This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0320
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying the document Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on new psychoactive substances and for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Framework Decision 2004/757/JHA of 25 October 2004 laying down minimum provisions on the constituent elements of criminal acts and penalties in the field of illicit drug trafficking, as regards the definition of drug
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar sustanzi psikoattivi ġodda u għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar sustanzi psikoattivi ġodda u għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga
/* SWD/2013/0320 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar sustanzi psikoattivi ġodda u għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga /* SWD/2013/0320 final */
MT || IL-KUMMISSJONI EWROPEA || Brussell, 17.9.2013 SWD(2013) 320 final DOKUMENT TA’ ĦIDMA
TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV
TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal REGOLAMENT
TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar sustanzi psikoattivi ġodda
u għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI
tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet
minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam
tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga
{COM(2013) 619 final}
{COM(2013) 618 final}
{SWD(2013) 319 final} DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL
TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL
dwar sustanzi psikoattivi ġodda
u għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004
li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta'
atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi,
rigward id-definizzjoni ta' droga
WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 4 2........... Definizzjoni tal-problema................................................................................................. 3 3........... Analiżi tas-sussidjarjetà................................................................................................... 5 4........... Għanijiet tal-politika........................................................................................................ 6 5........... Possibilitajiet politiċi u
valutazzjoni................................................................................... 6 6........... L-alternattiva politika preferuta...................................................................................... 10 7........... Monitoraġġ u evalwazzjoni............................................................................................ 11 DOKUMENT TA’
ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokumenti Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL
dwar sustanzi psikoattivi ġodda
u għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI
tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet
minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam
tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga 1. Introduzzjoni Il-Valutazzjoni tal-Impatt tkopri miżuri
mmirati li jnaqqsu d-disponibilità fis-suq intern ta’ sustanzi psikoattivi
ġodda li joħolqu riskji għall-konsumaturi, filwaqt li
jipprevjenu l-ħolqien ta’ ostakoli għall-kummerċ leġittimu. Sustanzi psikoattivi ġodda ("highs legali") huma sustanzi naturali jew sintetiċi
li jaġixxu fuq is-sistema nervuża ċentrali u jbiddlu
l-funzjonijiet mentali. Ħafna sustanzi bħal dawn għandhom jew
jista' jkollhom użi oħrajn (użi leġġittimi),
pereżempju bħala sustanzi attivi għall-mediċini. Sustanzi
psikoattivi ġodda m'humiex suġġetti għal miżuri
ta' kontroll skont il-Konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drogi, differenti minn
sustanzi psikoattivi bħall-kokaina jew l-amfetamina ("drogi
illeċiti"). Il-preżenza u l-firxa rapida ta' sustanzi
psikoattivi ġodda fis-suq intern huwa wieħed mill-iżviluppi
l-aktar ta' sfida fil-politika dwar id-droga tal-UE fl-aħħar snin. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2005/387/ĠAI stabbilixxiet sistema madwar l-UE
għall-iskambju tal-informazzjoni dwar dawn is-sustanzi, immexxija
miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u
d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and drug
Addiction, EMCDDA) u l-Europol għall-valutazzjoni tar-riskji tagħhom
minħabba s-sottomissjoni tagħhom għal pieni ta' kontroll u
kriminali madwar l-UE. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 ikkonkludiet li
d-Deċiżjoni tal-Kunsill ma tippermettix rispons effettiv
għall-isfida ppreżentata minn sustanzi psikoattivi ġodda. 2. Definizzjoni tal-problema Sustanzi ġodda psikoattivi, li
jintużaw għal bosta użi leġittimi, qed ikunu disponibbli
dejjem aktar fis-suq intern u qed jiġu kkunsmati minn numru ta' nies
dejjem jikber. Ir-riskji potenzjali li għandhom dawn is-sustanzi
wasslu lill-awtoritajiet biex jissottomettuhom għal bosta
restrizzjonijiet, li jistgħu jwaqqfu kummerċ leġittimu u
jtellfu l-iżvilupp ta' użi illeċiti. Il-kawżi ewlenin
tal-problemi huma approċċi nazzjonali differenti għas-sustanzi
psikoattivi ġodda u l-ineffettività tal-istrument tal-UE li jindirizza
dawn is-sustanzi. 2.1. Is-suq għal sustanzi psikoattivi ġodda Bejn l-1997 u l-2012, l-Istati Membri
rrappurtaw 290 sustanza psikoattiva ġdida. Maġġoranza kbira
kienu nnotifikati minn diversi Stati Membri. Ir-rata ta' notifiki żdiedet
drastikament fis-snin riċenti - minn 24 fl-2009 għal 73 fl-2012.
