EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1210(01)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

ĠU C 360, 10.12.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 360/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni

2013/C 360/01

Skont il-punt 10.3, it-tieni paragrafu, il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (“il-Qafas R&D&I”) (1) huwa applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE tat-8 ta’ Mejju 2012 (2) il-Kummissjoni nediet programm ta’ riforma ambizzjuż li jinkludi l-identifikazzjoni ta’ prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern. Bħala konsegwenza, id-diversi linji gwida u oqfsa dwar l-għajnuna mill-Istat qed jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dawk il-prinċipji komuni.

Ir-reviżjoni tal-Qafas R&D&I sseħħ fil-kuntest tal-proċess ġenerali biex jimmodernizza r-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u huwa partikolarment marbut fil-qrib mal-iżvilupp parallel tar-Regolament futur għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa. Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti fl-istrumenti kollha ta’ għajnuna mill-Istat, u wara li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kontinwità u ċ-ċertezza legali fit-trattament tal-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tkompli tapplika l-Qafas R&D&I sat-30 ta’ Ġunju 2014.

Fid-dawl tal-estensjoni tal-perjodu ta’ validità tiegħu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jixtiequ jtawlu dawk l-iskemi ta’ għajnuna awtorizzati mill-Kummissjoni wara valutazzjoni taħt il-Qafas R&D&I, u li kieku kienu jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013, għal perjodu simili. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat, il-prolongazzjoni ta' dawn l-iskemi kollha tista' tkun is-suġġett ta’ notifika waħda skont il-proċedura ssimplifikata stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (3).


(1)  ĠU C 323, 31.12.2006, p. 1.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 final.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


Top