This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0344
P7_TA(2014)0344 Correct application of the law on customs and agricultural matters ***I European Parliament legislative resolution of 15 April 2014 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 515/97 of 13 March 1997 on mutual assistance between the administrative authorities of the Member States and cooperation between the latter and the Commission to ensure the correct application of the law on customs and agricultural matters (COM(2013)0796 — C7-0421/2013 — 2013/0410(COD)) P7_TC1-COD(2013)0410 Position of the European Parliament adopted at first reading on 15 April 2014 with a view to the adoption of Regulation (EU) No …/2014 of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 515/97 on mutual assistance between the administrative authorities of the Member States and cooperation between the latter and the Commission to ensure the correct application of the law on customs and agricultural matters
P7_TA(2014)0344 L-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (COM(2013)0796 – C7-0421/2013 – 2013/0410(COD)) P7_TC1-COD(2013)0410 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
P7_TA(2014)0344 L-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (COM(2013)0796 – C7-0421/2013 – 2013/0410(COD)) P7_TC1-COD(2013)0410 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
ĠU C 443, 22.12.2017, p. 121–135
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/121 |
P7_TA(2014)0344
L-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (COM(2013)0796 – C7-0421/2013 – 2013/0410(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 443/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0796), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0421/2013), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2014 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0241/2014), |
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P7_TC1-COD(2013)0410
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (3) ikopri l-movimenti kollha possibbli ta’ oġġetti fir-rigward tat-territorju doganali tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali fir-rigward tal-kunċett tad-dħul u l-ħruġ ta’ oġġetti. |
(2) |
Bl-għan li jissaħħu l-proċeduri amministrattivi u kriminali għall-indirizzar tal-irregolaritajiet, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-evidenza miksuba permezz tal-assistenza reċiproka tista’ tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli fil-proċeduri quddiem l-awtoritajiet ammininistrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2013 dwar il-Ġestjoni tar-Riskju Doganali u s-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista tirrikonoxxi ħtieġa urġenti li tittejjeb il-kwalità u d-disponibbiltà tad-dejta għall-użu fl-analiżi tar-riskju qabel il-wasla, b’mod partikolari għall-identifikazzjoni effettiva u l-mitigazzjoni tar-riskji ta’ sigurtà u sikurezza fuq livelli nazzjonali u tal-Unjoni, fi ħdan il-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riskju Komuni stabbilit skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4). L-integrazzjoni tad-dejta dwar il-movimenti tal-kontejner fil-ġestjoni tar-riskju ta’ qabel il-wasla, ser ittejjeb ħafna l-viżibbiltà tal-katina tal-provvista u ser issaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-Unjoni u l-Istati Membri biex jimmiraw il-konsinji b’riskju akbar għall-kontrolli, filwaqt li jiffaċilitaw il-fluss tal-kummerċ leġittimu. |
(4) |
Bl-għan li tiġi miżjuda jiżdiedu ċ-ċarezza, il-konsistenza, l-effettività, il-koerenza u t-trasparenza, huwa meħtieġ li jiġi ddefinit jiġu definiti f’termini aktar konkreti, l-awtoritajiet li għandu jkollhom aċċess għad-direttorji stabbiliti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 515/97; għal dan l-għan ser tiġi stabbilita referenza uniformi għall-awtoritajiet kompetenti. [Em. 1] |
(5) |