In-numru ta' sustanzi li jistgħu jfeġġu potenzjalment jista'
jkun bl-eluf. 2.1.1. Is-suq għall-użu rikreattiv tas-sustanzi psikoattivi
ġodda Il-livelli ta' użu ta' sustanzi
psikoattivi ġodda għal skopijiet rikreattivi żdiedu fis-snin
riċenti u l-użu huwa predominanti fost
iż-żgħażagħ. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru
tal-2011 "Youth attitudes on drugs" sab li 5 %
taż-żgħażagħ fl-UE rrappurtaw li għamlu użu
minn dawn is-sustanzi tal-anqas darba f'ħajjithom, b'massimu ta' 16 %
fl-Irlanda. In-numru ta' nies li użaw is-sustanzi
psikoattivi ġodda s-sena l-oħra kien stmat li huwa ta' 2,2 miljun
fl-UE. L-internet u n-netwerks soċjali ffaċilitaw il-firxa
tagħhom madwar l-UE - l-istħarriġ ġenerali EMCDDA
rreġistra żieda b'erba' darbiet fin-numru ta' ħwienet fuq
l-internet li jbiegħu dawn is-sustanzi bejn l-2010 u l-2012 (minn 170
għal 690). Fl-aħħar tliet snin, ħwienet
speċjalizzati li jbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda fetħu
f'mill-anqas 13-il Stat Membru. Dawn is-sustanzi ġieli jinbiegħu
wkoll minn pompi tal-petrol, ħwienet tal-kiri tal-vidjows, ħwienet
tas-sess jew bejjiegħa tat-tabakk. Kumpaniji li jipproduċu dawn
is-sustanzi huma bbażati barra l-UE (iċ-Ċina u l-Indja) u
jadattaw b'mod rapidu għal miżuri ta' restrizzjoni minn sustanzi
alternattivi li jiġu offruti. Id-daqs tas-suq għall-użu
rikreattiv tas-sustanzi psikoattivi ġodda huwa stmat, permezz ta'
analoġija mas-suq għall-ecstasy, f'ammont ta' EUR 0,5 biljun
fis-sena. 2.1.2. Is-suq għall-użu leġittimu tas-sustanzi
psikoattivi ġodda Ħafna sustanzi psikoattivi ġodda li
huma użati b'mod rikreattiv għandhom jew jista' jkollhom użi
differenti fl-industrija - eżempji jinkludu GBL
(gamma-butirolakton), 1-4 BDO (1.4-butaneidol) u mCPP. Madankollu,
informazzjoni komprensiva mhijiex disponibbli madwar l-UE għaliex
il-ġbir ta' din l-informazzjoni mhijiex prevista bil-mekkaniżmu
preżenti tal-UE u l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jirrappurtawx dawn
l-użi sistematikament. Mill-1997, l-EMCDDA rċeviet informazzjoni
dwar l-użu leġittimu għal madwar wieħed minn ħamsa
tas-sustanzi notifikati. Dan huwa proporzjon sinifikanti li jista' jkun
mhuwiex stmat biżżejjed, meta wieħed jikkunsidra li dawn
is-sustanzi l-ġodda huma spiss mhux magħrufin biżżejjed.
Huwa preżunt li d-daqs tas-suq għal użi leġittimi huwa
konsiderevoli, minħabba n-numru ta' sustanzi psikoattivi li huma
preżenti fis-suq, li għad jistgħu jkunu mnedija u minħabba
l-potenzjal tagħhom għal "doppju" (użu rikreattiv u
fl-industrija). 2.2. Problema 1: Riskji li jġorr miegħu l-użu rikreattiv
ta' sustanzi psikoattivi ġodda L-użu rikreattiv tas-sustanzi psikoattivi
ġodda jista' jikkawża ħsara lis-saħħa
u s-sigurtà tal-konsumatur, u jista' jkun ta' riskju għal u piż
fuq is-soċjetà. L-aktar ħsara għas-saħħa komuni
tinkludi aġitazzjoni, delirju, tachycardia, pressjoni għolja,
overdose fatali, firxa ta' infezzjonijiet ġejjin mid-demm (bħall-HIV
jew hepatitis C), problemi psikjatriċi, dipendenza. Ir-riskji huma
ogħla meta diversi sustanzi psikoattivi ġodda jiġu kkunsmati
flimkien, u b'taħlit ma' drogi illeċiti jew alkoħol. Nuqqas ta'
informazzjoni dwar l-amministrazzjoni ta' dawn is-sustanzi jkompli jżid
ir-riskji. Minħabba li jistgħu jaffettwaw
is-saħħa mentali u l-funzjonament soċjali, l-użu frekwenti
ta' sustanzi psikoattivi ġodda jista' jkollu riskju negattiv fuq
is-soċjetà, u jaffettwa ħażin il-ħajja tal-familja u
