Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0127

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Il-ħdax-il rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2012)

/* COM/2014/0127 final */

52014DC0127

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Il-ħdax-il rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2012) /* COM/2014/0127 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Il-kwalità tal-fjuwil tal-petrol u tad-diżil użat għat-trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea: Il-ħdax-il rapport annwali (Sena ta' rappurtar 2012)

1.           Introduzzjoni

Dan ir-rapport jirrappreżenta konsolidazzjoni ta' ħdax-il sena ta' sottomissjonijiet tal-Istati Membri skont id-Direttiva 98/70/KE[1] (id-“Direttiva”), u jiġbor fil-qosor il-kwalità tal-petrol u tad-diżil fl-UE għall-2012. L-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u d-diżil li nbiegħu għat-trasport bit-triq fl-UE huma inklużi fid-Direttiva: l-ewwel speċifikazzjonijiet daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000; it-tieni daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005 u t-tielet fl-1 ta’ Jannar 2009 li llimitaw il-kontenut tal-kubrit fil-fjuwil tal-vetturi tat-triq kollu fl-UE sa 10 ppm. Fl-Istandard Ewropew għal sistemi ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil ("FQMS"), EN 14274:2012, hemm iddefiniti r-rekwiżiti addizzjonali meħtieġa mill-2004.

Id-Direttiva titlob ukoll li l-Istati Membri jirrappurtaw sommarji tal-kwalità tal-fjuwil mibjugħ fit-territorji tagħhom. Il-format oriġinali tar-rappurtar għal dan kien ġie stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE tat-18 ta’ Frar 2002[2]. Ir-rekwiżiti tad-Direttiva evolvew mal-introduzzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil u r-rekwiżiti ta’ rappurtar ġodda. Kull Stat Membru jirċievi mudell ta' rappurtar sabiex jinkludi kull dettall pertinenti ħalli tkun tista' ssir l-analiżi u l-paragun madwar l-Ewropa tar-riżultati tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil magħmul fl-Istati Membri. Il-mudell isegwi r-rekwiżiti ta’ rappurtar deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/159/KE u jiġi rivedut u miftiehem kull sena mill-Kummissjoni.

Fl-2012, l-Istati Membri kollha kkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwil li jeħtieġu li l-fjuwil tat-triq ikun fih anqas minn 10 ppm ta' kontenut ta’ kubrit. Barra minn hekk, l-Istati Membri bdew jirrappurtaw fjuwil b’etanol miżjud, li mill-1 ta' Jannar 2011 irid jibda jiġi rrapurtat.

Kull Stat Membru ssottometta r-rapport tiegħu skont il-mudell provdut. Mis-27 rapport annwali tal-FQMS, 19 waslu fi żmien l-iskadenza tar-rappurtar, li hija t-30 ta’ Ġunju, sitta waslu inqas minn ġimgħa tard u l-aħħar żewġ rapporti ġew sottomessi fi żmien xahrejn mill-iskadenza oriġinali. Meta mqabbla mal-2009 u l-2010 kien hemm titjib ċar fis-sottomissjoni tar-rapporti li waslu fi żmien l-iskadenza, iżda meta mqabbla mal-2011 kien hemm tnaqqis żgħir meta 21 Stat Membru rrapporta fil-ħin.

2.           Bejgħ ta’ fjuwil fl-Ewropa

Il-bejgħ tal-fjuwil fl-UE fl-2012 kien jiffavorixxi ħafna d-diżil b’242 829 miljun litru ta’ bejgħ ta’ fjuwil tad-diżil meta mqabbel ma’ 109 328 miljun litru ta’ bejgħ ta' fjuwil ta' petrol.

Mill-2004, il-bejgħ tal-petrol kompla jonqos u fl-2012 il-bejgħ tal-petrol kien inqas minn dak tas-sena ta' qabel. Fejn jidħlu l-gradi ta' fjuwil, ir-RON 91 għadu qed jitlef is-sehem fis-suq u bħalissa jinbiegħ fi kwantitajiet żgħar biss; il-bejgħ fl-2012 kien ta' 456 miljun litru. Il-bejgħ tar-RON 98 laħaq 4 418-il miljun litru, ir-RON 95=<sa<98 14 622 miljun litru filwaqt li r-RON 95 irrappreżenta l-maġġornaza tal-bejgħ tal-fjuwil tal-petrol b'89 832 miljun litru.

Il-bejgħ tad-diżil naqas għat-tielet sena konsekuttiva, u l-grad B7 irrappreżenta l-maġġoranza tal-bejgħ b'219 769 miljun litru mibjugħ (90%). B5, B+ u l-bejgħ ta' diżil regolari 23 061 million litres (2 720, 137 u 20 204 miljun litru rispettivament).