Id-dejta li tikkonċerna l-movimenti tal-kontenituri, tagħmilha possibbli li jiġu identifikati x-xejriet ta’ riskju u frodi fir-rigward tal-oġġetti li jidħlu ġewwa u joħorġu barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali dejta sservi biex tassisiti fl-operazzjonijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni li huma jew jidhru li jikkostitwixxu ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, u biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-ġestjoni tar-riskji doganali ddefiniti fil-punt 25 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Sabiex jinġabar u jintuża sett ta’ dejta li jkun komplut kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu evitati l-impatti negattivi potenzjali fuq l-impriżi żgħar u medji fis-settur tat-twassil tal-merkanzija, huwa neċessarju li l-fornituri tas-settur pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali jissottomettu lill-Kummissjoni, dejta li tikkonċerna l-movimenti tal-kontejners sakemm u sa fejn jiġbru tali dejta b’formati elettroniċi permezz tas-sistemi ta’ intraċċar tat-tagħmir tagħhom jew ikollhom aċċess għal tali dejta. |
(5a) |
L-informazzjoni miksuba mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97 b’rabta mal-iskala tal-problema turi li l-frodi li tirriżulta minn dikjarazzjoni tal-oriġini falza biss tista’ twassal għal telf annwali li jammonta għal EUR 100 miljun għall-UE27. Fl-2011, l-Istati Membri rrappurtaw 1 905 każ ta’ frodi u irregolaritajiet oħrajn identifikati relatati ma’ deskrizzjoni ħażina ta’ oġġetti li jammontaw għal ħsara ta’ EUR 107,7 miljun. Dik iċ-ċifra tkopri biss il-ħsara identifikata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-iskala proprja tal-problema hija sostanzjalment ogħla, peress li mhi disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-istima ta’ 30 000 każ ta’ frodi potenzjali. [Em. 2] |
(5b) |
Sabiex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, l-Unjoni għandha dmir li tiġġieled il-frodi doganali u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettiv tas-suq intern li jkollu prodotti sikuri b’ċertifikati tal-oriġini ġenwini. [Em. 3] |
(6) |
Fid-dawl taż-żieda fl-iskala ta’ frodi doganali, huwa kruċjali li l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni jiżdiedu b’mod simultanju fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni. Il-kxif ta’ frodi, l-identifikazzjoni tax-xejriet tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju effettivi, jiddependu fuq l-identifikazzjoni u l-kontroanaliżi tas-settijiet ta’ dejta operattivi rilevanti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni Ewropea, direttorju li jkun fih dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ oġġetti inkluż it-tranżitu ta’ oġġetti fi ħdan l-Istati Membri u l-esportazzjoni diretta. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jippermettu r-replikazzjoni sistematika tad-dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-oġġetti mis-sistemi operati mill-Kummissjoni u għandhom ifornu lill-Kummissjoni, dejta relatata mat-tranżitu ta’ oġġetti fi ħdan Stat Membru u l-esportazzjoni diretta fl-aktar data kmieni possibbli . Kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati miksuba minn dak id-direttorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sa … (*1) , il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet sabiex tevalwa l-fattibilità tal-estensjoni tad-dejta li tinsab fid-direttorju billi tinkludi dejta dwar l-importazzjoni u t-tranżitu ta' oġġetti fuq l-art jew bl-ajru, u n-neċessità li tiġi estiża d-dejta li tinsab fid-direttorju billi tinkludi dejta dwar l-esportazzjoni. [Em. 4] |
(7) |
Għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 18b, tar-regolament (KE) Nru 515/97, il-Kummissjoni ħolqot għadd ta’ sistemi tekniċi li jippermettu t-twassil ta’ assistenza teknika, it-taħriġ jew l-attività ta’ komunikazzjoni u attività operattiva oħra lill-Istati Membri. Dawk is-sistemi tekniċi jeħtieġ li jissemmew b’mod espliċitu f'dak ir-Regolament u koperti mir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-dejta. |
(8) |
L-introduzzjoni fl-2011 tal-e-Customs (Dwana elettronika), li permezz tagħha d-dokumenti li jappoġġjaw l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ma għadhomx jinżammu mill-amministrazzjonijiet doganali iżda mill-operaturi tekniċi, wasslet għal dewmien fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fiż-żona doganali, peress li l-OLAF jeħtieġ l-intermedjazzjoni ta’ dawn l-amministrazzjonijiet biex jikseb dawn id-dokumenti. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin applikabbli għad-dokumenti doganali miżmuma mill-amministrazzjoni, joħloq restrizzjonijiet addizzjonali għat-twettiq b’suċċess tal-investigazzjonijiet. Għalhekk, sabiex jitħaffef it-twettiq tal-investigazzjonijiet fil-qasam tad-dwana, il-Kummissjoni , f’ċerti ċirkostanzi u wara notifika minn qabel lill-Istati Membri, għandu jkollha d-dritt li titlob dokumenti li jsostnu d-dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet direttament mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom ikunu infurmati dwar liema tip ta’ proċedura tapplika. Dawn l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu obbligati li jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dokumenti mitluba fil-ħin, wara notifika minn qabel mill-Kummissjoni lill-Istati Membri . [Em. 5] |
