Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013SC0165

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIVA TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kompatibilità tat-tariffi relatati mal-kontijiet ta' pagament, il-bdil tal-kontijiet ta' pagament u l-aċċess għal kontijiet ta' pagament b'karatteristiċi bażiċi

/* SWD/2013/0165 final */

52013SC0165

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIVA TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-kompatibilità tat-tariffi relatati mal-kontijiet ta' pagament, il-bdil tal-kontijiet ta' pagament u l-aċċess għal kontijiet ta' pagament b'karatteristiċi bażiċi /* SWD/2013/0165 final */


1. Introduzzjoni

Kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess għal servizzi bankarji bażiċi madwar l-UE, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom u/jew il-post ta’ residenza minnħabba li l-aċċess sar kundizzjoni meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika u soċjali. Aċċess ta’ dan it-tip mhuwiex disponibbli għal kulħadd. Aċċess imtejjeb għal servizzi bankarji bażiċi għandu jippermetti lil kull konsumatur jibbenefika bis-sħiħ mis-suq intern, billi pereżempju, jiġi mħeġġeġ il-moviment ħieles tal-persuni u jiġi ffaċilitat ix-xiri ta’ oġġetti b’mod transkonfinali.

Barra minn hekk, informazzjoni fuq tariffi bankarji li mhumiex ċari jrendu diffiċli għall-konsumaturi biex jagħmlu għażliet infurmati dwar liema kont huwa tal-aħjar valur għalihom. Minħabba li l-offerti huma diffiċli li jiġu pparagunati, il-konsumaturi tal-UE għandhom tendenza li ma jibdlux kontijiet tal-pagamenti, potenzjalment f’kont aktar adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Fl-aħħar nett, il-konsumaturi tal-UE li jkunu jixtiequ jakkwistaw servizzi bankarji lil hinn mill-fruntieri huma spiss imxekkla minn rekwiżiti jew prattiċi fis-swieq domestiċi li jpoġġu lir-residenti fi żvantaġġ. Bħala konsegwenza, il-kompetizzjoni fis-settur tas-servizzi bankarji bl-imnut tkun imfixkla. Huwa ċar li dawn il-kwistjonijiet u l-effetti tagħhom huma interrelatati, kemm għall-individwu kif ukoll għall-ekonomija aktar wiesgħa. Din il-valutazzjoni tal-impatt għandha l-għan li tindirizza dawn il-problemi u b’hekk:

i.            Ittejjeb il-funzjonament korrett tas-suq intern u tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur bankarju. Il-kundizzjonijiet mhux ugwali bejn l-atturi tas-suq jirriżultaw fi tnaqqis fir-rivalità kompetittiva u opportunitajiet mitlufa. Mingħajr intervent, hemm riskju ta’ frammentazzjoni ulterjuri fil-forniment ta’ kontijiet tal-pagamenti, li jheddu l-integrazzjoni tas-suq fit-tul.

ii.           Tingħata saħħa lill-konsumaturi billi jkun faċli għalihom biex jagħmlu għażliet infurmati. F’suq uniku li jaħdem b’mod kompetittiv u effiċjenti b’livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, iċ-ċittadini tal-UE se jkollhom l-għodod kollha meħtieġa, u b’hekk jingħataw is-setgħa li jfittxu l-aħjar prodott għall-ħtiġijiet tagħhom, kemm jekk f’pajjiżhom kif ukoll jekk fi Stat Membru ieħor.

iii.          Tippermetti liċ-ċittadini Ewropej kollha l-opportunità li jibbenefikaw mis-suq uniku billi tiġi promossa l-ekonomija u l-inklużjoni finanzjarja u permezz tal-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi. Aċċess għal servizzi ta’ kontijiet bażiċi se jiffaċilita l-inklużjoni finanzjarja li tippermetti lill-konsumaturi kollha biex jipparteċipaw u jibbenefikaw mis-suq intern tagħha (inkluż fl-ambjent diġitali). It-titjib tal-aċċess għal dan is-servizz ewlieni jikkostitwixxi azzjoni tal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (inizjattiva ewlenija ta’ Ewropa 2020), li hija mfassla biex tkun miġġielda l-esklużjoni soċjali.[1] 

