Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0571

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu fl-2012 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar xogħol fuq standby), Nru 858/2004 (dwar kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) u Nru 300/76, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

/* COM/2014/0571 final */

52014DC0571

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu fl-2012 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar xogħol fuq standby), Nru 858/2004 (dwar kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) u Nru 300/76, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift) /* COM/2014/0571 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

dwar l-użu fl-2012 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar xogħol fuq standby), Nru 858/2004 (dwar kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) u Nru 300/76, emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar xogħol bix-xift)

1.           Introduzzjoni

Ir-regolamenti tal-Kunsill dwar xogħol standby (Nru 495/77) u dwar kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jeħtieġu li l-Kummissjoni tagħti rapport annwali lill-Kunsill dwar in-numru ta' uffiċjali u impjegati oħra f'kull kategorija li jirċievu l-benefiċċji msemmija fir-Regolamenti rispettivi u n-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aħħar figuri ta' sena sħiħa disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u għalhekk jirreferi għall-2012. Ir-rapport ikopri l-istituzzjonijiet kollha, u għal raġunijiet ta' kompletezza fih ukoll l-istess tip ta' informazzjoni dwar l-użu ta' xogħol kontinwu u xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

2.           Benefiċċju minħabba xogħol standby

Il-bażijiet ġuridiċi għal dan il-benefiċċju huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta' Marzu 1977, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006.

Il-benefiċċju jitħallas biss lill-uffiċjali u lil impjegati oħra mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u li jaħdmu:

– fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunta tar-Riċerka (JRC), jew

– f'azzjoni indiretta, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet operattivi u jaħdmu:

– fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi,

– f'dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

– f'dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

– f'dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) / il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) jew f'arranġamenti ta' emerġenza u koordinazzjoni tal-kriżijiet, jew

– f'mekkaniżmu mwaqqaf biex jipprovdi għajnuna lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum, sebat'ijiem fil-ġimgħa (MS 24/7), f'arranġamenti ta' emerġenza u koordinazzjoni tal-kriżijiet jew f'servizzi fejn hemm ħtieġa konfermata għall-eżekuzzjoni ta' dmirijiet sabiex jiġi ggarantit mekkaniżmu ta' għoti ta' assistenza lill-Istati Membri.

Il-benefiċċju għax-xogħol standby huwa espress f'punti. In-numru ta' punti mogħtija għal kull siegħa ta' xogħol realment standby huwa ffissat kif ġej:

– xogħol standby mid-dar, kull ġurnata ta' ħidma: 2,15 punti;

– xogħol standby mid-dar, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 4,3 punti;

– xogħol standby milil-post tax-xogħol, kull ġurnata ta' ħidma: 11-il punt;

– xogħol standby mill-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi: 22 punt.

Kull punt huwa ekwivalenti għal 0,032 % tal-paga bażika ta' uffiċjal fi grad 1, pass 1 (= EUR 0,85 fl-2012 skont l-arranġamenti fis-seħħ mill-1/7/2010).

2.1.        Numru ta' benefiċjarji għal kull tip ta' xogħol standby:

Istituzzjoni || Mid-dar || Mid-dar u mill-post tax-xogħol || Mill-post tax-xogħol || Total ||

Il-Kummissjoni Ewropea || 327 || 55 || 39 || 421 ||

- li minn JRC || 203 || 10 || 28 || 241 ||

Il-Kunsill || 54 || 0 || 0 || 54 ||

Il-Parlament Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Il-Qorti tal-Awdituri || 8 || 0 || 0 || 8 ||

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 ||

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 ||

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 27 || 0 || 0 || 27 ||

Total || 416 || 55 || 39 || 510 ||

2.2.        Numru ta' benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u persunal b'kuntratt):

Istituzzjoni || AD || AST || CA || Total

FG I || FG II || FG III || FG IV

Il-Kummissjoni Ewropea || 145 || 238 || 27 || 2 || 9 || 0 || 421

- li minnhom JRC || 90 || 128 || 20 || 1 || 2 || 0 || 241

Il-Kunsill || 9 || 43 || 2 || 0 || 0 || 0 || 54

Il-Parlament Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 0 || 0 || 8 || 0 || 0 || 0 || 8

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 11 || 16 || 0 || 0 || 0 || 0 || 27

Total || 165 || 297 || 37 || 2 || 9 || 0 || 510

2.3.        Numru ta' benefiċjarji għal kull tip ta' xogħol:

Istituzzjoni || JRC || Azzjoni indiretta || Installazzjonijiet tekniċi || Sigurtà || ICT || PESK / PSDK || MS 24/7 || Total

Il-Kummissjoni Ewropea || 241 || 0 || 33 || 31 || 60 || 0 || 56 || 421

- li minnhom JRC || 241 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 241

