Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0183

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

/* COM/2014/0183 final - 2012/0199 (COD) */

52014PC0183

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 /* COM/2014/0183 final - 2012/0199 (COD) */


2012/0199 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

1.           Kuntest

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM/2012/407 finali – 2012/0199 (COD)) || L-20 ta’ Lulju 2012

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni || It-30 ta’ Novembru 2012

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || Mhux applikabbli

Id-data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari || It-12 ta’ Diċembru 2013

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill || L-24 ta' Marzu 2014

2.           L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni

Il-bażi legali attwali għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura (id-Deċiżjoni 1622/2006/KE) tinkludi lista kronoloġika tal-Istati Membri li turi l-ordni li fiha huma intitolati li jospitaw dan l-avveniment sal-2019. Il-kompetizzjonijiet nazzjonali għat-titolu jitnedew sitt snin minn quddiem biex il-bliet ikollhom biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom għas-sena tat-titolu tagħhom. Għaldaqstant fl-2014 għandha tiġi adottata bażi legali ġdida biex ikompli l-programm tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, biex ikun hemm tranżizzjoni mingħajr xkiel fl-2020. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ressqet Proposta għal Deċiżjoni li tkopri l-perjodu bejn l-2020 u 2033.

3.           Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Wara diskussjonijiet tripartiti informali fis-17 ta' Settembru 2013, fis-16 ta'Ottubru 2013 u fit-22 ta' Jannar 2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim politiku proviżorju dwar it-test tad-Deċiżjoni.

Dan il-ftehim politiku ġie kkonfermat mill-Kunsill fid-29 ta' Jannar 2014, u fl-24 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

4.           Konklużjoni

Billi sar qbil dwar l-emendi kollha li ddaħħlu fil-proposta tal-Kummissjoni waqt id-diskussjonijiet tripartiti informali, il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi li adotta l-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

Top