Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0167

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ ta' prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (11767/1/2013 – C7-0344/2013 – 2013/0205(NLE))

    ĠU C 285, 29.8.2017, p. 729–729 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 285/729


    P7_TA(2014)0167

    Ftehim ta' Sħubija Volontarja UE-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-UE *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, governanza u kummerċ ta' prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (11767/1/2013 – C7-0344/2013 – 2013/0205(NLE))

    (Approvazzjoni)

    (2017/C 285/68)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11767/1/2013),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta’ Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ tal-prodotti tal-injam lejn l-Unjoni Ewropea (11769/1/2013),

    wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(3), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0344/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0043/2014),

    1.

    Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indoneżja.


    Top