Figura 1: l-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-fjuwil fl-UE mill-2001 sal-2012

|| || Diżil ( || || || || || || Petrol || || || || || ||

Figura 2: Il-bejgħ tal-fjuwil tal-UE skont it-tip ta' fjuwil fl-2012

Petrol Diżil ||

|| Miljuni ta' litri

|| Petrol bla ċomb < 10 ppm S || Diżil < 10ppm S

|| || || Min. RON=91 || || || Min. RON=95 || || || RON 95=<RON<98 || || || RON>=98 || || || Diżil

|| || || Min. RON=91 E5 || || || Min. RON=95 E5 || || || RON 95=<RON<98 E5 || || || RON>=98 E5 || || || Diżil B5

|| || || Min. RON=91 E10 || || || Min. RON=95 E10 || || || RON 95=<RON<98 E10 || || || RON>=98 E10 || || || Diżil B7

|| || || Min. RON=91 E+ || || || Min. RON=95 E+ || || || RON 95=<RON<98 E+ || || || RON>=98 E+ || || || Diżil B+

 

It-total tal-bejgħ tal-fjuwil fl-2012 kien inqas mill-bejgħ fl-2011, bi tnaqqis kemm fil-petrol (tnaqqis ta’7 565 miljun litru) u fid-diżil (tnaqqis ta’2 398 miljun litru) li rriżultaw fi tnaqqis ġenerali totali ta’9 963 miljun litru ta’ fjuwil tal-vetturi tat-triq mibjugħa.

2.1         Disponibbiltà ta' fjuwil għall-2012

Wieħed mill-fatti ewlenin tal-2012 huwa li r-RON 91 kważi għeb għalkollox mis-suq, u jinbiegħ biss f’erba' pajjiżi li minnhom id-Danimarka biss għandha preżenza sinifikanti.

L-E10 jinbiegħ biss fi tliet Stati Membri: Franza, il-Finlandja u l-Ġermanja.

It-Tabella 1 turi l-kwantitajiet u t-tipi ta' fjuwil li jinbiegħu għal kull Stat Membru

Tabella1: Bejgħ tal-fjuwil fl-2012 skont it-tip fl-UE27

Tip ta’ Fjuwil || Bejgħ tal-Petrol (f'miljuni ta' litri) || Bejgħ tad-Diżil (f'miljuni ta' litri)

Stat Membru || min. RON=91 || min. RON=95 || min. RON=98 || RON ≥98 || Total ta’ Petrol || Total ta’ Diżil