l-komunità. L-użu ta' dawn is-sustanzi jista' jxekkel il-kapaċità ta'
sewqan ta' karozza u jista' jwassal għal imġieba vjolenti u
kriminalità. Kriminalità organizzata hija involuta sa ċertu punt limitat
f'dan is-suq, l-aktar fil-bejgħ ta' dawn is-sustanzi flimkien ma' drogi
illegali oħra. L-ispiża ta' ħsarat relatati
mas-saħħa ta' sustanzi psikoattivi ġodda hija stmata li
tlaħħaq il-EUR 211-il miljun fis-sena u dik għall-infurzar
tal-miżuri tal-liġi kriminali minn EUR 117-il miljun għal
EUR 144 miljun fis-sena. 2.3. Problema 2: Ostakoli għall-kummerċ leġittimu
fis-suq intern Il-miżuri ta' restrizzjoni introdotti
minn awtoritajiet pubbliċi biex jikkontrollaw l-użu ta' sustanzi
psikoattivi ġodda jistgħu jwaqqfu l-kummerċ leġittimu,
billi jagħmluha aktar diffiċli għal operaturi ekonomiċi
biex ikollhom aċċess għal dawn is-sustanzi, li b'hekk
jikkawżaw telf ta' kummerċ. Jistgħu wkoll jagħmlu
r-riċerka aktar diffiċli, u għalhekk ifixklu l-iżvilupp ta’
użi ġodda. Ir-restrizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru
għal ieħor u minn sustanza għal oħra. Skont it-tip ta'
leġiżlazzjoni użata, huwa permess biss ċertu
użu f'livell nazzjonali, u nuqqas ta' konformità hija ppenalizzata
bil-liġi amministrattiva jew kriminali. Dan iwassal għal ostakoli
għall-kummerċ, frammentazzjoni u kundizzjonijiet inugwali, u
jagħmilha diffiċli għall-kumpaniji biex joperaw madwar is-suq
intern. Miżuri ta' restrizzjoni jista' jkollhom riskju
b'reazzjoni katina fuq operaturi ekononiċi, minħabba li dawn
is-sustanzi spiss jiġu użati fil-produzzjoni ta' sustanzi u
oġġetti oħra. Minħabba li s-suq għal sustanzi
ġodda psikoattivi probabbilment jikber u l-Istati Membri probabbilment
jintroduċu aktar miżuri biex jikkontrollaw l-użu rikreattiv
tagħhom,l-ostakoli għall-kummerċ leġittimu huma
mistennija li jiżdiedu. 2.4. Il-kawżi
tal-problema Il-kawżi sottostanti tal-problema huma: ·
Approċċi nazzjonali differenti: id-differenzi
bejn il-liġijiet tal-Istati Membri u azzjoni nazzjonali mhux koordinati
jista' jkollhom effetti ħżiena fuq l-operaturi ekonomiċi fis-suq
għall-użi leġittimi u fuq il-konsumaturi. ·
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar sustanzi
psikoattivi ġodda hija ineffettiva: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
timxi bil-mod u hija reattiva, ma tipprovdix biżżejjed evidenza biex
jittieħdu deċiżjonijiet xierqa u sostenibbli dwar sustanzi u
hija nieqsa minn alternattivi għal miżuri ta' restrizzjoni. 2.5. Xenarju Bażi Jekk il-qafas
preżenti jibqa' ma jinbidilx, il-problemi wisq probabbli jkomplu
jiggravaw. Is-suq għall-użu rikreattiv huwa probabbli li jikber u
jista' jkun jirdoppja sal-2020. L-ispejjeż tas-saħħa u
soċjali assoċjati ma' disponibilità dejjem tikber u użu ta'
sustanzi perikolużi jiżdied b'mod proporzjonali. Is-suq għal
użi leġittimi wkoll mistenni jikber, u l-effetti negattivi ta'
approċċi nazzjonali differenti u ta' leġiżlazzjoni tal-UE
ineffettiva dwar il-kummerċ leġittimu se jkomplu u possibilment
jiżdiedu. 3. Analiżi tas-sussidjarjetà L-Artikolu 114(1) TFUE jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex
jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet
stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati
Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u
l-funzjonament tas-suq intern, filwaqt li l-Artikolu 114(3) TFUE jitlob
lill-Kummissjoni biex timmira li tiżgura livell għoli ta’
saħħa, sigurtà u ħarsien tal-konsumatur f’dawn il-proposti. L-UE għandha l-obbligu li jkun
żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-UE (l-Artikolu 168(1)
TFUE) u li tipproteġi s-saħħa, is-sigurtà u l-interessi
ekonomiċi tal-konsumaturi (l-Artikolu 169(1) TFUE). Biex
tindirizza dawk is-sustanzi li huma ta' riskju kbir, l-UE ngħatat
is-setgħa li tressaqhom fl-ambitu ta' dispożizzjonijiet tal-liġi
kriminali dwar it-traffikar illeċitu ta' drogi (l-Artikolu 83(1)
TFUE). L-UE hija f'pożizzjoni aħjar
mill-Istati Membri biex tieħu azzjoni biex tirrestrinġi
d-disponibilità fis-suq intern ta' sustanzi psikoattivi ġodda
perikolużi għall-użu rikreattiv, u biex tiżgura li l-approċċi
nazzjonali differenti ma jostakolawx kummerċ leġittimu. Azzjoni
fil-livell tal-UE hija neċessarja biex tippermetti li sustanzi
psikoattivi ġodda perikolużi jiġu identifikati u
mneħħija mis-suq malajr fl-Istati Membri kollha u biex tnaqqas u
tevita l-preżenza ta' ostakoli għall-kummerċ leġittimu li
jirriżultaw mill-azzjoni tal-Istat Membru. 4. Għanijiet tal-politika L-għanijiet tal-politika
prinċipali tal-azzjoni tal-UE dwar sustanzi psikoattivi ġodda huma: ·
Li jitnaqqsu l-ostakoli għall-kummerċ
leġittimu f'sustanzi psikoattivi ġodda u tiġi evitata
l-preżenza ta' dawn l-ostakoli. ·
Li jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà
tal-konsumaturi mir-riskji li ġejjin minn sustanzi psikoattivi ġodda
perikolużi. L-għanijiet speċifiċi huma: ·
Li jiġu indirizzati sustanzi li huma ta'
periklu għas-saħħa, is-soċjetà u s-sigurtà, u li jqajjmu
minnufih tħassib pubbliku dwar is-saħħa. ·
Li titjieb il-kapaċità biex jiġu
identifikati u vvalutati malajr is-sustanzi psikoattivi l-ġodda, u li
jiġu indirizzati skont ir-riskji tagħhom. ·
Li jiġi ffaċilitat il-kummerċ
leġittimu f'dawn is-sustanzi fis-suq intern. ·
Li titjieb il-konsistenza bejn reazzjonijiet
nazzjonali għal sustanzi psikoattivi ġodda li jqajjmu tħassib
transfruntiera u jnaqqsu r-riskju tal-ispostament tagħhom bejn l-Istati
Membri. 5. Possibilitajiet politiċi u valutazzjoni L-alternattivi tal-politika ġew
miġbura f'erba' gruppi, inkluż l-"istatus quo".
L-alternattivi li jmiss ġew imwarrbin: regolamentazzjoni ta' ħwienet
speċjalizzati u ta' ħwienet fuq l-internet; introduzzjoni ta' sistema
ta' awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE għal sustanzi ġodda
psikoattivi; introduzzjoni ta' projbizzjoni ġenerali; waqfien tal-azzjoni
tal-UE. 5.1. Ħarsa ġenerali lejn l-alternattivi politika Grupp 1: it-titjib tal-għarfien u
l-analiżi dwar sustanzi psikoattivi ġodda Dan il-grupp jippreżenta alternattivi
għat-tisħiħ tar-riċerka fil-livell tal-UE u
kapaċitajiet analitiċi dwar sustanzi psikoattivi ġodda, biex
jippermetti lill-UE tipprovdi reazzjoni aktar effettiva. (1)
Status quo L-EMCDDA u l-Europol biss jiġbru u
janalizzaw informazzjoni dwar taħlita jew effetti mistennija tas-sustanzi
kif sottomessi mill-Istati Membri. (2)
L-iffaċilitar ta' kooperazzjoni strutturali
bejn l-EMCDDA, istituzzjonijiet ta' riċerka u laboratorji forensiċi L-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju
għal kooperazzjoni strutturali bejn l-EMCDDA, istituzzjonijiet ta'
riċerka, inkluż iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (Joint
Research Centre, JRC) u laboratorji forensiċi madwar l-UE biex
tappoġġa l-bżonnijiet ta' informazzjoni dwar sustanzi
speċifiċi u tgħin fil-produzzjoni u t-tixrid tal-analiżi
dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda. (3)
L-istabbiliment ta' infrastruttura ta'
riċerka fil-livell tal-UE Infrastruttura ta' riċerka tkun