Il-Kunsill || 0 || 0 || 26 || 17 || 0 || 11 || 0 || 54

Il-Parlament Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 0 || 0 || 0 || 8 || 0 || 0 || 0 || 8

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 0 || 0 || 0 || 3 || 12 || 9 || 3 || 27

Total || 241 || 0 || 59 || 59 || 72 || 20 || 59 || 510

3.           Benefiċċji għall-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet ġuridiċi għal dan il-benefiċċju huwa l-Artikolu 56c tar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta' April 2004, li ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill Nru 1799/72.           Dan il-benefiċċju għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli huwa espress f'punti li jingħataw għal kull siegħa xogħol li ssir, b'distinzjoni bejn kundizzjonijiet tax-xogħol speċjali marbuta mas-"sigurtà tal-individwu", "il-post tax-xogħol" u n-"natura tax-xogħol". In-numru tal-punti jvarja bejn 2, pereżempju għal livell ta' ħoss medju li jaqbeż il-85 decibel, u livell limitu ta' 50 f'każ ta' uffiċjal li jkun liebes libsa għall-protezzjoni ta' kontra n-nar lesta minn kollox. Kull punt huwa ekwivalenti għal 0,032 % tal-paga bażika ta' uffiċjal fi grad 1, pass 1 (= EUR 0,85 fl-2012 skont l-arranġamenti fis-seħħ mill-1/7/2010).

Numru ta' benefiċjarji (uffiċjali/persunal temporanju u persunal b'kuntratt):

Istituzzjoni || AD || AST || Persunal b'kuntratt || Total

FG I || FG II || FG III || FG IV

Il-Kummissjoni Ewropea || 34 || 184 || 30 || 0 || 1 || 1 || 250

- li minnhom JRC || 34 || 175 || 21 || 0 || 1 || 1 || 232

Il-Kunsill || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Parlament Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Total || 34 || 184 || 30 || 0 || 1 || 1 || 250

4.           Benefiċċju għal xogħol bix-xift

Il-bażijiet ġuridiċi għal dan il-benefiċċju huma l-Artikoli 56a tar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006.

Il-benefiċċju jitħallas biss lill-uffiċjali u lil impjegati oħra mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u li jaħdmu:

– fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunta tar-Riċerka (JRC), jew

– f'azzjoni indiretta, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet operattivi u jaħdmu:

– f'dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT),

– f'dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà,

– f'servizz ta' swiċċbord tat-telefown/informazzjoni jew servizz ta' akkoljenza,

– f'dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) / il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) jew għal arranġamenti ta' emerġenza u koordinazzjoni tal-kriżijiet,

– f'servizz li jipprovdi għajnuna f'emerġenza jew arranġamenti għall-koordinazzjoni tal-kriżijiet, jew

– fit-tmexxija jew is-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

Hemm erbà tipi ta' rati differenti tal-benefiċċju li jitħallas kull xahar (figuri tal-2012 skont arranġamenti fis-seħħ mill-1/7/2010):

– ir-rata 1: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, minbarra tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 382,17

– ir-rata 2: xogħol li jinvolvi żewġ xiftijiet, inkluż l-iljieli, tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 576,84

– ir-rata 3: 24 siegħa kuljum, minbarra tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi: EUR 630,69

– ir-rata 4: 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa: EUR 859,84

Il-figuri li ġejjin jindikaw in-numru ta' benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għall-2012.

4.1.        Numru ta' benefiċjarji għal kull rata:

Istituzzjoni || Ir-Rata 1 || Ir-Rata 2 || Ir-Rata 3 || Ir-Rata 4 || Total

EUR 382,17 || EUR 576,84 || EUR 630,69 || EUR 859,84

Il-Kummissjoni Ewropea || 7 || 25 || 8 || 61 || 101

- li minnhom JRC || 0 || 25 || 8 || 21 || 54

Il-Kunsill || 40 || 0 || 0 || 26 || 66

Il-Parlament || 28 || 0 || 30 || 6 || 64

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 2 || 0 || 0 || 8 || 10

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 27 || 0 || 0 || 17 || 41

Total || 104 || 25 || 38 || 118 || 282

4.2.        Numru ta' benefiċjarji (uffiċjali / persunal temporanju u persunal b'kuntratt):

Istituzzjoni || AD || AST || CA || Total

FG I || FG II || FG III || FG IV

Il-Kummissjoni Ewropea || 8 || 75 || 16 || 0 || 2 || 0 || 101

- li minnhom JRC || 8 || 39 || 6 || 0 || 1 || 0 || 54

Il-Kunsill || 0 || 66 || 0 || 0 || 0 || 0 || 66

Il-Parlament Ewropew || 0 || 36 || 0 || 28 || 0 || 0 || 64

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 0 || 0 || 10 || 0 || 0 || 0 || 10

