This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0005
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the zootechnical and genealogical conditions for trade in and imports into the Union of breeding animals and their germinal products
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
/* COM/2014/05 final - 2014/0032 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom /* COM/2014/05 final - 2014/0032 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-leġiżlazzjoni żooteknika
tal-Unjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kummerċ ħieles
f’annimali għat-tnissil u tal-materjal ġenetiku tagħhom filwaqt
li titqies is-sostenibbiltà ta’ programmi tat-tnissil u l-preservazzjoni
tar-riżorsi ġenetiċi. Bħalissa l-leġiżlazzjoni
żooteknika tal-Unjoni tikkonsisti f’diversi atti bażiċi
(vertikali) speċifiċi għall-ispeċi li jistabbilixxu
l-prinċipji fundamentali, partikolarment dwar annimali għat-tnissil
tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina. Dawn
id-Direttivi tal-Kunsill jipprovdu l-bażijiet legali biex il-Kummissjoni
tadotta miżuri dettaljati dwar: –
l-approvazzjoni u r-rikonoxximent u l-elenkar
tal-organizzazzjonijiet tat-tnissil, l-assoċjazzjonijiet tan-nissiela u
l-intrapriżi privati, –
ir-reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni
tal-annimali f’reġistri ta’ mrieħel, f’reġistri tal-bhejjem u
fil-każ ta’ majjal ibridu għat-tnissil f’reġistri, –
il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni
ġenetika u –
għall-kontenut u l-forma
taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali
għat-tnissil u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Madankollu,
ir-rekwiżiti tekniċi ta’ natura identika
għall-aċċettazzjoni tal-annimali għat-tnissil
għat-tnissil huma attwalment regolati bi tliet Direttivi tal-Kunsill u
b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-ebda miżura ta’
implimentazzjoni ma ġiet adottata għad-Direttiva tal-Kunsill
91/174/KEE li tistabbilixxi l-prinċipji ta’ kummerċ fl-annimali
għat-tnissil ta’ nisel pur ta’ speċi ta’ annimali oħra. Direttiva orizzontali kkumplimentata minn
miżuri ta' implimentazzjoni tipprovdi regoli dwar importazzjonijiet minn
pajjiżi terzi ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom. Finalment, Deċiżjoni tal-Kunsill
speċifika tipprovdi regoli dwar in-nomina ta’ ċentru ta’ referenza
għat-tnissil ta’ annimali bovini. Din il-proposta fiha tnax-il il-Kapitolu u
ħames Annessi tekniċi. Il-Kapitoli I sa VIII tal-proposta jikkombinaw
id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 2009/157/KE (annimali
bovini), 88/661/KEE (majjal tar-razza u dak ibridu għat-tnissil),
89/361/KEE (nagħaġ u mogħoż), 90/427/KEE (equidae),
91/174/kee (annimali oħra) u 94/28/KE (importazzjonijiet) kif indikat
fit-tabella ta’ korrelazzjoni. B’mod partikolari, il-Kapitolu III fih
dispożizzjonijiet li jiddeskrivu r-relazzjoni bejn in-nissiela u
s-soċjetajiet tat-tnissil u s-soluzzjoni tat-tilwimiet filwaqt li jqis
il-proċeduri li bħalissa huma stabbiliti fid-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 92/354/KEE. B’mod partikolari, il-Kapitolu IV jinkludi
d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni ta’ annimali
għat-tnissil għal skopijiet ta’ tnissil u inseminazzjoni
artifiċjali attwalment stabbiliti fid-Direttivi tal-Kunsill 87/328/KEE
(bovini), 90/118/KEE (ħnieżer ta' razza pura) u 90/119/KEE (majjal
ibridu għat-tnissil), kif indikat fit-tabella ta’ korrelazzjoni, iżda
wkoll fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/257/KEE (nagħaġ u
mogħoż). B’mod partikolari, il-Kapitolu V dwar il-kontroll
tal-prestazzjoni jinkludi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill
96/463/KE li tinnomina l-korp ta’ referenza għal metodi
għall-ittestjar ta’ annimali bovini ta’ razza pura. Il-kapitoli IX u X tal-proposta jistabbilixxu
bażi legali għall-eżekuzzjoni ta’ kontrolli uffiċjali
fil-qasam żootekniku u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, u
dan billi jitqiesu l-prinċipji ġenerali applikati għal kontrolli
bħal dawn. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew inklużi
bil-ħsieb ta' Liġi ġdida dwar is-Saħħa tal-Annimali u
proposta għal Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħra. Minħabba dawn l-inizjattivi legali,
il-leġiżlazzjoni dwar il-kontrolli fuq l-annimali u l-prodotti
ġerminali tagħhom fil-kummerċ ġewwa l-Unjoni (id-Direttiva
tal-Kunsill 90/425/KEE) u fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi
terzi (id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE) u tal-kooperazzjoni bejn
l-awtoritajiet kompetenti (id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE) ma tibqax
tapplika aktar għall-aspetti żootekniċi. It-test propost qed
issegwi mill-qrib b’mod partikolari t-Titolu II dwar il-kontrolli
uffiċjali, it-titolu IV dwar l-assistenza amministrattiva, it-Titolu VI
dwar il-kontrolli tal-Kummissjoni u t-Titolu VII dwar il-miżuri ta’
infurzar tal-proposta għal Regolament ġdid dwar il-kontrolli
uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. Il-Kapitolu XI jirrifletti d-dħul
fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, li jesiġi li
d-dispożizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni fl-atti bażiċi
tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni jkunu allineati mal-Artikolu
290 u mal-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
(TFUE). Għal dan l-għan hemm bżonn li jiġu identifikati
s-setgħat delegati meħtieġa skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jew
is-setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE għal kull
miżura li jkollha tiġi adottata dwar setgħat mogħtija
mill-att bażiku. Il-Kapitolu XII jipprovdi dispożizzjonijiet
finali dwar ir-revoki u d-dati ta’ dħul fis-seħħ u
applikazzjoni. L-Anness I (kriterji dettaljati
għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ tnissil u l-approvazzjoni ta’
programmi tat-tnissil) jinkludi d-dispożizzjonijiet stabbiliti attwalment
fl-Annessi mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 84/247/KEE (bovini),
89/501/KEE (majjal ta’ razza pura), (89/504/KEE) (majjal ibridu
għat-tnissil), 90/257/KEE (nagħaġ u mogħoż) u Nru
92/353/KEE (equidae). L-Anness II (kriterji dettaljati
għall-inklużjoni ta' annimali għat-tnissil fil-kotba
tat-tnissil) jinkludi d-dispożizzjonijiet stabbiliti attwalment
fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 84/419/KEE (bovini), 89/502/KEE
(majjal ta’ razza pura), (89/505/KEE) (majjal ibridu għat-tnissil),
90/255/KEE (nagħaġ u mogħoż) u Nru 96/78/KE (equidae). L-Anness III (kriterji dettaljati
għall-kontroll tal-prestazzjoni u tal-ivvalutar ġenetiku) jinkludi
d-dispożizzjonijiet li attwalment huma stipulati
fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/427/KE (bovini), 89/507/KEE
(majjal tar-razza u dak ibridu għat-tnissil) u 90/256/KEE
(nagħaġ u mogħoż). L-Anness IV (funzjonijiet u doveri ta’ Ċentri
ta’ Referenza tal-UE) jirrifletti l-Anness II għad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 96/463/KE. L-Anness V (ċertifikat żootekniku)
jinkludi r-rekwiżiti ta’ informazzjoni ewlenin li attwalment huma
stipulati fl-Annessi mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/379/KE
(bovini), 89/503/KEE (majjal ta’ razza pura għat-tnissil), 89/506/KEE
(majjal ibridu għat-tnissil), 90/258/KEE (nagħaġ u
mogħoż), 96/79/KE (equidae), 96/509/KE (importazzjonijiet ta’ semen
ta’ annimali bovini, porċini, ovini u kaprini u speċi) u 96/510/KE
(importazzjonijiet ta’ annimali għat-tnissil, semen, ova u embrijuni). 2. RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATTI Il-prinċipji bażiċi u r-regoli
ewlenin tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni wrew li huma
adegwati u adattati biżżejjed għall-iżviluppi tekniċi
fil-qasam tat-tnissil tal-annimali u għalhekk inżammu fil-proposta.
Madankollu, minħabba li l-leġiżlazzjoni żooteknika attwali
tal-Unjoni hija organizzata vertikalment skont l-ispeċi,
id-dispożizzjonijiet kważi identiċi ġew simplifikati,
abbozzati b’mod aktar preċiż u f'lingwa konsistenti fil-format ta’
Regolament, sabiex jiġu evitati ostakli għall-kummerċ li
jirriżultaw minn traspożizzjoni nazzjonali. Matul l-aħħar għoxrin sena,
il-Kummissjoni kellha laqgħat regolari mal-Istati Membri biex tiddiskuti
kwistjonijiet żootekniċi fil-Kumitat Permanenti dwar
iż-Żooteknika, u hekk ġiet żviluppata
l-leġiżlazzjoni. L-attivitajiet transkonfinali ta’ soċjetajiet
tat-tnissil approvati baqgħu kwistjoni kontroversjali minħabba li
ċerti Stati Membri ġibdu l-attenzjoni dwar differenzi
fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-Direttivi sottostanti. Din
is-sitwazzjoni baqgħet hekk sal-aħħar laqgħa tal-grupp ta’
ħidma żooteknika fi Frar 2012 fejn il-kontenut prinċipali,
l-istruttura u l-elementi ġodda tal-proposta ġew ippreżentati u
diskussi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ilha tittratta
bosta problemi mqajma min-nissiela, minn soċjetajiet tat-tnissil u
l-awtoritajiet kompetenti minħabba interpretazzjoni differenti
tad-dispożizzjonijiet eżistenti mill-awtoritajiet kompetenti
fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk hi ferm konxja
mill-ħtiġijiet tas-settur tat-tnissil tal-annimali u tal-awtoritajiet
kompetenti tas-sorveljanza. Id-dispożizzjonijiet proposti dwar kontrolli
uffiċjali fil-qasam żootekniku huma totalment allinjati,
bl-adattamenti neċessarji, għal dawk proposti, u dan wara
konsultazzjoni intensiva mal-partijiet interessati min-naħa
tal-Kummissjoni għal Regolament dwar kontrolli uffiċjali u
attivitajiet fil-qasam veterinarju. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Ir-regolament propost jipprovdi f’qafas legali
wieħed il-prinċipji ta’ rikonoxximent u elenkar ta’
organizzazzjonijiet tat-tnissil, assoċjazzjonijiet ta’ nissiela u
impriżi privati, l-approvazzjoni tal-programmi tagħhom tat-tnissil,
id-dħul ta’ annimali f’reġistri ta’ mrieħel, f’reġistri
tal-bhejjem u l-klassifikazzjoni tagħhom skont il-mertu,
ir-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi
f’reġistri, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni tal-valur
ġenetiku, kif ukoll iċ-ċertifikati żootekniċi għal
annimali u semen, bajd u embrijuni. Flimkien ma’ dan, huwa jipprovdi regoli dwar
importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali għat-tnissil,
is-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom, u l-indikazzjoni ta’ ċentri
ta’ referenza għat-tnissil tal-annimali. F’dan ir-Regolament huma stabbiliti
dispożizzjonijiet biex isiru kontrolli uffiċjali u eżamijiet
żootekniċi u biex jinħallu kunflitti li jinqalgħu meta
eżamijiet żootekniċi jikxfu nuqqas ta’ konformità ma’
rekwiżiti żootekniċi. Madankollu, ir-regoli proposti hawnhekk
jirriflettu dawk stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament
ġdid dwar il-kontrolli uffiċjali li qed jiġi diskuss
bħalissa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Sabiex tipprevjeni inkonsistenzi
bejn iż-żewġ testi u sabiex tiżgura approċċ
armonizzat fil-qasam tal-kontrolli, il-Kummissjoni se tkun qed tosserva
mill-qrib l-evoluzzjoni tad-diskussjonijiet dwar iż-żewġ testi,
u meta jkun il-waqt se tagħmel il-proposti neċessarji sabiex
tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli uffiċjali
fil-qasam taż-żooteknika jiġu inklużi fir-Regolament li
ġej dwar il-kontrolli uffiċjali. Ir-Regolament propost jipprovdi l-bażi legali
għall-adozzjoni ta’ miżura delegata u ta' implimentazzjoni, skont
l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u
b’mod partikolari jwaqqaf Kumitat Żootekniku Permanenti. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Xejn. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Xejn. 2014/0032 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi
u ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 u
l-Artikolu 43(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[1], Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kisbu l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[3], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) It-tnissil ta’ annimali
domestiċi tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, u
f’livell anqas it-tnissil ta’ annimali ta’ speċi oħra, għandu
post importanti fl-agrikoltura tal-Unjoni u huwa għajn ta’ dħul
għall-komunità agrikola. It-tnissil ta’ annimali ta’ dawk l-ispeċi
jkun inkuraġġit l-aktar jekk jintużaw annimali ta' razza pura
għat-tnissil jew ħnieżer tat-tnissil ibridi ta’ kwalità ġenetika
għolja reġistrata. (2) L-Istati Membri,
għalhekk, għamlu ħilithom b’mod konsistenti, bħala parti
mill-politika agrikola tagħhom, biex jippromwovu, xi minn daqqiet permezz
ta’ investiment pubbliku, il-produzzjoni ta’ bhejjem ta’ karatteristika
ġenetika partikolari li tissodisfa standards ta’ prestazzjoni definiti.
Disparitajiet bejn dawk l-istandards għandhom il-potenzjal li joħolqu
ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom u l-importazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni. (3) Id-Direttiva tal-Kunsill
88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi
applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi tal-majjal[4], id-Direttiva
tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna
n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir[5], id-Direttiva
tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet
żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ
intra-Komunitarju f’equidae[6],
id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta’ Marzu 1991 li tistabbilixxi
l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-tqegħid
fis-suq tal-annimali ta' razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u
90/425/KEE[7],
id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li
tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet
żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli
għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen,
l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar
l-annimali ta' razza pura tal-ispeċi bovina[8]
u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-annimali
tal-ispeċi tal-bovini[9]
ta’ razza pura għat-tnissil jipprovdu l-qafas legali għal
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-tnissil ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina
u ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi. L-għan ta' dawn id-Direttivi
huwa l-iżvilupp tat-tnissil tal-bhejjem fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess
ħin jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’
annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u b’hekk
iżommu l-kompetittività tas-settur f’annimali għat-tnissil u
fil-prodotti ġerminali tagħhom fl-Unjoni. (4) Id-Direttiva tal-Kunsill
87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni
għall-iskopijiet tat-tnissil ta’ bhejjem tal-ifrat tar-refgħa ta’
razza pura[10],
id-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 fuq
l-aċċettazzjoni ta’ nisel pur tal-majjali tal-ifrat[11] u d-Direttiva
tal-Kunsill 90/119/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza
differenti tal-majjali tal-ifrat[12]
kienu adottati biex ma jħallux ikun hemm regoli nazzjonali b’rabta
mal-aċċettazzjoni għal finijiet tat-tnissil ta’ annimali
għat-tnissil tal-ispeċi bovina u porċina u mal-produzzjoni u
l-użu tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom li
jikkostitwixxu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq il-kummerċ fl-Unjoni jew
ostakolu għalih kemm jekk fil-każ ta’ servizzi naturali,
inseminazzjoni artifiċjali jew il-ġbir ta’ semen, ooċiti jew
embrijuni. (5) Abbażi tad-Direttivi
msemmijin fil-premessa 3, il-Kummissjoni, wara li kkonsultat mal-Istati Membri
fil-qafas tal-Kumitat Żootekniku Permanenti mwaqqaf skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/505/KEE tal-25 ta’ Lulju 1977 li twaqqaf
Kumitat Żootekniku Permanenti[13],
adottat għadd ta’ deċiżjonijiet li jipprovdu kriterji
speċifiċi għal speċi għall-approvazzjoni jew
ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet tat-tnissil u assoċjazzjonijiet
ta’ nissiela (minn hawn 'il quddiem "soċjetajiet tat-tnissil"),
id-dħul ta’ annimali għat-tnissil f’reġistri ta’ mrieħel,
f’reġistri tal-bhejjem (minn hawn 'il quddiem "kotba tat-tnissil"),
l-aċċettazzjoni ta’ annimali ekwini ta’ razza pura għat-tnissil
u inseminazzjoni artifiċjali, għall-kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika u t-twaqqif ta’ ċertifikati ta’ pedigree
għall-kummerċ f’annimali għat-tnissil. (6) Il-Kummissjoni stabbiliet
ukoll lista ta’ korpi tat-tnissil f’pajjiżi terzi u
ċ-ċertifikati mudell ta’ pedigree għal importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil, u s-semen, l-ooċiti u
l-embrijuni tagħhom. (7) Il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni dwar it-tnissil ta’ annimali ikkontribwiet ukoll
għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ annimali,
għall-protezzjoni tal-bijodiversità ġenetika u għall-produzzjoni
ta’ kwalità tipika li joqogħdu fuq il-karatteristiċi ereditarji
speċifiċi ta’ razez lokali ta’ annimali domestiċi. (8) Id-Direttivi 88/661/KEE,
89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE jixxiehbu ħafna
fl-istruttura u l-kontenut. Diversi minn dawk id-Direttivi kienu emendati tul
iż-żmien. Fl-interessi tas-sempliċità u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni, ikun xieraq li jkunu ssimplifikati r-regoli tal-Unjoni li hemm
fihom. (9) Matul l-aħħar
għoxrin sena l-Kummissjoni kellha twieġeb għal għadd
sinifikanti ta’ lmenti mqajma minn nissiela u organizzazzjonijiet tat-tnissil
b’rabta mat-traspożizzjoni u l-interpretazzjoni nazzjonali tal-liġi
tal-Unjoni dwar tnissil ta’ annimali fi Stati Membri differenti. Biex tkun
żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-Unjoni dwar annimali
għat-tnissil u biex ikunu evitati ostakoli għall-kummerċ f’annimali
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom li jiġu minn
diverġenzi fit-traspożizzjoni nazzjonali ta’ Direttivi,
il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar kondizzjonijiet żootekniċi
u ġenealoġiċi għal kummerċ fi u l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u fi prodotti ġerminali
tagħhom għandha titniżżel f’Regolament. (10) Flimkien ma’ dan, l-esperjenza
wriet li biex titħaffef l-applikazzjoni tar-regoli pprovduti f’dawk
id-Direttivi għadd ta’ dispożizzjonijiet jeħtieġ ikollhom
kliem aktar preċiż u terminoloġija aktar konsistenti.
Fl-interessi taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni, ikun jixraq ukoll li jingħataw aktar definizzjonijiet. (11) Iżda t-terminu
"razza" għandu jibqa’ kunċett legali mhux iddeterminat li
jħalli lil soċjetajiet ġenealoġiċi jiddeskrivu l-grupp
ta’ annimali ta’ uniformità ġenetika suffiċjenti li huma jqisu
bħala distinti minn annimali oħra ta’ dik l-ispeċi u li
jdaħħluhom bl-axxendenti magħrufin tagħhom f’kotba
tat-tnissil biex jirriproduċu l-karatteristiċi ġenotipiċi
tagħhom permezz ta’ riproduzzjoni, skambju u għażla fil-qafas
ta’ programm tat-tnissil stabbilit. (12) Dan ir-Regolament għandu
jistabbilixxi r-regoli dwar il-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fl-Unjoni
ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom u
l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni għall-promozzjoni ta’ programmi
vijabbli tat-tnissil għat-titjib ta’ razez u għall-preservazzjoni
tal-bijodiversità ġenetika ta’ annimali domestiċi. (13) Għaldaqstant ir-regoli
dwar anninali ta' razza pura għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament
għandu jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal
kummerċ abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli
għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi li
jiġġestixxu razez u għall-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil
rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi wkoll
kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ annimali ta' razza pura
għat-tnissil fil-klassijiet differenti tat-taqsima ewlenija ta’ kotba
tat-tnissil, regoli għall-kontroll tal-prestazzjoni, l-evalwazzjoni
ġenetika u l-aċċettazzjoni għal tnissil li huma riflessi fi
proċeduri uniformi ta’ ċertifikazzjoni. (14) Bl-istess mod, ir-regoli dwar
il-majjal ibridu għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu
jkollhom l-għan li jingħata aċċess għal kummerċ
abbażi ta’ prinċipji maqbula applikabbli għar-rikonoxximent ta’
operazzjonijiet tat-tnissil li jimmaniġġjaw inkroċjar fir-razez
differenti ta' majjal ibridu għat-tnissil u għall-approvazzjoni
tal-programmi tat-tnissil rispettivi tagħhom. Dan ir-Regolament
għandu jistabbilixxi wkoll kriterji li jirregolaw id-dħul ta’ majjal
ibridu għat-tnissil fit-taqsima ewlenija ta’ kotba tat-tnissil, regoli
għall-kontroll tal-prestazzjoni, l-evalwazzjoni ġenetika u l-kriterji
għall-aċċettazzjoni tat-tnissil tal-majjal ibridu
għat-tnissil li huma riflessi fi proċeduri uniformi ta’
ċertifikazzjoni. (15) Minħabba li l-objettiv
ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat approċċ
armonizzat għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom u
għall-kontrolli uffiċjali li jkun meħtieġ li jsiru
għal programmi tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, ma jistax jinkiseb
b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri f’livell nazzjonali u jista’,
għalhekk, minħabba l-effett, il-kumplessità, il-karattru
transkonfinali u internazzjonali tiegħu, ikun jista’ jinkiseb aħjar
f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont
il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat
tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ biex
jinkisbu l-objettivi tiegħu, huwa jħares ukoll il-prinċipju
tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat. (16) Il-kwalità tas-servizzi
pprovduti minn soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet
tat-tnissil u l-mod kif huma jevalwaw u jikklassifikaw annimali għandha
impatt fuq il-valur ta’ annimali għat-tnissil fis-suq. Għaldaqstant,
għandhom ikunu stabbiliti regoli għar-rikonoxximent ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil
abbażi ta’ kriterji armonizzati tal-Unjoni u tas-superviżjoni
tagħhom mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri biex ikun żgurat
li r-regoli stabbiliti minnhom ma joħolqux disparitajiet bejn programmi
tat-tnissil u standards tat-tnissil u b’hekk jinħolqu ostakoli
tekniċi għall-kummerċ fl-Unjoni. (17) Proċeduri simili
għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE,
91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE għall-elenkar ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi rikonoxxuti u operazzjonijiet tat-tnissil,
inklużi l-aġġornament, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni
tal-listi, għandhom ikunu pprovduti f’dan ir-Regolament. (18) Id-dritt ta' rikonoxximent ta'
soċjetà tat-tnissil jew ta' operazzjoni tat-tnissil li tissodisfa
l-kriterji stabbiliti hija prinċipju fundamentali
tal-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Unjoni. Il-ħarsien
tal-attività ekonomika ta' soċjetà tat-tnissil diġà rikonoxxuta
m'għandux jibqa' jiġġustifika l-oġġezzjoni min-naħa
tal-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil oħra
għall-istess razza. L-istess jgħodd għall-approvazzjoni
tal-estensjoni ġeografika ta' programm tat-tnissil li jitwettaq fuq
l-istess razza jew fuq annimali għat-tnissil li jistgħu
jingħażlu minn fost il-popolazzjoni tat-tnissil tas-soċjetà
tat-tnissil eżistenti. Iżda l-awtorità kompetenti għandu jkollha
l-bażi legali li tirrifjuta rikonoxximent jew approvazzjoni meta jkun hemm
jew riskju sustanzjat li rikonoxximent bħal dak jippreġudika l-preservazzjoni
ta’ razza rari jew jippreġudika l-protezzjoni tad-diversità ġenetika.
(19) Minħabba li
l-preservazzjoni ta’ razez rari teħtieġ li jkunu stabbiliti u
rrikonoxxuti soċjetajiet ġenealoġiċi b’għadd limitat
ta’ annimali għat-tnissil fil-kotba tat-tnissil tagħhom, l-għadd
ta’ annimali għat-tnissil imdaħħal f’kotba tat-tnissil
m’għandux b’mod ġenerali jkun kondizzjoni essenzjali
għar-rikonoxximent ta’ soċjetà tat-tnissil, u l-approvazzjoni
tal-programm tat-tnissil tagħha, anki aktar mir-rikonoxximent, titwettaq
nazzjonalment filwaqt li annimali għat-tnissil adatti setgħu jkunu
ddaħħlu f’kotba tat-tnissil fi Stati Membri oħra jew
f’pajjiżi terzi. (20) Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti fi Stat
Membru wieħed għandu jkollhom il-possibbiltà jimplimentaw il-programm
approvat tat-tnissil tagħhom fi Stat Membru wieħed ieħor jew
aktar biex ikun żgurat l-aqwa użu li jista’ jkun hemm ta’ annimali
għat-tnissil ta’ valur ġenetiku għoli bħala fattur
importanti ta’ produzzjoni fl-Unjoni. Għal dan l-għan proċedura
sempliċi ta’ notifika għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti
fl-Istat Membru l-ieħor tkun taf dwar l-attività maħsuba. (21) Biex ma jkunx hemm konflitti
għall-ġejjieni bejn soċjetajiet ġenealoġiċi li
jfittxu li jipprovdu s-servizzi tagħhom lil nissiela u awtoritajiet li
jirrifjutaw rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi
ġodda li jikkompetu ma’ oħrajn eżistenti kien meħtieġ
li r-rikonoxximent formali tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-organizzazzjoni
tat-tnissil jinfired mill-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil maħsub. (22) Minn diversi lmenti li
l-Kummissjoni kellha tittratta matul l-aħħar snin jidher li dan
ir-Regolament għandu jipprovdi regoli ċari li jirregolaw
ir-relazzjoni bejn is-soċjetà tat-tnissil li tistabbilixxi reġistru
tad-dixxendenti għaż-żwiemel tar-razza għal razza
partikolari ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi
ekwini u organizzazzjoni li tgħid li l-ktieb tat-tnissil tal-oriġini
ta’ dik ir-razza jkun tagħha. (23) Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness I biex tadatta
l-kriterji għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil u
għall-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil għal żviluppi
fis-settur tat-tnissil. (24) Huwa meħtieġ li tkun
iċċarata r-relazzjoni bejn nissiela u soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil l-aktar biex ikun
żgurat id-dritt tagħhom ta’ prinċipju ta’ sħubija
f’soċjetajiet ġenealoġiċi u li operazzjonijiet tat-tnissil
jieħdu sehem fil-programm tat-tnissil fiż-żona ġeografika
fejn jitwettaq. Soċjetajiet ġenealoġiċi għandu
jkollhom regoli li ma jħallux ikun hemm diskriminazzjoni kontra nissiela
minħabba l-oriġini tagħhom u għandhom jipprovdu minimu ta’
servizz. (25) L-esperjenza miksuba, partikolarment
fl-applikazzjoni tad-Direttiva 90/427/KEE, u limitatament anqas tad-Direttivi
89/361/KEE u 2009/157/KE, tindika li hemm ħtieġa ta’ aktar regoli
preċiżi għas-soluzzjoni effikaċi ta’ tilwimiet bejn
nissiela minn naħa waħda u soċjetajiet
ġenealoġiċi minn naħa oħra abbażi ta’ regoli ta’
proċedura stabbiliti b’mod ċar u ta’ drittijiet u dmirijiet deskritti
ta’ membri. Dan jintlaħaq l-aħjar jekk il-kwistjonijiet jiġu
riżolti fis-sistema legali tal-istati Membri fejn iqumu l-istess
kwistjonijiet. Il-Kummissjoni għanha tkun involuta biss fil-kwistjonijiet
li jqumu bejn dawk l-entitajiet li jinsabu fi Stati Membri differenti u li ma
jistgħux jiġu riżolti b'mod effettiv permezz tas-sistemi legali
tal-Istati Membri fejn qiumu l-istess kwistjonijiet. (26) Soċjetajiet
ġenealoġiċi li jistabbilixxu u jżommu kotba tat-tnissil
għal anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina,
porċina, ovina, kaprina u ekwina u operazzjonijiet tat-tnissil li
jistabbilixxu u jżommu reġistri ta’ razez għal ħnieżer
tat-tnissil ibridi għandhom idaħħlu fil-kotba tat-tnissil u
fir-reġistri ta’ razez tagħhom annimali għat-tnissil
mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-Istat Membru ta’ oriġini
tal-annimali jew ta’ sidhom u jikklassifikaw fejn ikun previst fil-programm
tat-tnissil dawk l-annimali skont il-merti tagħhom. (27) Soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom jitħallew ukoll jistabbilixxu
taqsimiet supplimentari biex jaġġornaw fil-programm tat-tnissil
tagħhom dawk l-annimali li ma jissodisfawx il-kriterji għal anninali
ta' razza pura għat-tnissil tar-razza konċernata. (28) Iżda soċjetajiet
ġenealoġiċi li jżommu kotba tat-tnissil għal
ċerti anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina
għandhom jitħallew ikomplu jistabbilixxu kriterji għal dħul
f’dawk il-kotba tat-tnissil ta’ annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi
ekwina abbażi tal-ħtieġa li jkun irregolarizzat id-dħul ta’
annimali ekwini bħal dawn meta jkunu prodotti bl-użu ta’ metodi ta’
riproduzzjoni artifiċjali. (29) Bl-eċċezzjoni
tal-equidae, l-annimali kollha tat-tnissil ta’ razza pura jiddaħħlu
f’kotba tat-tnissil skont il-leġiżlazzjoni tal-unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali fejn tidħol l-identifikazzjoni.
Fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina,
soċjetajiet ġenealoġiċi jagħmlu wkoll l-identifikazzjoni
ta’ żwiemel u ħmir li huma jdaħħlu jew jirreġistraw
għal dħul fil-kotba tat-tnissil tagħhom u joħorġu
dokumenti ta’ identifikazzjoni (passaporti). B’hekk huma jagħtu servizz
mhux biss lil nissiela, iżda wkoll lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-identifikazzjoni
u reġistrazzjoni ta’ annimali ta’ rziezet. Iżda din is-sistema
wasslet biex inħolqu ħafna korpi ta’ ħruġ ta’ passaporti li
wrew bil-provi li kienu jikkumplikaw kontrolli uffiċjali dwar konformità
mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iġjene alimentari u
mediċini veterinarji f’dawk il-każijiet fejn informazzjoni essenzjali
ma kinitx tista’ tinkiseb faċilment minn awtoritajiet veterinarji
kompetenti, pereżempju fin-nuqqas ta’ database ċentrali, nuqqas ta’ ħarsien
ta’ standards għoljin komuni għall-kwalità tad-dokumenti ta’
identifikazzjoni u nuqqas ta’ superviżjoni uffiċjali. Huwa,
għalhekk, meħtieġ li anki anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi ekwina jiddaħħlu fil-kotba tat-tnissil
rispettivi tagħhom skont l-identifikazzjoni tagħhom ta’
saħħa tal-annimali, filwaqt li tingħata l-possibbiltà lil
awtoritajiet veterinarji kompetenti li jiddelegaw taħt ċerti
kondizzjonijiet lil soċjetajiet ġenealoġiċi rikonoxxuti
il-ħruġ uffiċjali ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni għal
anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina. (30) Biex ikun żgurat li
l-kondizzjonijiet għal dħul fil-kotba tat-tnissil ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil u li r-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer
tat-tnissil ibridi f’reġistri ta’ razez ikunu jistgħu jiġu adattati
għal żviluppi fis-settur tat-tnissil il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness II b’dan
il-mod. (31) L-aċċettazzjoni ta’
annimali għat-tnissil għal finijiet tat-tnissil, għal servizz
naturali jew għal riproduzzjoni assistita għandha tkun irregolata
f’livell tal-Unjoni biex ma jkunx hemm ostakoli għall-kummerċ,
l-aktar meta annimali għat-tnissil bħal dawn ikun sarilhom kontroll
tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika magħmulin skont ir-regoli
stabbiliti f’dan ir-Regolament u b’mod partikolari fl-Anness III tiegħu. (32) Filwaqt li r-regoli
għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika kienu
stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għal annimali għat-tnissil
tal-ispeċi bovina, porċina, ovina u kaprina b’karatteristiċi
limitati, ir-rekwiżiti versatili għal razez, użijiet u
għażliet differenti ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi ekwina sal-lum żammew milli ssir l-armonizzazzjoni
tagħhom. Minflok, ir-regoli speċifiċi għar-razza fejn
jidħol il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika
bħalissa huma stabbiliti mir-reġistru għaż-żwiemel
tar-razza dwar l-oriġini tar-razza. (33) Il-kummissjoni għandha
tingħata s-setgħa li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet
għall-kontroll tal-prestazzjoni u l-evelwazzjoni ġenetika anki
għall-annimali għat-tnissil ta' razza pura tal-ispeċi ekwini u
biex temenda l-kundizzjonijiet attwali fl-Anness III biex jitqiesu l-avvanzi
tekniċi u xjentifiċi jew l-iżviluppi fl-ambjent legali li
jinfluwenzaw il-kontrolli, bħalma hu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta'
swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal
ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[14], jew biex jinkludu,
b'talba tal-Istati Membri, il-kundizzjonijiet dwar il-kontroll tal-prestazzjoni
u l-evalwazzjoni ġenetika għall-annimali għat-tnissil ta' razza
pura tal-ispeċi ekwini. (34) Il-kontroll tal-prestazzjoni u
l-evalwazzjoni ġenetika jistgħu jsiru minn istituzzjonijiet nominati
mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil. Dawk
l-istituzzjonijiet nominati għandhom jikkooperaw maċ-ċentri ta’
referenza tal-Unjoni Ewropea nominati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni
għandha, għalhekk, ikollha s-setgħa tinnomina permezz ta’ atti
implimentattivi ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u għandhom
jingħataw is-setgħat meħtieġa lill-Kummissjoni biex tadotta
atti delegati li jiddeskrivu d-dmirijiet u l-funzjonijiet tagħhom, meta jkun
meħtieġ billi jkun emendat l-Anness IV. Dawk iċ-ċentri ta’
referenza jikkwalifikaw għal għajnuna mill-Unjoni skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar
in-nefqa fil-kamp veterinarju[15].
Fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-speċi
bovina, il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika
magħmulin minn soċjetà tat-tnissil huma bħalissa megħjunin
mill-Interbull Centre, mill-korp ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominat
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 li
tinnomina l-korp ta’ riferenza responsabbli biex jikkollabora ħalli
jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni
tar-riżultati għal annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi
tal-bovini[16] (35) Minħabba li hemm
dispożizzjonijiet dettaljati f’dan ir-Regolament għat-tnissil ta’
annimali tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u tal-ispeċi
ekwina biss, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa
tadotta atti delegati dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi, l-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil, id-dħul
ta’ annimali għat-tnissil f’kotba tat-tnissil, il-kontroll
tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika u l-aċċettazzjoni
għal tnissil, kif ukoll tadotta atti implimentattivi
għaċ-ċertifikati żootekniċi li jkunu tal-kummerċ
fi u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil ta’
speċi oħra jekk dan ikun meħtieġ biex jitneħħaew
ostakoli għall-kummerċ. (36) L-importazzjoni ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom hija essenzjali
għall-agrikoltura Ewropea. Importazzjonijiet ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom għandhom,
għalhekk, isiru f’kondizzjonijiet li jkunu ħafna skont dawk ir-regoli
applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu,
l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
għandhom ikunu intitolati għall-inklużjoni fit-taqsima ewlenija
ta' ktieb tat-tnissil jew ta' reġistru tat-tnissil fl-Unjoni kemm-il darba
l-livell tal-kontrolli uffiċjali imwettqa fil-pajjiż terz esportatur
ikunu żguraw l-istess ċertezza ta' dettalji tar-razza u l-istess
riżultati tal-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika
bħal dawk tal-Unjoni. Barra minn dan, il-korpi tat-tnissil
fil-pajjiżi terzi għandhom jaċċettaw bħala
reċiproċità l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom mis-soċjetà tat-tnissil rispettiva u mill-operazzjoni
tat-tnissil rikonoxxuti fl-Unjoni. (37) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u
l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana[17] jipprovdi li
għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni nomenklatura ta’ merkanzija,
jiġifieri ‘in-Nomenklatura Magħquda', jew fil-forma mqassra ‘NM', li
tissodisfa f’daqqa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika
tal-kummerċ barrani tal-Komunità u politiki oħra tal-Unjoni dwar
l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti. L-Anness I ta’ dak
ir-Regolament jelenka l-kodiċijiet tan-NM għal anninali ta' razza
pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina u
tal-ispeċi ekwina u ta’ semen bovina u jindika li huma jkunu eżentati
mir-rata konvenzjonali ta’ dazji. F’dak il-każ, dawk l-annimali u
l-prodotti ġerminali tagħhom għandu jkollhom magħhom
iċ-ċertifikat żootekniku adatt biex jikkonferma l-klassifikazzjoni
tagħhom bħala anninali ta' razza pura għat-tnissil jew
bħala prodotti ġerminali tagħhom. (38) Malli jidħlu fl-Unjoni
dawk l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
għandhom jagħmlu mhux biss il-kontrolli veterinarji skont
id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi
l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq
annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda
d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[18] u d-Direttiva
tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi
l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq
annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi iżda wkoll
il-kontrolli żootekniċi meħtiġa msemmija f’dan ir-Regolament[19]. Barra minn hekk, dawn
il-prodotti għandhom isirulhom ukoll il-kontrolli żootekniċi
neċessarji stipulati f'dan ir-Regolament. (39) Il-Kummissjoni adottat
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqin biex
tkun żgurata l-applikazzjoni tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, ta’
regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimal,
is-saħħa tal-pjanti, materjal riproduttiv ta’ pjanti, prodotti ta’
protezzjoni tal-pjanti u li jkunu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001,
1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009,
1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, [….]/2013, u d-Direttivi
98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE
(Regolamenti dwar kontrolli uffiċjali)[20].
Dak ir-Regolament huwa maħsub li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 882/2004
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli
uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni
tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa
tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali[21] u d-Direttiva
tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar,
veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ
intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti
bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern[22]
u d-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u li jinkorpora ċerti regoli
stabbiliti f’dawk l-atti f’dak ir-Regolament ġdid, bl-adattamenti
meħtieġa. Iżda mhux maħsub li jkunu inklużi
l-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi
għall-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom ta' annimali
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom fil-kamp ta’
applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li
jkunu stabbiliti regoli dwar kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħra dwar annimali għat-tnissil u l-prodotti
ġerminali tagħhom f’dan ir-Regolament. (40) Għall-applikazzjoni
effikaċi ta’ regoli tal-Unjoni dwar annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom stabbiliti f’dan ir-Regolament, huwa
meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkooperaw
bejniethom u jipprovdu assistenza amministrattiva kull meta jkun
meħtieġ. Għaldaqstant għandhom ikunu stabbiliti regoli
ġenerali dwar assistenza amministrattiva u kooperazzjoni, simili għal
dawk stabbiliti bħalissa fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 882/2004
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bl-adattamenti meħtieġa, f’dan
ir-Regolament. (41) Meta kontrolli uffiċjali
fl-Istati Membri jew verifiki ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom ikunu kixfu nuqqas
ta’ konformità mar-rekwiżiti żootekniċi u
ġenealoġiċi stabbiliti għal importazzjonijiet bħal
dawn f’dan ir-Regolament li x’aktarx joħolqu taqlibiet fil-kummerċ ta’
annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa b’dan ir-Regolament
li tadotta miżuri speċjali biex tillimita l-impatt ta’ nuqqas ta’
konformità bħal dan. (42) L-awtorità kompetenti
tal-Istati Membri għandu jkollha wkoll is-setgħat meħtieġa
li tinforza regoli żootekniċi u ġenealoġiċi tal-Unjoni
dwar annimali għat-tnissil stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluża
s-sospensjoni tal-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil jew l-irtirar
tar-rikonoxximent ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil
fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. (43) Il-Kummissjoni għandha
twettaq kontrolli fl-Istati Membri kif jixraq u b’mod partikolari meqjusin
ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqin mill-Istati Membri biex
tiżgura l-applikazzjoni tar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-Istati Membri
kollha. (44) Bil-għan li jkunu
stabbiliti l-listi ta’ pajjiżi terzi minn fejn għandu jitħallu
jkun hemm importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u
tas-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom, li jitfasslu
l-kondizzjonijiet għal importazzjonijiet bħal dawn, li tinkiseb
informazzjoni relatata mal-funzjonament ta’ ftehimiet bilaterali u meta hekk
ikun ġustifikat minħabba kull ksur serju tal-kondizzjonijiet
għal importazzjonijiet bħal dawn stabbiliti f’dan ir-Regolament,
il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tagħmel kontrolli f’pajjiżi
terzi f’isem l-Unjoni, skont il-każ. (45) Minħabba li d-Direttivi
88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE għandhom ikunu
rrevokati u jkunu ssostitwiti minn dan ir-Regolament, huwa wkoll
meħtieġ li jkunu rrevokati l-atti tal-Kummissjoni adottati skont dawk
id-Direttivi u jkunu ssostitwiti jew minn atti delegati jew minn atti
implimentattivi adottati skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant
il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta dawk l-atti delegati
jew implimentattivi. (46) Biex tkun żgurata
l-applikazzjoni sewwa ta’ dan ir-Regolament u biex ikun issupplimentat, jew
biex ikunu emendati l-Annessi I sa V tiegħu, is-setgħa li jkunu
adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċeduri
u l-kriterji użati u l-kondizzjonijiet meħtieġa biex ikunu
rrikonoxxuti soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet
tat-tnissil, approvati programmi tat-tnissil, jiddaħħlu annimali
f’kotba tat-tnissil u f’reġistri ta’ razez, aċċettati annimali
għat-tnissil għal tnissil, riproduzzjoni naturali u assistita, isir
kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjonijiet ġenetiċi, iddefiniti
r-rekwiżiti żootekniċi u ġenealoġiċi
għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet minn terzi ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom, deskritti
d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’ ċentru ta’ referenza. (47) Is-setgħa li tadotta atti
skont l-Artikolu 290 tat-Trattat b'rabta mal-kummerċ ta' annimali ta'
razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom ta'
speċijiet oħra għajr dik bovina, porċina, ovina, kaprina u
ekwina u b'rabta mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni għandha
tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex ikun possibbli għall-Istati
Membri li jirreaġixxu għat-tfixkil fil-kummerċ, imma aktar minn
hekk ir-raġuni tkun biex jirreaġixxu meta xi razza rari tiġi
f'xifer l-estinzjoni jew meta titqiegħed f'riskju il-protezzjoni
għad-diversità ġenetika. (48) Huwa ta’ importanza
partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul
ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, inkluż f’livell espert.
Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha
tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti
rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. (49) Biex ikunu żgurati
kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet
f’dan ir-Regolament dwar l-elenkar ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil, in-nomina ta’
ċentri ta’ referenza biex ikun żgurat li metodi tal-kontroll
tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika għal annimali
għat-tnissil ikunu applikati b’mod uniformi, il-mudelli għal
ċertifikati żootekniċi li jkunu ma’ annimali għat-tnissil u
mal-prodotti ġerminali tagħhom u ċerti regoli dwar it-twettiq
ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom jingħataw setgħat
implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu
eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u
l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati
Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’
implimentazzjoni[23]. (50) Ir-regoli stabbiliti
fid-Direttivi tal-Kunsill 87/328/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/118/KEE,
90/119/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE, 94/28/KE u 2009/157/KE u fid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 96/463/KE għandhom ikunu ssostitwiti mir-regoli stabbiliti
f’dan ir-Regolament u f’atti delegati u implimentattivi tal-Kummissjoni
adottati skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant dawk l-atti legali
għandhom, għalhekk, ikunu rrevokati. (51) Id-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 84/247/KEE tas-27 ta’ April 1984 li tniżżel
il-kriterji għall-għarfien tal-organizzazzjonijiet u
l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li jrabbu, u li jżommu jew jistabilixxu
kotba tar-razza tal-merħla għall-bovini tal-ifrat ta' razza pura[24],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/419/KEE tad-19 ta’ Lulju 1984 li
tistabbilixxi l-kriterji biex ikunu rreġistrati l-ifrat fil-kotba
tal-merħliet[25],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/427/KE tal-20 ta’ Ġunju 2006
li tistabbilixxi l-metodi ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-metodi
tal-ivvalutar tal-valur ġenetiku tal-bovini mnissla minn razza pura[26],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/501/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li
tippreskrivi l-kriterji għal approvazzjoni u sorveljanza
tal-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u organizzazzjonijiet
għat-tinissil li jistabbilixxu jew iżommu kotba tal-merħliet
għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil[27],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/502/KEE tat-18 Lulju 1989 li
tippreskrivi l-kriterji li jirregolaw id-dħul fil-kotba tal-merħliet
għal majjali ta’ razza pura għat-tnissil[28],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/504/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li
tistipula l-kriterji għall-approvazzjoni u sorveljanza ta’
assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi, organizzazzjonijiet tat-tagħmir u
impriżi privati li jwaqqfu jew jistabbilixxu reġistri għal
majjal ibridu għat-tnissil[29],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/505/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li
jistipulaw il-kriterji li jirregolaw dħul fir-reġistri għal
majjal ibridu għat-tnissil[30],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/507/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li
tistipula metodi għall-immonitorjar tal-qadi u għall-assessjar
tal-valur ġenetiku ta’ majjali tar-razza u ibridi tat-tnissil[31],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/254/KEE tal-10 ta’ Mejju 1990 li
tfassal il-kriterji għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet u
l-assoċjazzjonijiet ta’ nissiela liema jistabbilixxu jew iżommu kotba
tal-merħliet tan-nagħaġ u l-mogħoż tat-tnissil ta’
razza pura[32],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/255/KEE tal-10 ta’ Mejju 1990 li
tistabbilixxi l-kriterji għad-dħul regolat fil-kotba
tal-merħliet għan-ngħaġ u mogħoż tat-tnissil ta’
razza pura[33],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/256/KEE tal-10 ta’ Mejju 1990 li
tistabbilixxi metodi għall-munitraġġ tal-kapaċità u
għall-valutazzjoni tal-valur ġenetiku tan-ngħaġ u
tal-mogħoż tat-tnissil ta’ razza pura[34],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/257/KEE tal-10 ta’ Mejju 1990 li
tfassal kriterji għall-aċċettazzjoni għal skopijiet
tat-tnissil ta’ ngħaġ u mogħoż ta’ razza pura u l-użu
tas-semen, ova jew embryos tagħhom[35],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/353/KEE tal-11 ta’ Ġunju 1992 li
tippreskrivi l-kriterji għall-approvazzjoni jew l-għarfien ta'
organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu
kotba stud għal equidae reġistrati[36],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/78/KE tal-10 ta’ Jannar 1996 li
tistabbilixxi l-kriterji biex jitniżżlu u jiġu reġistrati
l-equidae fil-kotba li jkun fihom ir-razez taż-żwiemel għal
skopijiet ta’ tagħmir[37]
kienu adottati skont l-atti bażiċi msemmijin fil-premessa 46 bi
kriterji speċifiċi għal speċi għall-approvazzjoni jew
ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil, id-dħul ta’ annimali għat-tnissil
f’kotba tat-tnissil, l-aċċettazzjoni għal tnissil u
l-inseminazzjoni artifiċjali, għall-kontroll tal-prestazzjoni u
l-evalwazzjoni ġenetika. Dan ir-Regolament jipprovdi regoli li
jissostitwixxu dawk stabbiliti fl-atti tal-Kummissjoni msemmijin hawn fuq. (52) Regoli simili għal dawk
stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/354/KEE tal-11 ta’
Ġunju 1992 li tipprovdi ċerti regoli biex tiġi żgurata
l-koordinazzjoni bejn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet li
jżommu jew jistabbilixxu kotba ta’ annimali maskili miżmumin
għar-razza ta’ equidae reġistrati[38]
huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. (53) Id-Deċiżjoni
tal-Kummissjoni 89/503/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li tippreskrivi
ċ-ċertifikat għal ħnieżer tar-razza tat-tagħmir,
is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom[39],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/506/KEE tat-18 ta’ Lulju 1989 li
tippreskrivi ċ-ċertifikat ta’ majjal ibridu għat-tnissil,
l-isperma, l-ova u l-embrijuni tagħhom[40],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/258/KEE tal-10 ta’ Mejju 1990 li
tfassal għal ċertifikati żootekniċi għal razza ta’
ngħaġ u mogħoż tat-tnissil pur, is-semen, bajd u embriji
tagħhom[41],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE tat-12 ta’ Jannar 1996 li
tistabilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, tal-ova u
tal-embriji mill-ekwidi rreġistrati[42],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE tas-17 ta’ Mejju 2005
dwar iċ-ċertifikati tal-pedigree u l-partikolaritajiet
għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mis-speċi bovina,
l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom[43],
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li
jimplimenta d-Direttivi tal-Kunsill 90/426/KEE u 90/427/KEE fir-rigward
tal-metodi għall-identifikazzjoni tal-equidae[44],
id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/509/KE tat-18 ta’ Lulju 1996 li
tistipula l-ħtiġijiet tal-linja tan-nisel u ħtiġijiet
żootekniċi għall-importazzjoni tas-semen ta’ ċerti annimali[45] kienu adottati skont
atti bażiċi msemmijin fil-premessa 45. (54) Biex tkun żgurata
ċ-ċertezza legali u biex tkun evitata duplikazzjoni, ir-revoka
tal-atti tal-Kunsill għandu jkollha effett meta d-Deċiżjonijiet
tal-Kummissjoni li jipprovdu kriterji speċifiċi għal speċi għall-approvazzjoni
jew ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’
operazzjonijiet tat-tnissil, għad-dħul ta’ annimali għat-tnissil
f’kotba tat-tnissil, għall-aċċettazzjoni għal tnissil u
l-inseminazzjoni artifiċjali, għall-kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika, li huma inklużi f’dan ir-Regolament, ikunu
rrevokati b’att delegat, u ċ-ċertifikati żootekniċi mudell
għall-kummerċ f’annimali għat-tnissil u fil-prodotti
ġerminali tagħhom u ta’ korpi tat-tnissil f’pajjiżi terzi u
ċ-ċertifikati żootekniċi mudell għal importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom minn dawk il-pajjiżi terzi jkunu stabbiliti b’atti ta'
implimentazzjoni. Huwa, għalhekk, meħtieġ li jkun żgurat li
dan ir-Regolament ikun applikabbli mhux anqas minn tmintax-il xahar wara d-data
li fiha jkun daħal fis-seħħ. ADOTTAW DAN
IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali Artikolu 1
Suġġett u Ambitu 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi: (a) regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi għall-kummerċ u l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni
tagħhom; (b) ir-regoli dwar is-sħubija u
s-soluzzjoni ta’ tilwim f’soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil; (c) regoli ġenerali biex isiru kontrolli
uffiċjali fuq soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil u l-programmi tat-tnissil li jwettqu fuq annimali
għat-tnissil, inkluż l-użu ta’ semen, ooċiti u embrijuni,
biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli msemmijin fil-punt (a), għal
attivitajiet uffiċjali oħra, assistenza amministrattiva,
kooperazzjoni u infurzar mill-Istati Membri; (d) regoli ġenerali biex isiru kontrolli
mill-Kummissjoni fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi. 2. Dan ir-Regolament m’għandux
japplika għall-kummerċ fi u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’
annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom
meta jkunu maħsubin għal esperimenti tekniċi jew xjentifiċi
magħmulin taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti. 3. Sakemm issir l-adozzjoni ta’ kull
miżura delegata jew implimentattiva msemmija f’dan ir-Regolament, l-Istati
Membri jistgħu jkomplu japplikaw ir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi nazzjonali tagħhom li jirregolaw
il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Istat Membru konċernat ta’
annimali għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom,
bil-kondizzjoni li, fir-rigward ta’ importazzjonijiet bħal dawn, dawk
ir-regoli ma jkunux aktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ
fl-Unjoni. Artikolu 2
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "annimal" tfisser annimal
domestiku ta’ (i) l-ispeċi bovina (Bos taurus u
Bubalus bubalis), l-ispeċi porċina (Sus scrofa), l-ispeċi ovina
(Ovis aries), l-ispeċi kaprina (Capra hircus); (ii) l-ispeċi ekwina (Equus caballus u
Equus asinus); (iii) speċi barra dawk imsemmijin
fil-punti (i) u (ii) li għalihom ikunu ġew adottati atti delegati
skont l-Artikoli 35(1) jew 45(1); (b) "annimal tat-tnissil"
tfisser annimal tat-tnissil ta’ razza pura u ħanżir tat-tnissil ibridu; (c) "prodotti ġerminali"
tfisser semen, ooċiti u embrijuni miġburin jew prodotti minn annimali
għat-tnissil għall-fini ta’ riproduzzjoni assistita; (d) "soċjetà tat-tnissil"
tfisser kull organizzazzjoni tat-tnissil jew assoċjazzjoni ta’ nissiela li
tkun irrikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu
4(2) biex twettaq programm tat-tnissil fuq anninali ta' razza pura
għat-tnissil mdaħħlin fil-ktieb/kotba tat-tnissil li hija
żżomm jew tistabbilixxi; (e) "operazzjoni tat-tnissil"
tfisser kull organizzazzjoni tat-tnissil, assoċjazzjoni ta’ nissiela jew
impriża privata li tkun irrikonoxxuta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat
Membru skont l-Artikolu 4(2) biex twettaq programm tat-tnissil fuq
ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati fir-reġistru/i
ġenealoġiku/ġenealoġiċi li hija żżomm jew
tistabbilixxi; (f) "korp tat-tnissil" tfisser
kull organizzazzjoni tat-tnissil, assoċjazzjoni ta’ nissiela, impriża
privata, organizzazzjoni ta’ trobbija tal-bhejjem jew servizz uffiċjali
f’pajjiż terz li, fir-rigward ta’ annimali domestiċi tat-tnissil ta’
razza pura tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina jew
tal-ispeċi ekwina jew tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi, ikunu
ġew aċċettati minn servizz uffiċjali f’pajjiż terz
għall-fini ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil
għal tnissil; (g) "awtorità kompetenti"
tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru u kull awtorità oħra li
lilha tkun ingħatat dik ir-responsabbiltà, responsabbli għal: (i) ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil u l-approvazzjoni
tal-programmi tat-tnissil li huma jwettqu fuq annimali għat-tnissil; (ii) l-organizzazzjoni ta’ kontrolli
uffiċjali fuq soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil skont ir-regoli pprovduti fl-Artikolu 46 u f’atti