L-attenzjoni ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt hija dwar kontijiet tal-pagamenti miżmuma mill-konsumaturi. Kontijiet miżmuma min-negozji inklużi l-intrapriżi żgħar u mikro intrapriżi, sakemm miżmuma f’kapaċità personali, huma barra l-ambitu ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt. Din il-valutazzjoni tal-impatt ma tkoprix kontijiet ta’ tfaddil, li jista’ jkollhom funzjonijiet ta' pagamenti iktar limitati.

2. Kuntest

Saru sforzi preċedentement biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati. Fl-2007, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat għall-Industrija Bankarja Ewropea (EBIC) sabiex jagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi jmexxu l-kontijiet tagħhom minn bank għal ieħor. Bi tweġiba, l-EBIC żviluppa l-Prinċipji Komuni għall-Qlib tal-Kontijiet tal-Bank.[2] L-implimentazzjoni mill-assoċjazzjonijiet bankarji nazzjonali kellha titlesta sa tmiem l-2009. Madanakollu, ir-riċerka uriet li l-implimentazzjoni tagħhom hija inadegwata[3] u li l-Prinċipji Komuni jonqsu milli jindirizzaw tajjeb ostakli kollha għall-mobilità transkonfinali.

F’Awwissu 2010, il-Kummissjoni talbet lil EBIC biex itejjeb iċ-ċarezza, il-komparabilità u t-trasparenza ta’ tariffi ta’ kont u tiżgura li l-informazzjoni dwar it-tariffi hija faċilment disponibbli għall-konsumaturi. Minkejja l-isforzi sinifikanti li saru sal-aħħar tal-2011 biex jaqblu fuq kodiċi ta’ awtoregolazzjoni bbażat fuq il-prinċipji għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, l-inizjattiva naqset milli tipproduċi xi riżultati.

F’Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal kont bażiku ta’ pagament[4] li tistabbilixxi l-prinċipji li jiggarantixxu lill-konsumaturi aċċess għal kont madwar l-UE. Minkejja li ġew mitluba jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni sa Jannar 2012, tliet Stati Membri biss[5] għandhom qafas f’konformità mar-Rakkomandazzjoni. L-aċċess għal servizzi ta’ kontijiet huwa wkoll punti ewlenin fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.[6]

Fl-isfond ta’ dawn il-fallimenti regolatorji u awtoregolatorji, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew saħqu fuq l-importanza li jiġi żgurat li s-suq uniku jaħdem għaċ-ċittadini kollha. B'mod partikolari, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar suq uniku għall-Ewropej[7], il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni biex tissottometti sa Ġunju 2011 proposta leġiżlattiva dwar l-garanzija tal-aċċess għal ċerti servizzi bankarji bażiċi u biex ittejjeb it-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi tal-banek sal-aħħar tal-2011. Il-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012 laqa’ bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi sensiela ġdida ta’ miżuri fuq kontijiet ta’ pagament imfassla biex jinfetħu oqsma ta’ tkabbir fis-Suq Uniku. Bl-istess mod, rapport reċenti tal-Parlament Ewropew b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Aċċess għal Servizzi Bankarji Bażiċi[8] jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta legali f’dan il-qasam sa Jannar 2013.

