
għan-negozjati mehmuża ma' din ir-rakkomandazzjoni.
Rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ
negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid tal-protokoll
tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Możambik IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(3)
u (4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni, Billi għandhom jinfetħu n-negozjati
bil-għan li jiġi konkluż Protokoll ġdid tal-Ftehim ta'
Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika tal-Możambik, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata
tinnegozja, f’isem l-Unjoni Ewropea, bil-għan li jiġġedded
il-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika
tal-Możambik. Artikolu 2 Dawn in-negozjati għandhom jitwettqu
f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Politika Esterna
tas-Sajd, u f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-Anness. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Kummissjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza lill-Kummissjoni
tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni Ewropea għat-tiġdid
tal-protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mal-Możambik Direttivi ta' negozjati –
L-għan tan-negozjati hu li jiġġedded
il-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika tal-Możambik f'konformità mal-Konklużjonijiet
tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar il-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2011 dwar id-dimensjoni esterna
tal-Politika Komuni tas-Sajd. –
Bil-għan li jiġi żgurat, permezz ta'
dan il-Protokoll il-ġdid, it-trawwim ta' sajd sostenibbli u responsabbli,
l-għanijiet tal-Kummissjoni għan-negozjati għandhom ikunu
bbażati fuq dan li ġej: ·
l-iżgurar tal-aċċess
għaż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tar-Repubblika
tal-Możambik u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa
għall-bastimenti tal-flotta tal-Unjoni Ewropea biex dawn iwettqu
attivitajiet tas-sajd f'dik iż-ŻEE; ·
il-konsiderazzjoni kif dovut tal-aqwa pariri
xjentifiċi disponibbli u tal-pjanijiet ta’ ġestjoni rilevanti
adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd
(RFMO), sabiex tiġi żgurata u mtejba s-sostenibbiltà ambjentali
tal-attivitajiet tas-sajd, li jkunu diretti esklussivament lejn ir-riżorsi
disponibbli, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-kapaċità tas-sajd
tal-flotta lokali, u filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali
lill-fatt li l-istokkijiet ikkonċernati jpassu ħafna; ·
it-tiftix ta' sehem xieraq tar-riżorsi
tas-sajd, li jkun proporzjonat bis-sħiħ mal-interessi tal-flotot
tal-UE, meta juru interess fihom anki flotot oħra barranin; ·
l-iżgurar ta' sitwazzjoni fejn
l-aċċess għas-sajd ikun ibbażat fuq kriterji simili
għal dawk li japplikaw għall-Protokoll attwali, filwaqt li jitqiesu
l-bidliet li ġew osservati f’dawn l-aħħar snin u fid-dawl
tal-aktar valutazzjonijiet xjentifiċi aġġornati disponibbli; ·
djalogu kontinwu sabiex tissaħħaħ
il-politika settorjali bil-għan li tiġi mħeġġa
l-implimentazzjoni ta’ politika responsabbli tas-sajd, b’rabta mal-miri
tal-pajjiż rigward l-iżvilupp, b’mod partikolari fir-rigward
tat-tmexxija, is-segwitu, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-attivitajiet
tas-sajd u tal-pariri xjentifiċi; ·
l-inklużjoni ta' klawżola dwar
il-konsegwenzi li jkun hemm f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u
tal-prinċipji demokratiċi; u ·
il-konsiderazzjoni, sa fejn hu possibbli,
tal-interessi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE li huma
ekonomikament u soċjalment relatati mal-attivitajiet tas-sajd
fil-Możambik. –
Sabiex tiġi evitata l-interruzzjoni
tal-attivitajiet tas-sajd, il-Protokoll il-ġdid għandu jinkludi
klawżola ta' applikazzjoni provviżorja mill-jum ta' wara d-data ta'
skadenza tal-Protokoll attwali. –
B'mod partikolari, il-Protokoll għandu
jinkludi: ·
l-opportunitajiet tas-sajd, skont il-kategorija, li
għandhom jingħataw lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, ·
il-kumpens finanzjarju u l-kundizzjonijiet
għall-ħlas tiegħu, u ·
il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni
tal-appoġġ settorjali. ·