L-Awstrija ||  41 ||  - ||  2,215 ||  49 ||  2,305 ||  7,294

Il-Belġju ||  - ||  1,385 ||  - ||  297 ||  1,682 ||  8,317

Il-Bulgarija ||  - ||  691 ||  - ||  36 ||  727 ||  2,049

Ċipru ||  - ||  - ||  471 ||  31 ||  502 ||  365

Ir-Repubblika Ċeka ||  16 ||  2,195 ||  62 ||  - ||  2,273 ||  4,865

Id-Danimarka ||  349 ||  1,531 ||  2 ||  - ||  1,882 ||  3,205

L-Estonja ||  - ||  - ||  312 ||  28 ||  340 ||  719

Il-Finlandja ||  - ||  1,144 ||  - ||  948 ||  2,092 ||  2,843

Franza ||  - ||  9,666 ||  - ||  - ||  9,666 ||  40,378

Il-Ġermanja ||  50 ||  23,479 ||  - ||  1,502 ||  25,031 ||  40,232

Il-Greċja ||  - ||  3,831 ||  52 ||  102 ||  3,985 ||  2,506

L-Ungerija ||  - ||  1,541 ||  - ||  42 ||  1,583 ||  3,121

L-Irlanda ||  - ||  1,684 ||  - ||  - ||  1,684 ||  2,630

L-Italja ||  - ||  9,750 ||  - ||  - ||  9,750 ||  27,445

Il-Latvja ||  - ||  274 ||  21 ||  - ||  295 ||  852

Il-Litwanja ||  - ||  300 ||  - ||  7 ||  307 ||  1,342

Il-Lussemburgu ||  - ||  347 ||  - ||  77 ||  424 ||  2,001

Malta ||  - ||  - ||  98 ||  - ||  98 ||  119

Il-Pajjiżi l-Baxxi ||  - ||  5,436 ||  59 ||  - ||  5,495 ||  7,512

Il-Polonja ||  - ||  4,690 ||  - ||  412 ||  5,102 ||  13,555

Il-Portugall ||  - ||  - ||  1,403 ||  110 ||  1,513 ||  5,268

Ir-Rumanija ||  - ||  - ||  2,418 ||  205 ||  2,623 ||  6,602

Is-Slovakkja ||  - ||  649 ||  - ||  7 ||  656 ||  1,227

Is-Slovenja ||  - ||  - ||  607 ||  78 ||  686 ||  2,270

Spanja ||  - ||  - ||  6,170 ||  487 ||  6,657 ||  25,111

L-Isvezja ||  - ||  3,738 ||  125 ||  - ||  3,863 ||  5,273

Ir-Renju Unit ||  - ||  17,501 ||  607 ||  - ||  18,108 ||  25,728

Abbażi tat-Tabella 1, jistgħu jiġu nnutati xi punti ġenerali :

· Id-diżil jiddomina s-suq kullimkien ħlief f'żewġ Stati Membri; il-fjuwil tal-petrol jirrappreżenta 61.4 % tas-sehem tal-bejgħ tal-fjuwil fil-Greċja u 57.9 % tal-bejgħ tal-fjuwil f'Ċipru.

· Min-naħa l-oħra, il-Belġju jixhed l-ogħla dipendenza mill-fjuwil tad-diżil: Il-bejgħ tal-fjuwil tad-diżil fil-Belġju għandu sehem fis-suq ta' 83.2 % - l-ogħla proporzjon tal-Istati Membri kollha.

· L-ogħla volum ta' bejgħ ta' fjuwil fl-2012 seħħ fil-Ġermanja, bi 18.5 % tat-total tal-bejgħ ta' fjuwil fl-UE; il-proporzjon ta' bejgħ tal-fjuwil tal-petrol/diżil kien ta' 38.4 % / 61.6 %. L-ikbar suq wara dak tal-Ġermanja kien dak ta' Franza b'sehem ta' 14.2 % tal-bejgħ ta' fjuwil tal-petrol u d-diżil fl-UE;  il-proporzjon ta' bejgħ tal-fjuwil tal-petrol/diżil kien ta' 19.3 % / 80.7 %. Il-bejgħ tal-fjuwil fir-Renju Unit ammonta għal 12.4 % tal-bejgħ tal-fjuwil kollu bi proporzjon ta' 41.3 % / 58.7 % għall-petrol/diżil.

· Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, ir-rata tat-taxxa għad-diżil hija inqas minn dik għall-petrol (xi drabi b'mod sinifikanti). Dan, flimkien mal-fatt li l-vetturi diżil huma iktar effiċjenti (meta mqabbla mal-ekwivalenti petrol) u t-titjib fil-karozzi diżil, kien xprunatur ewlieni fil-bidla għal żieda fl-użu tad-diżil fl-UE. Fir-Renju Unit, ir-rati tat-taxxa għall-petrol u d-diżil għal kull litru ta' fjuwil huma l-istess, u dan sa ċertu punt jispjega s-sehem relattivament baxx tal-fjuwil meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra tal-UE billi l-iffrankar tal-ispejjeż tal-fjuwil għall-karozzi jkun inqas.

· Għad hemm livell baxx ta’ penetrazzjoni fis-suq tal-E10 fl-Ewropa, u bħalissa tliet pajjiżi biss (il-Ġermanja, Franza u l-Finlandja) ibigħuh. F'dawn il-pajjiżi s-sitwazzjoni tas-suq hija differenti ħafna: fil-Finlandja l-E10 għandu sehem ta' 54.7 %54.7% tal-bejgħ tal-petrol, fi Franza l-volum tal-bejgħ huwa ta' 24.1 % filwaqt li fil-Ġermanja l-E10 jammonta għal 14.2 % tas-suq tal-petrol.

3.           Monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil għall-2012

3.1         Deskrizzjoni tas-sistemi użati minn Stati Membri differenti

Intuża għadd ta' approċċi differenti sabiex jiġu implimentati l-FQMS madwar l-UE. Minkejja li minn sena għal sena l-konsistenza fost l-Istati Membri tjiebet daqsxejn, l-approċċi jvarjaw minn dawk ibbażati fuq l-Istandard Ewropew EN 14274[3], b'kampjunar f'medda ta' stazzjonijiet li jbigħu l-fjuwil, sa sisteni nazzjonali.