Barra minn hekk, l-Att dwar is-Suq Uniku (SMA) II adottat fit-3 ta’ Ottubru 2012 identifika inizjattiva leġiżlattiva dwar il-kontijiet bankarji fl-UE bħala waħda mit-12-il azzjonijiet ta’ prijorità biex jiġġeneraw effetti reali fil-prattika u jagħmlu liċ-ċittadini u n-negozji kunfidenti li jużaw is-suq uniku għal vantaġġ tagħhom.[9] L-għan ta' dan huwa "li ċ-ċittadini kollha tal-UE jingħataw aċċess għal kont bażiku ta’ pagamenti, ikun żgurat li t-tariffi tal-kontijiet bankarji huma trasparenti u komparabbli, u jkun iffaċilitat il-bdil tal-kontijiet bankarji".[10] Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħabbret proposti fil-qasam tat-trasparenza u l-komparabilità tat-tariffi tal-banek u qlib tal-kontijiet tal-bank bħala parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2013.[11]

3. Definizzjoni tal-problema 3.1. L-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi

Ir-riċerka tqis li n-numru ta’ ċittadini tal-UE li m'għandhom l-ebda kont ta' pagament għal bejn 30 u 68 miljun.[12] Ħafna minn dawk mingħajr kont ta' pagament ma jkunux jeħtieġu jew iridu wieħed.[13] Dan jista’ jiġi kkawżat parzjalment minn fatturi psikoloġiċi , minħabba li ħafna konsumaturi jistgħu sempliċiment ikunu beżgħana minħabba l-prezz, il-kumplikazzjonijiet burokratiċi ta’ kontijiet, eċċ. Madankollu, huwa stmat li madwar nofs dawk li m'għandhomx kont iridu wieħed.[14] Ir-raġunijiet għalfejn il-konsumaturi ma jkunux jistgħu jaċċedu għal kont ivarjaw.

Qafas regolatorju ineffettiv, inkonsistenti jew noneżistenti

Minkejja li l-Istati Membri ġew mitluba sabiex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni dwar l-aċċess għal kont bażiku ta’ pagament[15] sa Jannar 2012 u reviżjoni tal-Kummissjoni ġiet imħabbra għal nofs l-2012, kif muri minn rapporti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament,[16] nuqqasijiet regolatorji għamlu l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni subottimali u l-effetti tagħħa fuq is-suq ineżistenti.

Il-profitabilità limitata tal-bank minn ċerti gruppi ta’ konsumaturi

Inċentivi allinjati ħażin bejn il-fornitur tal-kont u l-konsumatur iwasslu għal rifjut ta’ applikazzjoni tal-konsumatur għal kont ta’ pagament. Dan huwa partikolarment minnu kemm għal konsumaturi vulnerabbli li jistgħu jkunu meqjusa minn banek bħala mhux profitabnli kif ukoll għal ħafna konsumaturi li dwarhom tista' tkun disponibbli ftit informazzjoni.

Aċċess limitat u li jiswa aktar għal prodotti u servizzi

Konsumatur mingħajr kont jista' jsibha aktar diffiċli u għalja li jixtri kwalunkwe prodott finanzjarju ieħor minħabba li kontijiet tal-pagamenti spiss jaġixxu bħala portal ta’ prodotti finanzjarji oħra u servizzi, eż. assigurazzjoni fuq id-dar. Dawn il-konsumaturi għandhom opportunitajiet limitati biex jużaw il-kummerċ elettroniku billi l-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet jeħtieġu xi karta tal-kreditu jew trasferiment bankarju. Mezzi oħra ta’ pagament li ta’ sikwit huma iktar għalja u inkonvenjenti.[17] Tabilħaqq, studju juri li 22 % tal-konsumaturi li għadhom kemm fetħu kont ma' bank kienu xtraw xi ħaġa bit-telefon jew bl-internet mindu fetħu l-kont tagħhom.[18]

Nuqqas ta’ għarfien dwar id-disponibilità ta’ kontijiet bażiċi ta’  pagament

F’dawk l-Istati Membri fejn jeżistu kontijiet ta’ pagament bażiċi, spiss ma jkunux reklamati attivament minħabba inċentivi allinjati ħażin bejn il-fornituri u l-konsumaturi.

Regoli diskriminatorji dwar l-aċċess għal kontijiet tal-pagamenti

Ir-raġuni ewlenija għalfejn il-konsumaturi huma miċħuda kont huwa n-nuqqas ta’ introjtu regolari; 40 % ta’ konsumaturi li ġew irrifjutati ikkwotaw din bħala r-raġuni għal dan. Raġunijiet għar-rifjut komuni oħrajn huma li ma jkunx hemm residenza u n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni xierqa.