delegati adottati skont l-Artikolu 52(1); (iii) l-għoti ta’ assistenza lil Stati
Membri oħra u lil pajjiżi terzi fil-każ li jinkixef li jkun hemm
nuqqasijiet ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikoli 53, 54, 55 u 56; (iv) l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet
uffiċjali oħra, skont ir-regoli pprovduti f’dan ir-Regolament; (h) "rikonoxximent" tfisser
id-dikjarazzjoni formali u uffiċjali mill-awtorità kompetenti li, wara
evalwazzjoni, soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil tkun
konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2); (i) "annimal tat-tnissil ta’ razza
pura" tfisser annimal domestiku (i) tal-ispeċi msemmija fil-punt (a)(i)
li jkun ġej minn missier u omm u nanniet imdaħħlin fit-taqsima
ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun
imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul
fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil bħal dan skont l-Artikolu 19; (ii) tal-ispeċi msemmija fil-punt
(a)(ii) li jkun ġej minn missier u omm imdaħħlin fit-taqsima
ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza u li huwa stess ikun
imdaħħal jew reġistrat u eliġibbli għal dħul
fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil bħal dan skont l-Artikolu 19; (iii) ta’ speċi barra dawk imsemmijin
f’(i) u (ii) ta’ dan il-punt li għalih ir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi speċifiċi għall-kummerċ fi u
l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u l-prodotti ġerminali
tagħhom ikunu stabbiliti f’atti delegati adottati skont l-Artikoli 35(1) u
45(1) rispettivament; (j) "ħanżir tat-tnissil
ibridu" tfisser annimal tal-ispeċi porċina reġistrat
f’reġistru tal-bhejjem, li jitnissel minn tnissil ibridu apposta bejn: (i) ħnieżer tat-tnissil ta’ razza
pura ta’ razez jew linji differenti; (ii) ħnieżer tat-tnissil li huma
stess jitnisslu minn inkroċju (ibridu) bejn razez jew linji differenti; (iii) ħnieżer tat-tnissil li jkunu
ta’ xi waħda mill-kategoriji msemmijin f’(i) jew (ii); (k) “ktieb tat-tnissil” tfisser kull
ktieb tal-merħla u kull reġistru għaż-żwiemel
ta-razza, fajl jew midjum ta’ dejta li jinżammu minn soċjetà tat-tnissil
li fihom anninali ta' razza pura għat-tnissil jiddaħħlu jew
ikunu rreġistrati għal dħul b’dettalji tal-axxendenti
tagħhom u fejn ikun japplika tal-merti tagħhom, li jkollhom ikunu
suġġetti ta’ programm tat-tnissil; (l) "approvazzjoni" tfisser
il-permess mogħti mill-awtorità kompetenti lil soċjetà tat-tnissil
jew lil operazzjoni tat-tnissil biex twettaq il-programm tagħha
tat-tnissil skont l-Artikolu 8(1); (m) “taqsima ewlenija” tfisser it-taqsima
ta’ ktieb tat-tnissil li fiha jiddaħħlu jew ikunu rreġistrati
għal dħul anninali ta' razza pura għat-tnissil; (n) "klassi" tfisser
subdiviżjoni orizzontali tat-taqsima ewlenija li fiha jiddaħħlu
annimali għat-tnissil skont il-merti tagħhom; (o) "mertu" tfisser
karatteristika kwantifikabbli li tintiret ta’ annimal tat-tnissil; (p) “reġistru tal-bhejjem” tfisser
kull fajl jew midjum ta’ dejta li jinżamm minn operazzjoni tat-tnissil li
fih ikunu rreġistrati ħnieżer tat-tnissil ibridi b’dettalji
tal-axxendenti tagħhom, li jkollhom ikunu suġġett ta’ programm
tat-tnissil; (q) "kontroll uffiċjali"
tfisser kull forma ta’ kontroll li l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni
jwettqu għall-verifika tal-konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi pprovduti f’dan ir-Regolament; (r) "attivitajiet uffiċjali
oħra" tfisser kull attività, barra minn kontroll uffiċjali, li
ssir minn awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament biex tkun
żgurata l-applikazzjoni tar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi pprovduti f’dan ir-Regolament; (s) "ċertifikat
żootekniku" tfisser ċertifikati u attestazzjonijiet
uffiċjali tat-tnissil u dokumentazzjoni kummerċjali ċertifikata
li jagħtu informazzjoni lil klijenti dwar il-pedigree, l-identifikazzjoni
u, fejn ikun applikabbli, l-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil
jew tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jkun meħtieġ li
jkunu ma’ dawk il-komoditajiet meta jittieħdu minn Stat Membru wieħed
għal għand ieħor jew ikunu importati fl-Unjoni; (t) "numru permanenti uniku"
tfisser kodiċi unika ta’ 15-il figura alfanumerika li tikkompila informazzjoni
dwar l-annimal ekwin għalih waħdu u d-database u l-pajjiż fejn
informazzjoni bħal din tkun irreġistrata għall-ewwel darba skont
is-sistema ta’ kodifika tan-Numru Universali Permanenti tal-Ekwini[46] (UELN) u jkun
magħmul minn: (i) kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’
sitt figuri kompatibbli ma’ UELN għad-database miżmuma mill-korp ta’
ħruġ ta’ passaporti li jkun ħareġ id-dokument ta’
identifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali, segwit minn (ii) numru ta’ identifikazzjoni għalih
waħdu ta’ disa’ figuri assenjat lill-annimal ekwin; (u) "importazzjoni" tfisser
l-azzjoni li biha annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom jinġiebu f’wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness VI; (v) "kontroll żootekniku"
tfisser il-kontroll tad-dokumenti u l-konroll tal-identità magħmulin fuq
annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom importati
fl-Unjoni għall-verifika tal-konformità mal-kondizzjonijiet
żootekniċi msemmija fl-Artikolu 42 u mar-regoli żootekniċi
u ġenealoġiċi stabbiliti f’atti delegati adottati skont
l-Artikolu 45(1); (w) "kontroll tad-dokumenti"
tfisser l-eżami taċ-ċertifikati uffiċjali,
l-attestazzjonijiet uffiċjali u dokumenti oħra, inklużi
dokumenti ta’ natura kummerċjali, li jkun jetiġilhom ikunu ma’
konsenji ta: (i) annimali għat-tnissil u prodotti
ġerminali tagħhom importati fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 39; (ii) anninali ta' razza pura
għat-tnissil u prodotti ġerminali tagħhom meta jkunu importati
fl-Unjoni kif imsemmi f’atti delegati adottati skont l-Artikolu 45(1); (x) "kontroll tal-identità"
tfisser spezzjoni viżiva biex jiġi vverifikat jekk li l-kontenut u
t-tikkettar ta’ konsenja, inklużi l-marki fuq l-annimali, is-siġilli
u l-mezzi ta’ trasport, ikunu jaqblu mal-informazzjoni mogħtija
fiċ-ċertifikati żootekniċi, fl-attestazzjonijiet
uffiċjali u f'dokumenti oħra li jkunu magħha; (y) "nuqqas ta’ konformità"
tfisser nuqqas ta' konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmija f’dan ir-Regolament. Artikolu 3
Regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi ġenerali għall-kummerċ u
għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u
tal-prodotti ġerminali tagħhom Il-kummerċ u l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom ma għandhomx ikunu pprojbiti, ristretti jew imfixklin
minħabba raġunijiet żootekniċi jew
ġenealoġiċi, minbarra dawk imsemmijin f’dan ir-Regolament. L-annimali għat-tnissil u l-prodotti
ġermianli tagġhom, is-sisdien u n-nissiela tal-annimali
għat-tnissil, is-soċjetajiet tat-tnissil u l-operazzjonijiet tat-tnissil
fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi terzi ma jiġux iddiskrimati
abbażi tal-pajjiż tagħhom tal-oriġini. KAPITOLU II
ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil;
fl-Istati Membri u l-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil Taqsima 1
ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil; Artikolu 4
ir-rikonoxximent ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil; 1. Is-soċjetajiet
ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil jistgħu
japplikaw mal-awtorità kompetenti għal rikonoxximent skont il-paragrafu 2. 2. L-awtorità kompetenti għandha
tirrikonoxxi kull soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil li
tapplika għandha għal rikonoxximent bil-kondizzjoni li tkun konformi
mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) ikollha l-uffiċċju ewlieni
tagħha fit-territorju tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità
kompetenti; (b) turi fl-applikazzjoni tagħha li hija
tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I; (c) tiddefinixxi fl-applikazzjoni
tagħha: (i) in-natura
tal-programm tat-tnissil tagħha, li għandu jkollu bħala
għan: –
- Il-preservazzjoni tar-razza, jew –
- It-titjib tar-razza jew l-inkroċju; (ii) il-kamp
ta’ applikazzjoni tal-programm tat-tnissil tagħha u r-regoli li hija tkun
stabbiliet skont ir-rekwiżiti tal-Parti 2, u fil-każijiet ta’
annimali ekwini ta’ razza pura tal-Parti 3, tal-Anness I; (iii) it-territorju
ġeografiku fejn tkun biħsiebha twettaq il-programm tat-tnissil
tagħha. 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-emendi ta’
rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti
fil-Parti 1 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3
tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn
soċjetajiet ġenealoġiċi u minn operazzjonijiet tat-tnissil. Artikolu 5
Deroga mill-Artikolu 4(2)(b) dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi 1. B’deroga mill-Artikolu 4(2)(b),
l-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà
tat-tnissil li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1
tal-Anness I fejn il-programm tat-tnissil ta’ dik is-soċjetà tat-tnissil
jkun ta’ ħsara għall-preservazzjoni jew għad-diversità
ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin,
jew reġistrati u eliġibbli għal dħul, fil-ktieb tat-tnissil
stabbilit għal dik ir-razza minn soċjetà tat-tnissil li tkun
diġà ġiet irrikonoxxuta f’dak l-Istat Membru. 2. Għall-fini tal-paragrafu 1,
l-awtorità kompetenti għandha tqis kif imiss il-kriterji li ġejjin: (a) l-għadd ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi diġà rrikonoxxuti għal dik ir-razza
fl-Istat Membru fejn tkun tinsab; (b) id-daqs tal-għadd ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil ta’ dik ir-razza f’dak l-Istat Membru; (c) l-input ġenetiku posibbli minn
soċjetajiet ġenealoġiċi oħra għall-istess razza
rikonoxxuta fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi terzi. Artikolu 6
Rifjut tar-rikonoxximent ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil 1. Meta l-awtorità kompetenti msemmija
fl-Artikolu 4 tirrifjuta li tirrikonoxxi soċjetà tat-tnissil jew
operazzjoni tat-tnissil, hija għandha tipprovdiha bi spjegazzjoni motivata
għar-rifjut maħsub tagħha u fl-istess waqt tagħti
lis-soċjetà tat-tnissil jew lill-operazzjoni tat-tnissil id-dritt li
tappella kontra dak ir-rifjut maħsub fi żmien 30 jum mid-data
tal-irċevuta tal-ispjegazzjoni motivata. 2. Meta, meqjus l-appell imsemmi
fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti żżomm ferma
d-deċiżjoni tagħha, hija għandha tagħti lis-soċjetà
tat-tnissil jew lill-operazzjoni tat-tnissil spjegazzjoni motivata
tad-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta rikonoxximent fi żmien
30 jum mid-data tal-irċevuta ta’ kull appell u tgħarraf
lill-Kummissjoni fl-istess waqt bid-deċiżjoni tagħha li
tirrifjuta rikonoxximent u bir-raġunijiet għala tkun għamlet
hekk. Artikolu 7
Lista ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil rikonoxxuti 1. L-Istati Membri għandhom
ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil li l-awtorità
kompetenti tagħhom tkun irrikonoxxiet skont l-Artikolu 4(2) u
tagħmel din il-lista disponibbli pubblikament. 2. Il-lista msemmija fil-paragrafu 1
għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u s-sit tal-Internet
tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil; (b) ir-razza jew l-inkroċju li
għalihom il-programm tat-tnissil tagħhom ikun ġie approvat; (c) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt
tas-soċjetà tat-tnissil li żżomm ir-reġistru
għaż-żwiemel tar-razza dwar l-oriġini tar-razza. 3. L-Istati Membri għandhom
jindikaw fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 is-sospensjoni tal-approvazzjoni
ta’ programm tat-tnissil ordnat skont l-Artikolu 61(2)(f). 4. L-Istati Membri għandhom
ineħħu minnufih mil-lista msemmija fil-paragrafu 1 kull soċjetà
tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil li għalihom ikun ġie rtirat
rikonoxximent skont l-Artikolu 61(2)(g). 5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’
atti implimentattivi, tfassal formuli mudell għall-informazzjoni li
jkollha tingħata mill-Istati Membri lill-pubbliku dwar il-listi ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi rikonoxxuti u ta’ operazzjonijiet
tat-tnissil msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 72(2). Taqsima2
l-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil; Artikolu 8
Approvazzjoni ta’ programmi
tat-tnissil imwettqin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil 1. L-awtorità kompetenti għandha
tapprova l-programm tat-tnissil ta’ soċjetà tat-tnissil jew ta’
operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuta minnha skont l-Artikolu 4(2),
bil-kondizzjoni li s-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil
tissottometti applikazzjoni għal approvazzjoni tal-programm tat-tnissil
tagħha, billi turi konformità mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu
4(2)(c) u deskritti fil-Parti 2, u fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza
pura fil-Parti 3 tal-Anness I. 2. L-awtorità kompetenti msemmija
fl-Artikolu 4 tista’ tawtorizza lis-soċjetajiet ġenealoġiċi
u lill-operazzjonijiet tat-tnissil biex jagħtu kuntratt
għall-ġestjoni teknika tal-ktieb tat-tnissil jew tar-reġistru
tar-razza tagħhom u ta' aspetti speċifiċi oħra tal-programm
tat-tnissil tagħhom lil parti terza, bil-kondizzjoni li: (a) is-soċjetajiet
ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil jibqgħu
responsabbli vis-à-vis l-awtorità kompetenti biex jiżguraw konformità
mar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikolu 4(2)(c); (b) ma jkunx hemm konflitt ta’ interessi bejn
dik il-parti terza u l-attivitajiet ekonomiċi ta’ nissiela li jieħdu
sehem fil-programm tat-tnissil. 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-emendi ta’
rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil stabbiliti
fil-Parti 2 u, fil-każ ta’ annimali ekwini ta’ razza pura, fil-Parti 3
tal-Anness I, biex tqis il-varjetà ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn
soċjetajiet ġenealoġiċi u minn operazzjonijiet tat-tnissil. Artikolu 9
In-notifika u l-approvazzjoni
ta’ programmi tat-tnissil imwettqin fl-Istati Membri barra mill-Istat Membru
fejn is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil tkun rikonoxxuta 1. Meta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’
programm tat-tnissil jew it-territorju ġeografiku fejn ikollu jsir
jindikaw li soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil tkun
biħsiebha twettqu fuq annimali għat-tnissil li jkunu jinsabu fi Stat
Membru ieħor, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha: (a) tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’
dak l-Istat Membru l-ieħor mill-anqas 90 jum kalendarji qabel id-data li
fiha jkun maħsub li jinbeda l-programm tat-tnissil; (b) tagħti lill-awtorità kompetenti
msemmija fil-punt (a), flimkien ma’ dik in-notifika, kopja tal-applikazzjoni
għall-approvazzjoni tal-programm tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu 8(1). 2. L-awtorità
kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu tista', fi żmien
90 jum mid-data tal-irċevuta tan-notifika msemmija f’dak il-paragrafu,
tirrifjuta l-approvazzjoni biex fit-territorju tagħha jsir programm
tat-tnissil minn soċjetà tat-tnissil rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti
msemmija fl-Artikolu 8(1), meta: (a) programm tat-tnissil approvat ikun
diġà qed isir f’dak l-Istat Membru fuq anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-istess razza; (b) l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil
ieħor tkun thedded il-kontinwità fil-popolazzjoni tal-anninali ta' razza
pura għat-tnissil li jkun hemm f’dak l-Istat Membru tant li dan ikun ta’
ħsara għall-preservazzjoni ta’ dik ir-razza jew għad-diversità
ġenetika tagħha. 3. Jekk
l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1(a) tonqos milli twieġeb
għan-notifika msemmija f’dak il-paragrafu fi żmien 90 jum, dan ikun
jimplika l-approvazzjoni tagħha. 4. L-awtorità kompetenti tal-Istat
Membru fejn is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil tkun
irrikonoxxuta, jew fejn hija tkun ippreżentat applikazzjoni għal
rikonoxximent skont l-Artikolu 4, għandha tgħarraf lis-soċjetà
tat-tnissil jew lill-operazzjoni tat-tnissil bir-riżultat tan-notifika
msemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien bla
bżonn. 5. Meta l-awtorità kompetenti msemmija
fil-paragrafu 1(a) tkun biħsiebha tirrifjuta approvazzjoni skont
il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni bil-ħsieb
tagħha li tirrifjuta approvazzjoni flimkien ma’ spjegazzjoni motivata. KAPITOLU III
Id-drittijiet u l-obbligi tan-nissiela, tas-soċjetajiet tat-tnissil
u l-operazzjonijiet tat-tnissil Artikolu 10
Id-drittijiet tan-nissiela li
jipapretċipaw fi programmi tat-tnissil approvati skont
mal-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9 1. Fejn ir-regoli ta’ soċjetà
tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil jipprovdu għal sħubija,
nissiela jistgħu japplikaw: (a) għal sħubija ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi jew operazzjonijiet tat-tnissil
bħal dawk; (b) biex jieħdu sehem fil-programm
tat-tnissil fil-kamp ta’ applikazzjoni u taż-żona ġeografika ta’
attività approvata skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. 2. Fejn ir-regoli ta’ soċjetà
tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil ma jipprovdux għal
sħubija, nissiela li jieħdu sehem fi programm tat-tnissil approvat
skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 jistgħu japplikaw: (a) biex l-anninali ta' razza pura
għat-tnissil tagħhom jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija
tal-ktieb tat-tnissil stabbilit għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil
skont l-Artikolu 17(1); (b) biex l-annimali tagħhom jiġu
rreġistrati f’taqsima supplimentari tal-ktieb tat-tnissil stabbilit
għar-razza mis-soċjetà tat-tnissil skont l-Artikolu 17(3); (c) biex il-ħnieżer tat-tnissil
ibridi tagħhom jiġu rreġistrati f’reġistru tar-razza
stabbilit għall-inkroċju b’operazzjoni tat-tnissil skont l-Artikoli
24; (d) biex jieħdu sehem f’kontroll
tal-prestazzjoni u f’evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27; (e) biex jingħataw ċertifikat
żootekniku skont l-Artikolu 33(1) u (2). 3. Nissiela għandu jkollhom
id-dritt li jagħżlu l-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru
tar-razza li fih huma jkunu jixtiequ li l-annimali għat-tnissil
tagħhom jiddaħħlu jew jiġu rreġistrati skont
l-Artikoli 19 u 24. Artikolu 11
Drittijiet ta’ nissiela li
jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn soċjetà tat-tnissil 1. Nissiela jistgħu japplikaw
għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 13 meta jgħidu li xi
waħda minn dawn li ġejjin tkun ġiet irrifjutata mhux kif imiss
minn soċjetà tat-tnissil: (a) l-informazzjoni miġbura skont
l-Artikolu 10(1); (b) applikazzjoni għad-dħul ta’
annimal tat-tnissil ta’ razza pura fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil
kif imsemmi fl-Artikolu 19; (c) applikazzjoni għar-reġistrazzjoni
ta’ annimal f’taqsima supplimentari ta’ ktieb tat-tnissil kif imsemmi
fl-Artikolu 20(3); (d) l-aċċettazzjoni ta’ annimal
tat-tnissil ta’ razza pura għal: (i) tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 21; jew (ii) inseminazzjoni artifiċjali kif
imsemmi fl-Artikolu 23(1); (e) l-aċċettazzjoni ta’ annimal
tat-tnissil ta’ razza pura jew tas-semen tiegħu għall-kontroll
uffiċjali tal-prestazzjoni u għal evalwazzjoni ġenetika kif
imsemmi fl-Artikolu 23(2); (f) ir-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika magħmulin skont l-Artikolu
27. 2. Nissiela jista’ jkollhom azzjoni ta’
rivalsa għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li
operazzjoni tat-tnissil tkun naqset li twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew
evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27. Artikolu 12
Drittijiet ta’ nissiela li
jikkontestaw deċiżjoni meħuda minn operazzjoni tat-tnissil 1. Nissiela jistgħu japplikaw
għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li xi
waħda minn dawn li ġejjin kienet irrifjutata mhux kif imiss minn operazzjoni
tat-tnissil: (a) applikazzjoni
għar-reġistrazzjoni ta’ ħanżir tat-tnissil ibridu
f’reġistru tar-razza kif imsemmi fl-Artikolu 24; (b) l-aċċettazzjoni ta’
ħanżir tat-tnissil ibridu għal inseminazzjoni artifiċjali
kif imsemmi fl-Artikolu 26(1); (c) l-aċċettazzjoni ta’
ħanżir tat-tnissil ibridu jew is-semen tiegħu
għall-kontroll tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 26(2); (d) ir-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni magħmul skont l-Artikolu 27. 2. Nissiela jista’ jkollhom azzjoni ta’
rivalsa għall-miżuri msemmijin fl-Artikolu 13 meta jgħidu li
operazzjoni tat-tnissil tkun naqset li twettaq kontroll tal-prestazzjoni jew
evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27. Artikolu 13
Il-miżuri disponibbli
għan-nissiela li ma jaqblux ma' deċiżjoni meħuda minn
soċjetà tat-tnissil jew
operazzjoni tat-tnissil 1. Fil-każijiet msemmija
fl-Artikoli 11 u 12, nissiela jistgħu: (a) jiksbu l-opinjoni ta’ espert
indipendenti; (b) jappellaw kontra r-rifjuti msemmija
fl-Artikoli 11(1) u 12(1) jew kontra r-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika msemmijin
fl-Artikoli 11(2) u 12(2) fi żmien 30 jum mid-data tal-irċevuta
tar-rifjut jew tar-riżultati mis-soċjetà tat-tnissil jew
mill-operazzjoni tat-tnissil. 2. Fl-appell imsemmi fil-paragrafu 1(b),
in-nissiel għandu jiddeskrivi l-fatti u r-raġunijiet, meta jkunu
disponibbli abbażi tal-opinjoni tal-espert indipendenti msemmi
fil-paragrafu 1(a), li fuqha jqis li: (a) ir-rifjut mis-soċjetà tat-tnissil
jew ta’ operazzjoni tat-tnissil ma jkunx konformi mal-Artikoli 19, 21, 23, 27,
28, 30 jew 32; jew (b) ir-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika ma jkunux inkisbu skont
l-Artikolu 27. Artikolu 14
Soluzzjoni għat-tilwim 1. Meta soċjetà tat-tnissil jew
operazzjoni tat-tnissil tiċħad l-appell minn nissiel imsemmi
fl-Artikolu 13(1)(b), hija għandha tinnotifika lin-nissiel u lill-awtorità
kompetenti li tkun irrikonoxxiet is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni
tat-tnissil skont l-Artikolu 4(2), fi żmien 30 jum mid-data
tad-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-appell. 2. L-awtorità kompetenti msemmija
fl-Artikolu 8(1) jew 9 tista’ treġġa’ lura d-deċiżjoni
tas-soċjetà tat-tnissil jew ta’ operazzjoni tat-tnissil, meta hija tqis li
dik id-deċiżjoni ma tkunx konformi mal-Artikoli 19, 21, 23, 27, 28,
30 jew 32. 3. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li jkun hemm proċedura ta’ appell u li
deċiżjonijiet ta’ appell jingħataw f’perjodu ta’ żmien
raġonevoli. Għal dak l-għan, l-awtorità kompetenti
tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi tribunal speċifiku bl-awtorità li
jreġġa’ lura deċiżjonijiet ta’ soċjetà tat-tnissil jew
ta’ operazzjoni tat-tnissil meta t-tribunal iqis li ċ-ċaħda
mis-soċjetà tat-tnissil jew mill-operazzjoni tat-tnissil ta’ appell
ippreżentat minn nissiel ma tkunx ġustifikata. Artikolu 15
Drittijiet ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandu jkollhom
id-drittijiet li ġejjin fir-rigward tal-programmi tat-tnissil tagħhom
approvati skont l-Artikolu 8(1) jew 9: (a) li jwettqu l-programmi tat-tnissil
tagħhom skont il-kamp ta’ applikazzjoni u ż-żona ġeografika
ta’ attività definita skont l-Artikolu 4(2)(c); (b) li jkunu awtonomi fid-definizzjoni u
t-tmexxija tal-programmi tat-tnissil tagħhom, bla ħsara
għas-superviżjoni mill-awtorità kompetenti fir-rigward tal-konformità
mal-Artikolu 4(2). 2. Soċjetajiet
ġenealoġiċi jew operazzjoni tat-tnissil li jipprovdu għal
sħubija għandu jkollhom id-dritt li (a) jirrifjutaw applikazzjoni għal
sħubija jekk l-annimali għat-tnissil ma jkunux fil-kamp ta’
applikazzjoni tal-programm tat-tnissil jew fiż-żona ġeografika
kif imsemmi fil-punti (ii) u (iii) tal-Artikolu 4(2)(c); (b) jeskludu nissiela minn sħubija meta
dawk in-nissiela jonqsu li jkunu konformi mad-dmirijiet tagħhom stabbiliti
fir-regoli ta’ proċedura skont il-punt 3(e) tal-Parti 1 tal-Anness I. Artikolu 16
Obbligi ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, li jipprovdu
għal sħubija, għandhom jistabbilixxu d-drittijiet u d-dmirijiet
tal-membri tagħhom fir-regoli ta’ proċedura tagħhom skont
il-punt 3(e) tal-Parti 1 tal-Anness I. 2. Skont il-kamp ta’ applikazzjoni
tal-programm tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikoli 8(1) jew
9, soċjetajiet ġenealoġiċi jew operazzjonijiet tat-tnissil
għandhom idaħħlu biss anninali ta' razza pura għat-tnissil
fil-kotba tat-tnissil tagħhom jew jirreġistraw majjal ibridu
fir-reġistri ta’ razez tagħhom li jkunu miżmuma fiż-żona
ġeografika ta’ attività definita skont l-Artikolu 4(2)(c). 3. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandu jkollhom
ir-responsabbiltà primarja li ma jħallux ikun hemm tilwim, u meta jkun
meħtieġ isolvuh, li jista’ jinqala’ bejn nissiela u bejn nissiela u
s-soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil fil-proċess
tat-twettiq ta’ programmi tat-tnissil approvati skont l-Artikoli 8(1) jew 9,
skont ir-regoli stabbilit skont l-Artikolu 14(3) mill-Istat Membru fejn
it-tilwima tinqala’ u skont ir-regoli stabbiliti fil-punt 3 tal-Parti 1 tal-Anness
I. KAPITOLU IV
Dħul ta’ annimali għat-tnissil f’kotba tat-tnissil u f’reġistri
ta’ razez u aċċettazzjoni għal tnissil, inseminazzjoni
artifiċjali u ttestjar Taqsima 1
Dħul ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil f’kotba tat-tnissil
miżmumin minn soċjetajiet ġenealoġiċi u
aċċettazzjoni għal tnissil, inseminazzjoni artifiċjali u
ttestjar Artikolu 17
Struttura ta’ kotba tat-tnissil 1. Kotba tat-tnissil għandhom
ikunu magħmulin minn taqsima ewlenija li fiha anninali ta' razza pura
għat-tnissil li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli
I u II tal-Parti 1 tal-Anness II jistgħu jiddaħħlu jew ikunu
rreġistrati għal dħul. 2. Soċjetajiet
ġenealoġiċi jistgħu jissubdividu t-taqsima ewlenija fi
klassijiet fejn kriterji jew proċeduri differenti jkunu stabbiliti
mis-soċjetà tat-tnissil għad-dħul ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil skont il-merti tagħhom fi klassijiet differenti. Dawk il-kriterji u proċeduri jistgħu
jkun jeħtieġu li l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura jsirlu kontroll
tal-prestazzjoni jew evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 27 jew
kif stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1) jew kull
valutazzjoni oħra deskritta fil-programm tat-tnissil approvat skont
l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 qabel ma jiddaħħal fi klassi
speċifika tat-taqsima ewlenija. Soċjetajiet ġenealoġiċi
jistgħu jissuddividu klassijiet skont is-sess jew l-età. 3. Soċjetajiet
ġenealoġiċi jistgħu, flimkien mat-taqsima ewlenija msemmija
fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistabbilixxu taqsima supplimentari
waħda jew aktar tal-ktieb tat-tnissil għal annimali tal-istess
speċi li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima
ewlenija, bil-kondizzjoni li l-annimali jissodisfaw ir-rekwiżiti
tal-Artikolu 20(1), u li r-regoli tas-soċjetà tat-tnissil li skonthom
il-wild ta’ dawk l-annimali jitħalla jiddaħħal fit-taqsima
ewlenija jkunu konformi mar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1
tal-Anness II: (a) il-punt 3 tal-Kapitolu III tal-Parti 1
tal-Anness II, fil-każ ta' annimali nisa tal-ispeċi bovina, porċina,
ovina u kaprina; jew (b) il-punt 4 tal-Kapitolu III tal-Parti 1
tal-Anness II, fil-każ ta' annimali rġiel u nisa tal-ispeċi