Id-Direttiva tippermetti sistemi ta' monitoraġġ alternattivi, dejjem jekk dawn is-sistemi jiżguraw li r-riżultati jkunu ta' kunfidenza ekwivalenti għall-EN 14274, għalkemm il-kriterji biex dan jiġi vvalutat mhumiex speċifikati. Għalhekk mhuwiex ċar jekk is-sistemi eżistenti li mhumiex ibbażati fuq l-EN 14274 jissodisfawx dan il-kriterju.

Fl-2012, il-maġġoranza tal-Istati Membri pprovdew informazzjoni addizzjonali dwar l-għażla tagħhom ta’ sistema ta’ monitoraġġ (jekk jintuża mudell statistiku minn EN 14274) jew ipprovdew informazzjoni dwar l-għażla ta’ sistema ta’ monitoraġġ nazzjonali.

Mis-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil tas-27 Stat Membru użati fl-2012:

· Ħamsa għażlu li jużaw il-mudell statistiku A tal-EN 14274 (l-Awstrija, il-Finlandja, il-Greċja, l-Italja u Spanja)

· Ħamsa għażlu li jużaw il-mudell statistiku B tal-EN 14274 (Franza, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija)

· Disgħa għażlu l-Mudell Statistiku C tal-EN 14274 (l-Irlanda, il-Portugall, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, is-Slovakkja u s-Slovenja) u;

· It-tmienja l-oħra użaw sistema nazzjonali ta’ monitoraġġ

3.2         Kampjunar u rappurtar

Wieħed mill-punti ewlenin fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-fjuwil huwa l-mod li bih il-fjuwil jiġi kkampjunat. Dan il-kampjunar għandu jsir skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'EN 14274.

Dan l-istandard jindika l-għadd u l-post tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u li għandhom jiġu rrappurtati fir-rapporti dwar il-kwalità tal-fjuwil tal-Istati Membri. L-istandard jispeċifika wkoll l-għadd minimu ta' kampjuni għal kull grad ta' fjuwil f'kull perjodu, kemm tax-xitwa u kemm tas-sajf. It-Tabella 2 tipprovdi analiżi tal-kampjunar u r-rappurtar li saru mill-Istati Membri individwali fl-2012. L-għadd minimu ta' kampjuni meħtieġ jiġi kkalkulat fil-każijiet fejn l-Istat Membru jkun uża mudell statistiku kif jidher f'EN 14274, billi r-rekwiżit tal-kampjun minimu huwa magħruf għal kull mudell (A, B u C).

It-Tabella 2 tipprovdi wkoll analiżi tan-numru tal-kampjuni kollha li ttieħdu u l-kampjunar li sar fl-istazzjonijiet ta' riforniment. Kull Stat Membru pprovda din l-analiżi għall-2012. Bili l-istandard EN 14274 jispeċifika li r-rekwiżit minimu ta' kampjunar għandu jittieħed mis-siti tad-distribuzzjoni tal-fjuwil –  li huma ddefiniti bħala "sit, tal-bejgħ jew kummerċjali, fejn il-fjuwil jiġi ddistribwit f'vetturi tat-triq għall-propulsjoni" kwalunkwe kampjunar li jsir fit-terminals ta' distribuzzjoni jew fir-raffineriji għandu jittieħed flimkien ma' dak li jsir fl-istazzjonijiet ta' servizz sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi ta' kampjunar.

F'dan il-kuntest għandu jiġi nnutat li l-Bulgarija qed tirrapporta d-dejta b'sena b'lura. Dan il-fatt ġie enfasizzat lill-Istati Membri u l-Kummissjoni qed tittama li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata għar-rappurtar fl-2013.

In-nuqqas ta' konformità tat-testijiet ta' kampjuni individwali mal-istandard ta' fjuwil tal-petrol EN 228 żdied bi ftit fl-2012 meta mqabbel mal-2011, u n-nuqqas ta’ konformità għad-diżil kontra EN 590 żdied daqsxejn ukoll fl-2012. Ir-rapport sħiħ jinsab f'Il-Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil fl-UE – Rapport Sommarju 2012 - Rapport finali lid-DĠ għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea, disponibbli fuq is-sit tad-DĠ għall-Azzjoni Klimatika.