Fiduċja baxxa tal-konsumaturi fis-sistema finanzjarja

Xi konsumaturi vulnerabbli jistgħu joqgħodu lura milli jiftħu kont minħabba r-riskju li, jekk fid-dejn, kwalunkwe bilanċ pożittiv jiġi ssekwestrat.

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ servizzi bażiċi ta’ pagament

Il-karatteristiċi differenti ta’ kont bażiku ta’ pagament joħolqu xkiel għas-suq intern, eż. kont bażiku tal-pagamenti jista’ jwettaq biss trasferimenti 'domestiċi' jew użu ‘domestiku’ tal-ATMs. Għal konsumaturi mobbli u vulnerabbli li jgħixu fiż-żoni tal-fruntiera jew li jaħdmu u jgħixu f’aktar minn Stat Membru wieħed, dan jirrappreżenta problema sinifikanti.

3.2. Preżentazzjoni u faċilità ta’ tqabbil tat-tariffi bankarji

Hemm livell inerenti ta’ kumplessità fir-rigward tal-karatteristiċi tal-kontijiet ta' pagament u l-istrutturi tal-prezzijiet tagħhom, li jwassal għal assimetriji fl-informazzjoni u xxekkel l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni fost il-fornituri.

Firxa wiesgħa ta’ servizzi u tariffi

Kontijiet tal-pagamenti jkopru firxa wiesgħa ta’ servizzi u l-istrutturi tat-tariffi jistgħu jkunu kumplessi. Il-kumplessità tat-tariffa għandha impatt fuq il-kapaċità tal-konsumatur li jifhem x’jirrappreżentaw it-tariffi. Iżda li wieħed jifhem it-tariffi huwa prerekwiżit biex wieħed iqabbel offerti differenti.

Mudelli tal-ipprezzar

Xi mudelli tal-ipprezzar jidhru li għandhom strutturi ta' tariffi iktar sempliċi (eż ibbażati fuq il-pakketti, ibbażati fuq id-dħul indiretti) minn oħrajn (ibbażati fuq it-tranżazzjonijiet, ibbażati fuq il-kontijiet). Għalkemm is-swieq nazzjonali ta’ spiss juru prevalenza ta’ mudell tal-ipprezzar wieħed fuq oħrajn, aktar minn mudell wieħed ikun qed jintuża f’għadd ta’ Stati Membri. Filwaqt li din id-diversità tipprovdi għażla usa’ ta’ prodotti u mhijiex fattur negattiv, hija tkompli żżid mal-kumplessità meta wieħed ikun qed jagħżel prodott xieraq.

Is-sempliċità u t-trasparenza tat-tariffi

L-użu ta’ terminoloġija differenti li tirreferi għall-istess tip ta’ servizzi jista’ jagħmilha diffiċli għall-konsumaturi biex iqabblu l-offerti tal-banek. Ir-riċerka[19] sabet li filwaqt li żewġ terzi tal-istituzzjonijiet finanzjarji pprovdew informazzjoni dwar tariffi fuq il-websajts tagħhom, 69 % tal-banek ma pprovdewx informazzjoni ċara u aktar kuntatt kien meħtieġ biex jinkisbu kjarifiki dwar it-tariffi kif żvelat.

Dispersjoni tal-prezz f’kontijiet tal-pagamenti fi ħdan u madwar l-Istati Membri

Ġew osservati varjazzjonijiet wiesgħa fil-prezz għal kontijiet tal-pagamenti,li jqajjem dubji dwar il-livell ta’ kompetizzjoni fil-prezz fis-suq. Il-varjazzjonijiet fil-prezz jikkontribwixxu wkoll għall-perċezzjoni li kontijiet tal-pagamenti mhumiex iprezzati b’mod ġust, li jostakola l-fiduċja tal-konsumatur fis-settur.