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 0 || 39 || 0 || 2 || 0 || 0 || 41

Total || 8 || 216 || 26 || 30 || 2 || 0 || 282

4.3.        Numru ta' benefiċjarji għal kull tip ta' xogħol:

Istituzzjoni || JRC || Koordinazzjoni ta' kriżijiet / emerġenza || ICT || Sigurtà || Swiċċbord / Akkoljenza || PESK / PSDK || Installazzjonijiet tekniċi || Azzjoni indiretta || Total

Il-Kummissjoni Ewropea || 54 || 0 || 3 || 40 || 0 || 0 || 4 || 0 || 101

- li minnhom JRC || 54 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 54

Il-Kunsill || 0 || 0 || 0 || 63 || 0 || 3 || 0 || 0 || 66

Il-Parlament Ewropew || 0 || 0 || 0 || 58 || 0 || 0 || 6 || 0 || 64

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awdituri || 0 || 0 || 0 || 8 || 2 || 0 || 0 || 0 || 10

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 0 || 0 || 16 || 16 || 0 || 9 || 0 || 0 || 41

Total || 54 || 0 || 19 || 185 || 2 || 12 || 10 || 0 || 282

5.           Is-servizzi konċernati u r-raġunijiet

Il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (li ħa ħafna mid-dmirijiet li qabel kienu tad-DG RELEX tal-Kummissjoni) ul-Qorti tal-Awdituri ilhom jużaw it-tipi ta' kundizzjonijiet speċjali tax-xogħol msemmija hawn qabel u jħallsu l-benefiċċji korrispondenti għal xi żmien. Il-Kummissjoni tibqa' l-unika istituzzjoni li tuża l-benefiċċji għal kundizzjonijiet partikolarment diffiċli tax-xogħol, fil-JRC u fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika ta' Brussell (OIB).

5.1.        Raġunijiet għax-xogħol standby

Il-Kummissjoni:         Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) Fl-2012 il-Kummissjoni ħallset benefiċċju ta' standby lil xi 421 membru tal-persunal, madwar 57 % (241) li fosthom huma impjegati f'wieħed miċ-ċentri tar-riċerka.

Ir-raġunijiet għall-istandby huma, bħas-snin ta' qabel, ġeneralment marbuta mas-sigurtà u s-sikurezza (servizz ta' tifi tan-nar, monitoraġġ tar-raġġi, protezzjoni mir-raġġi, eċċ). F'bosta każijiet fil-JRC, ix-xogħol standby isir mid-dar, bl-eċċezzjoni ta' Ispra u Karlsruhe (fejn id-dmirijiet isiru fil-post tax-xogħol - jew mid-dar u fil-post tax-xogħol - minħabba n-natura speċifika tad-dmirijiet li jridu jitwettqu).

Oħrajn Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, is-servizzi standby jintużaw ġeneralment għas-sigurtà u s-sikurezza, l-installazzjonijiet tekniċi u s-servizzi tal-IT, kif ukoll l-assistenza għall-Istati Membri.

Il-Kunsill: Il-Kunsill ħallas benefiċċji għas-servizzi standby lil 54 membru tal-persunal tiegħu fl-2012. L-oqsma li fadal huma t-tmexxija u s-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi, is-servizzi ta' sigurtà u l-għajnuna għall-PESK / PSDK. Ix-xogħol standby sar esklussivament mid-dar.

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2012, il-Qorti tal-Awdituri ħallset benefiċċji għas-servizzi standby lil tmien membri tal-persunal tagħha. Fl-2012 m'għadhomx jingħataw benefiċċji għas-servizzi tal-informazzjoni u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT).

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: Fl-2012, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ħallas benefiċċji għas-servizzi standby mid-dar lil 27 membru tal-persunal tiegħu fl-oqsma li ġejjin: għajnuna lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa (MS 24/7), servizzi ta' sigurtà, għajnuna għall-PESK / PSDK u servizzi ta' informazzjoni u teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT).

5.2.        Raġunijiet għall-użu ta' benefiċċji għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-Kummissjoni: Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li użat din il-possibiltà fl-2012. L-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell (OIB) introduċa dan il-benefiċċju f'wieħed mis-servizzi tiegħu (servizz ta' riproduzzjoni) fl-2008; iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt diġà kien qed jużah.

Fir-rigward tal-kriterji għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, kienu japplikaw it-tliet kategoriji mniżżla fir-Regolament li għalihom jista' jingħata l-benefiċċju, jiġifieri:

a) protezzjoni individwali (jiġifieri l-obbligu li jintlibes ilbies ta' protezzjoni partikolarment skomdu),

b) il-post tax-xogħol (pereżempju livelli ta' ħsejjes għoljin, siti perikolużi), u

c) in-natura tax-xogħol (pereżempju l-ġarr ta' sustanzi korrusivi).