ekwina; 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi tar-regoli
stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Kapitolu II tal-Parti 1 tal-Anness II li
skonthom il-wild ta’ annimali reġistrati f’taqsima supplimentari
jitħalla jiddaħħal fit-taqsima ewlenija. Artikolu 18
Taqsima speċifika fil-ktieb
tat-tnissil 1. L-awtorità kompetenti tista’ tapprova
programm tat-tnissil li jkun jeħtieġlu, b’deroga mill-Artikolu 17(2),
id-dħul f’taqsima separata tal-ktieb tat-tnissil ta’ ċerti anninali
ta' razza pura għat-tnissil tal-ħnieżer, ovina u tal-ispeċi
kaprina li: (a) jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija
ta’ ktieb tat-tnissil ta’ dik ir-razza miżmum minn soċjetà
tat-tnissil fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz; (b) ikollhom karatteristiċi
speċifiċi li jagħżluhom mill-għadd tal-istess razza
fl-Istat Membru fejn il-programm tat-tnissil ikun approvat. 2. Stati Membri li jkun biħsiebhom
jużaw id-deroga msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jgħarrfu minn
qabel lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan u jagħtu
spjegazzjoni motivata. Artikolu 19
Dħul ta’ anninali ta' razza
pura għat-tnissil fit-taqsima ewlenija 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom, meta jkun hemm applikazzjoni minn
nissiela, idaħħlu jew jirreġistraw għal dħul
fit-taqsima ewlenija kull annimal tat-tnissil ta’ razza pura tar-razza koperta
minn programm tat-tnissil tagħhom li jħares ir-rekwiżiti stabbiliti
fil-Parti 1 tal-Anness II. 2. Soċjetajiet
ġenealoġiċi m’għandhomx jirrifjutaw id-dħul
fit-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil tagħhom ta’ annimal tat-tnissil
ta’ razza pura minħabba li jkun diġà mdaħħal fit-taqsima
ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil għall-istess jew, fil-każ ta’ programm
tal-inkroċjar tar-razez ta’ razza differenti, ikun stabbilit minn
soċjetà tat-tnissil rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(2) fi Stat Membru
ieħor jew minn korp tat-tnissil skont l-Artikolu 36(1) f’pajjiż terz. 3. Meta t-taqsima ewlenija tkun
diviża fi klassijiet, anninali ta' razza pura għat-tnissil li
jissodisfaw il-kriterji għal dħul fit-taqsima ewlenija għandhom
jiddaħħlu mis-soċjetà tat-tnissil fil-klassi li tkun taqbel mal-merti
ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil, mingħajr
diskriminazzjoni minħabba l-oriġini tagħhom fi Stat Membru
ieħor jew f’pajjiż terz. 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi
tar-rekwiżiti għad-dħul ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
fit-taqsima ewlenija tal-kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu I and II
tal-Parti 1 tal-Anness II. Artikolu 20
Rekord ta' annimali f'taqsimiet
supplimentari 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom, meta jkun hemm applikazzjoni minn
nissiela, jirreġistraw fit-taqsima supplimentari msemmija fl-Artikolu
17(3) annimali tal-ispeċi koperti mill-programm tat-tnissil tagħhom
li ma jkunux eliġibbli għal dħul fit-taqsima ewlenija,
bil-kondizzjoni li dawk l-annimali jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti
fil-punti 1 u 2 tal-Kapitolu III tal-Parti 1 tal-Anness II. 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi
tal-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ annimali f’taqsimiet
supplimentari ta’ kotba tat-tnissil stabbiliti fil-Kapitolu III tal-Parti 1
tal-Anness II. Artikolu 21
Aċċettazzjoni ta’
anninali ta' razza pura għat-tnissil għal tnissil 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi m’għandhomx jeskludu għal raġunijiet
żootekniċi jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li
jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 19, l-użu ta’ anninali
ta' razza pura għat-tnissil mdaħħlin fit-taqsima ewlenija
tal-ktieb tat-tnissil tagħhom għal tnissil bl-użu tat-tekniki
ta’ riproduzzjoni li ġejjin: (a) servizz naturali; (b) ġbir u użu ta’ ooċiti u embrijuni; (c) ġbir ta’ semen minn annimali
għat-tnissil li jkun sarilhom, meta jkun japplika, kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27 jew kif
stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1); (d) inseminazzjoni artifiċjali
bl-użu ta’ semen imsemmi fil-punt (c); (e) produzzjoni in vitro u użu ta’
embrijuni prodotti minn ooċiti msemmija fil-punt (b) u mnisslin
bl-użu ta’ semen imsemmi fil-punt (c). 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar kriterji
għal: (a) l-aċċettazzjoni minn
soċjetajiet ġenealoġiċi ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil għal tnissil; (b) il-ġbir u l-użu ta’ prodotti
ġerminali ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil għal finijiet
tat-tnissil. Artikolu 22
Metodi ta’ kontroll tal-identità 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom jesiġu li anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’
razza pura ta’ razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina jkunu identifikati
b’analiżi tal-grupp tad-demm tagħhom jew b’kull metodu ieħor
adatt li jipprovdu mill-anqas l-istess grad ta’ ċertezza meta
jintużaw għal: (a) il-ġbir ta’ semen
għall-inseminazzjoni artifiċjali; (b) il-ġbir ta’ ooċiti u embrijuni. 2. Meta tintalab minn Stat Membru jew
minn assoċjazzjoni Ewropea ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi
għall-annimali ekwini ta’ razza pura tal-ispeċi konċernata,
il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tapprova metodi
għall-kontroll tal-identità ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi bovina u annimali rġiel tat-tnissil ta’ razza pura ta’
razez tal-ħalib tal-ispeċi ovina u kaprina li jipprovdu mill-anqas
l-istess grad ta’ ċertezza bħall-analiżi tal-grupp tad-demm ta’
dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil, billi jitqiesu avanzi
tekniċi u r-rakkomandazzjonijiet taċ-ċentri ta’ referenza
Ewropej imsemmija fl-Artikolu 31. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 23
Aċċettazzjoni
tas-semen għall-inseminazzjoni artifiċjali u l-fertilizzazzjoni
in-vitro tal-ooċiti u
tal-annimali ta' razza pura
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
għall-ittestjar; 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi m’għandhomx jipprojbixxu l-użu ta’ semen
għall-inseminazzjoni artifiċjali ta’ anninali nisa ta' razza pura
għat-tnissil jew fertilizzazzjoni in vitro ta’ ooċiti miġburin
minn anninali nisa ta' razza pura għat-tnissil, bil-kondizzjoni li s-semen
ikun inġabar minn annimali donaturi tat-tnissil ta’ razza pura ta’: (a) l-ispeċi bovina, porċina, ovina
u speċi kaprina li kienu aċċettati għall-ġbir ta’
semen għal inseminazzjoni artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro
ta’ ooċiti fi Stat Membru abbażi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni
ġenetika magħmulin skont l-Artikolu 27 u l-Anness III; (b) l-ispeċi ekwina, li kienet
aċċettata għall-ġbir ta’ semen għal inseminazzjoni
artifiċjali jew fertilizzazzjoni in vitro ta’ ooċiti abbażi
tal-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. 2. Anninali ta' razza pura
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom, imdaħħlin
fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil stabbilit minn soċjetà
tat-tnissil rikonoxxuta fi Stat Membru wieħed għandhom ikunu
aċċettati minn soċjetà għat-tnissil li jkun qed iwettqu
programm tat-tnissil fuq l-istess razza fi Stati Membri oħra
għall-kontroll tal-prestazzjoni, u fejn issir evalwazzjoni ġenetika
xierqa, taħt l-istess kondizzjonijiet u limitazzjonijiet kwantitattivi kif
applikati għal anninali ta' razza pura għat-tnissil
mdaħħlin fi ktieb tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil
rikonoxxuta fl-Istat Membru fejn il-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni
ġenetika jkollhom isiru skont l-Artikolu 27. 3. Għall-fini tal-paragrafu 1 u 2,
il-prodotti ġerminali tal-anninali ta' razza pura għat-tnissil
msemmija f’dawk il-paragrafi għandhom jinġabru, ikunu ttrattati u
jinħażnu minn ċentru ta’ ġbir u ħżin ta’ semen
jew minn tim ta’ ġbir u produzzjoni ta’ embrijuni approvat
uffiċjalment għal kummerċ fl-Unjoni ta’ dawn il-komoditajiet
skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa
tal-annimali. 4. Fejn ikun meħtieġ
għall-kummerċ, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa
tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar il-kondizzjonijiet
għall-aċċettazzjoni ta’: (a) anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi ekwina ta’ ċerti razez għal inseminazzjoni
artifiċjali u fertilizzazzjoni in vitro ta’ ooċiti; (b) anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi ekwina ta’ ċerti razez u l-prodotti ġerminali
tagħhom għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika. Taqsima 2
Taqsima 2 Reġistrazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi
f’reġistri ta’ razez miżmumin minn operazzjonijiet tat-tnissil u
aċċettazzjoni għal tnissil, inseminazzjoni artifiċjali u
ttestjar
inseminazzjoni artifiċjali u l-kontrolli Artikolu 24
Reġistrazzjoni ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi f’reġistri ta’ razez 1. Operazzjonijiet tat-tnissil
għandhom, skont il-każ wara applikazzjoni mill-membri tagħhom,
jirreġistraw fir-reġistru tar-razza kull ħanżir tat-tnissil
ibridu tal-istess inkroċju li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti
fil-Parti 2 tal-Anness II. 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi
tar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta’ ħnieżer
tat-tnissil ibridi f’reġistri ta’ razez stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness
II. Artikolu 25
Aċċettazzjoni ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi għal tnissil 1. Operazzjonijiet tat-tnissil
m’għandhomx jeskludu minħabba raġunijiet żootekniċi
jew ġenealoġiċi, minbarra dawk li jirriżultaw
mill-applikazzjoni tal-Artikolu 27, l-użu ta’ ħnieżer
tat-tnissil ibridi reġistrati fir-reġistri ta’ razez tagħhom
għal tnissil bl-użu tat-tekniki ta’ riproduzzjoni li ġejjin: (a) servizz naturali; (b) ġbir u użu ta’ ooċiti u
embrijuni; (c) ġbir ta’ semen minn annimali
għat-tnissil li jkun sarilhom, meta jkun japplika, kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27 jew kif
stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 28(1); (d) inseminazzjoni artifiċjali
bl-użu ta’ semen imsemmi fil-punt (c); (e) produzzjoni in vitro u użu ta’
embrijuni prodotti minn ooċiti msemmija fil-punt (b) u mnisslin
bl-użu ta’ semen imsemmi fil-punt (c). 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar kriterji
għal: (a) l-aċċettazzjoni minn operazzjonijiet
tat-tnissil ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għal tnissil; (b) il-ġbir u l-użu ta’ semen,
ooċiti jew embrijuni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għal
finijiet tat-tnissil. Artikolu 26
Aċċettazzjoni ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi għal inseminazzjoni artifiċjali
u ttestjar 1. L-operazzjonijiet tat-tnissil ma
jipprojbixxux l-użu ta' semen għall-inseminazzjoni artifiċjali
jew il-fertilizzazzjoni in-vitro tal-ooċiti miġbura
mill-ħnieżer nisa ibridi tat-tnissil, u dan kemm-il darba s-semen
ikun inġabar mill-majjal ibridu donatur għat-tnissil li l-linja
tiegħu tkun ġiet sottomessa għall-kontroll tal-prestazzjoni u
għal evalwazzjoni ġenetika skont l-Artikolu 27 u l-Anness III. 2. Ħnieżer irġiel
tat-tnissil ibridi u s-semen tagħhom, li jkunu reġistrati f’reġistru
tar-razza rikonoxxut fi Stat Membru wieħed, għandhom ikunu
aċċettati minn operazzjoni tat-tnissil li twettaq progrmm tat-tnissil
fuq l-istess inkroċju tar-razza fi Stat Membru ieħor
għall-kontroll tal-prestazzjoni, u fejn issir evalwazzjoni ġenetika
xierqa, bl-istess kondizzjonijiet u limitazzjonijiet kwantitattivi kif ikunu
applikati lil ħnieżer irġiel tat-tnissil ibridi u s-semen
tagħhom reġistrati f’reġistru tar-razza stabbilit
għall-istess inkroċju tar-razza minn operazjoni tat-tnissil rikonoxxuta
fl-Istat Membru fejn ikun se jsir il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni
ġenetika skont l-Artikolu 27. 3. Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2,
is-semen imsemmi f’dawk il-paragrafi għandu jinġabar, ikun ittrattat
u jinħażen minn ċentru ta’ ġbir u ħżin ta’ semen
approvat uffiċjalment għal kummerċ fl-Unjoni ta’ dawn
l-komoditajiet skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa
tal-annimali. 4. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar il-kondizzjonijiet
għall-aċċettazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi
għal inseminazzjoni artifiċjali u ttestjar. KAPITOLU V
Kontroll tal-prestazzjoni, evalwazzjoni ġenetika
u ċertifikati żootekniċi Artikolu 27
Metodi għall-kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika 1. Meta programm tat-tnissil approvat
skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’
anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina,
ovina u tal-ispeċi kaprina f’kotba tat-tnissil u
għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali rġiel
tat-tnissil ta’ dawk l-ispeċi u s-semen tagħhom, soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom jiżguraw li ttestjar bħal
dan ta’ prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika jitwettqu skont ir-regoli li
ġejjin stabbiliti fl-Anness III: (a) għal anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi bovina, fil-Parti 1; (b) għal anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi porċina, fil-Kapitolu I u
fil-punt 1 tal-Kapitolu II tal-Parti 2; (c) għal anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi ovina u kaprina, fil-Parti 3. 2. Meta programm tat-tnissil approvat
skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’
anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina f’kotba
tat-tnissil u għall-aċċettazzjoni għal tnissil ta’ annimali
rġiel tat-tnissil tal-ispeċi ekwina u s-semen tagħhom,
soċjetajiet ġenealoġiċi għandhom jiżguraw li
ttestjar bħal dan ta’ prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika jitwettqu
skont ir-regoli li ġejjin stabbiliti fl-Anness I: (a) fil-punt (1)(e) tal-Parti 2; (b) fil-punti (1)(a)(i) u (b)(i) u l-punt
(2)(b) tal-Parti 3. 3. Meta programm tat-tnissil approvat
skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 ikun jeħtieġlu evalwazzjoni
ġenetika għall-klassifikazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil
ibridi f’reġistri ta’ razez u għall-aċċettazzjoni għal
tnissil ta’ ħnieżer irġiel ibridi u s-semen tagħhom,
operazzjonijiet tat-tnissil għandhom jiżguraw li l-evalwazzjoni
ġenetika ssir skont ir-regoli stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu II
tal-Parti 2 tal-Anness III. Artikolu 28
Setgħat iddelegati u
setgħat ta' implimentazzjoni rigward ir-rekwiżiti
tal-metodi użati
għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika; 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli
għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika, u meta jkun
meħtieġ temenda l-Anness III, biex tqis: (a) avanzi xjentifiċi; (b) żviluppi tekniċi; (c) il-funzjonament tas-suq intern; jew (d) il-ħtiġijiet
għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi ta’ siwi. 2. Meqjusa l-opinjoni tal-espert
indipendenti msemmija fl-Artikolu 13(1)(a), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’
att implimentattiv, tistabbilixxi regoli uniformi għall-kontroll tal-prestazzjoni
u evalwazzjonijiet ġenetiċi u għall-interpretazzjoni
tar-riżultati tagħhom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 29
Istituzzjonijiet nominati
għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom, fejn
ikun meħtieġ biex iwettqu l-programm tat-tnissil tagħhom
approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, jinnominaw l-istituzzjoni
li tagħmel il-kontroll tal-prestazzjoni u l-evalwazzjoni ġenetika ta’
annimali għat-tnissil msemmijin fl-Artikolu 27. 2. L-istituzzjonijiet
msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jew: (a) joperaw
bħala unitajiet speċjalizzati taħt ir-responsabbiltà ta’
soċjetà tat-tnissil jew operazzjoni tat-tnissil; jew (b) ikunu awtorizzati mill-awtorità
kompetenti li tkun approvat il-programm tat-tnissil. 3. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom
iżommu lista aġġornata ta’ istituzzjonijiet nominati minnhom
skont il-paragrafu 1 u jagħmlu informazzjoni bħal din disponibbli
pubblikament. Artikolu 30
Obbligi ta’ istituzzjonijiet
nominati skont l-Artikolu 29(1) 1. Istituzzjonijiet nominati minn
soċjetajiet ġenealoġiċi jew minn operazzjonijiet
tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) għandhom jipprovdu
l-informazzjoni li ġejja meta tintalab mill-awtorità kompetenti: (a) reġistrazzjonijiet tad-dejta kollha
dwar testijiet ta’ prestazzjoni mwettqin; (b) l-identità tas-soċjetà tat-tnissil
li tinnomina jew tal-operazzjoni tat-tnissil u tal-awtorità kompetenti msemmija
fl-Artikolu 29(2)(b); (c) dettalji tal-metodi ta’
reġistrazzjoni għal karatteristiċi; (d) dettalji dwar il-mudell ta’ deskrizzjoni
ta’ prestazzjoni użat għall-analiżi tar-riżultati
tal-kontroll tal-prestazzjoni; (e) dettalji dwar il-metodu ta’ statistika
użat għall-analiżi tar-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni għal kull karatteristika evalwata; (f) dettalji dwar parametri
ġenetiċi użati għal kull karatteristika evalwata. 2. L-istituzzjonijiet nominati minn
soċjetajiet ġenealoġiċi jew minn operazzjonijiet
tat-tnissil kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) għandhom jagħmlu
disponibbli pubblikament u jżommu aġġornati r-riżultati
tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali għat-tnissil li s-semen
tagħhom jintuża għal inseminazzjoni artifiċjali. Artikolu 31
Nomina ta’ ċentri ta’
referenza tal-Unjoni Ewropea 1. Il-Kummissjoni għandha, permezz
ta’ atti implimentattivi, tinnomina ċ-ċentru ta’ referenza tal-Unjoni
Ewropea responsabbli għall-kollaborazzjoni ma’ soċjetajiet
ġenealoġiċi biex jagħmel uniformi l-metodi
għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali
ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). 2. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’
atti implimentattivi, tinnomina ċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni
Ewropea responsabbli għall-armonizzazzjoni tal-metodi għall-kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil tal-ispeċi minbarra dik tal-ispeċi bovina. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 32
Rekwiżiti għal
ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u d-dmirijiet u l-funzjonijiet
tagħhom 1. Ċentri ta’ referenza tal-Unjoni
Ewropea nominati skont l-Artikolu 31 għandhom: (a) ikunu konformi mar-rekwiżiti
stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV; (b) jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet
stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV; (c) jaħdmu ma’soċjetajiet
ġenealoġiċi u istituzzjonijiet nominati minn soċjetajiet
ġenealoġiċi skont l-Artikolu 29(1) biex iħaffu
l-applikazzjoni uniformi ta’ metodi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika għal anninali ta' razza pura għat-tnissil
kif imsemmi fl-Artikolu 27. 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar emendi ta’: (a) ir-rekwiżiti għal ċentri
ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV; (b) id-dmirijiet u
l-funzjonijiet ta’ ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea stabbiliti
fil-punt 2 tal-Anness IV. L-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2
għandhom iqisu kif imiss l-ispeċi ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil li għalihom il-metodu ta’ kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika għandhom isiru uniformi u l-avanzi
xjentifiċi u tekniċi fil-qasam ta’ evalwazzjoni ġenetika. 3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel
l-awditjar ta’ ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea nominati skont
il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 biex tivverifika li: (a) ikunu konformi mar-rekwiżiti
stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV; (b) jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet
tagħhom stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV. Jekk dak l-awditjar isib li ċentru ta’
referenza tal-Unjoni Ewropea ma jkunx qed jaqdi l-funzjonijiet u d-dmirijiet
tiegħu stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV, il-Kummissjoni tkun tista’
tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mogħtija skont l-Artikolu
31 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE jew tirtira n-nomina skont
il-proċedura msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 33
Il-ħruġ, il-kontenut u
l-format ta' ċertifikati żootekniċi
għall-kummerċ
fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom 1. Għall-fini tad-dħul ta’
annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom f’kotba
tat-tnissil jew ir-reġistrazzjoni tagħhom f’reġistri ta’ razez,
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil
għandhom joħorġu ċertifikati żootekniċi li: (a) jagħtu l-informazzjoni deskritta
fl-Anness V; (b) ikunu konformi mal-formuli mudell li
jkunu jaqblu ta’ ċertifikati żootekniċi msemmijin f’atti
implimentattivi adottati skont il-paragrafu 4. 2. Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil li jagħmlu
kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont il-programm
tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9
għandhom jiddikjaraw fiċ-ċertifikat żootekniku
maħruġ għal annimal tat-tnissil jew għall-prodotti
ġerminali tiegħu: (a) ir-riżultati kollha li jkun hemm ta’
testijiet ta’ prestazzjoni; (b) riżultati aġġornati tal-evalwazzjoni
ġenetika; (c) kull pekuljaretà ġenetika u difetti
ġenetiċi li jolqtu lill-annimal attwali u lill-missieru u lil ommu u
lin-nanniet tiegħu kif meħtieġ mill-programm tat-tnissil
approvat. 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar l-informazzjoni
meħtieġa skont l-paragrafu 1(a) u fejn ikun meħtieġ
l-emendi għall-kontenut ta’ ċertifikati żootekniċi
msemmijin fl-Anness V. 4. Il-Kummissjoni għandha, permezz
ta’ atti implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati
żootekniċi għal annimali għat-tnissil u s-semen,
l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 34
Derogi mill-ħruġ,
il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi
għall-kummerċ
fl-Unjoni ta' annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom 1. B’deroga mill-Artikolu 33(1),
l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li: (a) ċertifikati żootekniċi
jinħarġu minn ċentri ta’ ġbir ta’ semen u minn timijiet ta’
ġbir jew produzzjoni ta’ embrijuni approvati għall-kummerċ
f’dawk il-prodotti ġerminali skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali; (b) l-informazzjoni
li jeħtieġ li tkun inkluża fiċ-ċertifikat
żootekniku tkun tinsab f’dokumenti oħra li jkunu ma’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil tal-ispeċi bovina, porċina, ovina jew
speċi kaprina u tal-ħnieżer tat-tnissil ibridi, bil-kondizzjoni
li s-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil li jżommu
l-ktieb tat-tnissil jew ir-reġistru tar-razza jiċċertifikaw
il-kontenut ta’ dawk id-dokumenti skont il-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness V; (c) l-informazzjoni li jeħtieġ li
tkun inkluża fiċ-ċertifikat żootekniku tkun tinsab
fid-dokument ta’ identifikazzjoni maħruġ mis-soċjetà tat-tnissil
skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali
dwar l-identifikazzjoni ta’ equidae. 2. B’deroga mill-Artikolu 33(2)(b), jekk ir-riżultati
tal-evalwazzjoni ġenetika jkunu disponibbli pubblikament fuq l-Internet,
soċjetajiet ġenealoġiċi jew operazzjonijiet tat-tnissil
ikunu jistgħu, fiċ-ċertifikat żootekniku, jirreferu
għall-websajt minn fejn wieħed ikun jista’ jara dawk
ir-riżultati. KAPITOLU VI
Regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal kummerċ
f’annimali għat-tnissil ta’ speċi oħra Artikolu 35
Setgħa delegata u
implimentattiva dwar ir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi għal kummerċ f’anninali ta' razza pura
għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u
l-prodotti ġerminali
tagħhom; 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi għal kummerċ
f’anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u
l-prodotti ġerminali tagħhom meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament
tas-suq intern jew għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi
ta’ siwi, fir-rigward ta’: (a) ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi; (b) l-approvazzjoni ta’ programmi
tat-tnissil; (c) il-kondizzjonijiet għad-dħul
ta’ dawk l-anninali ta' razza pura għat-tnissil f’kotba tat-tnissil; (d) l-aċċettazzjoni ta’ dawk
l-anninali ta' razza pura għat-tnissil għat-tnissil, l-inseminazzjoni
artifiċjali u l-ġbir u l-użu tal-prodotti ġerminali
tagħhom minn soċjetajiet ġenealoġiċi; (e) il-metodi għall-kontroll
tal-prestazzjoni u għall-evalwazzjoni ġenetika ta’ dawk l-anninali
ta' razza pura għat-tnissil; (f) l-informazzjoni li għandha tkun
f’ċertifikati żootekniċi li għandhom ikunu ma’ dawk
l-anninali ta' razza pura għat-tnissil. 2. Sakemm il-Kummissjoni tkun adottat
l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha, permezz ta’ atti
implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati
żootekniċi msemmija fil-paragrafu 1(f) ta’ dan l-Artikolu għal
anninali ta' razza pura għat-tnissil msemmijin fl-Artikolu 2(i)(iii) u
s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija
fl-Artikolu 72(2). KAPITOLU VII
KAPITOLU VII Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi Artikolu 36
Korpi tat-tnissil 1. Meta ssir applikazzjoni minn
nissiel, soċjetajiet ġenealoġiċi jew operazzjonijiet
tat-tnissil għandhom idaħħlu jew jirreġistraw fil-kotba
tat-tnissil jew fir-reġistri ta’ razez tagħhom kull annimal
tat-tnissil u l-prodotti ġerminali tiegħu importati fl-Unjoni bil-kondizzjoni
li jiddaħħal fi ktieb tat-tnissil jew li jkun irreġistrat
f’reġistru tar-razza ta’ korp tat-tnissil f’pajjiż terz li: (a) iħares il-kriterji
għall-elenkar ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 37; (b) ikun inkluż f’lista ta’ korpi
tat-tnissil ikkomunikata lill-Kummissjoni mill-pajjiż terz ta’
oriġini tal-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali
tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha
żżomm, taġġorna u tippubblika listi ta’ korpi tat-tnissil
f’pajjiżi terzi msemmijin fil-paragrafu 1(b). Artikolu 37
Kriterji għal elenkar ta’
korpi tat-tnissil 1. Il-Kummissjoni għandha tinkludi
biss fil-lista msemmija fl-Artikolu 36(2) korpi tat-tnissil li dwarhom tkun
irċeviet mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz dokumentazzjoni li
turi li l-korpi tat-tnissil li l-pajjiż terz ikun jixtieq li jkunu
elenkati: (a) iwettqu programmi tat-tnissil li jkunu
ekwivalenti għal programmi tat-tnissil imwettqin fuq l-istess razza jew
l-inkroċju minn soċjetajiet ġenealoġiċi jew
operazzjonijiet tat-tnissil fir-rigward: (i) tar-regoli applikabbli
għad-dħul ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti
ġerminali tagħhom f’kotba tat-tnissil jew
għar-reġistrazzjoni tagħhom f’reġistri ta’ razez; (ii) tar-regoli applikabbli
għall-aċċettazzjoni ta’ annimali għat-tnissil għal
finijiet tat-tnissil; (iii) tar-regoli applikabbli għall-użu
ta’ prodotti ġerminali ta’ annimali għat-tnissil għall-ittestjar
u t-tnissil; (iv) tal-metodi użati għall-kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika; (b) ikollhom superviżjoni u jkunu
kkontrollati minn servizz uffiċjali fil-pajjiż terz li jkollu
s-setgħat meħtieġa biex jinforza regoli ekwivalenti
għar-regoli msemmijin f’dan ir-Regolament li jkunu dwar: (i) ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil; (ii) l-approvazzjoni tal-programmi