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità jiġu żgurati kunfidenzjalità u sigurtà akbar tad-dejta mdaħħla, għandha ssir dispożizzjoni biex l-aċċess għad-dejta mdaħħla jiġi limitat għal utenti speċifiċi u għal skopijiet definiti biss. [Em. 6] |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata informazzjoni aġġornata u jiġu assigurati t-trasparenza u d-dritt ta’ informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li jiġu ppubblikati aġġornamenti fuq l-internet tal-listi ta’ awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istati Membri u d-dipartimenti tal-Kummissjoni biex ikollhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS). |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. |
(12) |
Sabiex tittejjeb il-konsistenza tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jeħtieġ li jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza Konġunta stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (7), bl-għan li tintlaħaq koordinazzjoni tal-awditjar tas-CIS. |
(13) |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna tad-dejta fis-CIS, frekwentament jirriżultaw f’telf mhux ġustifikabbli ta’ informazzjoni, dan għaliex minħabba li l-Istati Membri ma jwettqux sistematikament ir-reviżjonijiet annwali minħabba l-piż amministrattiv involut u n-nuqqas ta’ riżorsi xierqa, b’mod partikolari r-riżorsi umani . Għalhekk huwa neċessarju li tiġi ssimplifikata l-proċedura li tirregola l-ħażna ż-żamma tad-dejta fis-CIS billi jitneħħa l-obbligu li tiġi riveduta d-dejta kull sena u billi jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ żamma ta’ 10 snin, li jikkorispondi għall-perjodi previsti għad-direttorji stabbiliti abbażi ta’ dan ir-Regolament. Madankollu dan ma għandux japplika għall-perjodu ta’ limitazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 221(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-perjodu huwa neċessarju minħabba l-proċeduri twal għall-ipproċessar tal-irregolaritajiet u peress li din id-dejta hija meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjonijiet doganali konġunti u tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, biex jiġu salvagwardjati r-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat dwar il-każijiet fejn id-dejta personali hija maħżuna f’CIS għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin. [Em. 7] |
(14) |
Sabiex jissaħħu aktar il-possibbiltajiet għall-analiżi tal-frodi u jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-investigazzjonijiet, id-dejta li tikkonċerna l-fajls ta’ investigazzjoni attwali fil-Bażi tad-Data għall-Identifikazzjoni ta’ Fajls (FIDE) għandha tkun anonima, wara sena mill-aħħar osservazzjoni, u miżmuma b’forma fejn ma tkunx aktar possibbli l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta. |
(15) |
Peress li l-għanijiet tat-tisħiħ tal-ġestjoni tar-riskju doganali kif iddefiniti fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4, u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(16) |
Il-fornituri tas-servizz pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali li, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, huma marbuta b’obbligi ta’ kuntratt privat fir-rigward tal-forniment ta’ dejta dwar il-movimenti tal-kontenitur, għandu jkollhom id-dritt li jibbenefikaw mill-applikazzjoni differita tal-Artikolu 18c sabiex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tagħhom u jiżguraw li l-kuntratti futuri tagħhom huma kompatibbli mal-obbligu li jipprovdu dejta lill-Kummissjoni. |
(17) |
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jagħti s-setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament; bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(18) |
Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u b’mod partikolari biex jinħoloq direttorju ssimplifikat u strutturat tas-CSMs, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-avvenimenti li għalihom għandhom jiġu rrapportati s-CSMs, l-elementi ta’ dejta minimi li għandhom jiġu rrapportati fis-CSMs u l-frekwenza ta’ rrapportar. |
(19) |
Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u b’mod partikolari biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fis-CIS, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-operazzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola li għandha tiġi introdotta informazzjoni għaliha fid-database ċentrali tas-CIS. |
(20) |
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(21) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format tad-dejta u l-metodu ta’ trażmissjoni tas-CSMs. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni. |
(22) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS taħt waħda mill-kategoriji msemmija taħt il-punti (a) sa (h) fl-Artikolu 24. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni. L-elementi speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS iridu jkunu bbażati fuq dawk elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 (9), |
(23) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ħareġ opinjoni 11 ta' Marzu 2014, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2 paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Id-dokumenti, il-kopji ċċertifikati awtentiċi ta’ dokumenti, l-attestazzjonijiet, l-istrumenti l-atti uffiċjali jew id-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi, ir-rapporti, u kwalunkwe intelligence oħra miksuba mill-persunal tal-awtorità mitluba u kkomunikati lill-awtorità applikanti matul l-assistenza prevista fl-Artikoli 4 sa 11 jistgħu jikkostitwixxu prova fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru applikant bl-istess mod bħallikieku kienu akkwistati fi Stat Membru fejn iseħħu l-proċedimenti.”[Em. 9] |
2a. |
L-Artikolu li ġej huwa miżjud: “Artikolu 16a Dokumenti, kopji ċċertifikati awtentiċi ta’ dokumenti, attestazzjonijiet, l-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi, rapporti, u kwalunkwe intelligence oħra miksuba mill-persunal ta’ Stat Membru wieħed u kkomunikati lil Stat Membru ieħor waqt l-għajnuna prevista fl-Artikoli 13 sa 15 jistgħu jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni bl-istess mod bħallikieku nkisbu fl-Istat Membru fejn iseħħu l-proċeduri .” [Em. 10] |
2b. |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), għandu jiddaħħal l-inċiż li ġej:
|
2c. |
Il-frażi konkludenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) hija sostitwita b'dan li ġej: “huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn fi żmien tliet ġimgħat, fuq l-inizjattiva tagħhom jew b’rispons għal talba motivata mill-Kummissjoni, kull informazzjoni relevanti, ukoll jekk tkun fil-għamla ta’ dokumenti jew kopji jew estratti minnhom, meħtieġa biex ikunu ddeterminati l-fatti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkoordina l-passi meħuda mill-Istati Membri.”[Em. 12] |
2d. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej: “4. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li jkunu seħħew xi rregolaritajiet fi Stat Membru wieħed jew aktar, hi għandha tinforma lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati b'dan u dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri għandhom fl-ewwel opportunità iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni jwettqu inkjesta, li fiha uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jkunu preżenti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9(2) u 11 ta' dan ir-Regolament.”[Em. 13] |
3. |
L-Artikolu 18a, huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 18b huwa emendat kif ġej:
|
5. |
Huma mdaħħla l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 18c 1. Il-fornituri tas-servizz pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali msemmija fl-Artikolu 18a(1) It-trasportaturi marittimi li jaħżnu dejta dwar il-moviment u l-istatus tal-kontejners jew għandhom aċċess għal tali dejta, għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejner (‘CSMs’). [Em. 24] 2. Is-CSMs meħtieġa għandhom jiġu rrapportatati f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: għall-kontejners maħsuba li jiddaħħlu minn bastimenti fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz.