Diskriminazzjoni fil-prezz għall-klijent

Diskriminazzjoni fil-prezz iseħħu bejn klijenti differenti sabiex l-ispiża tagħhom għal prodott b’karatteristiċi paragunabbli ma jkunux l-istess. Barra minn hekk, l-ipprezzar introduttorju joffri ostaklu ieħor għal offerti ċari u komparabbli tal-banek u jagħmilha aktar diffiċli għal konsumatur biex jifhem l-ispejjeż fit-tul assoċjati ma' kont.

Qafas regolatorju ineffettiv, inkonsistenti jew noneżistenti

Il-qafas regolatorju attwali jvarja ħafna madwar l-Istati Membri, f’termini ta’ ambitu u dettall. Filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma obbligati jipprovdu lill-konsumaturi it-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali meta jinfetaħ kont, ħafna Stati Membri ma jagħtux mandat dwar preżentazzjoni speċifika tar-rekwiżiti. Rekwiżiti dwar l-informazzjoni ex-post ukoll ivarjaw ħafna. Azzjonijiet nazzjonali mhux koordinati jirriżultwa f’kundizzjonijiet inugwali fi ħdan is-suq intern, li jfisser li ċ-ċittadini tal-UE ma jgawdux l-istess livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

3.3. Bidla tal-kont ta’ pagament

Il-mobilità tal-klijent potenzjali u attwali toħloq kompetizzjoni bejn il-fornituri u tħeġġiġhom biex joffru prodotti ta’ kwalità aħjar u irħas. Madanakollu, ir-riċerka[20] uriet li dan mhuwiex il-każ għal kontijiet ta’ pagament. Il-fatturi li attwalment jillimitaw tibdil huma:

Informazzjoni inadegwata

Il-Prinċipji Komuni[21] jeħtieġu l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-proċess ta’ bdil, iżda dan ma jseħħx. Ir-riċerka[22] sabet li filwaqt li 86 % tal-każijiet, l-informazzjoni ġiet ipprovduta jew f’fergħa, onlajn jew bit-telefon, il-livell ta’ informazzjoni pprovduta varjat ħafna. F’terz tal-mistoqsijiet, l-ebda informazzjoni dwar bidla ma kienet disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-bank. F’ 45 % tal-każijiet, l-ebda informazzjoni dettaljata dwar il-proċess ma kienet ipprovduta u, fi 80 % tal-każijiet, ma ngħatat l-ebda dokumentazzjoni ta’ spjegazzjoni.

Kumplessità tal-proċess ta’ tibdil

Diffikultajiet fit-trasferiment ta' ordinijiet fissi u debiti diretti jirrappreżentaw wieħed mill-ikbar ostakli għall-mobilità tal-kontijiet; ir-riċerka[23] sabet li f’żewġ terzi tal-każijiet, il-konsumaturi ġew infurmati li l-bank ma setgħax jgħinhom fit-trasferiment ta’ ordnijiet fissi. Il-bdil ta' kont jirrikjedi ħin u sforz mill-konsumaturi. Fl-2009, madwar 21 miljun konsumatur ma bidlux il-kontijiet minħabba li l-ispiża u l-isforz involuti kienu kbar wisq.[24] Spiss ma jkunx ċar kemm se jdum il-proċess u x’se jiġri bid-debiti diretti/krediti fil- “perjodu transitorju”. Ir-riċerka turi wkoll li l-iskadenzi stabbiliti fil-Prinċipji Komuni ma jiġux rispettati.[25]

Spejjeż finanzjarji diretti

Il-konsumaturi li jaqilbu kontijiet kurrenti jkollhom spejjeż finanzjarji diretti bħall-ispiża tal-manutenzjoni ta' żewġ kontijiet, sakemm idum il-proċess tal-qlib. Spejjeż diretti oħra li jista’ jkun hemm tariffa fuq trasferiment tal-bilanċ tal-kont u l-ispejjeż korrispondenti.