tagħhom tat-tnissil; (iii) id-dħul ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil f’kotba tat-tnissil u r-reġistrazzjoni ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi f’reġistri ta’ razez; (iv) il-metodi tagħhom ta’ kontroll
tal-prestazzjoni u ta’ evalwazzjoni ġenetika. 2. Il-Kummissjoni għandha tinkludi
biss fil-lista msemmija fl-Artikolu 36(2), korpi tat-tnissil ta’ pajjiżi
terzi li dwarhom tkun irċeviet mis-servizz uffiċjali msemmi
fil-paragrafu 1 tal-pajjiż terz dokumentazzjoni li turi li l-korpi
tat-tnissil li l-pajjiż terz ikun jixtieq li jkunu elenkati jkollhom
regoli ta’ proċedura biex jiżguraw li: (a) anninali ta' razza pura għat-tnissil
mdaħħlin f’kotba tat-tnissil minn soċjetajiet
ġenealoġiċi jiddaħħlu jew ikunu eliġibbli
għal dħul mingħajr diskriminazzjoni fil-kotba tat-tnissil
tal-istess razza stabbiliti minn korpi tat-tnissil f’dak il-pajjiż terz; (b) ħnieżer tat-tnissil ibridi
reġistrati f’reġistru tar-razza minn operazzjonijiet tat-tnissil
ikunu rreġistrati jew eliġibbli għal reġistrazzjoni
mingħajr diskriminazzjoni fir-reġistru tar-razza tal-istess
inkroċju stabbilit minn korpi tat-tnissil f’dak il-pajjiż terz. Artikolu 38
Ftehimiet ekwivalenti 1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’
atti implimentattivi, tirrikonoxxi li miżuri applikati f’pajjiż terz
ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn dawn li ġejjin: (a) ir-rikonoxximent u s-superviżjoni
ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu 4 jew stabbiliti fl-att delegat
adottat skont l-Artikolu 35(1); (b) l-approvazzjoni tal-programmi tat-tnissil
tagħhom imsemmijin fl-Artikolu 8(1) jew stabbiliti fl-att delegat adottat
skont l-Artikolu 35(1); (c) id-dħul ta’ annimali
għat-tnissil f’kotba tat-tnissil u f’reġistri ta’ razez msemmijin
fl-Artikoli 19 u 24 jew stabbiliti fl-att delegat adottat skont l-Artikolu
35(1); (d) l-aċċettazzjoni ta’ annimali
għat-tnissil għal tnissil imsemmi fl-Artikoli 21 u 25 jew stabbilit
fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 35(1); (e) l-użu ta’ semen għal ittestjar
imsemmi fl-Artikolu 23(1) jew stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu
35(1) ; (f) l-użu ta’ semen għal ittestjar
imsemmi fl-Artikolu 23(2) jew stabbilit fl-att delegat adottat skont l-Artikolu
35(1); (g) il-kontroll tal-prestazzjoni u
l-evalwazzjoni ġenetika msemmijin fl-Artikolu 27 jew stabbiliti fl-att
delegat adottat skont l-Artikolu 35(1). Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). 2. L-atti implimentattivi msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati abbażi ta’: (a) eżami bir-reqqa tal-informazzjoni u
d-dejta mogħtija mill-pajjiż terz konċernat skont l-Artikolu
37(1); (b) meta jkun xieraq, ir-riżultat
sodisfaċenti ta’ kontroll magħmul skont l-Artikolu 67. 3. L-atti implimentattivi msemmijin
fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet li jirregolaw
id-dħul ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom fl-Unjoni mill-pajjiż terz konċernat u jistgħu
jinkludu: (a) in-natura u l-kontenut
taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti żootekniċi skont
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V li għandhom ikunu mal-annimali
għat-tnissil jew mal-prodotti ġerminali tagħhom; (b) rekwiżi speċifiċi
applikabbli għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali jew tal-prodotti
ġerminali tagħhom u għall-kontrolli uffiċjali li jkollhom
isiru meta jidħlu fl-Unjoni; (c) meta jkun meħtieġ,
proċeduri għat-tfassil u għall-emendi ta’ listi ta’ korpi
tat-tnissil fil-pajjiż terz konċernat li minnu d-dħul ta’
annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom fl-Unjoni jkun
permess. 4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi,
tirrevoka l-atti implimentattivi msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien
meta xi waħda mill-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza
ta’ garanziji stabbiliti fiż-żmien tal-adozzjoni tagħhom ma
tibqax titħares. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 39
Kundizzjonijiet
żootekniċi għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta'
annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom; 1. Nissiela jistgħu jimportaw
fl-Unjoni annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
imdaħħlin fi ktieb tat-tnissil jew reġistrati f’reġistru
tar-razza ta’ korp tat-tnissil inkluż fil-lista stabbilita skont
l-Artikolu 36(2) jew l-Artikolu 38(1) li jkollhom magħhom ċertifikat
żootekniku kif imsemmi fl-Artikolu 40 u jkunu konformi mal-kondizzjonijiet
addizzjonali li ġejjin: (a) l-annimali għat-tnissil ikollhom
magħhom evidenza li huma għandhom jiddaħħlu fi ktieb
tat-tnissil ta’ soċjetà tat-tnissil jew ikunu rreġistrati
f’reġistru tar-razza ta’ operazzjoni tat-tnissil; (b) is-semen: (i) ikun inġabar minn annimali
għat-tnissil li jkun sarilhom kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni
ġenetika skont Anness III meta ttestjar u evalwazzjoni bħal dawk
ikunu meħtieġa mill-Artikolu 27(1); jew (ii) ikun importat fi kwantitajiet
meħtieġa għall-kontroll tal-prestazzjoni u
għall-evalwazzjoni ġenetika kif imsemmi fl-Artikolu 23(2); (c) l-ooċiti u l-embrijuni jkunu
nġabru jew kienu prodotti minn annimali għat-tnissil li jkun sarilhom
kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika skont l-Anness III meta
ttestjar u evalwazzjoni bħal dawk ikunu meħtieġa mill-Artikolu
27(1). 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar ir-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi għal importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom biex tqis il-qagħda żooteknika speċifika f’pajjiż
terz ta’ oriġini ta’ annimal tat-tnissil. Artikolu 40
Il-ħruġ, il-kontenut u
l-format ta' ċertifikati żootekniċi għall-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta'
annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom; 1. Għall-fini tad-dħul ta’
annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali f’kotba tat-tnissil
jew tar-reġistrazzjoni tagħhom f’reġistri ta’ razez,
iċ-ċertifikati żootekniċi msemmija fl-Artikolu 39(1)
għandhom: (a) jinħarġu mill-korp tat-tnissil
elenkat skont l-Artikolu 36(2); (b) jagħtu l-informazzjoni deskritta
fl-Anness V; (c) jitfasslu skont il-formula mudell ta’
ċertifikat żootekniku msemmija f’att implimentattiv adottat skont
il-paragrafu 2. 2. Il-Kummissjoni għandha, permezz
ta’ atti implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati
żootekniċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali
għat-tnissil u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 41
Derogi mill-ħruġ,
il-kontenut u l-format ta' ċertifikati żootekniċi għal
għal importazzjonijiet fl-Unjoni
ta’ annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom 1. B’deroga mill-Artikolu 40(1)(a),
prodotti ġerminali jista’ jkollhom magħhom ċertifikat
żootekniku maħruġ f’isem il-korp tat-tnissil imsemmi fl-Artikolu
40(1)(a) minn ċentri ta’ ġbir ta’ semen jew minn timijiet ta’
ġbir jew produzzjoni ta’ embrijuni approvati għal importazzjonijiet
fl-Unjoni ta’ dawk il-prodotti ġerminali skont leġiżlazzjoni
tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali. 2. B’deroga mill-Artikolu 40(1)(b),
l-informazzjoni li jeħtieġ li tkun inkluża
fiċ-ċertifikat żootekniku tista’ tkun (a) f’dokumenti
oħra li jkunu mal-annimal tat-tnissil jew mal-prodotti ġerminali
tiegħu bil-kondizzjoni li l-korp tat-tnissil li jżomm il-ktieb
tat-tnissil jew ir-reġistru tar-razza jkun iċċertifika
l-kontenut ta’ dawk id-dokumenti skont il-punt 2 tal-Parti 1 tal-Anness V; (b) referenza għall-websajt minn fejn
jista’ jkun hemm aċċess għal dawk ir-riżultati,
bil-kondizzjoni li r-riżultati tal-evalwazzjoni ġenetika jkunu
disponibbli pubblikament fuq l-Internet. Artikolu 42
Kontrolli żootekniċi
fuq l-annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
impurtati fl-Unjoni 1. L-Istati Membri għandhom
jagħmlu eżamijiet żootekniċi fuq konsenji ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom importati
fl-Unjoni minn pajjiżi terzi fil-post ta’ spezzjonijiet tal-fruntiera li
fih isiru l-verifiki ta’ dokumenti, identità u fiżiċi skont
l-Artikoli 42 tar-Regolament (UE) Nru […] [COM/2013/0265 finali - 2013/0140
(COD)]. 2. Għall-fini tal-paragrafu 1, importaturi
ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom
għandhom jippreżentaw lill-uffiċjal li jagħmel il-verifiki
ta’ dokumenti, identità u fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1
iċ-ċertifikat żootekniku, li għandu jkun mal-konsenja skont
l-Artikolu 39(1). Artikolu 43
Kondizzjonijiet għal
dħul f’kotba tat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
importati fl-Unjoni 1. Soċjetajiet
ġenealoġiċi għandhom idaħħlu fit-taqsima ewlenija
tal-ktieb tat-tnissil tagħhom anninali ta' razza pura għat-tnissil: (a) importati fl-Unjoni skont l-Artikolu
39(1)(a); (b) mwelldin fi Stat Membru bħala
r-riżultat ta’ riproduzzjoni assistita bl-użu ta’ (i) semen, importat skont l-Artikolu
39(1)(b); (ii) ooċiti jew embrijuni, importati
skont l-Artikolu 39(1)(c). 2. Soċjetajiet
ġenealoġiċi jistgħu jdaħħlu fit-taqsima ewlenija
tal-ktieb tat-tnissil tagħhom annmali tat-tnissil ta’ razza pura importati
fl-Unjoni li jissodisfaw l-istandards stabbiliti għar-razza fil-programm
tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 u bil-kondizzjoni
li: (a) il-korp tat-tnissil ikun konformi
mal-kriterji għall-elenkar ta’ korpi tat-tnissil imsemmijin fl-Artikolu
37; (b) id-dħul ta’ annimali
għat-tnissil bħal dawn ta’ razza pura fit-taqsima ewlenija tal-ktieb
tat-tnissil ikun previst fil-programm tat-tnissil approvat; (c) l-anninali ta' razza pura
għat-tnissil jkollhom magħhom ċertifikat żootekniku: (i) maħruġ mill-korp tat-tnissil
imsemmi fil-punt (a); (ii) li jinkludi l-informazzjoni deskritta
fl-Anness V. Artikolu 44
Kondizzjonijiet għal
reġistrazzjoni f’reġistri ta’ razez ta’ ħnieżer tat-tnissil
ibridi
impurtati fl-Unjoni 1. Operazzjonijiet tat-tnissil
għandhom jirreġistraw fir-reġistri ta’ razez tagħhom
ħnieżer tat-tnissil ibridi: (a) importati fl-Unjoni skont l-Artikolu 39(1)(a); (b) mwelldin fi Stat Membru bħala
r-riżultat ta’ riproduzzjoni assistita bl-użu ta’ (i) semen, importat skont l-Artikolu
39(1)(b); (ii) ooċiti jew embrijuni, importati
skont l-Artikolu 39(1)(c). 2. Operazzjonijiet tat-tnissil
jistgħu jdaħħlu fir-reġistri ta’ razez tagħhom
ħnieżer tat-tnissil ibridi importati fl-Unjoni li jissodisfaw
l-istandards stabbiliti għall-inkroċju fil-programm tat-tnissil
approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 u bil-kondizzjoni li: (a) il-korp tat-tnissil stabbilit
fil-pajjiż terz iħares ir-rekwiżiti tal-Artikolu 37; (b) ir-reġistrazzjoni ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi bħal dawn fir-reġistru tar-razza
tkun prevista fil-programm tat-tnissil approvat. KAPITOLU VIII
Kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għal
importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tnissil ta’ speċi
oħra Artikolu 45
Setgħa delegata dwar
ir-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi għal
importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali tagħhom 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar regoli
speċifiċi għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u l-prodotti ġerminali
tagħhom meta dan ikun meħtieġ għall-funzjonament tas-suq
intern jew għall-ħarsien ta’ riżorsi ġenetiċi ta’
siwi, fir-rigward ta’: (a) l-elenkar ta’ korpi tat-tnissil; (b) il-kondizzjonijiet għad-dħul
ta’ dawk l-annimali ekwini ta’ razza pura f’kotba tat-tnissil stabbiliti minn
soċjetajiet ġenealoġiċi; (c) l-aċċettazzjoni ta’ dawk
l-anninali ta' razza pura għat-tnissil għat-tnissil, l-inseminazzjoni
artifiċjali u l-ġbir u l-użu tal-prodotti ġerminali
tagħhom minn soċjetajiet ġenealoġiċi; (d) il-metodi għall-kontroll tal-prestazzjoni
u l-evalwazzjoni ġenetika ta’ dawk l-annimali ekwini ta’ razza pura; (e) l-informazzjoni ewlenija li għandha
tkun fiċ-ċertifikat żootekniku li għandu jkun ma’ dawk
l-anninali ta' razza pura għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom. 2. Sakemm il-Kummissjoni tkun adottat
l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1, hija għandha, permezz ta’ atti
implimentattivi, tfassal formuli mudell ta’ ċertifikati
żootekniċi msemmija fil-paragrafu 1(f) għal anninali ta' razza
pura għat-tnissil msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii) u għas-semen,
l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). KAPITOLU IX
KAPITOLU IX Kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra,
assistenza amministrattiva, kooperazzjoni u infurzar mill-Istati Membri Artikolu 46
Regoli ġenerali dwar
kontrolli uffiċjali 1. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali fuq soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil regolarment,
abbażi tar-riskju u sikwit kif jixraq, billi tqis: (a) każijiet identifikati ta’ nuqqas ta’
konformità b’rabta ma’: (i) annimali għat-tnissil u l-prodotti
ġerminali tagħhom; (ii) l-attivitajiet taħt il-kontroll ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil; (iii) il-post tal-attivitajiet jew
tal-operazzjonijiet ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil; (b) ir-reġistrazzjonijiet
l-imgħoddija ta’ soċjetajiet ġenealoġiċi u ta’
operazzjonijiet tat-tnissil dwar ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali
magħmulin fuqhom u dwar il-konformità tagħhom mar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament; (c) l-affidabbiltà u r-riżultati
tal-kontrolli prorpji li jkunu saru mis-soċjetajiet
ġenealoġiċi u mill-operazzjonijiet tat-tnissil jew minn
partijiet terzi meta jitolbuhom, biex tkun aċċertata l-konformità
mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament; (d) kull informazzjoni li tista’ tindika
nuqqas ta’ konformità. 2. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali fuq bażi regolari u sikwit kif
jixraq biex tidentifika ksur intenzjonali li jista’ jkun hemm tar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament, billi tqis, flimkien mal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 1,
informazzjoni dwar ksur intenzjonali bħal dan li jista’ jkun hemm qed
jinqasam permezz tal-mekkaniżmi kollha ta’ assistenza amministrattiva
msemmija fl-Artikolu 53 u kull informazzjoni oħra li tkun tindika
l-possibbiltà ta’ ksur bħal dan. 3. Kontrolli uffiċjali
magħmulin qabel ma ċerti annimali għat-tnissil u l-prodotti
ġerminali tagħhom jitqiegħdu fis-suq minħabba
l-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet
uffiċjali meħtieġa mir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament bħala kondizzjoni
għat-tqegħid fis-suq tal-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti
ġerminali tagħhom għandhom isiru skont: (a) ir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; (b) l-atti delegati adottati mill-Kummissjoni
skont l-Artikoli 35 u 45. 4. Kontrolli uffiċjali
għandhom isiru wara avviż minn qabel lin-nissiel, lis-soċjetà
tat-tnissil jew lill-operazzjoni tat-tnissil sakemm ma jkunx hemm
raġunijiet gravi biex il-kontrolli jsiru mingħajr ma jitħabbru. 5. Kontrolli uffiċjali
għandhom isiru kemm jista’ jkun b’mod li l-piż fuq in-nissiel,
is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil ikun mill-anqas. 6. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali bl-istess attenzjoni irrispettivament
minn jekk l-annimali għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali
tagħhom ikunux: (a) disponibbli fis-suq tal-Unjoni, kemm jekk
joriġinaw fl-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli uffiċjali jew fi
Stat Membru ieħor; jew (b) deħlin fl-Unjoni minn pajjiżi
terzi. Artikolu 47
Transparenza ta’ kontrolli
uffiċjali 1. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali b’livell għoli ta’ trasparenza u
tagħmel disponibbli pubblikament informazzjoni rilevanti dwar
l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali. Hija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni
regolari u f’waqtha ta’ informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali li hija
tagħmel u għandha tippubblika mill-anqas l-informazzjoni li
ġejja: (a) it-tip, l-għadd u r-riżultat
ta’ kontrolli uffiċjali magħmulin minnha; (b) it-tip u l-għadd ta’ każijiet
ta’ nuqqas ta’ konformità misjuba minnha; (c) il-każijiet fejn miżuri jkunu
ttieħdu minnha skont l-Artikoli 61; (d) il-każijiet fejn il-pieni msemmijin
fl-Artikolu 62 kienu imposti minnha. 2. Il-Kummissjoni għandha, permezz
ta’ atti implimentattivi, tistabbilixxi u taġġorna kif ikun
meħtieġ il-format li fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1
għandha tkun ippubblikata. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). 3. L-awtorità kompetenti tista’
tippubblika jew xort’oħra tagħmel disponibbli pubblikament
informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil, kull waħda
għaliha, abbażi tar-riżultati ta’ kontrolli uffiċjali,
bil-kondizzjoni li jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) il-kriterji ta’ klassifikazzjoni jkun
oġġettivi, trasparenti u disponibbli pubblikament; (b) ikun hemm arranġamenti xierqa biex
ikunu żgurati l-konsistenza u t-trasparenza tal-proċess ta’
klassifikazzjoni. Artikolu 48
Proċeduri dokumentati u ta’
verifika ta’ kontroll 1. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali skont proċeduri dokumentati, li
għandu jkollhom istruzzjonijiet dettaljati għal persunal li
jagħmel kontrolli uffiċjali. 2. L-awtorità kompetenti għandu
jkollha lesti proċeduri interni biex tivverifika l-konsistenza u
l-effikaċja ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali
oħra li hija tagħmel. 3. L-awtorità kompetenti għandha: (a) tieħu azzjonijiet korrettivi
fil-każijiet kollha fejn il-proċeduri interni msemmijin fil-paragrafu
2 jidentifikaw nuqqasijiet fil-konsistenza u fl-effikaċja ta’ kontrolli
uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra; (b) taġġorna l-proċeduri
dokumentati msemmijin fil-paragrafu 1 kif ikun jixraq. Artikolu 49
Rapporti dwar kontrolli
uffiċjali 1. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali kollha li hija
tagħmel li għandu jkollhom: (a) deskrizzjoni tal-għan tal-kontrolli
uffiċjali; (b) il-metodi ta’ kontroll applikati; (c) ir-riżultati tal-kontrolli
uffiċjali; (d) fejn ikun xieraq, azzjoni li l-awtorità
kompetenti tesiġi li n-nissiel, is-soċjetajiet
ġenealoġiċi u l-operazzjonijiet tat-tnissil jieħdu
bħala riżultat tal-kontrolli uffiċjali. 2. L-awtorità kompetenti għandha
tagħti lin-nissiel, lis-soċjetà tat-tnissil jew lill-operazzjoni
tat-tnissil soġġetti għal kontroll uffiċjali kopja
tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Artikolu 50
Metodi u tekniki biex isiru
kontrolli uffiċjali 1. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali billi tuża metodi u tekniki ta’
kontroll li jinkludu, fejn ikun xieraq, verifika, spezzjonijiet u awditjar. 2. L-awtorità kompetenti għandha
tagħmel kontrolli uffiċjali ta’ nissiela, soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil li jinkludu dan li
ġej, fejn ikun xieraq: (a) eżami tas-sistemi ta’ kontroll li
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil ikunu
lestew u tar-riżultati miksubin minn sistemi ta’ kontroll bħal dawn; (b) spezzjoni ta’: (i) il-postijiet, l-uffiċċji u
t-tagħmir ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil; (ii) l-annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom tan-nissiela; (iii) tikkettar, preżentazzjoni u
reklamar ta’ nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil; (c) eżami ta’ dokumenti u rekords oħra
li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità
mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament; (d) intervisti ma’ membri u persunal
tas-soċjetajiet ġenealoġiċi u tal-operazzjonijiet
tat-tnissil; (e) kull attività oħra meħtieġa
biex ikun identifikat każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Artikolu 51
Obbligi ta’ nissiela,
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil 1. Nissiela, soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom
jagħtu lil uffiċjali tal-awtorità kompetenti l-aċċess
meħtieġ għal dan li ġej, meta jkun meħtieġ biex
isiru kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra: (a) postijiet, uffiċċji u
tagħmir; (b) sistemi ta’ ġestjoni ta’
informazzjoni kompjuterizzata; (c) annimali għat-tnissil u l-prodotti
ġerminali tagħhom; (d) dokumenti u kull informazzjoni oħra
rilevanti. 2. Matul kontrolli uffiċjali u
attivitajiet uffiċjali oħra, nissiela, soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil għandhom jassistu
lill-uffiċjali tal-awtorità kompetenti fit-twettiq tal-kompiti
tagħhom. 3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’
atti implimentattivi, tagħmel regoli li jistabbilixxu: (a) l-arranġamenti għal
aċċess minn uffiċjali tal-awtorità kompetenti għas-sistemi
ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni kompjuterizzata msemmijin fil-paragrafu
1(b); (b) regoli uniformi dwar l-assistenza
msemmija fil-paragrafu 2 minn nissiela, soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil lill-awtorità
kompetenti. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). Artikolu 52
Setgħa delegata dwar regoli
speċifiċi ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ azzjoni li għandha
tittieħed mill-awtorità kompetenti b’rabta ma’ annimali għat-tnissil
u l-prodotti ġerminali tagħhom 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 71 dwar regoli: (a) biex isiru kontrolli uffiċjali fuq
annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
għall-verifika tal-konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; (b) dwar l-azzjoni li għandha
tittieħed mill-awtorità kompetenti meqjusin ir-riżultati miksubin
wara li jkunu saru kontrolli uffiċjali. 2. L-atti delegati msemmijin
fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw: (a) ir-responsabbiltajiet u l-kompiti
speċifiċi tal-awtorità kompetenti, flimkien ma’ dawk imsemmijin
fl-Artikoli 46 sa 50; (b) il-każijiet fejn l-awtorità
kompetenti, b’rabta ma’ każijiet speċifiċi ta’ nuqqas ta’
konformità, għandha tieħu waħda mill-miżuri jew aktar
imsemmijin f’atti implimentattivi adottati skont l-Artikolu 66(1) jew
miżuri addizzjonali ma’ dawk imsemmijin f’dak l-Artikolu. Artikolu 53
Regoli ġenerali għal
assistenza amministrattiva u kooperazzjoni 1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati
Membri għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza amministrattiva biex
jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament f’każijiet ta’
nuqqas ta’ konformità li jkollhom l-oriġini tagħhom, l-estensjoni u
l-effetti f’aktar minn Stat Membru wieħed. 2. L-assistenza amministrattiva
msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, fejn ikun xieraq,
parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru f’kontrolli
uffiċjali fuq il-post li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru
ieħor iwettqu. 3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan
l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal
regoli nazzjonali: (a) applikabbli għall-ħruġ ta’
dokumenti li jkunu l-oġġett ta’, jew relatati ma’ proċedimenti
ġudizzjarji; (b) li jkollhom bħala għan
il-ħarsien ta’ interessi kummerċjali vestiti f’persuni
fiżiċi jew ġuridiċi. 4. Il-komunikazzjonijiet bejn
awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 54, 55 u 56 għandhom ikunu
bil-miktub. Artikolu 54
Assistenza mitluba 1. Meta l-awtorità kompetenti tqis li
tkun teħtieġ informazzjoni mingħand awtorità kompetenti fi Stat
Membru ieħor biex isiru jew biex ikun hemm segwitu effettiv għal
kontrolli uffiċjali, hija għandha tissottometti talba motivata lil
dik l-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti nnotifikati
għandhom, mingħajr dewmien: (a) tikkonferma r-riċevuta tat-talba
motivata u tindika ż-żmien meħtieġ biex tingħata
l-informazzjoni mitluba; (b) tagħmel kontrolli uffiċjali jew
investigazzjonijiet meħtieġa biex (i) tagħti lill-awtorità kompetenti li
tkun għamlet it-talba l-informazzjoni kollha meħtieġa u
d-dokumenti oriġinali jew kopji ċċertifikati tagħhom; (ii) tivverifika, meta jkun meħtieġ
fuq il-post, il-konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament fil-ġurisdizzjoni
tagħhom. 2. L-awtorità kompetenti li
tagħmel it-talba u dik mitluba jistgħu jaqblu li uffiċjali
nominati minn tal-ewwel ikunu preżenti matul il-kontrolli uffiċjali
msemmijin fil-paragrafu 1(b)(i). F’każijiet bħal dawn l-uffiċjali
tal-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba: (a) għandhom f’kull żmien ikunu
jistgħu jipproduċu awtorità bil-miktub li turi l-identità u
l-kapaċità uffiċjali tagħhom; (b) ikollhom aċċess
għall-istess bini u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjal
preżenti tal-awtorità kompetenti mitluba bl-uniku għan tal-kontrolli
uffiċjali li jkunu qed isiru; (c) m’għandhomx, minn rajhom,
jeżerċitaw is-setgħat li jagħmlu kontrolli uffiċjali
mogħtijin lil uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti mitluba. Artikolu 55
Assistenza mhux mitluba 1. Meta l-awtorità kompetenti ssir taf
b’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, u meta nuqqas ta’ konformità bħal
dak jista’ jkollu implikazzjonijiet għal Stat Membru ieħor, hija
għandha tinnotifika informazzjoni bħal dik lill-awtorità kompetenti
ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor fuq inizjattiva proprja u mingħajr
dewmien bla bżonn. 2. L-awtorità kompetenti notifikata
skont il-paragrafu 1 għandha: (a) tikkonferma r-riċevuta tan-notifika
mingħajr dewmien; (b) tindika fi żmien għaxart ijiem
mid-data tal-irċevuta tan-notifika: (i) l-investigazzjonijiet li jkun fi
ħsiebha tagħmel dwar il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija
fil-paragrafu 1; jew (ii) ir-raġunijiet għaliex tqis li
ma jkunux meħtieġa investigazzjonijiet. 3. Meta l-awtorità kompetenti
notifikata skont il-paragrafu 1 tiddeċiedi li tagħmel investigazzjonijiet
skont il-paragrafu 2, hija għandha tgħarraf mingħajr dewmien
lill-awtorità kompetenti li tkun innotifikatha bir-riżultati ta’ kull
investigazzjoni bħal din u, fejn ikun xieraq, b’kull miżura
meħuda bħala riżultat. Artikolu 56
Assistenza fil-każ ta’
nuqqas ta’ konformità 1. Meta, matul kontrolli uffiċjali
magħmulin fuq annimali għat-tnissil u fuq il-prodotti ġerminali
tagħhom li joriġinaw fi Stat Membru ieħor l-awtorità kompetenti
tistabbilixxi li annimali għat-tnissil bħal dawn jew prodotti
ġerminali tagħhom ma jkunux konformi mar-regoli żootekniċi
u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament b’mod li
joħolqu ksur gravi ta’ dawk ir-regoli, hija għandha, mingħajr
dewmien, tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun
bagħathom u ta’ kull Stat Membru ieħor konċernat biex ikunu
jistgħu jagħmlu investigazzjonijiet xierqa. 2. L-awtoritajiet kompetenti notifikati
skont il-paragrafu 1 għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn: (a) jikkonfermaw ir-riċevuta
tan-notifika u jindikaw liema investigazzjonijiet huma jkun biħsiebhom
jagħmlu dwar il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1; (b) jinvestigaw il-ħaġa,
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu
lill-awtorità kompetenti li tkun għamlet in-notifika bin-natura
tal-investigazzjonijiet u tal-kontrolli uffiċjali magħmulin minnhom,
bid-deċiżjonijiet meħudin u bir-raġunijiet għal
deċiżjonijiet bħal dawn. 3. Jekk l-awtorità kompetenti li tkun
għamlet in-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ikollha raġuni biex
temmen li l-investigazzjonijiet magħmulin jew li l-miżuri
meħudin mill-awtoritajiet kompetenti notifikati skont il-paragrafu 2 ma
jindirizzawx b’mod adegwat il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità stabbilit,