3. Is-CSMs mitluba għandhom jirrapportaw l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 18f sa fejn dawn huma magħrufa mill-fornitur tas-servizz privat jew pubbliku li jagħmel ir-rapport, attiv fil-katina tal-provvista internazzjonali u li għalih tkun ġiet iġġenerata jew miġbura d-dejta fl-apparat elettroniku għat-traċċar tal-kontejners . [Em. 27] 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja direttorju ta’ CSMs irrapportati, id-‘Direttorju CSM’. Id-direttorju CSM għandu jkun parti mid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a u m’għandux ikun fih dejta personali. [Em. 28] Artikolu 18d 1. Fejn kontenitur, inkluż kontejners li mhux ser jitħallew jiġu skarikati fl-Unjoni, huwa maħsub li jiddaħħal minn bastimenti fit-territorji doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz, il-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li huma soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 18c(1) għandhom jirrapportaw lis-CSMs għall-avvenimenti kollha li jseħħu minn dak il-punt fejn il-kontejner huwa rrapportat vojt qabel ma jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni sakemm il-kontejner jerġa’ jiġi rrapportat vojt. 2. F’każijiet fejn is-CSMs meħtieġa biex jiġu identifikati l-avvenimenti ta’ kontejners vojta rilevanti, ma jkunux disponibbli fir-rekords elettroniċi tal-fornituri f’kwalunkwe każ partikolari, għal avvenimenti li jseħħu tal-anqas tliet xhur qabel il-wasla fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni sa xahar wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni jew sal-wasla f’destinazzjoni barra t-territorju doganali tal-Unjoni, liema minnhom tiġi qabel. Artikolu 18e 1. Fejn kontenitur, ikun qiegħed iħalli t-territorju doganali tal-Unjoni lejn pajjiż terz b’bastiment, il-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li huma soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 18c(1) għandhom jirrapportaw lis-CSMs għall-avvenimenti kollha li jseħħu minn dak il-punt fejn il-kontejner huwa rrapportat vojt qabel ma jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni sakemm il-kontejner jerġa’ jiġi rrapportat vojt. 2. F’każijiet fejn is-CSMs speċifiċi meħtieġa biex jiġu identifikati l-avvenimenti ta’ kontejners vojta rilevanti, ma jkunux disponibbli fir-rekords elettroniċi tal-fornituri f’kwalunkwe każ partikolari, il-fornitur jista’ jirrapporta s-CSMs għal avvenimenti li jseħħu tal-anqas tliet xhur wara l-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. Artikolu 18f 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 43 li jistabbilixxi l-avvenimenti tal-istatus tal-kontejner li għalihom għandhom jiġu rrapportati s-CSMs skont l-Artikolu 18c, l-elementi ta’ dejta minimi li għandhom jiġu rrapportati fis-CSMs u l-frekwenza ta’ rrapportar. 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dwar il-format tad-dejta fis-CSMs u l-metodu tat-trażmissjoni tas-CSMs, u dwar obbligi li jistgħu japplikaw għall-kontejners li jiddaħħlu fl-Unjoni minħabba devjazzjonijiet . Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni eżami msemmija fl-Artikolu 43a(2). [Em. 29] 2a. Skont l-Artikolu 18a(1), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-mezzi li bihom il-ftehim tal-fornituri tas-servizzi għandu jinkiseb qabel it-trasferiment tas-CSMs reġistrati tagħhom lil organizzazzjonijiet jew korpi oħrajn. [Em. 30] 2b. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tikkonsulta mill-qrib mar-rappreżentanti kummerċjali tal-industrija tat-trasport marittimu tal-kontejners dwar it-tħejjija tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu. Dawn jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat rilevanti tal-kumitat u l-gruppi ta’ esperti li għandhom jintużaw biex jiżviluppaw dawn l-atti. [Em. 31] Artikolu 18 g 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja direttorju li jkun fih dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-oġġetti, inkluż it-tranżitu fi ħdan Stat Membru, stabbiliti fl-Annessi 37 u 38 tar-Regolament tal-Kummisjsoni (KEE) Nru 2454/93 (*4) (Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu”). L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex sistematikament tirreplika dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu mis-sorsi operati mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-Istati Membri għandhom , fl-aktar data kmieni possibbli, ifornu lill-Kummissjoni, dejta dwar it-tranżitu tal-oġġetti fi ħdan Stat Membru u l-esportazzjoni diretta L-informazzjoni pprovduta dwar persuni fiżiċi u ġuridiċi għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-regolament. 32 2. Id-direttorju għandu jintuża biex jassisti fl-operazzjonijiet ta’ prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni li huma, jew jidhru li jikkostitwixxu, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju inkluż kontrolli doganali bbażati fuq ir-riskju kif definit fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. 