Tabella 2   Sommarju tal-kampjunar u r-rappurtar tal-Istati Membri b'rabta mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/70/KE u l-Istandard Ewropew EN 14274

SM || Mudell FQMS (1) || Daqs (2) || Distinzjoni bejn is-sajf u x-xitwa? (3) || Kampjuni skont il-gradgħal kull perjodu (4) || Kampjuni totali meħtieġa (5) || Kampjuni meħuda (6) || Kampjuni meħuda fl-Istazzjonijiet ta' Forniment (7) || Konformità tal-Kampjunar (8)

Petrol || Diżil || Petrol || Diżil || Petrol || Diżil || Petrol || Diżil

L-Awstrija || A || Ż || ü || 50 || 106 || 100 || 106 || 100 || 106 || 100 || ü || ü

Il-Belġju || N || Ż || ü || (50) || 200 || 100 || 2239 || 6036 || 2239 || 6036 || (ü) || (ü)

Il-Bulgarija || B || Ż || ü || 100 || 212 || 204 || 453 || 496 || 428 || 473 || ü || ü

Ċipru || C || Ż || ü || 50 || 108 || 100 || 328 || 173 || 328 || 173 || ü || ü

Ir-Repubblika Ċeka || C || Ż || ü || 50 || 106 || 104 || 1294 || 1468 || 1294 || 1468 || ü || ü

Id-Danimarka || N || Ż || ü || (50) || 202 || 100 || 43 || 21 || 43 || 21 || (×) || (×)

L-Estonja || C || Ż || ü || 50 || 110 || 100 || 350 || 215 || 350 || 210 || ü || ü

Il-Finlandja || A || Ż || ü || 50 || 200 || 100 || 235 || 122 || 235 || 122 || ü || ü

Franza || B || K || ü || 200 || 800 || 400 || 473 || 408 || 473 || 408 || × || ü

Il-Ġermanja || B || K || ü || 200 || 826 || 400 || 602 || 415 || 602 || 415 || × || ü

Il-Greċja || A || Ż || ü || 50 || 106 || 102 || 116 || 106 || 73 || 53 || × || ×

L-Ungerija || C || Ż || ü || 50 || 104 || 100 || 120 || 120 || 120 || 120 || ü || ü

L-Irlanda || C || Ż || ü || 50 || 100 || 100 || 201 || 194 || 160 || 161 || ü || ü

L-Italja || A || K || ü || 100 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || 200 || ü || ü

Il-Latvja || N || Ż || ü || (50) || 112 || 200 || 158 || 244 || 119 || 126 || (ü) || (ü)

Il-Litwanja || C || Ż || ü || 50 || 104 || 100 || 106 || 100 || 92 || 89 || × || ×

Il-Lussemburgu || N || Ż || ü || (50) || 200 || 100 || 80 || 82 || 80 || 82 || (×) || (×)

Malta || N || Ż || ü || (50) || 100) || (100 || 36 || 37 || 27 || 27 || (×) || (×)

Il-Pajjiżi l-Baxxi || N || Ż || ü || (50) || 100 || 100 || 50 || 50 || 50 || 50 || (×) || (×)

Il-Polonja || B || Ż || ü || 200 || 434 || 400 || 279 || 204 || 279 || 204 || × || ×

Il-Portugall || C || Ż || ü || 50 || 108 || 100 || 200 || 100 || 200 || 100 || ü || ü

Ir-Rumanija || B || Ż || ü || 100 || 208 || 200 || 244 || 243 || 221 || 223 || ü || ü

Is-Slovakkja || C || Ż || ü || 50 || 102 || 100 || 149 || 118 || 149 || 118 || ü || ü

Is-Slovenja || C || Ż || ü || 50 || 200 || 100 || 154 || 162 || 154 || 162 || × || ü

Spanja || A || K || ü || 100 || 230 || 200 || 780 || 396 || 0 || 0 || × || ×

L-Isvezja || N || Ż || ü || (50) || 104 || 100 || 631 || 717 || 0 || 0 || (×) || (×)

Ir-renju Unit || N || L || ü || (100) || 208 || 200 || 1682 || 2535 || 437 || 263 || (ü) || (ü)

# || Kolonna || Noti ta’ spjegazzjoni

(1) Mudell FQMS || N = Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil (FQMS) Nazzjonali A = Mudell Statistiku A skont EN 14274 B = Mudell Statistiku B skont EN 14274 C = Mudell Statistiku C skont EN 14274

(2) Daqs - Id-daqs tal-pajjiż || Ż =Żgħir (total ta' bejgħ ta' fjuwil tal-vetturi tat-triq < 15-il miljun tunellata fis-sena) K = Kbir (total ta' bejgħ ta' fjuwil tal-vetturi tat-triq > 15-il miljun tunellata fis-sena)

(3) Distinzjoni bejn is-sajf u xitwa? || PIr-rappurtar separat tas-sajf u x-xitwa O jindika rappurtar tar-riżultati tal-kampjuni tas-sena kollha biss.