hija għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti notifikati biex
jagħmlu kontrolli uffiċjali jew miżuri addizzjonali. F’każijiet bħal dawn: (a) l-awtoritajiet kompetenti
taż-żewġ Stati Membri għandhom jaraw x’modi u x’mezzi jkun
hemm biex jinstab approċċ miftiehem bil-għan li jkun indirizzat
kif jixraq il-każ ta’ nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan
l-Artikolu, inkluż permezz ta’ kontrolli uffiċjali konġunti fuq
il-post magħmulin skont l-Artikoli 53(2) u 54(2); (b) huma għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn meta ma jkunux
jistgħu jaqblu dwar miżuri xierqa. 4. Meta kontrolli uffiċjali
magħmulin fuq annimali għat-tnissil jew fuq prodotti ġerminali
tagħhom li joriġinaw fi Stat Membru ieħor juru każijiet
ripetuti ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1,
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandha
tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri
l-oħra mingħajr dewmien bla bżonn. Artikolu 57
Informazzjoni dwar nuqqas ta’
konformità riċevuti minn pajjiżi terzi 1. Meta awtorità kompetenti
tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz li tkun tindika każ ta’
nuqqas ta’ konformità mar-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament, hija għandha,
mingħajr dewmien bla bżonn, tinnotifika informazzjoni bħal dik: (a) lill-Kummissjoni jekk tkun jew tista’
tkun rilevanti f’livell tal-Unjoni; (b) lill-awtorità kompetenti fi Stati Membri
oħra konċernati. 2. Informazzjoni miksuba permezz ta’
kontrolli uffiċjali u investigazzjonijiet magħmulin skont dan
ir-Regolament tista’ tkun ikkomunikata lill-pajjiż terz imsemmi
fil-paragrafu 1, bil-kondizzjoni li: (a) l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw
l-informazzjoni jagħtu l-kunsens tagħhom għal komunikazzjoni
bħal dik; (b) il-pajjiż terz ikun għamel
sforz biex jagħti l-assistenza meħtieġa biex jinġabru
l-provi meħtieġa dwar prattiki li ma jkunux jew li jkunu jidhru li ma
jkunux konformi ma’ regoli tal-Unjoni; (c) ikun hemm konformità ma’ regoli rilevanti
tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjoni ta’ dejta
personali lil pajjiżi terzi. Artikolu 58
Assistenza koordinata u segwitu
mill-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
tikkoordina mingħajr dewmien il-miżuri meħudin mill-awtorità
kompetenti skont dan il-Kapitolu meta: (a) informazzjoni disponibbli
għall-Kummissjoni tindika li attivitajiet li jkunu, jew li jidhru li
jkunu, ta’ nuqqas ta’ konformità: (i) ikollhom, jew ikun jista’ jkollhom,
ramifikazzjonijiet f’aktar minn Stat Membru wieħed; jew (ii) jistgħu jkunu qed iseħħu
f’aktar minn Stat Membru wieħed; (b) l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati
Membri konċernati ma jkunux jistgħu jaqblu dwar azzjoni xierqa biex
jindirizzaw nuqqas ta’ konformità bħal dan. 2. Fil-każijiet imsemmija
fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’: (a) b’kollaborazzjoni mal-Istat Membru
konċernat, tibgħat tim ta’ spezzjoni biex jagħmel kontroll
uffiċjali fuq il-post; (b) titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat
Membru tad-dispaċċ u, skont il-każ, dawk fi Stati Membri
oħra konċernati, jintensifikaw b’mod xieraq il-kontrolli
uffiċjali u jirrapportaw lilha dwar il-miżuri meħudin minnhom; (c) tissottometti informazzjoni dwar
każijiet bħal dawn lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 72(1), flimkien
ma’ proposta għal miżuri biex jissewwew il-każijiet ta’ nuqqas
ta’ konformità msemmijin fil-paragrafu 1(a). Artikolu 59
Prinċipju ġenerali
għall-finanzjament ta’ kontrolli uffiċjali 1. L-Istati Membri għandhom
jiżguraw li jkun hemm disponibbli riżorsi finanzjarji adegwati biex
jipprovdu l-persunal u riżorsi oħra meħtieġa lill-awtorità
kompetenti biex tagħmel kontrolli uffiċjali u attivitajiet
uffiċjali oħra. 2. L-Istati Membri
jistgħu jiġbru ħlasijiet biex ikopru l-ispejjeż
għall-kontrolli uffiċjali magħmulin minnhom. Artikolu 60
Obbligi ġenerali
tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ azzjoni ta’ rinfurzar 1. Meta jkunu qed jaġixxu skont
dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu prijorità
lil azzjoni li jkollha tittieħed biex ikunu eliminati nuqqasijiet ta’
konformità jew biex ikunu mminimizzati l-effetti tagħhom
għall-kummerċ f’annimali għat-tnissil u fil-prodotti ġerminali
tagħhom. 2. F’każ ta’ suspett ta’ nuqqas
ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu
investigazzjoni biex jikkonfermaw jew jeliminaw dak is-suspett. 3. Meta jkun meħtieġ
għall-finijiet tagħha, l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 2
għandha tinkludi t-twettiq f’kontrolli uffiċjali intensifikati fuq
annimali għat-tnissil u fuq prodotti ġerminali tagħhom u fuq
nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet
tat-tnissil, għal perjodu xieraq. Artikolu 61
Investigazzjonijiet u miżuri
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità stabbilit 1. Meta jkun ġie stabbilit
in-nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: (a) jagħmlu kull investigazzjoni
ulterjuri meħtieġa biex tkun iddeterminata l-oriġini ta’ u kemm
ikun in-nuqqas ta’ konformità u biex jistabbilixxu r-responsabbiltajiet ta’
nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet
tat-tnissil; (b) jieħdu miżuri xierqa biex
jiżguraw li nissiela, soċjetajiet ġenealoġiċi u
operazzjonijiet tat-tnissil isewwu n-nuqqas ta’ konformità u ma jħalluhx
jerġa’ jseħħ. Meta jiddeċiedu x’miżuri jieħdu,
l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-nuqqas ta’
konformità u r-rekord li kellhom fl-imgħoddi n-nissiel, is-soċjetà
tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil fir-rigward ta’ konformità. 2. Meta jaġixxu skont il-paragrafu
1, awtoritajiet kompetenti għandhom, skont il-każ: (a) jipposponu d-dħul f’kotba
tat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil jew
ir-reġistrazzjoni f’reġistri ta’ razez ta’ ħnieżer
tat-tnissil ibridi; (b) jordnaw it-tibdil fl-istatus tal-annimali
jew tal-prodotti ġerminali tagħhom kif maħsubin
għat-tnissil skont dan ir-Regolament jew li tingħata informazzjoni
korrettiva lin-nissiela; (c) jirrestrinġu jew jipprojbixxu
l-kummerċ fl-annimali u l-prodotti ġerminali bħala annimali
għat-tnissil jew prodotti ġerminali definiti fl-Artikolu 2 jew
l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni jew l-esportazzjoni lejn pajjiżi
terzi jew jipprojbixxuhom jew jordnaw li jiġu rritornati lejn l-Istat
Membru mnejn intbagħtu; (d) jordnaw li n-nissiel, is-soċjetà
tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil iżidu l-frekwenza tal-kontrolli
tagħhom stess; (e) jordnaw li ċerti attivitajiet
tan-nissiel, tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil
konċernati jkunu soġġetti għal aktar kontrolli jew
għal kontrolli sistematiċi; (f) jordnaw li għal perjodu ta’
żmien xieraq jieqfu l-attivitajiet kollha jew parti minnhom tan-nissiel,
tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil konċernati u,
fejn ikun rilevanti, tas-siti tal-Internet li huma joperaw jew jużaw, u
jissospendu l-approvazzjoni ta’ programm tat-tnissil magħmul minn
soċjetà tat-tnissil jew minn operazzjoni tat-tnissil, meta dik
is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil ripetutament,
kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi
mar-rekwiżiti tal-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew
l-Artikolu 9; (g) jordnaw li jkun irtirat ir-rikonoxximent
tas-soċjetà tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil mogħti skont
l-Artikolu 4(2), jekk il-prattika amministrattiva ta’ dik is-soċjetà
tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil tindika li huma ripetutament,
kontinwament jew ġeneralment jonqsu milli jkunu konformi
mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2)(c); (h) jieħdu kull miżura oħra li
l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa biex jiżguraw konformità mar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament. 3. L-awtoritajiet kompetenti
għandhom jipprovdu lin-nissiel, lis-soċjetà tat-tnissil jew
lill-operazzjoni tat-tnissil konċernati, jew lir-rappreżentant
tagħhom: (a) b'notifika bil-miktub
tad-deċiżjoni tagħhom dwar l-azzjoni jew il-miżura li
jkollha tittieħed skont il-paragrafi 1 u 2, flimkien mar-raġunijiet
għal dik id-deċiżjoni; u, (b) b'informazzjoni dwar id-drittijiet
għal appell kontra deċiżjonijiet bħal dawk u dwar
il-proċedura applikabbli u t-termini ta’ żmien. 4. L-infiq kollu magħmul skont dan
l-Artikolu għandu jitħallas min-nissiel, mis-soċjetà tat-tnissil
jew mill-operazzjoni tat-tnissil responsabbli. Artikolu 62
Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
r-regoli dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’
dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha
meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni msemmijin
għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri
għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux
aktar tard mid-data indikata fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 74 u
għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li
tolqothom. KAPITOLU X
KAPITOLU X Kontrolli mill-Kummissjoni Taqsima 1
Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri Artikolu 63
Kontrolli tal-Kummissjoni
fl-Istati Membri 1. Esperti tal-Kummissjoni
għandhom jagħmlu kontrolli f’kull Stat Membru biex: (a) jivverifikaw l-applikazzjoni b’mod ġenerali
tar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament; (b) jivverifikaw il-funzjonament ta’ sistemi
nazzjonali ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 46 u tal-awtorità kompetenti li
tħaddimhom; (c) jinvestigaw u jiġbru informazzjoni: (i) dwar kontrolli uffiċjali u prattiki
ta’ infurzar; (ii) dwar problemi importanti jew li
jseħħu sikwit dwar l-applikazzjoni jew l-infurzar tar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament; (iii) b’rabta ma’ problemi li jinqalgħu
jew żviluppi ġodda fl-Istati Membri. 2. Il-kontrolli tal-Kummissjoni
msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu organizzati b’kooperazzjoni
mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jistgħu jinkludu verifiki
fuq il-post b’kooperazzjoni mal-persunal tal-awtorità kompetenti li tkun qed
tagħmel kontrolli uffiċjali. 3. Esperti mill-Istati Membri
jistgħu jassistu lill-esperti tal-Kummissjoni. L-esperti nazzjonali li jakkumnpanjaw l-esperti
tal-Kummissjoni għandhom jingħataw l-istess drittijiet ta’
aċċess bħall-esperti tal-Kummissjoni. Artikolu 64
Rapporti dwar kontrolli
tal-Kummissjoni fl-Istati Membri 1. Il-Kummissjoni għandha: (a) tħejji kopja tal-abbozz tar-rapport
tagħha dwar is-sejbiet ta’ dawk il-kontrolli tal-Kummissjoni u
tibgħatha għall-kummenti lill-Istat Membru fejn ikunu saru
l-kontrolli tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 63(1); (b) tħejji rapport finali dwar
is-sejbiet ta’ dawk il-kontrolli tal-Kummissjoni, waqt li tqis il-kummenti
tal-Istat Membru msemmijin fil-punt (a); (c) tagħmel disponibbli pubblikament ir-rapport
finali u l-kummenti tal-Istat Membru msemmi fil-punti (a) u (b). 2. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni
tista’ tirrakkomanda fir-rapport finali tagħha msemmi fil-paragrafu 1(b)
azzjoni korrettiva jew preventiva biex tittieħed mill-Istati Membri biex jindirizzaw
in-nuqqasijiet speċifiċi jew sistemiċi identifikati matul
il-kontrolli tal-Kummissjoni magħmulin skont l-Artikolu 63(1). Artikolu 65
Obbligi tal-Istati Membri dwar
il-kontrolli tal-Kummissjoni 1. Biex jassistu lill-Kummissjoni
tagħmel il-kontrolli tal-Kummissjoni msemmijin fl-Artikolu 63(1), l-Istati
Membri għandhom: (a) jagħtu l-assistenza,
id-dokumentazzjoni u l-għajnuna teknika oħra meħtieġa li
jitolbu l-esperti tal-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu
l-kontrolli tal-Kummissjoni b’mod effiċjenti u effettiv; (b) jiżguraw li l-esperti
tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-postijiet kollha jew
għal partijiet ta’ postijiet u għall-informazzjoni, inklużi
s-sistemi tal- informatika, meħtieġa biex isiru l-kontrolli tal-Kummissjoni. 2. L-Istati Membri għandhom
jieħdu azzjoni xierqa ta’ segwitu fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet
stabbiliti fir-rapport finali msemmi fl-Artikolu 64(1)(b) biex jiżguraw
konformità mar-regoli żootekniċi u ġenealoġiċi
msemmijin f’dan ir-Regolament. Artikolu 66
Nuqqas gravi fis-sistema ta’
kontroll ta’ Stat Membru 1. Meta l-Kummissjoni jkollha evidenza
ta’ nuqqas gravi fis-sistemi ta’ kontroll ta’ Stat Membru u nuqqas bħal
dan ikun jista’ jirriżulta fi ksur mifrux ħafna tar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament,
hija għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tadotta miżura
waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, biex ikunu applikati sakemm dak
in-nuqqas ikun ġie eliminat: (a) projbizzjoni għat-tqegħid
fis-suq tal-annimali għat-tnissil jew tal-prodotti ġerminali
tagħhom milqutin min-nuqqas fis-sistema ta’ kontroll uffiċjali; (b) kondizzjonijiet speċjali, flimkien
ma’ dawk imsemmijin fil-Kapitolu II, għar-rikonoxximent ta’
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil,
għall-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil jew għat-tqegħid
fis-suq ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom; (c) miżuri oħra xierqa temporanji. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). 2. Il-miżuri msemmijin
fil-paragrafu 1 għandhom ikunu adottati biss wara li l-Istat Membru
konċernat ikun naqas li jsewwi l-qagħda meta jintalab u fit-terminu
ta’ żmien iffissat mill-Kummissjoni. Taqsima2
Kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi Artikolu 67
Kontrolli tal-Kummissjoni
f’pajjiżi terzi 1. Esperti tal-Kummissjoni jistgħu
jagħmlu kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi biex: (a) jivverifikaw li r-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi dwar annimali
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom imsemmijin fil-leġiżlazzjoni
tal-pajjiż terz jagħtu garanziji ekwivalenti għal dawk
mogħtija fl-Unjoni b’dan ir-Regolament; (b) jivverifikaw li s-sistema ta’ kontroll li
jkun hemm fil-pajjiż terz konċernat tkun tista’ tiżgura li
konsenji ta’ annimali għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali
tagħhom esportati għall-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti
rilevanti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament; (c) jiġbru informazzjoni biex
jiċċaraw il-kawżi ta’ każijiet li jseħħu sikwit
fejn annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali tagħhom
importati fl-Unjoni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti żootekniċi u
ġenealoġiċi għall-importazzjoni fl-Unjoni li l-konformità
tagħhom ma kinitx ġiet ċertifikata kif suppost. 2. Il-kontrolli tal-Kummissjoni
msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom iqisu b’mod partikolari: (a) il-leġiżlazzjoni
żooteknika u ġenealoġika dwar annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom tal-pajjiż terz; (b) l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti
tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħha,
is-superviżjoni li għaliha tkun soġġetta u l-awtorità li
jkollha biex tinforza l-leġiżlazzjoni msemmija fil-punt (a) b’mod
effettiv; (c) it-taħriġ tal-persunal
fit-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali; (d) ir-riżorsi disponibbli
għall-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz; (e) l-eżistenza u t-tħaddim ta’
proċeduri ta’ kontroll dokumentati u ta’ sistemi ta’ kontroll abbażi
ta’ prijoritajiet; (f) kemm ikun hemm kontrolli uffiċjali u
l-operazzjoni tagħhom magħmulin fuq annimali għat-tnissil u fuq
il-prodotti ġerminali tagħhom li jaslu minn pajjiżi terzi
oħra; (g) il-garanziji li l-pajjiż terz ikun
jista’ jagħti dwar il-konformità ma’, jew l-ekwivalenza
għar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament. Artikolu 68
Frekwenza u organizzazzjoni ta’
kontrolli tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi 1. Il-frekwenza ta’ kontrolli
tal-Kummissjoni f’pajjiżi terzi għandha tkun iddeterminata
abbażi ta’: (a) ir-regoli żootekniċi u
ġenealoġiċi msemmijin f’dan ir-Regolament; (b) il-volum u n-natura ta’ annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali tagħhom li jidħlu
fl-Unjoni mill-pajjiż terz; (c) ir-riżultati ta’ kontrolli
tal-Kummissjoni li jkunu saru diġà; (d) ir-riżultati ta’ kontrolli
uffiċjali fuq annimali għat-tnissil u fuq prodotti ġerminali li
jidħlu fl-Unjoni mill-pajjiż terz u ta’ kull kontroll uffiċjali
ieħor li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu għamlu. 2. Biex tħaffef l-effiċjenza
u l-effikaċja tal-kontrolli tal-Kummissjoni msemmijin fil-paragrafu 1,
il-Kummissjoni tista’, qabel ma tagħmilhom, titlob li l-pajjiż terz
jipprovdi: (a) l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu
37(1)(b); (b) fejn ikun xieraq,
ir-reġistrazzjonijiet bil-miktub dwar il-kontrolli uffiċjali
magħmulin f’dak il-pajjiż terz. 3. Il-Kummissjoni tista’ taħtar
esperti mill-Istati Membri biex jassistu lill-esperti tagħha stess matul
il-kontrolli msemmijin fil-paragrafu 1. Artikolu 69
Rapporti mill-Kummissjoni dwar
kontrolli magħmulin mill-esperti tagħha f’pajjiżi terzi 1. Meta kontrolli tal-Kummissjoni jkunu
saru skont l-Artikolu 67(1), il-Kummissjoni għandha: (a) tħejji u tibgħat għal
kummenti lill-pajjiż terz fejn ikunu saru kopja tal-abbozz tar-rapport
tagħha dwar is-sejbiet tal-kontrolli tal-Kummissjoni; (b) tħejji r-rapport finali dwar
is-sejbiet tal-kontrolli tal-Kummissjoni magħmulin mill-esperti
tagħha fil-pajjiż terz, waqt li tqis il-kummenti tal-pajjiż terz
fejn ikunu saru; (c) tagħmel disponibbli pubblikament
ir-rapport finali u l-kummenti tal-pajjiż terz fejn ikunu saru. 2. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni
tista’ tirrakkomanda fir-rapport finali tagħha msemmi fil-paragrafu 1
azzjoni korrettiva u preventiva biex tittieħed mill-pajjiż terz biex
jindirizza n-nuqqasijiet speċifiċi jew sistemiċi identifikati
mill-esperti tagħha matul il-kontrolli tal-Kummissjoni magħmulin
skont l-Artikolu 67(1). Artikolu 70
It-twaqqif ta' miżuri
speċjali rigward l-importazzjoni fl-Unjoni ta'
annimali għat-tnissil u
l-prodotti ġerminali tagħhom; 1. Meta jkun hemm evidenza li jkun qed
iseħħ nuqqas gravi mifrux ħafna ta’ konformità mar-regoli
żootekniċi u ġenealoġiċi msemmijin f’dan
ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi,
tadotta l-miżuri speċjali meħtieġa biex twaqqaf nuqqas ta’
konformità bħal dan. Dawk l-atti implimentattivi għandhom ikunu
adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 72(2). 2. Il-miżuri speċjali
msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jidentifikaw annimali għat-tnissil
u l-prodotti ġerminali tagħhom billi jirreferu
għall-kodiċijiet tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda u
jistgħu jinkludu: (a) projbizzjoni abbażi ta’
raġunijiet żootekniċi ta’ dħul fl-Unjoni tal-annimali
għat-tnissil u tal-prodotti ġerminali skont in-Nomenklatura
Magħquda għal annimali għat-tnissil u l-prodotti ġerminali
tagħhom li joriġinaw fi jew li jintbagħtu mill-pajjiżi
terzi fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1; (b) ir-rekwiżit li l-annimali
għat-tnissil u l-prodotti ġerminali msemmija fil-paragrafu 1 li
joriġinaw fi jew li jintbagħtu minn pajjiżi terzi fir-rigward
tan-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1 (i) ikunu soġġetti għal
kontrolli speċifiċi magħmulin qabel ma jintbagħtu jew malli
jidħlu fl-Unjoni; (ii) ikollhom magħhom ċertifikat
uffiċjali jew kull evidenza oħra li tiddikjara li l-annimali
għat-tnissil jew il-prodotti ġerminali tagħhom jissodisfaw
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament jew fl-att
delegat adottat skont l-Artikolu 45(1); (c) ir-rekwiżit li l-evidenza msemmija
fil-punt (b)(ii) tingħata skont format speċifiku; (d) miżuri oħra meħtieġa
biex jissewwa n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1. 3. Meta jkunu adottati l-miżuri
speċjali msemmijin fil-paragrafu 2, għandhom jitqiesu: (a) l-informazzjoni miġbura skont
l-Artikolu 67(2); (b) kull informazzjoni oħra li
l-pajjiżi terzi milqutin bin-nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu
1 ikunu taw; (c) meta jkun meħtieġ,
ir-riżultati ta’ kontrolli tal-Kummissjoni msemmijin
fl-Artikolu 67(1). 4. Il-Kummissjoni għandha
timmonitorja s-sitwazzjoni u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu
72(2) għandha temenda jew tirrevoka l-miżuri adottati, skont kif
is-sitwazzjoni tiżviluppa. KAPITOLU XI
Delegazzjoni u implimentazzjoni Artikolu 71
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li jkunu adottati
atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni bla ħsara
għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li jkunu adottati
atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2),
23(4), 24(2), 28(1), 32(2), 33(3), 39(2) u 52(1) għandha tingħata
lill-Kummissjoni għall-perjodu indeterminat mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija
fl-Artikoli 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2), 23(4), 24(2), 28(1), 32(2),
33(3), 39(2) u 52(1) tista’ tkun irrevokata f’kull żmien mill-Parlament
Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm
id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija
għandha jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea jew
f’data wara speċifikata fih. Hija m’għandha taffettwa l-validità ta’
ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Malli tadotta att delegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli
4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2), 21(2), 23(4), 24(2), 28(1), 32(2), 33(3),
35(1) u 39(2) u skont l-Artikoli 45(1) u 52(1) għandu jidħol
fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda
oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’
xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew
jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li ma jkunux ser
joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jkun estiż b’xahrejn
b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 72
Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Żootekniku
Permanenti stabbilit b’Deċiżjoni tal-Kunsill 77/505/KEE. Dak
il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru
182/2011. Meta l-opinjoni tal-kumitat ikollha tinkiseb bi
proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha titwaqqaf
mingħajr riżultat meta, fit-terminu ta’ żmien
għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat hekk
jiddeċiedi jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri
tal-kumitat hekk titlob. 3. Meta ssir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru
182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. KAPITOLU XII
Dispożizzjonijiet finali Artikolu 73
Revoki 1. Id-Direttivi tal-Kunsill 87/328/KEE,
88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/118/KEE, 90/119/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE,
94/28/KE u 2009/157/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE huma rrevokati. 2. Referenzi għad-Direttivi
revokati u għad-Deċiżjoni 96/463/KE revokata għandhom ikunu
interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom
jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII. Artikolu 74
Dħul fis-seħħ u
applikabbiltà Dan ir-Regolament għandhu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
fil-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea. Tapplika
mill-[01/xx/ssss] [date to be inserted: please insert the first day of the eighteen month
following the date referred to in the first paragraph.] Dan
ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament
fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I Soċjetajiet
ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil li jistabbilixxu jew
iżommu kotba tat-tnissil jew reġistri taR-razez kif imsemmi
fil-Kapitolu II
kif jissemma fil-Kapitolu II Parti 1
Rekwiżiti ġenerali għar-rikonoxximent ta’ soċjetajiet
ġenealoġiċi u ta’ operazzjonijiet tat-tnissil kif imsemmi
fl-Artikolu 4(2) Biex tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(2),
soċjetà tat-tnissil, li tistabbilixxi jew iżżomm ktieb
tat-tnissil, jew operazzjoni tat-tnissil li tistabbilixxi jew iżżomm
reġistru tar-razza għandu: 1. jkollha personalità ġuridika
skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru fejn issir
l-applikazzjoni għal rikonoxximent; 2. tkun legalment u finanzjarjament
indipendenti mill-awtorità kompetenti; 3. tissottometti dokumentazzjoni
lill-awtorità kompetenti li turi li: (a) għandha biżżejjed persunal
ikkwalifikat u għandha faċilitajiet adegwati u tagħmir biex
timplimenta b’mod effiċjenti l-programm tat-tnissil tagħha li
għandu jkun approvat skont l-Artikolu 8(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu
9; (b) tista’ tagħmel jew tkun qed
tagħmel il-verifiki meħtieġa biex tirreġistra l-pedigree
tal-annimali għat-tnissil li fuqhom hija twettaq il-programm tat-tnissil
tagħha li għandu jkun approvat skont l-Artikolu 8(1) u, fejn
applikabbli, l-Artikolu 9; (c) jista’ jkollha jew diġà għandha
għadd kbir biżżejjed ta’ annimali għat-tnissil u għadd
biżżejjed ta’ nissiela fiż-żona ġeografika ta’
attività li fiha l-programm tat-tnissil, li għandu jkun approvat skont
l-Artikolu 8(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 9, jitwettaq għat-titjib
tar-razza jew għall-inkroċju jew għall-preservazzjoni tar-razza; (d) tista’ tiġġenera u tuża
d-dejta ta’ prestazzjoni tal-bhejjem ta’ annimali għat-tnissil
neċessarja għall-programm tat-tnissil tagħha, li għandu
jkun approvat skont l-Artikolu 8(1) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 9; (e) f’każ fejn is-soċjetà
tat-tnissil jew tal-operazzjoni tat-tnissil, ħlief l-impriżi privati,
tkun stabbiliet regoli ta’ proċedura li jipprevedu: (i) t-trattament ugwali ta’ nissiela li
jkollhom jew li japplikaw għal sħubija, li jżommu l-annimali
għat-tnissil tagħhom f’impriżi li jkunu jinsabu
fiż-żona ġeografika fejn jitwettaq il-programm tat-tnissil; (ii) ċerti servizzi meta jintalbu
għal nissiela membri li jċaqalqu l-annimali għat-tnissil
tagħhom għal impriżi li jkunu jinsabu barra miż-żona
ġeografika fejn isir il-programm tat-tnissil approvat; (f) tkun adottat regoli ta’
proċedura għal soluzzjoni ta’ tilwim ma’ nissiela li jinqala’
mill-kontroll tal-prestazzjoni u mill-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimali
għat-tnissil, mid-dħul fi klassijiet skont merti u
l-aċċettazzjoni għal tnissil u ġbir u użu ta’ prodotti
ġerminali ta’ annimali għat-tnissil. Rekwiżiti ġenerali
għall-approvazzjoni ta’ programmi tat-tnissil imwettqin minn
soċjetajiet ġenealoġiċi u operazzjonijiet tat-tnissil kif
imsemmi fl-Artikoli 8(1) u 9 1. Biex tikseb approvazzjoni ta’
programm tat-tnissil tagħha, is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni
tat-tnissil għandha tissottometti l-informazzjoni dwar dan li ġej
lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 8(1) u 9: (a) l-isem u l-karatteristika fid-dettall
tar-razza jew, fil-każ ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi,
tal-inkroċju kopert mill-ktieb tat-tnissil jew mir-reġistru tar-razza
biex ma jitħalliex ikun hemm konfużjoni ma’ annimali simili tat-tnissil
imdaħħla jew reġistrati f’kotba tat-tnissil jew f’reġistri
ta’ razez eżistenti oħra; (b) is-sistema għall-identifikazzjoni
ta’ annimali għat-tnissil, kull wieħed għalih, li tiżgura
li annimali għat-tnissil jiddaħħlu biss fi ktieb tat-tnissil jew
f’reġistru tar-razza meta jkunu mill-anqas identifikati skont
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali
fir-rigward tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni ta’ annimali
tal-ispeċi konċernata; (c) is-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’