Fatturi psikoloġiċi

Il-perċezzjonijiet tal-konsumatur jistgħu jiskoraġġixxu tibdil. Fil-Pajjiżi l-Baxxi, minkejja li jkun hemm sistema ta' kont ta' ridirezzjoni mill-2004, ir-rati ta’ bdil huma baxxi. Raġuni waħda hija li għadha teżisti l-perċezzjoni li l-proċess huwa diffiċli, minkejja l-fatt li dawk li qalbu bl-użu tas-servizz ta' ridirezzjoni sabuha faċli.[26]

Il-bidla transfruntiera ristretta

Il-Prinċipji Komuni awtoregolatorji ma japplikawx għal bidla transfruntiera, li tkompli tkun ikkaratterizzata minn proċeduri ta' ftuħ u għeluq separati ta’ kont bi spiża għal dawk li jbiddlu. Madankollu servizz ta' bidla transkonfinali jkollu benefiċċji kbar. Madwar 12.3 miljun ċittadin tal-UE li għandhom aktar minn ħmistax-il sena huma  residenti b’mod permanenti fi Stat Membru ieħor u servizz ta’ bidla jiffaċilita l-mobilità tagħhom. Meta wieħed jikkunsidra d-dispersjoni għolja tal-prezz tal-kontijiet tal-pagament, il-konsumaturi kollha — mobbli u mhux mobbli — jkollhom l-opportunità biex iqabblu, jagħżlu u jiffrankaw il-flus billi jiftħu kont ta' pagament fi Stat Membru ieħor.

4.           L-interkonnessjonijiet

Aċċess għal kont ta' pagament huwa essenzjali fl-ekonomija moderna. F'suq intern li jiffunzjona sew, l-aċċess għandu jkun disponibbli b'mod trasfruntier domestiku, kullimkien fl-UE. Jekk ċittadin tal-UE mill-Polonja jmur jgħix fir-Renju Unit, iżda ma jistax jiftaħ kont, informazzjoni trasparenti dwar tariffi u proċess effettiv ta' bidla m'hi se jkollha l-ebda valur għalih.

L-inkjesta tal-Kummissjoni dwar is-settur bankarju tal-konsumaturi[27] sabet li livelli baxxi tal-mobilità tal-kliejnt kienet relatata direttament mal-profitabilità ogħla tal-bank u li l-impatt tal-mobilità tal-kliejnt fis-suq tal-kont tal-pagament jew fuq is-setgħa fis-suq, (imkejla fuq il-profittabilità totali tal-attivitajiet bankarji bl-imnut), kienet tali li żieda ta’ 1 % fil-bidla fis-suq[28] tat lok għal tnaqqis korrispondenti simili qabel it-taxxa tal-profitabilità tal-banek.

Strutturi tat-tariffi opaki joħolqu ostakoli għal tibdil bla xkiel tal-proċess, li jagħmilha diffiċli jew anke impossibbli fil-każ ta’ tqabbil transfruntier, biex ifittxu prodott aħjar. It-tibdil proprju tal-kontijiet jista’ jseħħ biss ladarba l-konsumatur ikun għamel għażla ta’ prodott, ibbażata fuq informazzjoni dwar tariffi trasparenti u faċli biex tinftiehem. Ostakoli għall-qlib jistgħu għalhekk ikunu wisq għal ħafna konsumaturi fi tmiem proċess twil. Fi kliem ieħor, it-trasparenza transfruntiera tat-tariffi u/jew tal-iswiċċjar tal-mekkaniżmi ma jistgħux ikunu verament effettivi sakemm ma jiġux eliminati ostakli fl-aċċess għal swieq transfruntiera għall-konsumaturi.

Flimkien, il-problemi identifikati f’dawn it-tliet oqsma, finanzjarjament jeskludu ċerti konsumaturi u jiskoraġġixxu l-mobilità tal-konsumaturi, il-kompetizzjoni u l-effiċjenza fis-swieq ta' kontijiet ta' pagament. Minkejja dan, joħolqu wkoll problemi prattiċi ħafna f’termini ta’ ħin, sforzi u spejjeż finanzjarji għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija li jfittxu li jmorru f’pajjiż ieħor tal-UE, li joħloq impedimenti għat-tkabbir u ħsara għall-flessibilità tal-ekonomija.