(4) Kampjuni skont il-grad għal kull perjodu || EN 14274: Hemm rekwiżiti ta' kampjunar imnaqqsa għal gradi li jinkludu rekwiżiti ta’ inqas minn 10 % tal-bejgħ totali. Għall-Istati Membri li jużaw FQMS nazzjonali, il-kampjuni minimi ekwivalenti stmati (ibbażati fuq il-bejgħ tal-fjuwil) jidhru bejn il-parenteżi ().

(5) Total ta' kampjuni meħtieġa || Il-kalkolu tat-total tal-kampjuni minimu tal-EN 14274 meħtieġ skont il-mudell FQM u d-daqs tal-pajjiż. Ir-rekwiżit tal-kampjun minimu għandu jittieħed mill-“punt tal-użu” fis-siti tad-distribuzzjoni tal-fjuwil. Għall-Istati Membri li jużaw FQMS nazzjonali, il-kampjuni minimi ekwivalenti stmati (ibbażati fuq il-bejgħ tal-fjuwil) jidhru bejn il-parenteżi ().

(6) Kapmjuni meħuda || L-għadd totali ta’ kampjuni meħuda għal kull tip ta’ fjuwil fil-postijiet kollha (stazzjonijiet tas-servizz, terminals u raffineriji).

(7) Kampjuni meħuda fl-Istazzjonijiet tas-Servizz || L-għadd totali ta’ kampjuni meħuda fl-istazzjonijiet tas-servizz; siti għad-distribuzzjoni tal-fjuwil (pubbliċi u kummerċjali). Dan jiġi rrappurtat separatament fil-mudell ta' rappurtar standard; meta l-kampjuni meħuda fi stazzjonijiet tas-servizz b'mod ġenerali ma jaqblux mal-kampjuni li ttieħdu, dan iseħħ minħabba differenzi fis-sottomissjoni tar-rapport originali (b’mod partikolari Franza u r-Repubblika Ċeka, meta l-kampjuni meħuda fi stazzjonijiet tas-servizz huma akbar minn kampjuni meħuda).

(8) Konformità tal-Kampjunar || ü jindika konformità mar-rekwiżit tan-Numru tal-Kampjunar tal-EN 14274 u × jindika nuqqas ta' konformità. Innota li dan jindika konformità tal-kampjunar b'mod ġenerali għall-gradi tal-fjuwil kollha; ara r-rapport tal-Istati Membri għall-konformità tal-kampjunar għal kull grad ta’ fjuwil b'mod individwali. Fejn tintuża sistema FQM nazzjonali, il-konformità stmata biex turi l-ekwivalenza ma' EN14274 tintwera bejn il-parenteżi (). Fejn l-Istati Membri ma jipprovdux tqassim tal-post tal-kampjunar, mhuwiex possibbli li tiġi vvalutata l-konformità tal-kampjunar.

|| Petrol || Petrol

|| Diżil || Diżil

4.           Konformità mal-limiti ta' valur tad-Direttiva

4.1         Rappurtar għall-petrol

Fl-2012, l-Istati Membri kollha pprovdew tagħrif sħiħ dwar il-konformità tal-kampjuni tal-petrol. Sabiex tkun iddeterminata l-konformità, jinħtieġ li jkun magħruf liema metodu ta' ttestjar intuża għall-ittestjar ta' ċerti parametri (minħabba li r-riproduċibbiltà u l-livelli ta' tolleranza jvarjaw skont il-metodu ta' ttestjar). Fil-mudell tar-rappurtar saret dispożizzjoni sabiex l-Istati Membri jipprovdu dan it-tagħrif.

Fl-2012, l-aktar parametri li nstabu li ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-Unjoni kienu, ta' spiss, dawn li ġejjin:

Il-pressjoni tal-fwar fis-sajf inqabżet 175 darba fl-2012.

Madankollu, qed issir dejjem aktar evidenti li bosta każijiet fejn inqabżu l-limiti huma riżultat ta' perjodi tranżizzjonali meta l-fornituri jaqilbu mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-fjuwil fis-sajf għal dawk stabbiliti għall-fjuwil tax-xitwa u viċi versa.

Il-kampjuni tar-RON/MON li ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjonijiet kienu jammontaw għal 61 fl-UE fl-2012.

Ċerti Stati Membri ma pprovdewx id-dettalji kollha ta’ kampjuni li ma kinux konformi mal-limiti ta' tolleranza.

