Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0363

P7_TA(2014)0363 Il-Programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri (COM(2013)0500 – C7-0219/2013 – 2013/0233(COD)) P7_TC1-COD(2013)0233 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp għall-Għajxien Attiv u Megħjun li qed isir b’mod konġunt minn diversi Stati Membri

ĠU C 443, 22.12.2017, p. 213–213 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/213


P7_TA(2014)0363

Il-Programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri (COM(2013)0500 – C7-0219/2013 – 2013/0233(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 443/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0500,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0219/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0076/2014),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P7_TC1-COD(2013)0233

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp għall-Għajxien Attiv u Megħjun li qed isir b’mod konġunt minn diversi Stati Membri

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 554/2014/UE.)


Top