stabbilita f'faċilità ta' riċerka eżistenti tal-UE (JRC) jew
aġenzija (EMCDDA). Din ikollha l-istess kompiti bħal dawk imsemmija
fl-alternattiva (2). Grupp 2:
l-indirizzar ta' sustanzi psikoattivi ġodda individwalment jew fi grupp Dan il-grupp jippreżenta alternattivi
għall-indirizzar ta' sustanzi psikoattivi ġodda, billi jivvaluta
r-riskji tagħhom (u miżuri ta' adozzjoni) jew dwar sustanzi
individwali jew dwar gruppi ta' sustanzi. (1)
Approċċ individwali (status quo) Kull sustanza tkun immonitorata u vvalutata
individwalmant u tittieħed deċiżjoni fuq jekk jiġux
introdotti miżuri ta' restrizzjoni jew le fuq il-bażi ta' riskji
speċifiċi li din ikolha. (2)
Approċċ bil-grupp ta' sustanzi Gruppi sħaħ ta' sustanzi simili
jkunu monitorati, ivvalutati u sottomessi għal miżuri ta'
restrizzjoni. Il-grupp ikun definit fuq il-bażi ta' struttura kimika
simili (approċċ ġeneriku) jew effett farmakoloġiku
(approċċ analogu). (3)
Approċċ individwali appoġġat
minn informazzjoni dwar grupp ta' sustanzi "mpoġġi flimkien
b'mod intelliġenti" Kull sustanza tkun issorveljata, ivvalutata u
sottomessa għal miżuri ta' restrizzjonijiet individwalment (bħal
fl-alternattiva (1)) iżda l-informazzjoni tkun miġbura fuq sustanzi
oħra mill-istess grupp. Għalhekk, il-preżenza ta' ċerti
sustanzi tista' tkun antiċipata iżda ssir valutazzjoni ta' riskju fuq
kull sustanza individwali. Grupp 3:
miżuri temporanji Din l-inizjattiva tippreżenta
għażliet għar-restrizzjoni temporanja tad-disponibbiltà fis-suq
tal-konsumatur tas-sustanzi psikoattivi ġodda suspettati li
jippreżentaw riskji immedjati għas-saħħa pubblika
b’evidenza ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt u konsegwenzi gravi fuq
is-saħħa assoċjati mal-konsum tagħhom, kif ukoll
il-prevalenza tal-użu tas-sustanzi f’diversi Stati Membri. Ir-restrizzjonijiet
ikunu attwati fl-istennija tal-valutazzjoni ta' riskju tas-sustanzi u ma
japplikawx għall-użu kummerċjali u xjentifiku tagħhom, jew
għal prodotti li fihom is-sustanzi awtorizzati skont
leġiżlazzjoni tal-UE oħra. (1)
L-ebda miżura temporanja (status quo) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill, ma
jkun hemm ebda possibilità li jiġu introdotti miżuri temporanji
madwar l-UE. Deċiżjoni dwar jekk tiġix ristretta jew le
d-disponibilità ta' sustanza tittieħed biss wara li titlesta
l-valutazzjoni tar-riskju u din id-deċiżjoni tkun permanenti. (2)
Rakkomandazzjoni
tal-UE biex jiġu introdotti miżuri temporanji Il-Kummissjoni toħroġ
rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex jintroduċu miżuri temporanji
biex jirtiraw minnufih sustanza mis-suq u jipprojbixxu d-distribuzzjoni,
il-bejgħ, il-wiri jew l-offerta tagħha lill-konsumaturi (użu
industrijali u xjentifiku jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni
tar-restrizzjoni). L-Istati Membri li jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni
jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li s-sustanza titneħħa
mis-suq. (3)
Deċiżjoni tal-UE biex jiġu introdotti miżuri temporanji Bħal (2) iżda l-miżuri jkunu
jorbtu fuq l-Istati Membri. Id-deċiżjoni biex jiġu introdotti
tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta' att implimentattiv. Ksur ta' dawn
il-miżuri jġib miegħu sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti
fil-livell nazzjonali. Grupp 4:
deċiżjoni finali fuq sustanza psikoattiva ġdida Dan il-grupp jippreżenta alternattivi
għall-indirizzar tas-sustanza ladarba titlesta valutazzjoni tar-riskju.