3. Id-direttorju għandu jkun aċċessibbli esklussivament għad-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 29. Fi ħdan il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, huma biss l-analisti maħtura li għandhom jingħataw is-setgħa biex jipproċessaw id-dejta personali li hija inkluża f’dak id-direttorju. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, Il-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi, soġġett għall-ftehim tal-Istat Membru fornitur, id-dejta magħżula li tinkiseb skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 1 lil-organizzazzjonijiet internazzjonali u/jew l-istituzzjonijiet/aġenzija tal-UE , inklużi l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru, kif ukoll l-Europol, li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u b’liema l-Kummissjoni kkonkludiet arranġament rilevanti jew memorandum ta’ fehim. [Em. 33] Id-dejta skont dan il-paragrafu għandha tiġi ttrasferita biss għal għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inkluż ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u/jew għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju kif stabbilit fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-arranġament jew il-memorandum ta’ fehim li fuq il-bażi tiegħu jista’ jsir it-trasferiment ta’ dejta skont dan il-paragrafu, fost l-oħrajn, għandu jinkludi prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta bħall-possibbiltà għas-suġġetti tad-dejta li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ aċċess u korrezzjoni tagħhom u li jfittxu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju, kif ukoll mekkaniżmu ta’ sorveljanza indipendenti biex tiġi żgurata konformità mas-salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta. 3a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fuq bażi annwali, ir-riżultati pprovduti mid-direttorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’konformità mal-Artikolu 51a. [Em. 34] 4. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-dejta inkluża f’dan id-direttorju. [Em. 35] Il-Kummissjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala l-kontrollur tad-dejta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandu jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 36] Id-dejta li hija inkluża fid-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-għan li kienet introdotta għalih u ma tistax tinħażen għal aktar minn għaxar snin. Jekk id-dejta personali tinħażen għal perjodu li jaqbeż l-għaxar snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat kif xieraq. 5. Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandu jinkludi l-kategoriji speċjali ta’ dejta skont it-tifsira tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tħares id-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew l-iżvelar mhux awtorizzat, il-modifika u l-aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta’ pproċessar. [Em. 37] Artikolu 18h 1. Il-Kummissjoni tista’ , fuq talba lil Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u b'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, tikseb direttament mill-operaturi ekonomiċi dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjoni tranżitu u li għalihom ġew iġġenerati jew miġbura dokumenti ta’ appoġġ mill-operaturi ekonomiċi , fir-rigward tal-investigazzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali kif definit fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament bl-awtorizzazzjoni espliċita ta' Stat Membru jew bl-awtorizzazzjoni taċità speċifikata fl-Artikolu 18h(1b) ta' dan ir-Regolament . Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha li x'aktarx ikunu involuti f’inkjesta sussegwenti dwar it-talba b’mod parallel mat-talba li tkun qed issir. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku b’kopja tat-talba b’mod parallel mat-talba li tkun qed issir. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kopji tat-tweġiba u tad-dokumenti ta' sostenn mill-operatur ekonomiku lill-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku ikun stabbilit fi żmien ġimgħa minn meta tkun waslet it-tweġiba. [Em. 38] 1a. Wara talba mill-Kummissjoni lil Stat Membru għal dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni jew tranżitu, l-Istat Membru għandu jkollu, b'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, erba’ ġimgħat biex:
1b. Jekk l-Istat Membru:
għandu jiġi meqjus li jkun ta l-awtorizzazzjoni taċita tiegħu biex il-Kummissjoni titlob dokumenti li jappoġġjaw dikjarazzjoni ta’ importazzjoni jew tranżitu direttament mill-operatur ekonomiku. [Em. 40] 2. Sal-limiti ta’ żmien li jobbligaw l-operaturi ekonomiċi jżommu d-dokumentazzjoni rilevanti, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni meta jkunu mitluba, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien tliet ġimgħat . [Em. 41] (*4) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).”" |
5a. |