5.           Għanijiet

L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li toħloq Suq Uniku effiċjenti u kompetittiv (Artikolu 114.1 tat-Trattat) b’livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 114.3 tat-Trattat) li jrawwem tkabbir ekonomiku bbilanċjat b’aktar inklużjoni ekonomika. L-għanijiet ta’ din il-Valutazzjoni tal-Impatt huma deskritti fit-tabella hawn taħt.

Ġenerali

· It-tisħiħ tal-kunfidenza tal-konsumatur · It-twessigħ tal-għażla tal-konsumaturi kemm f’termini tal-kwalità tal-prodotti disponibbli kif ukoll f’termini ta’ tnaqqis fil-prezzijiet · Il-faċilitazzjoni tal-inklużjoni finanzjarja u minn hemm ’il quddiem il-mobilità tal-klijent · Il-faċilitazzjoni tal-attività transfruntiera ta’ fornituri tal-kont tal-pagamenti · L-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-suq

Speċifiċi || Operazzjonali

L-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi

Għal faċilitazzjoni tal-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi (mhux kulħadd għandu jkun obbligat li jkollu kont ta' pagament) || § It-tnaqqis fin-numru ta’ Ewropej bla bank b'6.4 miljun sal-2020[29] § L-iżgurar ta' aċċess għal mezzi bażiċi ta’ pagament kollha għall-konsumaturi kollha permezz ta' kontijiet bażiċi ta’ pagament § Il-faċilitazzjoni tal-aċċess transkonfinali għal servizzi bankarji bażiċi għal 3.5 miljun konsumatur sal-2020[30] § It-titjib tal-għarfien tal-konsumaturi dwar kontijiet bażiċi ta’ pagament

Preżentazzjoni u faċilità ta’ tqabbil tat-tariffi bankarji

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi tal-UE jirċievu informazzjoni ċara, kompluta u komparabbli tal-informazzjoni dwar it-tariffi bankarji || § Il-konsumaturi huma kapaċi jifhmu l-offerti tal-banek u jivvalutaw il-valur għall-flus § Offerti tal-kont ta’ pagament huma faċilment komparabbli § Il-konsumaturi jiġu megħjuna jagħżlu l-aħjar offerta għall-ħtiġijiet tagħhom § Tiżdied il-kuxjenza tal-konsumaturi ta’ tariffi attwalment imħallsa § Il-piż ta’ bidla għall-konsumaturi jitnaqqas

Bdil ta' kontijiet ta' pagament

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi tal-UE jkunu kapaċi jibdlu l-kontijiet ta' pagament b'faċilità u fil-ħin. || § Il-bdil huwa proċess faċli u bla intoppi § Il-konsumaturi huma megħjuna u infurmat dwar il-proċess ta’ bdil b’mod adegwat § L-għadd ta’ pagamenti mibgħuta f'post ħażin/ mitlufa matul il-proċess tal-bidla huwa mnaqqas għal inqas minn 5 % ta’ tranżazzjonijiet rikorrenti § L-ispejjeż finanzjarji diretti ta’ bidla għall-konsumaturi jitnaqqas § It-tul tal-proċess ta' bidla huwa massimu ta’ 14-il jum § Il-mobilità tal-utenti ta’ kont ta' pagament jiżdied

6.         Il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE

Minħabba li l-kontijiet ta' pagament huma l-prodott tas-servizzi finanzjarji li l-aktar x’aktarx jiġi mixtri b'mod transfruntier,[31] li jinstabu soluzzjonijiet adegwati għall-problemi msemmija hawn fuq hija vitali. Il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ azzjoni huma serji, inkluż l-iżvilupp inibit ta' uq intern li jaħdem bis-sħiħ b’impatti sinifikanti fuq il-konsumaturi, in-negozji u l-ekonomija b’mod ġenerali.