pedigrees ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil mdaħħla jew
reġistrati u eliġibbli għal dħul f’kotba tat-tnissil jew
ta’ majjal ibridu għat-tnissil reġistrati f’reġistri ta’ razez; (d) l-objettivi tal-programm tat-tnissil u
tal-kriterji dettaljati ta’ evalwazzjoni dwar l-għażla ta’ annimali
għat-tnissil, li fil-każ li jkun ġie stabbilit ktieb tat-tnissil
għal razza ġdida, għandhom jinkludu informazzjoni dwar
iċ-ċirkostanzi dettaljati li jiġġustifikaw l-istabbiliment
tar-razza l-ġdida; (e) is-sistemi li jiġġeneraw,
jirreġistraw, jikkomunikaw u jużaw ir-riżultati ta’ kontroll
tal-prestazzjoni u, fejn meħtieġ skont l-Artikolu 27, biex
jagħmlu evalwazzjoni ġenetika għal stima tal-valuri
ġenetiċi ta’ annimali għat-tnissil għal titjib,
għażla jew preservazzjoni tar-razza jew it-titjib tal-inkroċju; (f) dettalji tar-regoli
għad-diviżjoni tat-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil fi
klassijiet, fejn ikun hemm kondizzjonijiet jew proċeduri differenti
għall-klassifikazzjoni ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
mdaħħla fil-ktieb tat-tnissil skont il-merti tagħhom; (g) meta jkun meħtieġ, sistemi biex
jiddaħħlu linji ta’ parentela f’kotba tat-tnissil li jkunu
ddaħlu diġà fi ktieb ta' tnissil ieħor. 2. Soċjetajiet
tat-tnissil u operazzjonijiet tat-tnissil għandu jinforma lill-awtorità
kompetenti, il-membri tagħhom, in-nissiela msemmija fl-Artikolu 10(2) bi
kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-punt 1 b’mod trasparenti u f’waqtu. Parti 3
Rekwiżiti speċifiċi għas-soċjetajiet tat-tnissil li
jistabilixxu jew iżommu
kotba tat-tnissil għal annimali għat-tnissil tar-razza tal-ispeċi
ekwini 1. Ir-rekwiżiti
speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għal anninali
ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina, flimkien ma’ dawk
stabbiliti fil-punt 1 tal-Parti 2: (a) Soċjetà tat-tnissil tista’
tiddikjara lill-awtorità kompetenti li dak il-ktieb tat-tnissil li tkun
stabbiliet ikun il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza kopert
mill-programm tat-tnissil tagħha, bil-kondizzjoni li s-soċjetà
tat-tnissil: (i) ikollha reġistrazzjoni storika li
kienet stabbiliet ir-regoli msemmijin fil-punt 1 tal-Parti 2 u li kienet
għamlithom disponibbli pubblikament; (ii) turi li fiż-żmien
tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) ma hemm ebda soċjetà
tat-tnissil oħra rikonoxxuta fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru
ieħor jew f’pajjiż terz li tkun stabbiliet ktieb tat-tnissil
għall-istess razza, u li tkun stabbiliet u ppubblikat ir-regoli stipulati
fil-punt 1 tal-Parti 2; (iii) tikkoopera mill-qrib
mas-soċjetajiet ġenealoġiċi msemmija fil-punt (b) ta’ din
il-Parti, b’mod partikolari għall-fini tar-rekwiżiti ġenerali
stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti 2; (iv) tkun stabbiliet, meta jkun
meħtieġ, regoli mhux diskriminattivi dwar it-tmexxija tan-negozju
tagħha fir-rigward ta’ kotba tat-tnissil stabbiliti għall-istess
razza f’pajjiżi terzi li ma jkunux elenkati skont l-Artikolu 37(2). (b) Soċjetà tat-tnissil tista’
tiddikjara lill-awtorità kompetenti li l-ktieb tat-tnissil li tkun stabbiliet
ikun reġistru tad-dixxendenti għaż-żwiemel tar-razza
tar-razza koperta mill-programm tat-tnissil tagħha, bil-kondizzjoni li: (i) tkun inkorporat fil-programm tat-tnissil
tagħha stess ir-regoli stabbiliti mis-soċjetà tat-tnissil msemmija
fil-punt (a) li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini
tal-istess razza; (ii) tkun għamlet l-informazzjoni dwar
l-użu tar-regoli msemmija fil-punt (i) u s-sors tagħhom disponibbli
pubblikament; (iii) ikollha mekkaniżmi lesti u timpenja
li taġġusta f’waqtu r-regoli li jmexxu l-programm tat-tnissil
tagħha approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9 għal emendi
magħmulin għal dawk ir-regoli mis-soċjetà tat-tnissil msemmija
fil-punt (a) li żżomm il-ktieb tat-tnissil tal-oriġini
tar-razza. 2. Id-derogi li ġejjin
għandhom japplikaw għal anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi ekwina: (a) B’deroga mill-punt 3(e)(i) tal-Parti 1,
fil-każ li għal razza waħda fit-territorju tal-Unjoni deskritta
fl-Anness VI ikun hemm diversi soċjetajiet ġenealoġiċi li
jżommu kotba tat-tnissil għal dik ir-razza, u l-programmi tat-tnissil
tagħhom approvati skont l-Artikolu 8(1) ikunu jkopru dak it-territorju
kollu, ir-regoli msemmija fil-punt 3(e)(i) ta’ dik il-Parti magħmula minn
dawk is-soċjetajiet ġenealoġiċi: (i) ikunu jistgħu jipprovdu li anninali
ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina ta’ dik ir-razza
għandhom jitwieldu f’parti speċifikata tat-territorju tal-Unjoni biex
jikkwalifikaw għal dħul fil-ktieb tat-tnissil ta’ dik ir-razza
għal finijiet ta’ dikjarazzjoni tat-twelid; (ii) għandhom jiżguraw li
r-restrizzjoni msemmija fil-punt (i) ma tkunx tapplika għad-dħul fi
ktieb tat-tnissil ta’ dik ir-razza għal finijiet ta’ riproduzzjoni. (b) B’deroga mill-punt 1(a) ta’ din il-Parti,
meta r-regoli msemmija fil-punt 1(d) tal-Parti 2 ikunu stabbiliti
esklussivament minn organizzazzjoni internazzjonali li tkun topera fuq livell
dinji u ma jkunx hemm soċjetà tat-tnissil fi Stat Membru jew korp
tat-tnissil f’pajjiż terz li jżommu l-ktieb tat-tnissil
tal-oriġini ta’ dik ir-razza, l-awtorità kompetenti fi Stat Membru
għandha tirrikonoxxi soċjetajiet ġenealoġiċi li
jżommu ktieb filjali għal dik ir-razza, bil-kondizzjoni li r-regoli
msemmija fil-punt 1(d) tal-Parti 2 stabbiliti minn dik l-organizzazzjoni
internazzjonali: (i) isiru disponibbli minn dik
is-soċjetà tat-tnissil lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 4(2)
għal finijiet ta’ verifika; (ii) ikunu inkorporati fil-programm
tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) magħmul minn dik
is-soċjetà tat-tnissil. (c) B’deroga mill-punt 1(b) ta’ din il-Parti,
soċjetà tat-tnissil li żżomm ktieb filjali tista’ tistabbilixxi
klassijiet addizzjonali skont merti, bil-kondizzjoni li l-anninali ta' razza
pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina mdaħħlin fit-taqsima
ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tal-oriġini tar-razza jkunu jistgħu
jiddaħħlu fil-klassijiet ekwivalenti tat-taqsima ewlenija tal-ktieb
filjali. ANNESS II Entrata fil-kotba tat-tnissil u
reġistrazzjoni fir-reġistri tar-razza
kif jissemma fil-Kapitolu IV Parti 1
Dħul ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil f’kotba tat-tnissil Kapitolu I
Taqsima ewlenija 1. Meta ssir applikazzjoni min-nissiel,
soċjetà tat-tnissil għandha, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1),
iddaħħal jew tirreġistra għal dħul fit-taqsima
ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħha kull annimal tat-tnissil ta’ razza
pura li jkun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ikun jissodisfa l-kriterji ta’ parentela
stabbiliti: (i) fil-punt (i) tal-Artikolu 2(i)
fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi
bovina (Bos taurus u Bubalus bubalis), tal-ispeċi porċina (Sus
scrofa), tal-ispeċi ovina (Ovis aries) u tal-ispeċi kaprina (Capra
hircus); (ii) fil-punt (ii) tal-Artikolu 2(i)
fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi
ekwina (Equus caballus u Equus asinus); (ii) fl-atti delegati adottati skont
l-Artikoli 35(1) u 45(1) fil-każ ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil ta’ speċi oħra msemmija fl-Artikolu 2(i)(iii); (b) ikollu l-pedigree tiegħu stabbilit
skont ir-regoli msemmija fil-ktieb tat-tnissil skont il-programm tat-tnissil
approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9; (c) ikun ġie identifikat wara t-twelid
skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali
li jkun tal-ispeċi konċernata u skont ir-regoli stabbiliti
fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9, li
għandhom jesiġu fil-każ ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
tal-ispeċi ekwina l-identifikazzjoni bħala moħor mhux miftum
m'ommu u mill-anqas ċertifikat ta’ kopertura; (d) huwa akkumpanjat, fejn meħtieġ,
minn ċertifikat żootekniku maħruġ skont l-Artikolu 33(1). 2. B’deroga mill-punt 1(a)(ii),
soċjetà tat-tnissil li tagħmel programm tal-inkroċjar tar-razez
dwar anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina tista’
ddaħħal fit-taqsima ewlenija tal-ktieb tat-tnissil tagħha
annimal tat-tnissil ta’ razza pura tal-ispeċi ekwina li jkun
imdaħħal fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil għal razza
differenti, bil-kondizzjoni li razza oħra u l-kriterji għad-dħul
ta’ dawn l-anninali ta' razza pura għat-tnissil jkunu jissemmew
fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9. 3. Soċjetà tat-tnissil li
ddaħħal fil-ktieb tat-tnissil tagħha annimal tat-tnissil ta’
razza pura tal-ispeċi ekwina li jkun iddaħħal diġà fi ktieb
tat-tnissil stabbilit minn soċjetà tat-tnissil fi Stat Membru ieħor,
għandha ddaħħal dak l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura
bin-numru permanenti uniku tiegħu u, ħlief meta jkun hemm qbil bejn
iż-żewġ soċjetajiet ġenealoġiċi
konċernati dwar deroga, bl-istess isem, b’indikazzjoni, skont ftehimiet
internazzjonali għar-razza konċernata, tal-inizjali tal-pajjiż
fejn ikun hemm imħor. Kapitolu II
Derogi għal kotba tat-tnissil stabbiliti ġodda għal anninali ta'
razza pura għat-tnissil 1. Meta soċjetà tat-tnissil tkun
qed tiġi rikonoxxuta għall-ewwel darba skont l-Artikolu 4(2) biex
tistabbilixxi ktieb tat-tnissil għal razza li għaliha ma jkunx hemm
ktieb tat-tnissil fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti tista’, b’deroga
mill-paragrafu 1(a) tal-Kapitolu I, tawtorizza d-dħul dirett fit-taqsima
ewlenija ta’ dak il-ktieb tat-tnissil stabbilit ġdid ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil jew ta’ dixxendenti ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil ta’ razez differenti, bil-kondizzjoni li: (a) ikun iddefinit perjodu ta’ stabbiliment
xieraq għal intervall ġenerazzjonali tal-ispeċi konċernata
tal-ktieb tat-tnissil ġdid fil-programm tat-tnissil li għandu jkun
approvat skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9; (b) issir referenza għal kull ktieb
tat-tnissil eżistenti fejn l-anninali ta' razza pura għat-tnissil jew
missierhom u ommhom kienu ddaħħlu għall-ewwel darba wara
t-twelid, flimkien man-numru ta’ reġistrazzjoni oriġinali ta’ dak
il-ktieb tat-tnissil; (c) l-annimali għat-tnissil
jiddaħħlu fit-taqsima ewlenija, u fejn applikabbli fil-klassijiet
xierqa, skont ir-regoli stabbiliti fil-programm tat-tnissil li għandu jkun
approvat skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9. 2. Sa tmiem il-perjodu ta’ stabbiliment
imsemmi fil-punt 1(a), l-awtorità kompetenti għandha tagħmel
il-kontrolli uffiċjali msemmijin fl-Artikolu 50. Kapitolu III
Sanzjonijiet supplimentari 1. Soċjetà tat-tnissil li
żżomm ktieb tat-tnissil tista’ tiddeċiedi li annimal
tal-ispeċi bovina, porċina, ovina, kaprina jew speċi ekwina, li
ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 tal-Kapitolu I, jista’
jiddaħħal f’taqsima supplimentari ta’ dak il-ktieb tat-tnissil
stabbilit skont l-Artikolu 20(1), bil-kondizzjoni li l-annimal jissodisfa
l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ikun identifikat skont
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali
għall-ispeċi konċernati u r-regoli stabbiliti għal dak
il-ktieb tat-tnissil mis-soċjetà tat-tnissil; (b) jitqies mis-soċjetà tat-tnissil li
jkun konformi mal-karatteristika ta’ dik ir-razza msemmija fil-punt 1(a)
tal-Parti 2 tal-Anness I; (c) ikollu prestazzjoni minima kif iffissata
mir-regoli stabbiliti għal dak il-ktieb tat-tnissil mis-soċjetà
tat-tnissil għall-prestazzjoni fil-karatteristiċi li għalihom
annimali għat-tnissil ta’ dik l-ispeċi mdaħħlin fit-taqsima
ewlenija jkunu ttestjati skont l-Anness III. 2. Is-soċjetà tat-tnissil tista’
tapplika rekwiżiti differenti għall-konformità mal-karatteristika
tar-razza msemmija fil-punt 1(b) jew għall-prestazzjoni msemmija fil-punt
1(c) skont jekk l-annimal: (a) ikunx ta’ dik ir-razza, għalkemm ma
jkollux oriġini magħrufa; jew (b) ikunx inkiseb minn programm
tal-inkroċjar tar-razez approvat mis-soċjetà tat-tnissil. 3. Soċjetajiet
ġenealoġiċi m’għandhomx jirrifjutaw id-dħul skont
il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu I fit-taqsima ewlenija tal-ktieb
tat-tnissil li jkunu stabbilew ta’ kull annimal mara tal-ispeċi bovina,
porċina, ovina jew tal-ispeċi kaprina li titqies ta’ razza pura skont
il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) ommha u nannitha min-naħa ta’ ommha
jkunu mdaħħlin f’taqsima supplimentari ta’ ktieb tat-tnissil
tal-istess razza kif imsemmi fil-punt 1; (b) missierha u żewġ nanniet ikunu
mdaħħlin fit-taqsima ewlenija ta’ ktieb tat-tnissil tal-istess razza. 4. Soċjetajiet
ġenealoġiċi li jkunu stabbilew kotba tat-tnissil għal
anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina għandhom
jistabbilixxu fil-programm tat-tnissil tagħhom approvat skont l-Artikolu
8(1) u l-Artikolu 9 il-kondizzjonijiet għal dħul fit-taqsima ewlenija
ta’ annimali rġiel u nisa tat-tnissil irreġistrati fit-taqsima
supplimentari. Fil-każ ta’ annimali nisa tat-tnissil ta’
razza pura tal-ispeċi ekwina, dawk il-kondizzjonijiet m’għandhomx
ikunu aktar stretti mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3(a) u (b) ta’ dan
il-Kapitolu. Parti 2
Reġistrazzjoni ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi f’reġistri
ta’ razez 1. Meta ssir applikazzjoni min-nissiel,
operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(2) għandha
tirreġistra fir-reġistru tar-razza tagħha kull ħanżir
tat-tnissil ibridu tal-istess inkroċju li: (a) kien identifikat wara t-twelid skont
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali
għall-ispeċi konċernata u għar-regoli ta’ dak
ir-reġistru tar-razza; (b) ikollu parentela stabbilita skont
ir-regoli tar-reġistru tar-razza li fih l-annimal ikun maħsub li jkun
irreġistrat. (c) huwa akkumpanjat, fejn meħtieġ,
minn ċertifikat żootekniku maħruġ skont l-Artikolu 33(1). 2. Operazzjonijiet tat-tnissil m’għandhomx
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni f’reġistri ta’ razez tagħhom ta’
ħnieżer tat-tnissil ibridi reġistrati skont il-punt 1
f’reġistru tar-razza stabbilit għall-istess inkroċju minn
operazzjoni tat-tnissil rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(2) fl-istess jew fi Stat
Membru differenti. ANNESS III Kontroll tal-Prestazzjoni u Evalwazzjoni
Ġenetika
KIF JISSEMMA FIL-KAPITOLU V Parti 1
Annimali bovini Kapitolu I
Kontroll tal-prestazzjoni Soċjetajiet ġenealoġiċi
għandhom jagħmlu kontroll tal-prestazzjoni biex jistabbilixxu l-valur
għat-tnissil ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi
bovina bl-użu ta’ taħlita waħda jew aktar tal-metodi stabbiliti
f’dan il-Kapitolu. Il-kontroll
tal-prestazzjoni għandu jsegwi r-regoli u l-istandards stabbiliti
miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea mogħtijin
fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni mal-Kumitat Internazzjonali
għar-Reġistrrazzjoni ta’ Annimali (ICAR). Taqsima
1
Karratteristiċi tal-produzzjoni taċ-ċanga 1. Għal kontroll tal-prestazzjoni,
b’kull test għalih, ta’ annimal tat-tnissil jew tal-wild tiegħu
("l-annimal tat-test") fi stazzjon tal-konrolli, għandha tkun
indikata l-informazzjoni li ġejja: (a) il-metodu tat-test u l-għadd ta’
annimali tat-test ittestjati; (b) il-protokoll tat-test għandu
jinkludi d-dettalji li ġejjin: (i) it-termini tad-dħul tal-annimali
tat-test fl-istazzjon tal-kontrolli; (ii) riżultati ta’ qabel ta’ testijiet
magħmulin fuq l-annimal tat-test, inkluża, jekk applikabbli,
prestazzjoni fir-razzett tal-annimal tat-test; (iii) l-identità tas-sid tal-annimali
tat-test; (iv) l-età massima għall-annimal tat-test
li jidħol fl-istazzjon tal-kontrolli u l-firxa tal-età tal-annimali fi
gruppi tal-pari fl-istazzjon tal-kontrolli; (v) kemm idum l-adattament u l-perjodi
tat-test fl-istazzjon tal-kontrolli; (vi) it-tip ta’ dieta u s-sistema ta’
għalf użati matul it-test; (c) il-karatteristiċi li għandhom
ikunu rreġistrati fit-test għandhom jinkludu żieda fil-piż
ħaj u żvilupp muskolari (konformazzjoni ta’ ċanga) u
jistgħu jinkludu, jekk ikun hemm, karatteristiċi oħra
bħat-trasformazzjoni tal-ikel u karatteristika ta’ karkassa. 2. Ittestjar fil-qasam (fir-razzett) Il-metodu tat-test u l-metodu
għall-valutazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet għandhom
jingħataw mill-istituzzjoni nominata msemmija fl-Artikolu 29(1). Il-karatteristiċi li għandhom ikunu
rreġistrati fit-test għandhom jinkludu il-piż tal-annimal
ħaj u l-età u jistgħu jinkludu, jekk ikun hemm, karatteristiċi
oħra bħal konformazzjoni ta’ ċanga. 3. Ittestjar permezz ta’ dejta ta’
stħarriġ minn irziezet u l-postijiet ta’ bejgħ u qatla. Jekk ikunu disponibbli, is-soċjetà
tat-tnissil għandha tirreġistra l-piżijiet ta’ annimali
ħajjin u maqtula, il-prezzijiet tal-bejgħ, il-klassifikazzjoni
tal-karkassi skont l-iskema tal-Unjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi
stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007,
il-kwalità tal-laħam u karatteristiċi oħra taċ-ċanga. Taqsima
2
Karatteristiċi tal-prodotti tal-ħalib Soċjetajiet ġenealoġiċi
għandhom jirreġistraw dejta dwar produzzjoni ta’ ħalib skont
ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza
rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmijin fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni
ma’ ICAR. Taqsima
3
Karatteristiċi tan-nonproduzzjoni 1. Meta soċjetajiet
ġenealoġiċi jinkludu fl-evalwazzjoni ġenetika fertilità,
aptitudni għat-twellid ta’ għoġiela u lonġevità, dawk
il-karatteristiċi għandhom ikunu vvalutati abbażi tar-rata ta’
nonritorn jew dejta oħra ta’ fertilizzazzjoni, il-punti għat-twellid
ta’ għoġiela u t-tul ta’ ħajja produttiva u l-età tal-qtil. 2. L-inklużjoni fl-evalwazzjoni
ġenetika ta’ temperament, dejta ta’ klassifikazzjoni morfoloġika u
reżistenza għall-mard għandhom jitqiesu biss jekk id-dejta tkun
iġġenerata abbażi ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni approvata
mill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1). Kapitolu II
Evalwazzjoni ġenetika 1. L-evalwazzjoni ġenetika ta’
annimali għat-tnissil għandha ssir minn istituzzjoni nominata kif
imsemmi fl-Artikolu 29(1) u għandha tinkludi l-karatteristiċi ta’
prestazzjoni li ġejjin skont l-objettivi ta’ għażla stabbiliti
fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9. (a) karatteristiċi ta’ produzzjoni minn
azjendi tal-ħalib għal annimali għat-tnissil ta’ razez
tal-ħalib; (b) karatteristiċi ta’ produzzjoni taċ-ċanga
għal annimali għat-tnissil ta’ razez taċ-ċanga; (c) karatteristiċi ta’ produzzjoni minn
azjendi tal-ħalib u taċ-ċanga għal razez ta’ finijiet
doppji. 2. L-evalwazzjoni ġenetika
għandha tinkludi l-karatteristiċi ta’ nuqqas ta’ produzzjoni msemmija
fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu I ta’ dan il-Kapitolu għar-razez li fihom tkun
qed tiġi pprattikata r-reġistrazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi
minn soċjetajiet ġenealoġiċi skont il-programm tat-tnissil
tagħhom approvat skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 9. Il-valur għat-tnissil ta’ annimal tat-tnissil
għandu jkun ikkalkulat abbażi tar-riżultati tal-kontroll
tal-prestazzjoni tal-annimal partikolari jew ta’ dawk l-annimali li minnhom
ikun ġej, u jkun jista’ jissaħħaħ bl-użu ġenomiku
jew abbażi ta’ metodu ieħor ivvalidat miċ-ċentru ta’
referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1). 3. Il-metodi ta’ statistika applikati
fl-evalwazzjoni ġenetika għandhom ikunu konformi mar-regoli u
mal-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti
tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR u
għandhom jiggarantixxi evalwazzjoni ġenetika imparzjali
mill-influwenzi tal-fatturi ambjentali ewlenin u mill-istruttura tad-dejta. L-affidabbiltà tal-evalwazzjoni ġenetika
għandha titkejjel bħala l-koeffiċjenti ta’ determinazzjoni skont
regoli u standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti
tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. Meta
jkunu ppubblikati r-riżultati tal-evalwazzjoni, għandhom
jingħataw l-affidabbiltà kif ukoll id-data tal-evalwazzjoni. 4. Pekuljaretajiet ġenetiċi u
difetti ġenetiċi ta’ annimal tat-tnissil kif iddefiniti
mis-soċjetà tat-tnissil għandhom ikunu ppubblikati. 5. Barrin maħsubin għal
inseminazzjoni artifiċjali, bl-eċċezzjoni ta’ barrin li jkunu
ta’ razez mhedda b’estinzjoni, għandhom ikunu ssoġġettati
għal evalwazzjoni ġenetika għal karatteristiċi obbligatorji
kif deskritt fil-punt 6 jew 7. Dawk il-valuri tat-tnissil għandhom ikunu
ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. Valuri oħra disponibbli tat-tnissil ta’
barrin maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali għandhom
ukoll ikunu ppubblikati mis-soċjetà tat-tnissil. 6. Evalwazzjoni ġenetika għal
karatteristiċi tal-ħalib ta’ barrin maħsubin għal
inseminazzjoni artifiċjali għandha tinkludi: (a) il-produzzjoni tal-ħalib u
l-kontenut tax-xaħam tal-butir u tal-proteina; (b) karatteristiċi oħra ta’
produzzjoni u ta’ nuqqas ta’ produzzjoni disponibbli u rilevanti. L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni
ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali tar-razez
tal-ħalib għandha tkun mill-anqas 0,5 għall-karatteristiċi
li l-ħalib jirrendi, għall-kontenut ta’ xaħam tal-butir u
proteina, skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’
referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni
ma’ ICAR għall-evalwazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin ta’
produzzjoni, billi titqies l-informazzjoni disponibbli minn wild u kollaterali. Barrin żgħar fl-età evalwati
ġenomikament, mingħajr reġistrazzjoni ta’ prestazzjoni ta’ wild,
għandhom jitqiesu tajbin għal inseminazzjoni artifiċjali jekk
l-evalwazzjoni ġenomika tagħhom tkun ivvalutata skont regoli u
standards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni
Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. 7. Evalwazzjoni ġenetika għal
karatteristiċi tal-produzzjoni taċ-ċanga ta’ barrin
maħsubin għal inseminazzjoni artifiċjali għandha ssir
abbażi ta’ wieħed mill-metodi ta’ ttestjar li ġejjin: (a) kontroll tal-prestazzjoni, kull
waħda għaliha, fi stazzjon; (b) test ta’ prestazzjoni ta’ wild jew
kollaterali fi stazzjon tal-kontrolli jew f’unitajiet speċjalizzati; (c) test ta’ prestazzjoni ta’ wild jew
kollaterali f’razzett; b’mod li dawk li jitwieldu jitqasmu fost l-imrieħel
reġistrati biex jitħalla jsir paragun validu bejn barrin; (d) test ta’ prestazzjoni ta’ wild jew
kollaterali permezz ta’ ġbir ta’ dejta dwar irziezet, f’bejgħ
bl-irkant jew f’biċċeriji b’mod li jkun jista’ jsir paragun validu
bejn barrin; (e) evalwazzjoni ġenomika jew kull
metodu ieħor, inkluża taħlita ta’ dawn il-metodi, ivvalidata
skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru ta’ referenza
rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR. Jekk ikunu qed jiġu rreġistrati
l-piż ta’ karkassi u, fejn ikun xieraq, il-karatteristiċi tal-kwalità
tal-laħam, il-prestazzjoni tat-tkabbir u l-aptitudni għat-twellid ta’
għoġiela, dawk il-karatteristiċi, kif ukoll kull karatteristika
oħra rilevanti għandhom ikunu inklużi fl-evalwazzjoni
ġenetika tal-barri. L-affidabbiltà minima tal-evalwazzjoni
ġenetika ta’ barrin għal inseminazzjoni artifiċjali ta’ razez
taċ-ċanga għandha tkun mill-anqas 0,5 għaż-żieda
fil-piż ta’ karatteristiċi ħajjin u żvilupp muskolari
(konformazzjoni ta’ ċanga) skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti
miċ-ċentru ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi
fl-Artikolu 31(1) b’kooperazzjoni ma’ ICAR għall-evalwazzjoni
tal-karatteristiċi ewlenin tal-produzzjoni, Meta jkunu kkalkolati valuri ġenomiċi
tat-tnissil, dawk il-valuri għandhom ikunu vvalidati għall-karatteristiċi
konċernati skont ir-regoli u l-istandards stabbiliti miċ-ċentru
ta’ referenza rilevanti tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 31(1)
b’kooperazzjoni ma’ ICAR. Validazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-valuri
għandha tkun meħtieġa f’intervalli regolari u f’kull żmien
meta jkun hemm tibdiliet maġġuri fl-evalwazzjoni ġenomika jew
fl-evalwazzjoni konvenzjonali jew fl-għadd ta’ annimali ta’ referenza. Parti
2
Annimali porċini Kapitolu I
Kontroll tal-prestazzjoni 1. Kontroll tal-prestazzjoni fi stazzjon
tat-test Għall-kontroll tal-prestazzjoni ta’ annimal
tat-tnissil jew ta’ wildu ("l-annimal tat-test") fi stazzjon
tat-test, għandha tkun indikata l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem tas-soċjetà tat-tnissil,
tal-operazzjoni tat-tnissil jew tal-awtorità kompetenti responsabbli
għall-istazzjon tal-kontrolli; (b) il-metodu tat-test u l-għadd ta’
annimali tat-test ittestjati; (c) il-protokoll tat-test, li għandu
jinkludi d-dettalji li ġejjin: (i) it-termini tad-dħul tal-annimali
tat-test fl-istazzjon tal-kontrolli; (ii) l-età massima għall-annimal
tat-test li jidħol fl-istazzjon tal-kontrolli u l-firxa tal-età
tal-annimali fi gruppi tal-pari fl-istazzjon tal-kontrolli; (iii) it-tul tal-perjodu tat-test fl-istazzjon
tal-kontrolli; (iv) it-tip ta’ dieta u s-sistema ta’
għalf użati matul it-test; (v) l-identità tas-sid tal-annimal tat-test
fil-każ ta’ kontroll tal-prestazzjoni individwali; (d) il-karatteristiċi reġistrati
għandhom jinkludu l-piż tal-annimal ħaj, il-bdil ta’ għalf
u l-istima tal-kompożizzjoni tal-ġisem, u jistgħu jinkludu dejta
oħra rilevanti; (e) il-metodu użat għall-istima
tal-merti ġenetiċi, li għandhom ikunu ddikjarati bħala
valur għat-tnissil jew bħala paragun kontemporanju għal kull
karatteristika, għandhom ikunu aċċettabbli xjentifikament skont
prinċipji żootekniċi stabbiliti. 2. Il-kontroll tal-prestazzjoni
f’razzett Fejn kontroll tal-prestazzjoni jitwettaq fuq farm,
is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil jiżguraw li fi
tmiem it-test ikun jista' jiġi kkalkulat valur tat-tnissil skont
il-prinċipji żootekniċi stabbiliti u filwaqt li jitqiesu
l-iskali tal-Unjoni fejn tidħol il-klassifikazzjoni tal-karkassi
tal-annimali stipulati fl-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru
1234/2007. Kapitolu II
Evalwazzjoni ġenetika 1. Ittestjar ta’ wild jew kollaterali (a) il-mertu ġenetiku tal-annimal
tat-tnissil għandu jkun ikkalkulat billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet
ta’ għadd xieraq ta’ wild jew kollaterali b’rabta ma’ karatteristiċi
ta’ produzzjoni: (i) għandha tingħata jew tkun ikkwotata
deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tat-test; (ii) il-wild jew il-kollaterali ma jiġux
trattati b'mod selettiv; (iii) għandhom ikunu rrikonoxxuti tliet
tipi ta’ testijiet ta’ wild jew kollaterali: –
- ittestjar ċentrali fi stazzjon ta’ ittestjar
ta’ wild jew kollaterali; –
- ittestjar ippjanat ta’ wild jew ta' kollaterali
f’razzett, bil-kondizzjoni li l-wild jew il-kollaterali jkunu tqassmu fost
imrieħel b’mod li kien possibbli jsir paragun validu bejn l-annimali
għat-tnissil; –
- dejta miġbura dwar karkassi ta’ wild jew
kollaterali identifikati; (b) il-wild jew il-kollaterali għandhom
jintgħażlu b’mod imparzjali. Id-dejta kollha rilevanti għandha
tintuża biex ikun ivvalutat il-valur għat-tnissil tal-annimali
għat-tnissil. Influwenzi minbarra l-mertu ġenetiku għandhom
ikunu eliminati bi proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur
għat-tnissil; (c) il-karatteristiċi reġistrati,
bħaż-żieda fil-piż ħaj, bdil ta’ għalf,
il-kwalità ta’ karkassi, il-karatteristiċi ta’ riproduzzjoni, fertilità,
prolifiċità, vijabbiltà tal-wild jew kollaterali jew kull dejta oħra
rilevanti, għandhom ikunu ddikjarati; (d) il-metodu użat għall-istima
tal-mertu ġenetiku għandu jkun xjentifikament aċċettabbli
