EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0135

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu (12399/2013 – C7-0425/2013 – 2012/0219A(NLE))

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 379–379 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 285/379


P7_TA(2014)0135

Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-KE, minn naħa l-oħra, il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 49(3) tiegħu (12399/2013 – C7-0425/2013 – 2012/0219A(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 285/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12399/2013),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta’ El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama, min-naħa l-oħra (13368/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 209(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0425/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0463/2013),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubbliki tal-Kosta Rika, ta' El Salvador, tal-Gwatemala, tal-Ħonduras, tan-Nikaragwa u tal-Panama.


Top