Il-Kummissjoni tidentifika l-livell ta' riskju għas-saħħa,
soċjali u għas-sigurtà, baxx, moderat jew għoli li għandha
sustanza - u tiddetermina jekk u x'tip ta' miżura restrittiva għandha
tiġi introdotta. Hija tikkunsidra l-kriterji li jmiss: il-ħsarat
għas-saħħa kkawżati mill-konsum tas-sustanza (korriment,
mard, u diffikultà fiżika u mentali); il-ħsarat għall-individwi
u s-soċjetà (pereż. dwar il-funzjonament soċjali, attivitajiet
ta' kriminalità organizzata, profitt illeċitu); riskju għas-sigurtà (tixrid
ta' mard, impatt fuq is-sigurtà tat-triq). (1)
Deċiżjoni tal-UE
għas-sottomissjoni ta' sustanzi għal miżuri ta' restrizzjoni
appoġġata minn sanzjonijiet kriminali jew l-ebda azzjoni (status
quo) Fuq il-bażi tar-riżultati
tal-valutazzjoni ta' riskju, l-Kummissjoni tissottometti proposta
leġiżlattiva lill-Kunsill li teħtieġ li l-Istati Membri
jissottomettu s-sustanza għal miżuri ta' kontroll tal-liġi
kriminali (liġijiet nazzjonali applikabbli għad-drogi illeċiti
japplikaw għas-sustanzi psikoattivi l-ġodda) jew
tiġġustifika għaliex dan mhuwiex neċessarju. Minħabba
li l-liġijiet nazzjonali dwar drogi illeċiti għandhom
jikkonformaw mad-Deċiżjoni Kwadru 2004/757 ĠAI dwar it-traffikar
tad-droga, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru japplikaw
għas-sustanza psikoattiva l-ġdida suġġetta għal
kontroll. Ikunu biss permessi l-eċċezzjonijiet għall-użu
legittimu tas-sustanza previsti mill-Konvenzjonijiet tal-UE dwar id-drogi. (2)
Status quo
b’żieda ta' rakkomandazzjoni tal-UE biex ikunu sottomessi sustanzi
għal miżuri ta’ restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur
appoġġati minn sanzjonijiet amministrattivi Il-Kummissjoni jkollha tliet alternattivi
għal azzjoni: jekk sustanza tkun ta' riskju baxx, ma tkun introdotta ebda
restrizzjoni; jekk din toħloq riskji moderati, il-Kummissjoni
tirrakkomanda lill-Istati Membri sabiex jirtiraw is-sustanza mis-suq u
jipprojbixxu d-distribuzzjoni, il-bejgħ, il-wiri jew l-offerta tagħha
lill-konsumaturi (l-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll
l-użu xjentifiku, ma għandhomx ikunu ristretti); jekk tkun ta' riskju
qawwi, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali bħal
fl-istatus quo. (3)
Status quo
b’żieda ta' deċiżjoni tal-UE għas-sottomissjoni ta'
sustanzi għal miżuri ta’ restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur
appoġġati minn sanzjonijiet amministrattivi L-istess bħal (2), iżda jekk
sustanza toħloq riskji moderati l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni
biex tissottomettiha għal restrizzjoni fis-suq tal-konsumatur, minflok
rakkomandazzjoni, li tkun vinkolanti u tkun introdotta permezz ta’ att ta’
implimentazzjoni. 5.2. Valutazzjoni tal-alternattivi tal-politika Grupp 1:
it-titjib tal-għarfien ta' sustanza psikoattiva ġdida L-istatus quo ma jgħinx biex
jintlaħqu l-għanijiet tal-politika. Ikollu impatti pożittivi
baxxi fuq is-saħħa u s-sigurtà pubbliku u aċċettabilità
baxxa mill-partijiet interessati. Dan ma jinkludix aktar spejjeż
għall-UE u l-Istati Membri. Kooperazzjoni strutturali bejn l-EMCDDA,
istituti ta’ riċerka u l-laboratorji forensiċi jkollha impatt
pożittiv qawwi. Din tagħmel l-azzjoni tal-UE aktar effettiva billi
tiġġenera evidenza dwar il-ħsarat ta' sustanzi psikoattivi
ġodda. Tkun teħtieġ iffinanzjar mill-baġit tal-UE ta'
madwar EUR 3,7 miljun fl-2014-2020. Tgawdi minn aċċettabilità
għolja tal-partijiet interessati. Infrastruttura ta' riċerka tal-UE jkollha
l-istess impatt iżda hija sproporzjonata minħabba li tiswa
EUR 5,1 miljun biex titwaqqaf u EUR 1,4 miljun kull sena biex
titmexxa. Għandha aċċettabilità baxxa tal-partijiet interessati. Grupp 2:
l-indirizzar ta' sustanzi psikoattivi ġodda individwalment jew fi grupp L-approċċ individwali (status quo)
jkollu impatt medju pożittiv fuq l-għanijiet tal-politika. Dan ma
jtejjibx l-effettività tal-azzjoni tal-UE, minħabba li ma
jsaħħaħx il-kapaċità tal-UE biex tantiċipa
żviluppi tas-suq, iżda jkollu impatti pożittivi fuq is-saħħa