4.2         Rappurtar għad-diżil

Fl-2012, ċerti Stati Membri ma pprovdewx id-dettalji sħaħ ta’ kampjuni li mhumiex konformi mal-limiti ta’ tolleranza. Mis-sitt parametri meħtieġa biex jiġu ttestjati għad-diżil fl-2012, il-parametri li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni kienu:

Il-kontenut massimu tal-kubrit ta' 10ppm inqabeż b'total ta' 144 kampjun.

Madankollu, il-kontenut medju ta' kubrit fl-Istati Membri kollha għadu 7,42 ppm, li huwa anqas mil-limitu obbligatorju ta' 10ppm.

B'kollox, it-22 kampjun li ġew ittestjati għal-limiti ta' distillazzjoni nstabu li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni.

4.3         Sommarju

It-Tabella 3 tiġbor fil-qosor il-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva għall-2012, u f'termini tar-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni tirrapporta kontra l-Limiti tat-Tolleranza u l-format u l-kontenut tar-rappurtar. L-emendi tad-Direttiva kienu jikludu l-inserzjoni ta' paragrafu li jgħid "L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-multi stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi." Xi Stati Membri pprovdew spjegazzjoni tal-azzjonijiet ta' rimedju u tal-multi imposti mill-awtoritajiet nazzjonali meta jinstab li l-kampjuni ma kinux konformi mal-ispeċifikazzjoni. Dawn in-noti u oħrajn pertinenti għas-sistemi tal-monitoraġġ tal-Istati Membri jinsabu f'aktar dettall fil-kapitoli individwali għal kull Stat Membru tal-Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil tal-UE – Rapport Sommarju tal-2012 – Rapport finali lid-DĠ għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea, disponibbli fuq il-paġna tas-sit tad-DĠ għall-Azzjoni Klimatika.

B'mod ġenerali, mill-11 365 kampjun ittestjati għall-petrol fl-2012, instab li 322 ma kinux konformi mal-limiti ta' tolleranza għal parametru wieħed jew aktar, u din tirrappreżenta rata ta' nuqqas ta' konformità ta' 2.8 %. Mit-13,718-il kampjun ittestjat għas-sitt parametri obbligatorji għad-diżil fl-2012, instab li 237 ma kinux konformi mal-limiti speċifikati, ammont li jirrappreżenta 1.6 % mit-total ta' kampjuni rrappurtati.

Il-proporzjon ta' kampjuni li mhumiex konformi mal-ispeċifikazzjoni jiddependi mill-għadd ta' kampjuni meħuda, li għandu jkun dipendenti (f'kull Stat Membru) mill-volum tal-bejgħ ta' fjuwil u s-sorsi ta' forniment. Madankollu, billi l-Istati Membri jużaw sistemi nazzjonali li jistgħu ma jkunux ekwivalenti għall-mudelli statistiċi A, B jew C u billi jużaw mudelli statistiċi li jistgħu ma jkunux l-aktar adattati, jinħtieġ li jitqies ukoll in-nuqqas ta’ konformità fl-UE kkalkulat abbażi tal-volum u l-għadd ta’ kampjuni.

Tabella 3: sommarju tal-konformità tal-Istati Membri għar-rappurtar tal-2012

||  SM || Nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu Kampjuni mhux konformi (Non-compliant - NC)/ Total ta’ kampjuni || Rappurtar mhux komplut parametri mhux imkejla (not measured - NM)/total || Rapport mogħti tard

|| || (1) || (2) || (3)

|| || Petrol || Diżil || Petrol || Diżil ||

|| || NC || Total || NC || Total || NM || Total || NM || Total || (xhur)

|| AT || 2 || 106 || 1 || 100 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| BE || 104 || 2239 || 102 || 6036 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| BG || 9 || 453 || 32 || 496 || 1 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| CY || 29 || 328 || 0 || 173 || 2 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| CZ || 21 || 1293 || 21 || 1413 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| DK || 0 || 43 || 0 || 21 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| EE || 8 || 350 || 2 || 215 || 1 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| FI || 18 || 235 || 1 || 122 || 1 || 19 || 1 || 6 || Fil-ħin

|| FR || 16 || 473 || 28 || 408 || 0 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| DE || 5 || 602 || 1 || 415 || 0 || 19 || 0 || 6 || <xahrejn (2)

|| EL || 0 || 116 || 0 || 106 || 6 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| HU || 5 || 120 || 0 || 120 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| IE || 10 || 201 || 4 || 194 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| IT || 6 || 200 || 3 || 200 || 4 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| LV || 0 || 158 || 0 || 244 || 0 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| LT || 0 || 106 || 0 || 100 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| LU || 8 || 80 || 0 || 82 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| MT || 4 || 36 || 8 || 37 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| NL || 0 || 50 || >1 || 50 || 2 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| PL || 12 || 279 || 7 || 204 || 1 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| PT || 33 || 257 || 4 || 132 || 1 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| RO || 6 || 244 || 6 || 243 || 1 || 19 || 0 || 6 || < xahar (1)