L-Artikolu 21(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-sejbiet u l-informazzjoni akkwistata matul il-missjonijiet tal-Komunità riferuti fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dokumenti mwassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, kif ukoll l-informazzjoni miksuba matul inkjesta amministrattiva, inkluż mis-servizzi tal-Kummissjoni, għandhom ikunu ttrattati skont l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.” [Em. 42] |
6. |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 43 li jistabbilixxu dawk l-operazzjonijiet b’rabta mal-applikazzjoni tar-regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-CIS.” |
7. |
Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, disposizzjonijiet dwar affarijiet li għandhom ikunu inklużi fil-CIS li huma relatati ma’ kull waħda mill-kategoriji imsemmija fl-Artikolu 24 (a) sa (h) sa fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tas-Sistema. Dejta personali ma tistax tidher fil-kategorija imsemmija fl-Artikolu 24 (e). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 43a(2).” |
8. |
L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
9. |
Fl-Artikolu 30(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-lista tal-awtoritajiet jew awtoritajiet hekk nominati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni fuq l-internet.” |
9a. |
Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Data akkwistata mill-CIS tista', b'awtorizzazzjoni minn qabel, u suġġetta għal kull kondizzjoni imposta mill-Istat Membru li jkun inkludieha fis-Sistema, tkun ikkomunikata għall-użu minn awtoritajiet nazzjonali apparti minn dawk riferuti fil-paragrafu 2, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali u/jew aġenziji tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċjali biex jassigura s-sigurtà ta' dik id-data waqt li tkun trasmessa jew fornuta lill-dipartimenti li jkunu jinsabu barra mit-territorju tiegħu. Id-disposizzjonijiet riferuti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kummissjoni meta din tkun daħħlet id-data fis-Sistema.” [Em. 44] |
10. |
It-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Kapitolu 4 Ħżin ta’ dejta”. |
11. |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 33 Id-dejta li hija inkluża fis-CIS għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-għan li kienet introdotta għalih u ma tistax tinħażen għal aktar minn għaxar snin. Jekk id-dejta personali tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat kif xieraq.”[Em. 45] |
12. |
L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
|
13. |
L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
14. |
L-Artikolu 41d huwa emendat kif ġej:
|
15. |
L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1) , l-Artikolu 18 g(3) u l-Artikolu u 23(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-dejta ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]… (*6). [Em. 49] 3. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli fl-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1), l-Artikolu 18 g ( 3 ) u l-Article u 23(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ. [Em. 50] 4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli l-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1), l-Artikolu 18 g ( 3 ) u l-Artikolu u 23(4) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joggezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.”[Em. 51] (*6) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. " |
16. |
Wara l-Artikolu 43 huwa mdaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 43a 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.’ (*7) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”" |
Artikolu 1a
Sa … (*8) , il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta':
— |
in-neċessità li tiġi estiża d-dejta li tkun tinsab fid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 515/97 billi tiġi inkluża dejta dwar l-esportazzjoni, u, |
— |
il-fattibilità li tiġi estiża d-dejta li tkun tinsab fid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 515/97 billi tiġi inkluża dejta dwar l-importazzjoni u t-tranżitu ta' oġġetti fuq l-art jew bl-ajru. [Em. 52] |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li, meta jkun ser jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, huma marbuta minn kuntratti privati li ma jippermettulhomx jissodisfaw l-obbligu tagħhom stipulat fl-Artikolu 18c(1) tar-Regolament (KE) Nru 515/97, dan għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar kmieni minn sena wara li jkun daħal fis-seħħ ir-Regolament atti delegati u ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 18f(1) u 18f(2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 . [Em. 53]
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi …,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(*1) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta'data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011. p. 13).
(9) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 tas-27 ta' Marzu 1998 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 96, 28.3.1998, p. 22).
(*8) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.