Fl-2012, in-numru totali ta' siegħat ta' xogħol li twettqu f'dan il-kundizzjonijiet kien mqassmin kif ġej:

71 603,12 siegħat marbuta mal-protezzjoni individwali,

127 587,18 siegħat marbuta mal-post tax-xogħol,

17 284,91 siegħat marbuta man-natura tax-xogħol.

5.3.        Raġunijiet għax-xogħol bix-xift

Il-Kummissjoni: Fil-Kummissjoni, huwa l-JRC li, għal raġunijiet relatati man-natura tad-dmirijiet li jridu jsiru, għandu l-akbar bżonn ta' dan it-tip ta' organizzazzjoni tax-xogħol (54 minn total ta' 2 135 persuna mniżżla fl-2012).

Fid-Direttorati-Ġenerali l-oħra (baġit operattiv), sar xogħol bix-xift fl-2012 minn 47 persuna fit-tipi ta' servizzi li ġejjin:

– Siġurtà u prevenzjoni: 40

– Installazzjonijiet tekniċi: 4

– Teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT): 3

L-erba' rati (tipi ta' benefiċċji) kienu applikati mill-Kummissjoni, speċjaliment ir-rati 2 u 4, b'dan tal-aħħar (ix-xogħol kontinwu) jintuża prinċipalment fis-servizzi ta' sigurtà.

Il-Kunsill: In-numru ta' benefiċċji għal xogħol bix-xift fil-Kunsill kien ta' 66 għall-2012. Dan il-benefiċċju jintuża primarjament fl-oqsma tas-sigurtà u l-prevenzjoni (63 membru tal-persunal) u PESK / PSDK (tliet membri tal-persunal). Ix-xogħol bix-xift jikkonsisti jew f'arranġament ta' żewġ xiftijiet (ir-rata 1) jew servizz kontinwu ta' 24 siegħa (ir-rata 4).

Il-Parlament Ewropew: Il-Parlament Ewropew ilu juża s-sistema ta' xogħol bix-xift mill-2008. Fl-2012 ingħataw 64 benefiċċju għal xogħol bix-xift fil-Parlament. Dan il-benefiċċju qed jintuża biss fil-qasam tas-sigurtà u ma għadux jingħata għal servizzi ta' telefown / akkoljenza. Ix-xogħol bix-xift jikkonsisti jew f'arranġament ta' żewġ xiftijiet (ir-rata 1), servizz ta' 24 siegħa, minbarra s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi (ir-rata 3) jew servizz ta' xogħol kontinwu ta' 24 siegħa (ir-rata 4).

Il-Qorti tal-Awdituri: Il-Qorti tal-Awdituri ilha tuża x-xogħol bix-xift mill-2011 fl-oqsma tas-sigurtà u s-servizzi tat-telefown/akkoljenza. Ix-xogħol bix-xift jikkonsisti jew f'arranġament ta' żewġ xiftijiet (ir-rata 1) jew servizz kontinwu ta' 24 siegħa (ir-rata 4).

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: Fl-2012, is-Servizz Ewropew ħallas 41 benefiċċju fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), is-sigurtà, PESK / PSDK (dik il-parti li ħadet mill-Kunsill) iżda ma għadhiex tħallas dan il-benefiċċju għall-arranġamenti f'emerġenza u koordinazzjoni tal-kriżijiet.

6.           Nefqa mill-baġit, għall kull istituzzjoni u għal kull benefiċċju (f'EUR)

Istituzzjoni || Xogħol bix-xift || Xogħol standby || Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli || Total

Il-Kummissjoni Ewropea || 790 448,88 || 1 443 239,13 || 639 547,60 || 2 873 235,61

- li minnhom JRC || 278 020,18 || 634 603,24 || 614 489,77 || 1 527 113,19

Il-Kunsill || 438 886,98 || 157 618,11 || 0 || 596 505,09

Il-Parlament Ewropew || 201 686,96 || 0 || 0 || 201 686,96

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Qorti tal-Awditur || 91 716,72 || 22 614,40 || 0 || 114 331,12

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kumitat tar-Reġjuni || 0 || 0 || 0 || 0

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta || 0 || 0 || 0 || 0

L-Ombudsman || 0 || 0 || 0 || 0

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna || 235 814,00 || 63 271,46 || 0 || 299 085,46

Total || 1 758 553,54 || 1 686 743,10 || 639 547,60 || 4 084 844,24

In-nefqa totali, jiġifieri l-ammont minfuq għat-tliet benefiċċji fl-istituzzjonijiet kollha Ewropej, kienet tlaħħaq kemm kemm aktar minn EUR 4 miljun fl-2012.

Top