|| SK || 8 || 149 || 8 || 118 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| SI || 4 || 154 || 4 || 162 || 1 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| ES || 0 || 780 || 0 || 396 || 0 || 19 || 0 || 6 || <xahrejn (2)

|| SE || 0 || 631 || 0 || 717 || 6 || 19 || 1 || 6 || Fil-ħin

|| UK || 14 || 1682 || 4 || 2535 || 0 || 19 || 0 || 6 || Fil-ħin

|| Nru ta' Pajjiżi || || || || || 27

||

(1) Nuqqas ta' konformità mal-valuri ta' limitu (95% limiti ta’ kunfidenza) || Kull fejn id-dejta tar-rappurtar mhijiex kompluta, mhux possibbli tingħata konferma li l-valuri ta' limitu ġew irrispettati fil-kampjuni kollha. Fejn ma kienx possibbli li jiġi stabbilit, mis-sottomissjonijiet, l-għadd ta’ kampjuni li qabżu l-valur tal-limitu, is-simbolu ">" jindika li l-għadd ta' kampjuni li jaqbżu l-limiti huwa minimu u jista' jkun ikbar. ||

(2) Rappurtar mhux komplut || Xi parametri jistgħu jiġu vverifikati f'kampjuni fi kwantitajiet iżgħar, iżda l-parametri kollha għandhom jiġu vverifikati sabiex tiġi vvalutata l-kwalità tal-fjuwil. L-Istati Membri għandhom jindikaw b'mod ċar meta jinkisbu r-riżultati tal-kampjunar, u jipprovdu r-riżultati tal-kampjunar. ||

(3) Rapport mogħti tard || Id-Direttiva 98/70/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jissottomettu r-rapporti ta' kontroll sat-30 ta' Ġunju ta’ kull sena. ||

Parti importanti oħra mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-fjuwil hija l-konformità tiegħu mal-parametri speċifiċi li jridu jiġu mmonitorjati.

Bħalissa xi parametri mhumiex jiġu mkejla kompletament f'xi Stati Membri. Fir-rapport sħiħ għall-2012 dwar il-Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil fl-UE – Rapport Sommarju tal-2012, fit-Tabella rigward is-Sommarju tal-parametri mhux irrapurtati mill-Istati Membri għal kull grad ta’ fjuwil, għal kull Stat Membru, jiġi indikat l-għadd ta' parametri mhux imkejla u dan se jkun disponibbli fuq il-paġna tas-sit tad-DĠ għall-Azzjoni Klimatika.

Minkejja li meta wieħed iqis li din is-sitwazzjoni ma toħloqx problema għall-valutazzjoni ġenerali tal-kwalità tal-fjuwil fl-Ewropa, il-Kummissjoni se tinsisti mal-Istati Membri dwar il-ħtieġa li din is-sitwazzjoni titjieb fl-2013.

5.           Konklużjonijiet

Il-monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil fl-2012 juri li l-ispeċifikazzjonijiet għall-petrol u għad-diżil stipulati fid-Direttiva 98/70/KE b'mod ġenerali huma sodisfatti u kienu tassew ftit il-każijiet fejn ġew identifikati devjazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet rilevanti.

Minkejja li kien hemm titjib fil-mod li bih l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar u l-monitoraġġ u fis-sistemi tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-fjuwil, f'ċerti każijiet għadu ma ntlaħaqx il-livell ta' kampjunar mistenni.

Il-Kummissjoni se tindirizza din il-kwistjoni ma' dawk l-Istati Membri kkonċernati fi żmien debitu.

Billi l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità huma relattivament rari u l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jitneħħa mill-bejgħ dak il-fjuwil li ma jkunx konformi, il-Kummissjoni ma taf bl-ebda riperkussjoni negattiva fuq l-emissjonijiet mill-vetturi jew fuq il-funzjonament tal-magni minħabba dan il-qbiż tal-limiti.

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu jieħdu azzjoni li tiżġura konformità sħiħa sabiex problemi bħal dawn ma jitfaċċawx fil-futur.

[1]               ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58.

[2]               ĠU L 53, 23.2.2002, p. 30

[3]    EN 14274:2003 – Fjuwil tal-vetturi – Valutazzjoni tal-kwalità tal-petrol u tad-diżil – Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Kwalità tal-Fjuwil (FQMS).

Top