skont prinċipji żootekniċi stabbiliti. 2. Ittestjar ta’ kontemporanji
għal ħnieżer tat-tnissil ibridi Jekk dejta ta’ prestazzjoni jew valuri
ġenetiċi jkunu indikati f’ċertifikat żootekniku li
l-ħnieżer tat-tnissil ibridi jew il-prodotti ġerminali
tagħhom ikollhom magħhom, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet
applikabbli għall-wild jew għall-kollaterali ddefiniti fil-punti (a),
(b), (c) u (d) tal-punt 1, wara li jkunu saru t-tibdiliet meħtieġa,
għal kontemporanji ta’ linji ibridi ta’ ħnieżer tat-tnissil
ibridi. Parti 3
Annimali ovini u kaprini Kapitolu I
Kontroll tal-prestazzjoni 1. Il-kontroll tal-prestazzjoni fi
stazzjon (a) Il-metodu użat għall-istima
tal-mertu ġenetiku għandu jkun aċċettabbli xjentifikament
skont prinċipji żootekniċi stabbiliti. Il-mertu ġenetiku
ta’ annimali għat-tnissil ittestjati għandu jkun iddikjarat
bħala valur għat-tnissil jew paragun kontemporanju għal kull
karatteristika. (b) L-affarijiet li ġejjin għandhom
ikun ddikjarati b’mod ċar: (i) it-termini ta’ dħul fl-istazzjon; (ii) l-età massima jew il-piż ta’
annimali għat-tnissil żgħar fl-età fil-bidu tat-test u
l-għadd ta’ annimali; (iii) it-tul tal-perjodu tat-test fl-istazzjon
jew il-piż finali; (iv) it-tip ta’ dieta u s-sistema ta’
għalf użati matul it-test. 2. Il-kontroll tal-prestazzjoni f’razzett Fejn kontroll tal-prestazzjoni jitwettaq fuq farm,
is-soċjetà tat-tnissil tiżgura li fi tmiem it-test ikun jista'
jiġi kkalkulat valur tat-tnissil skont il-prinċipji
żootekniċi stabbiliti u filwaqt li jitqiesu l-iskali tal-Unjoni fejn
tidħol il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali stipulati fl-Artikolu
42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007. 3. Reġistrazzjoni u valutazzjoni
ta’ ħalib tal-mertu ġenetiku ta’ annimali nisa għal
karatteristiċi tal-ħalib: (a) il-karatteristiċi reġistrati
b’konformità mal-prinċipji maqbula minn ICAR, bħall-produzzjoni tal-ħalib,
il-kompożizzjoni tal-ħalib jew kull dejta oħra rilevanti,
għandhom ikunu ddikjarati; (b) reġistrazzjonijiet ta’ ħalib
użati għad-determinazzjoni tal-merti ġenetiċi ta’ annimali
nisa għandhom: (i) ikunu relatati ma’ perjodu ta’
żmien li jkun konformi man-norma stabbilità minn ICAR
għar-reġistrazzjoni tal-produttività ta’ annimali tal-ħalib; (ii) ikunu aġġustati għal
kull influwenza ambjentali importanti. Kapitolu II
Evalwazzjoni ġenetika Il-mertu ġenetiku ta’ annimal tat-tnissil
għandu jkun ikkalkulat billi jkunu kkalkulati l-kwalitajiet ta’ għadd
xieraq ta’ wild u, skont il-każ, kollaterali kif ġej: (a) b’rabta ma’ karatteristiċi
tal-produzzjoni tal-laħam (i) għandha tingħata jew tkun
ikkwotata deskrizzjoni dettaljata tal-metodu tat-test; (ii) il-wild jew il-kollaterali għandhom
ikunu ttrattati ndaqs; (iii) għandhom ikunu rrikonoxxuti tliet
tipi ta’ testijiet ta’ wild jew kollaterali: –
- ittestjar ċentrali fi stazzjoni ta’ ttestjar
ta’ wild jew ta' kollaterali; –
ittestjar ippjanat ta’ wild jew ta' kollaterali
f’razzett, bil-kondizzjoni li l-wild jew il-kollaterali jkunu tqassmu fost
imrieħel b’mod li kien possibbli jsir paragun validu bejn l-annimali
għat-tnissil; –
dejta miġbura dwar karkassi ta’ wild jew
kollaterali identifikati; (b) b’rabta ma’ karatteristiċi
tal-ħalib (i) it-tifsila tat-test għandha tkun
iddikjarata; (ii) l-annimali nisa ma jiġux trattati
b'mod selettiv; (iii) il-produzzjoni tal-ħalib u
l-kompożizzjoni tal-ħalib għandhom ikunu inklużi
fil-kalkulazzjoni tal-merti ġenetiċi; (c) il-wild jew il-kollaterali
għandhom jintgħażlu b’mod imparzjali. Id-dejta kollha rilevanti
għandha tintuża biex ikun ivvalutat il-valur għat-tnissil
tal-annimali għat-tnissil. Influwenzi minbarra l-mertu ġenetiku ikunu
eliminati bi proċeduri xierqa fid-determinazzjoni tal-valur
għat-tnissil; (d) il-karatteristiċi
reġistrati, bħal żieda fil-piż ħaj, bdil ta’
għalf, il-kwalità tal-karkassi billi titqies is-sistema ta’
klassifikazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1234/2007,
il-produzzjoni tal-ħalib, il-kompożizzjoni tal-ħalib, il-kwalità
tal-produzzjoni tas-suf, il-karatteristiċi ta’ riproduzzjoni, fertilità,
prolifiċità, vijabbiltà tal-wild u/jew tal-kollaterali jew kull dejta
oħra rilevanti, għandhom ikunu ddikjarati; (e) il-metodu użat għall-istima
tal-merti ġenetiċi għandu jkun xjentifikament
aċċettabbli skont prinċipji żootekniċi stabbiliti. ANNESS IV Ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea 1. Ċentri ta’ referenza tal-Unjoni
Ewropea nominati skont l-Artikolu 31(1) għandu jkollhom: (a) persunal kwalifikat kif jixraq
b’taħriġ adegwat fl-kontroll tal-prestazzjoni u fl-evalwazzjoni
ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil; (b) infrastruttura amministrattiva adatta; (c) persunal li jkun istruwit jirrispetta
n-natura konfidenzjali ta’ ċerti suġġetti, riżultati jew
komunikazzjonijiet; (d) persunal b’tagħrif suffiċjenti
ta’ attivitajiet ta’ riċerka f’livell nazzjonali, tal-Unjoni u
internazzjonali; (e) it-tagħmir u l-istrumenti
meħtieġa biex jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet msemmija fil-punt
(2). 2. Id-dmirijiet u l-funzjonijiet
taċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħturin skont
l-Artikolu 31(1) għandhom ikunu kif ġej: (a) biex jiddokumentaw u jgħarrfu
lill-Istati Membri dwar metodi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni
ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil billi: (i) regolarment jirċievu u
jeżaminaw mill-ġdid ir-riżultati ta’ kontroll tal-prestazzjoni u
ta’ evalwazzjonijiet ġenetiċi magħmulin minn soċjetajiet
ġenealoġiċi u d-dejta li fuqha kienu msejsa; (ii) iqabblu d-diversi metodi ta’ kontroll
tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil; (b) meta jintalbu mill-Kummissjoni jew minn
Stat Membru biex jagħtu assistenza: (i) minħabba l-armonizzazzjoni ta’
diversi metodi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’
anninali ta' razza pura għat-tnissil, b’mod partikolari biex
jirrakkomandaw metodi ta’ kalkulazzjoni li għandhom jintużaw; (ii) fit-twaqqif ta’ pjattaforma
għat-tqabbil tar-riżultati tal-metodi ta’ kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
fl-Istati Membri, b’mod partikolari billi –
- jiżviluppaw protokolli ta’ kontroll
għall-kontroll tal-prestazzjoni u evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali
ta' razza pura għat-tnissil magħmulin fl-Istati Membri biex itejbu
l-komparabbiltà ta’ riżultati u l-effikaċja ta’ programmi
tat-tnissil; –
- jagħmlu valutazzjoni internazzjonali ta’
bhejjem abbażi tar-riżultati flimkien ta’ kontroll tal-prestazzjoni u
evalwazzjoni ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil
magħmulin fl-Istati Membri; –
- iqassmu r-riżultati, kull wieħed
għalih, tal-valutazzjonijiet internazzjonali; –
- jippubblikaw il-formuli ta’ konverżjoni u
x-xogħol kollu ġenetiku relatat; (iii) billi jipprovdu dejta dwar l-evalwazzjoni
ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil u taħriġ
biex jgħinu lill-istituzzjoni nominata kif imsemmi fl-Artikolu 29(1) li
tipparteċipa fi tqabbil internazzjonali tar-riżultati ta’
evalwazzjonijiet ġenetiċi; (iv) billi jħaffu s-soluzzjoni ta’
problemi li jinqalgħu fl-Istati Membri b’rabta mal-evalwazzjoni
ġenetika ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil; (v) billi jipprovdu, meta mitlubin
mill-Kummissjoni, kompetenzi tekniċi lill-Kumitat Żootekniku Permanenti. ANNESS v informazzjoni li għandha tingħata
fiċ-ċertifikati żootekniċi kif iMSEMMI Fil-Kapitoli VI u
VII Parti 1
Rekwiżiti ġenerali 1. Meta r-riżultati
tal-evalwazzjoni ġenetika ta’ annimal tat-tnissil ikunu disponibbli
pubblikament fuq l-Internet, għandu jkun suffiċjenti li ssir referenza
fiċ-ċertifikati żootekniċi msemmija fil-Partijiet 2 u 3
għall-websajt fejn dawk ir-riżultati jista’ jkun hemm
aċċess għalihom. 2. Meta l-informazzjoni li għandha
tingħata fiċ-ċertifikat żootekniku skont il-Kapitoli I u II
tal-Parti 2 jew tal-Parti 3 ta’ dan l-Anness tkun f’dokumenti oħra li
jkunu mal-annimal tat-tnissil jew mal-prodotti ġerminali tiegħu,
is-soċjetà tat-tnissil jew l-operazzjoni tat-tnissil għandha: (a) tiċċertifika l-kontenut ta’ dak
id-dokument b’dikjarazzjoni li d-dokument ikun fih l-informazzjoni
meħtieġa mill-att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 33(4); (b) iżżid ma’ dik id-dikjarazzjoni
lista eżawrjenti tad-dkomenti meħmużin rilevanti. 3. It-titolu taċ-ċertifikat
żootekniku għandu: (a) għall-annimali tar-razza
ħajjin, is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom, irreferi
għall-ispeċi tassonomiċi; (b) jindika jekk il-konsenja tkunx
maħsuba għall-kummerċ fl-Unjoni jew għal importazzjonijiet
fl-Unjoni. Parti 2
Ċertifikati żootekniċi għal anninali ta' razza pura
għat-tnissil,
is-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom Kapitolu
I
Ċertifikati żootekniċi għal anninali ta' razza pura
għat-tnissil 1. Ċertifikati
żootekniċi għal anninali ta' razza pura għat-tnissil
għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja: (a) l-isem tas-soċjetà tat-tnissil li
toħroġhom, jew f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp
tat-tnissil; (b) l-isem tal-ktieb tat-tnissil; (c) ir-razza; (d) is-sess; (e) in-numru tad-dħul fil-ktieb
tat-tnissil; (f) is-sistema ta’ identifikazzjoni
tal-annimal tat-tnissil ta’ razza pura; (g) in-numru ta’ identifikazzjoni mogħti
lill-annimal tat-tnissil ta’ razza pura skont il-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali li jkun tal-identifikazzjoni
ta’ annimali tal-ispeċi koperta miċ-ċertifikat żootekniku
jew, f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, skont leġiżlazzjoni
nazzjonali; (h) id-data tat-twelid tal-annimal
tat-tnissil ta’ razza pura; (i) l-isem, l-indirizz u l-posta elettronika
tan-nissiel; (j) l-isem u l-indirizz tas-sid; (k) il-pedigree: Missier || Nanna || Bużnanna Nru tal-ktieb tat-tnissil || Nru tal-ktieb tat-tnissil || Nru tal-ktieb tat-tnissil Omm || Nanna || Bużnanna Nru tal-ktieb tat-tnissil || Nru tal-ktieb tat-tnissil || Nru tal-ktieb tat-tnissil (l) ir-riżultati disponibbli kollha ta’
testijiet ta’ prestazzjoni u riżultati aġġornati
tal-evalwazzjoni ġenetika inklużi pekuljaretajiet ġenetiċi
u difetti ġenetiċi dwar l-annimal stess tat-tnissil ta’ razza pura u
ta’ missieru u ommu u tan-nanniet tiegħu kif meħtieġa
fil-programm tat-tnissil approvat skont l-Artikolu 8(1) jew l-Artikolu 9
għall-kategorija u l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura inkwistjoni; (m) fil-każ ta’ annimali nisa tqal,
id-data tal-inseminazzjoni jew tat-tgħammir u l- identifikazzjoni
tal-annimal raġel li jkun iffertilizza; (n) l-isem u t-titolu tal-firmatarju, id-data
u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-firma tal-individwu
awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f’każ
ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp tat-tnissil. 2. B’deroga mill-punt 1 ta’ dan
l-Kapitolu, iċ-ċertifikat żootekniku għal kummerċ
f’anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina jista’ jkun
id-dokument ta’ identifikazzjoni skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali, bil-kondizzjoni li: (a) ikun fih, flimkien mal-informazzjoni
meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar
is-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika, mill-anqas
l-informazzjoni skont il-punt 1(a) sa (k) u (n); (b) kien inħareġ minn soċjetà
tat-tnissil li jkun ingħatalha l-kompitu li toħroġ id-dokument
tal-identifikazzjoni mill-awtorità kompetenti. (c) l-informazzjoni dwar l-identità ta’
anninali ta' razza pura għat-tnissil tal-ispeċi ekwina u dwar
il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni tkun disponibbli
għall-awtoritajiet veterinarji kompetenti f’database ċentrali stabbilita
skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali. Kapitolu II
Ċertifikati żootekniċi għal semen ta’ anninali ta' razza
pura għat-tnissil Ċertifikati żootekniċi
għal semen għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja: (a) il-partikolaritajiet kollha msemmija
fil-Kapitolu I ta’ dan l-Anness dwar l-annimal tat-tnissil ta’ razza pura li
jkun ipprovda s-semen, kif ukoll il-grupp tad-demm tiegħu jew
riżultati ta’ testijiet li jkunu jipprovdu garanziji xjentifiċi
ekwivalenti għall-kontroll tal-identità u tal-parentela tiegħu skont
kull att implimentattiv adottat skont l-Artikolu 22(2); (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tas-semen, id-data ta’ meta jkun inġabar u l-ismijiet u
l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew
taċ-ċentru tal-ħżin tas-semen u tad-destinatarju; (c) għal semen maħsub
għal ittestjar uffiċjali ta’ anninali ta' razza pura
għat-tnissil, l-isem u l-indirizz tas-soċjetà tat-tnissil jew
tal-istituzzjoni nominati skont l-Artikolu 29(1) responsabbli biex jagħmlu
l-kontroll tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 27; (d) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-firma tal-individwu
awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f’każ
ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp tat-tnissil. Kapitolu
III
Ċertifikati żootekniċi għal ooċiti ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil Ċertifikati żootekniċi
għal ooċiti ta’ anninali ta' razza pura għat-tnissil għandu
jkun fihom l-informazzjoni li ġejja: (a) l-informazzjoni kollha msemmija
fil-Kapitolu I dwar l-annimal mara donatriċi li tkun ipprovdiet
l-ooċiti, kif ukoll il-grupp tad-demm tagħha jew riżultati ta’
testijiet li jipprovdu garanziji xjentifiċi ekwivalenti
għall-kontroll tal-identità u l-parentela tagħha; (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tal-ooċiti, id-data ta’ meta jkunu nġabru u
l-ismijiet u l-indirizzi tat-tim tal-ġbir u tal-produzzjoni ta’ embrijuni
u tad-destinatarju; (c) fejn ikun hemm aktar minn ooċit
wieħed f'tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd ta’ ooċiti
li lkoll kellhom jinġabru mill-istess annimal tat-tnissil ta’ razza pura; (d) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-firma tal-individwu
awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f’każ
ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp tat-tnissil. Kapitolu
IV
Ċertifikati żootekniċi għal embrijuni ta’ anninali ta'
razza pura għat-tnissil Ċertifikati żootekniċi
għal embrijuni għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja: (a) l-informazzjoni kollha msemmija
fil-Kapitolu I dwar l-annimal mara donatriċi u l-annimal raġel li
jkun għammar, kif ukoll il-grupp tad-demm tagħhom it-tnejn jew
riżultati ta’ testijiet li jipprovdu garanziji xjentifiċi ekwivalenti
għall-kontroll tal-identità u tal-parentela tagħhom; (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tal-embrijuni, id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni
tagħhom u l-ismijiet u l-indirizzi tat-tim tal-ġbir u tal-produzzjoni
tal-embrijuni u tad-destinatarju; (c) meta jkun hemm aktar minn embrijun
wieħed f’tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd tal-embrijuni
li lkoll għandu jkollhom l-istess parentela; (d) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat u l-firma tal-individwu
awtorizzat mis-soċjetà tat-tnissil li toħorġu, jew f’każ
ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp tat-tnissil. Parti
3
Ċertifikati żootekniċi għal ħnieżer
tat-tnissil ibridi u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom Kapitolu
I
Ċertifikati żootekniċi għal ħnieżer tat-tnissil
ibridi Ċertifikati żootekniċi
għal ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom
l-informazzjoni li ġejja. (a) l-isem tal-operazzjoni tat-tnissil
li toħroġhom, jew f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni,
tal-korp tat-tnissil; (b) l-isem tar-reġistru tar-razza; (c) it-tip jew il-linja ġenetika; (d) is-sess; (e) in-numru tad-dħul
fir-reġistru tar-razza; (f) is-sistema ta’ identifikazzjoni
tal-annimal; (g) in-numru ta’ identifikazzjoni
mogħti lill-ħanżir tat-tnissil ibridu skont
leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali li tkun
dwar l-identifikazzjoni ta’ annimali tal-ispeċi porċina jew,
fil-każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, skont leġiżlazzjoni
nazzjonali; (h) id-data tat-twelid tal-annimal; (i) l-isem u l-indirizz tan-nissiel; (j) l-isem u l-indirizz tas-sid; (k) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u
l-firma tal-individwu awtorizzat mill-operazzjoni tat-tnissil li
toħorġu jew, f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp
tat-tnissil. Ċertifikati
żootekniċi għal semen minn ħnieżer tat-tnissil ibridi Ċertifikati żootekniċi
għal semen ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom
l-informazzjoni li ġejja. (a) l-informazzjoni kollha msemmija
fil-Kapitolu I dwar il-ħanżir tat-tnissil ibridu li jkun ipprovda
s-semen; (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tas-semen, id-data ta’ meta jkun inġabar u l-ismijiet u
l-indirizz taċ-ċentru ta’ ġbir tas-semen u tad-destinatarju; (c) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u
l-firma tal-individwu awtorizzat mill-operazzjoni tat-tnissil li
toħorġu jew, f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp
tat-tnissil. Kapitolu III
Ċertifikati żootekniċi għal ooċiti minn
ħnieżer tat-tnissil ibridi Ċertifikati żootekniċi
għal ooċiti ta’ ħnieżer tat-tnissil ibridi għandu jkun
fihom l-informazzjoni li ġejja. (a) l-informazzjoni kollha msemmija
fil-Kapitolu I dwar il-ħanżir tat-tnissil ibridu li jkun ipprovda
l-ooċiti; (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tal-ooċiti, id-data ta’ meta jkunu nġabru u
l-ismijiet u l-indirizzi tat-tim tal-ġbir u tal-produzzjoni tal-embrijuni
u tad-destinatarju; (c) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u
l-firma tal-individwu awtorizzat mill-operazzjoni tat-tnissil li
toħorġu jew, f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp
tat-tnissil. Kapitolu
IV
Ċertifikati żootekniċi għal embrijuni minn
ħnieżer tat-tnissil ibridi Ċertifikati żootekniċi
għal embrijuni miġburin jew prodotti minn ħnieżer
tat-tnissil ibridi għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja. (a) l-informazzjoni kollha msemmija
fil-Kapitolu I dwar l-annimal mara donatriċi u l-annimal raġel li
jkun għammar; (b) informazzjoni li tippermetti
l-identifikazzjoni tal-embrijuni, id-data tal-ġbir jew tal-produzzjoni
tagħhom u l-ismijiet u l-indirizzi tat-tim tal-ġbir u tal-produzzjoni
tal-embrijuni u tad-destinatarju; l-identifikazzjoni tas-semen użat
għall-inseminazzjoni artifiċjali jew il-fertilizzazzjoni
tal-ooċiti; (c) meta jkun hemm aktar minn embrijun
wieħed f’tubu straw, indikazzjoni ċara tal-għadd tal-embrijuni
li lkoll għandu jkollhom l-istess parentela; (d) l-isem u t-titolu tal-firmatarju,
id-data u l-post tal-konsenja taċ-ċertifikat żootekniku u
l-firma tal-individwu awtorizzat mill-operazzjoni tat-tnissil li
toħorġu jew, f’każ ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni, tal-korp
tat-tnissil. ANNESS VI TERRITORJI
MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(v) 1. It-territorju tar-Renju
tal-Belġju 2. It-territorju tar-Repubblika
tal-Bulgarija 3. It-territorju tar-Repubblika
Ċeka 4. It-territorju tar-Renju tad-Danimarka
bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faroe u tal-Groenlandja 5. It-territorju tar-Repubblika
Federali tal-Ġermanja 6. It-territorju tar-Repubblika
tal-Estonja 7. It-territorju tal-Irlanda 8. It-territorju tar-Repubblika
Ellenika 9. It-territorju tar-Renju ta’ Spanja
bl-eċċezzjoni ta’ Ceuta u Melilla 10. It-territorju tar-Repubblika
Franċiża 11. It-territorju tar-Repubblika
tal-Kroazja 12. It-territorju tar-Repubblika Taljana 13. It-territorju tar-Repubblika ta’
Ċipru 14. It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja 15. It-territorju tar-Repubblika
tal-Litwanja 16. It-territorju tal-Gran Dukat
tal-Lussemburgu 17. It-territorju tar-Rumanija 18. It-territorju tar-Repubblika ta’
Malta 19. It-territorju tar-Renju
tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-Ewropa 20. It-territorju tar-Repubblika
tal-Awstrija 21. It-territorju tar-Repubblika
tal-Polonja 22. It-territorju tar-Repubblika
Portugiża 23. It-territorju tar-Rumanija 24. It-territorju tar-Repubblika
tas-Slovenja 25. It-territorju tar-Repubblika Slovakka 26. It-territorju tar-Repubblika
tal-Finlandja 27. It-territorju tar-Renju tal-Isvezja 28. It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ANNESS VII tabella
ta’ korrelazzjoni Att Legali || Dispożizzjonijiet || Dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE (ex 77/504/KEE) (Bovina) || Artikolu 1 || Artikolu 2 Artikolu 2(a), (b), (e) || Artikolu 3, l-ewwel paragrafu Artikolu 2(c) || Artikolu 8(1) Artikolu 2(d) || Artikolu 4(2) Artikolu 3 || Artikolu 19(1) Artikolu 4(1) || Artikolu 7(1) Artikolu 4(2) || Artikolu 7(5) Artikolu 5 || Artikolu 33(1) u l-punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 6 || Artikoli 28(1), 4(3), 8(3), 17(4), 19(4), 20(2) u 24(2) Artikolu 7(1) || Artikolu 72(1) Artikolu 7(2) || Artikolu 72(2) Artikolu 8 || ma japplikax Artikolu 9 || ma japplikax Artikolu 10 || ma japplikax Artikolu 11 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE (Porċini) (aċċettazzjoni għat-tnissil) || Artikolu 1 || Artikolu 21 Artikolu 2(1) || Artikolu 23(1) u (2) Artikolu 2(2) || Artikoli 12, 13, u 28(2) Artikolu 2(3) || - Artikolu 3 || Artikolu 22 Artikolu 4 || Artikolu 23(3) Artikolu 5 || Artikolu 31(1) Artikolu 6 || ma japplikax Artikolu 7 || ma japplikax Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE (Interbull) (Interbull) || Artikolu 1(2) || Artikolu 32(1) Artikolu 2 || - ANNESS II || Anness IV Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE (Porċini) (Porċini) || Artikolu 1 || Artikolu 2 Artikolu 2(1) || Artikoli 3, l-ewwel paragrafu, 4(2) u 8(1) Artikolu 2(2) || Artikolu 1(3) Artikolu 3 || Artikolu 21(2) Artikolu 4(1) || Artikolu 19(1) Artikolu 4(2) || Artikolu 18(1) Artikolu 4a, l-ewwel paragrafu || Artikolu 7(1) Artikolu 4a, it-tieni paragrafu || Artikolu 7(5) Artikolu 5 || Artikolu 33(1) u l-punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 6(1) || Artikoli 28(1), 8(3), 17(4), 19(4), 4(3), u 33(3) Artikolu 6(2) || ma japplikax Artikolu 7(1) || Artikoli 3, 8(1) u4(2) Artikolu 7(2) || Artikolu 1(3) Artikolu 7a || Artikolu 7(1) Artikolu 8 || Artikolu 25(2) Artikolu 9 || Artikolu 33(1) u l-punt 1(c) tal-Parti 2 tal-Anness II Artikolu 10(1) || Artikoli 28(1), 8(3), 17(4), 19(4), 4(3), u 33(3) Artikolu 10(2) || ma japplikax Artikolu 11(1) || Artikolu 72(1) Artikolu 11(2) || Artikolu 72(2) Artikolu 11(3) || Artikolu 72(2) Artikolu 12 || Artikolu 1(3) Artikolu 13 || ma japplikax Artikolu 14 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE (Porċini) (aċċettazzjoni għat-tnissil – tar-razza || Artikolu 1 || Artikolu 21(1) Artikolu 2(1) || Artikolu 23(1) u (2) Artikolu 2(2) || Artikoli 12, 13, u 28(2) Artikolu 2(3) || Artikoli 14 u 28(2) Artikolu 3 || Artikolu 23(3) Artikolu 4 || Artikolu 72(1) Artikolu 5 || ma japplikax Artikolu 6 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE (Porċini) (aċċettazzjoni għat-tnissil – ibridi || Artikolu 1 || Artikoli 25(1) u 26(1) u (2) Artikolu 2 || Artikolu 23(3) Artikolu 3 || ma japplikax Artikolu 4 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE (Porċini) (Ovini u Kaprini) || Artikolu 1(1) || Artikolu 1(1) Artikolu 1(2) || Artikolu 1(3) Artikolu 2 || Artikolu 2 Artikolu 3(1) || Artikoli 3, l-ewwel paragrafu u 4(2), Artikolu 3(2) || Artikolu 1(3) Artikolu 4 || Artikoli 4(3), 19(4), 28(1) u 21(2) Artikolu 5 || Artikolu 7(1) Artikolu 6 || Artikolu 33(1) u l-punt 1(d) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 7 || Artikolu 1(3) Artikolu 8 || Artikolu 72(1) Artikolu 9 || ma japplikax Artikolu 10 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE (Porċini) (Equidae) || Artikolu 1 || Artikolu 1(1) Artikolu 2 || Artikolu 2 Artikolu 3, l-ewwel paragrafu || Artikolu 3, l-ewwel paragrafu Artikolu 3, it-tieni paragrafu || Artikolu 1(3) Artikolu 4(1)(a) || Part 1 u l-punt 1(a) tal-Parti 3 tal-Anness I Artikolu 4(1)(b) || Punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 4(2) || Artikoli 4(3), 19(4), 33, 34(1)(c), 14 u l-punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 5 || Artikolu 7(1) Artikolu 6 || Punt 3 tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 7 || Artikoli 28(1) u 21(2) Artikolu 8(1) || Punt 1(c) tal-Kapitolu I tal-Parti 1 tal-Anness II Artikolu 8(2) || Artikolu 33(1) Artikolu 9 || Artikolu 1(3) Artikolu 10 || Artikolu 72(1) Artikolu 11 || ma japplikax Artikolu 12 || ma japplikax Anness || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE (Porċini) (kollha) || Artikolu 1 || Artikolu 2 Artikolu 2 || Artikoli 3, 35(1) and 45(1) Artikolu 3 || ma japplikax Artikolu 4 || ma japplikax Artikolu 5 || ma japplikax Artikolu 6 || ma japplikax Artikolu 7 || ma japplikax Artikolu 8 || ma japplikax Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE Importazzjonijiet Importazzjonijiet || Artikolu 1 || Artikolu 1 Artikolu 2 || Artikolu 2 Artikolu 3 || Artikoli 37 Artikolu 4 || Artikoli 39(1)(a) u 40(1) Artikolu 5 || Artikoli 39(1)(b) u 40(1) Artikolu 6 || Artikoli 39(1)(c) u 40(1) Artikolu 7 || Artikoli 39(1)(c) u 40(1) Artikolu 8 || Artikolu 39(2) Artikolu 9(1) u (2) || Artikolu 42 Artikolu 9(3) || - Artikolu 10 || Artikoli 67 u 70 Artikolu 11 || ma japplikax Artikolu 12 || Artikolu 72(1) Artikolu 13 || ma japplikax Artikolu 14 || ma japplikax Artikolu 15 || ma japplikax [1] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [2] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [3] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [4] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36. [5] ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30. [6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55. [7] ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37. [8] ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66. [9] ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1. [10] ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54. [11] ĠU L 71, 17.3.1990, p. 34. [12] ĠU L 71, 17.3.1990, p. 36. [13] ĠU L 206, 12.8.1977, p. 11. [14] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. [15] ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30. [16] ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19. [17] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. [18] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. [19] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [20] COM/2013/0265 finali - 2013/0140 (COD). [21] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. [22] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. [23] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. [24] ĠU L 125, 12.5.1984, p. 58. [25] ĠU L 237, 5.9.1984, p. 11. [26] ĠU L 169, 22.6.2006, p. 56. [27] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 19. [28] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 21. [29] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 31. [30] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 33. [31] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 43. [32] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 30. [33] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 32. [34] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 35. [35] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 38. [36] ĠU L 192, 11.7.1992, p. 63. [37] ĠU L 19, 25.1.1996, p. 39. [38] ĠU L 192, 11.7.1992, p. 66. [39] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 22. [40] ĠU L 247, 23.8.1989, p. 34. [41] ĠU L 145, 8.6.1990, p. 39. [42] ĠU L 19, 25.1.1996, p. 41. [43] ĠU L 125, 18.5.2005, p. 15. [44] ĠU L 149, 7.6.2008, p. 3. [45] ĠU L 210, 20.8.1996, p. 47. [46] http://www.ueln.net/