u s-sigurtà billi jipprovdi evidenza b'saħħitha dwar ir-riskji ta'
kull sustanza. Ikollu impatt pożittiv fuq l-operaturi fis-suq
għall-użi leġittimi minħabba li jiġu ristretti biss
sustanzi perikolużi. Igawdi minn aċċettabilità tajba mill-partijiet
interessati. L-approċċ minn gruppi ta’ sustanzi
jkollha impatt medju pożittiv fuq l-għanijiet ta’ politika
minħabba li jgħin biex ikunu antiċipati l-iżviluppi tas-suq
u jkollu impatti pożittivi fuq is-saħħa u s-sigurtà, iżda
dan ikollu impatt negattiv fuq id-drittijiet fundamentali u fuq l-operaturi
fis-suq għall-użi leġittimi, billi jistgħu jiġu
introdotti miżuri ta' restrizzjoni fuq sustanzi minkejja nuqqas ta’
evidenza dwar il-ħsara tagħhom. Dan iġib miegħu
spejjeż baxxi għall-UE u l-Istati Membri u jgawdi minn
aċċettabilità tajba tal-partijiet interessati. L-approċċ individwali
appoġġat minn informazzjoni fuq grupp ta' sustanzi
"mpoġġi flimkien b'mod intelliġenti" ikollu impatt
għoli pożittiv fuq l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika
għaliex jgħaqqad il-vantaġġi taż-żewġ
approċċi preżenti hawn fuq. Ikollu impatti għolja fuq
is-saħħa u s-sigurtà u ma jġib miegħu ebda spejjeż
għall-UE u l Istati Membri. Ikollu impatt pożittiv fuq l-operaturi
fis-suq għall-użi leġittimi u jgawdi minn
aċċettabilità għolja tal-partijiet interessati. Grupp 3:
miżuri temporanji In-nuqqas ta' miżuri temporanji (status
quo) jkollu impatti negattivi fuq il-ksib tal-għanijiet tal-politika,
minħabba li sustanzi li għandhom tendenza li jikkawżaw
ħsara jkomplu jibqgħu fis-suq. Għandu aċċettabilità
baxxa tal-partijiet interessati. Rakkomandazzjoni tal-UE biex tintroduċi miżuri temporanji jkollha impatt medju
pożittiv fuq l-għanijiet tal-politika għaliex sustanzi
perikolużi jitneħħew malajr mis-suq tal-konsumatur. Madankollu,
jibqa' r-riskju ta' spostament, minħabba t-tendenza li mhux l-Istati
Membri kollha jimplimentaw ir-rakkomandazzjoni. Dan ikun ifisser spejjeż
limitati għall-baġits tal-UE u l-Istati Membri (marbuta
mal-implimentazzjoni). Operaturi fis-suq għall-użi leġittimi
jaraw l-attivitajiet tagħhom iffaċilitati minn approċċ
komuni għal ċerti sustanzi madwar l-UE. L-impatti negattivi fuq
il-kummerċ u ċerti drittijiet fundamentali ta' operaturi
għall-użu rikreattiv ikunu ġustifikati. Huwa proporzjonat u
jgawdi minn aċċettabilità tajba mill-partijiet interessati. L-impatti ta' deċiżjoni tal-UE
biex jiġu introdotti miżuri temporanji jkunu l-istess iżda
intensifikati minħabba li l-Istati Membri kollha jimplimentawha. Huwa
aktar għali minn rakkomandazzjoni, iżda aktar effiċjenti
fit-tnaqqis tar-riskju ta' spostament u fil-ksib ta' impatti pożittivi fuq
is-saħħa pubblika. L-attivitajiet tal-operaturi fis-suq
għall-użi leġittimi se jkunu faċilitati minn
approċċ komuni għal ċerti sustanzi madwar l-UE. Huwa
proporzjonat u jgawdi minn aċċettabilità għolja mill-partijiet
interessati. Grupp 4:
deċiżjoni finali dwar sustanza
psikoattiva ġdida L-istatus quo jkollu impatti baxxi
pożittivi fuq il-ksib tal-għanijiet tal-politika, minkejja li
jgħin biex titjieb il-konsistenza ta' azzjoni nazzjonali, ma jippermettix
li jiġu indirizzati b'mod proporzjonat sustanzi li huma ta' riskju medju.
Dan ikollu impatti negattivi iżda ġustifikati fuq id-drittijiet
fundamentali. Iqajjem tħassib dwar proporzjonalità u
l-aċċettabilità tal-partijiet interessati hija baxxa. Iż-żieda mal-istatus quo
tal-possibilità li jiġu adottati rakkomandazzjonijiet tal-UE dwar
restrizzjonijiet tas-suq tal-konsumatur ikollu impatti medju pożittivi fuq
il-ksib tal-għanijiet tal-politika billi jippermetti reazzjoni li tkun
aktar proporzjonata għall-ħsarat tas-sustanzi. Madankollu, jibqa'
r-riskju ta' spostament. Ikollu impatti medju pożittivi fuq il-protezzjoni
tas-saħħa u s-sigurtà, u impatt baxx fuq il-baġits tal-UE u dawk
nazzjonali (marbuta mal-infurzar). Ikollu wkoll impatti pożittivi fuq l-operaturi
fis-suq għall-użu leġittimu, minħabba li l-attività
tagħhom ma tiġix affettwata minn miżuri ta' restrizzjoni (riskji
medji) u ċertu użu jkun awtorizzat anki fil-każ ta' sustanzi
b'riskju għoli. L-impatti negattivi fuq id-drittijiet fundamentali u fuq
in-negozju ta' operaturi fis-suq għall-użu rikreattivi jkunu
ġustifikati. Dan ikun proporzjonat mar-riskju li jġorru magħhom
is-sustanzi u jgawdi minn aċċettabilità tal-partijiet interessati. Iż-żieda mal-istatus quo
tal-possibilità li jiġu adottati rakkomandazzjonijiet tal-UE li
jintroduċu miżuri ta' restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur ikollha
impatti simili, iżda dawn ikunu intensifikati minħabba li
d-deċiżjoni tkun torbot fuq l-Istati Membri. Hija tkun aktar
għalja mill-alternattiva ta' qabel, iżda aktar effiċjenti wkoll
fit-tnaqqis tar-riskju ta' spostament u tal-impatti negattivi ta' sustanzi
perikolużi fuq is-saħħa u s-sigurtà. Huwa proporzjonat u jgawdi
minn aċċettabilità għolja mill-partijiet interessati. 6. L-alternattiva politika preferuta Valutazzjoni komparattiva tal-impatti tindika
li l-kombinazzjoni li jmiss ta' alternattivi leġiżlattivi u mhux
leġiżlattivi għandha tkun l-aktar waħda effettiva fil-ksib
tal-għanijiet: (1)
L-iffaċilitar ta' kooperazzjoni strutturali
bejn l-EMCDDA, istituzzjonijiet ta' riċerka u
laboratorji forensiċi. (2)
Approċċ individwali appoġġat
minn informazzjoni dwar grupp ta' sustanzi "mpoġġi flimkien
b'mod intelliġenti". (3)
Deċiżjoni tal-UE biex jiġu
introdotti miżuri temporanji. (4)
Status quo flimkien
ma' deċiżjoni tal-UE għas-sottomissjoni ta' sustanzi għal
miżuri ta' restrizzjoni tas-suq appoġġati minn sanzjonijiet
amministrattivi. L-għażla preferuta jkollha impatti
għolja pożittivi fuq is-saħħa u s-sigurtà pubblika. Dan
ikun jippermetti azzjoni mill-UE aktar mgħaġġla minħabba li
miżuri temporanji jippermettu li sustanzi li jqajmu tħassib immedjat
jitneħħew mis-suq tal-konsumatur aktar kmieni u jitqassar
iż-żmien meħtieġ għall-adozzjoni ta' miżuri ta'
restrizzjoni (permezz ta' atti ta' implimentazzjoni) li jkunu applikabbli
direttament. L-għażla preferuta ttejjeb sew
il-kapaċità tal-UE biex tantiċipa l-iżviluppi u tipprovdi
reazzjonijiet xierqa għal sustanzi psikoattivi ġodda. Ikollu impatt
pożittiv fuq l-operaturi fis-suq għall-użi leġittimi.
Minkejja li jkollu impatti negattivi fuq l-ekonomija u d-drittijiet
fundamentali fuq operaturi fis-suq għall-użu rikreattiv, dawn ikunu
ġustifikati mill-bżonn li jindirizzaw ir-riskji li ġejjin
mis-sustanzi, u jkunu bbilanċjati mill-impatti pożittivi fuq operaturi
ekonomiċi fis-suq għall-użu leġittimu. L-alternattiva politika preferuta ssib
bilanċ tajjeb bejn il-bżonn li tipproteġi l-individwi u
s-soċjetà mir-riskji li ġejjin mill-użu rikreattiv ta' sustanzi
psikoattivi ġodda u l-bżonn li jitnaqqsu l-ostakoli
għall-kummerċ leġittimu u tiġi evitata l-preżenza ta'
dawn l-ostakoli. Tgħin ukoll tgħaqqad aħjar is-suq
għall-użu leġittimu ta' sustanzi psikoattivi ġodda mas-suq
intern. Billi tipprovdi sett ta' alternattivi aktar progressiv u kkalibrat
aħjar, proporzjonat mal-livell ta' riskji, hija tnaqqas l-impatti
negattivi ta' miżuri ta' restrizzjoni fuq operaturi ekonomiċi u
konsumaturi. L-impatti pożittivi ta' din l-alternattiva politika huma
akbar mill-ispejjeż tal-baġits tal-UE u tal-Istati Membri. Din l-opinjoni tirrispetta l-prinċipju
tas-sussidjarjetà għaliex tindirizza biss dawk is-sustanzi li
joħolqu problemi madwar l-UE u tħalli f'idejn l-Istati Membri
r-responsabilità li jitrattaw dawk li huma problema lokali. Tirrispetta wkoll
il-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn
dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet, billi
tipprovdi miżuri maħsuba għall-livell ta' riskju tas-sustanzi. 7. Monitoraġġ u evalwazzjoni L-EMCDA u l-Europol jirrappurtaw kull sena
dwar l-implimentazzjoni tal-istrument. Il-Kummissjoni tevalwa regolarment
l-implimentazzjoni, il-funzjonament, l-effettività, l-effiċjenza u l-valur
miżjud tagħha. Hija tibda valutazzjoni tal-istrument kull ħames
snin u tissottometti r-riżultat lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u
tipproponi emendi jekk meħtieġ.