L-inizjattivi regolatorji u awto-regolatorji diskussi fit-taqsima 2 hawn fuq fallew. Minkejja avviżi pubbliċi li reviżjoni taswieq tal-kontijiet kienet għaddejja[32], hemm ftit, jekk xejn, inizjattivi intenzjonati fuq livell nazzjonali biex itejbu s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li taġixxu f’każ ta’ nuqqas ta’ dawn l-inizjattivi.

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-azzjoni tal-UE tista’ tittieħed biss jekk l-għanijiet previsti ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri waħedhom. Filwaqt li jista’ jkun il-każ li l-intervent tal-UE ma jistax faċilment jindirizza l-karatteristiċi anqas tanġibbli ta’ użu transkonfinali tas-servizzi bankarji, bħalma huma l-lingwi jew distanza, l-intervent tal-UE huwa ġustifikat biex jintlaħqu l-għanijiet deskritti għal diversi raġunijiet:

It-titjib tal-funzjonament korrett tas-suq intern u l-evitar tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur bankarju

Inizjattiva tal-UE se tindirizza bl-aħjar mod fatturi li jipprevjenu l-eżerċizzju tan-negozju jew iżidu l-kost tat-twettiq tan-negozju fi Stat Membru ieħor dwar kostijiet iffaċjati mill-fornituri domestiċi. Din se jimassimizza l-effiċjenza, jiġi pprevenut il-ħolqien ta’ ostakli ġodda u t-tisħiħ tas-swieq finanzjarji tal-konsumaturi. Il-kundizzjonijiet mhux ugwali bejn l-atturi tas-suq jirriżultaw fi tnaqqis fir-rivalità kompetittiva u opportunitajiet mitlufa. Din hija aktar ikkumplikata minħabba mobilità baxxa tal-konsumaturi u mekkaniżmi ta' tibdil ineffiċjenti li joħolqu ostakoli biex jiksbu klijenti ġodda fis-suq. Azzjoni/nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Istati Membri biss x’aktarx li twassal għal settijiet differenti ta’ regoli, li jwassal għal swieq mhux kompetittivi u livelli mhux indaqs ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-UE. Fl-aħħar nett hija meħtieġa strateġija komuni biex tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tat-tariffi bankarji b’mod komparabbli li jinkludi kemm is-swieq domestiċi kif ukoll transfruntiera bħala standards separati li tiffoka biss fuq l-attività transkonfinali tista’ tifframmenta aktar swieq domestiċi.

Tingħata aktar setgħa lil konsumatur billi jagħmilha faċli għalihom biex jagħmlu għażliet infurmati u tippermettilhom li jieħdu vantaġġ mis-suq uniku

Il-problemi identifikati jwasslu għad-detriment tal-konsumaturi minħabba fiduċja baxxa tal-konsumaturi, kostijiet ogħla u tnaqqis fil-mobilità tal-konsumaturi, kemm domestikament kif ukoll transfruntiera, u għalhekk jirrappreżenta spiża għas-soċjetà kollha kemm hi. F’suq uniku li jaħdem b’mod kompetittiv u effiċjenti b’livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, iċ-ċittadini kollha tal-UE se jkollhom l-għodda meħtieġa biex jfittxu l-aħjar prodott għall-bżonnijiet tagħhom kull fejn jixtiequ fi ħdan l-UE.

Iċ-ċittadini Ewropej kollha jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal servizzi essenzjali u l-opportunità li jibbenefikaw mis-suq uniku billi tiġi promossa l-inklużjoni ekonomika u finanzjarja

Mingħajr azzjoni tal-UE se jkun diffiċli li l-vantaġġi tas-suq uniku jkunu disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Kundizzjonijiet ekwi fil-livell tal-UE se jgħinu lill-konsumaturi jaħsdu l-benefiċċji kollha tal-integrazzjoni tas-settur finanzjarju Ewropew billi jiffaċilitaw l-inklużjoni finanzjarja li jippermettu lill-konsumaturi kollha jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern (pereżempju billi jieħdu sehem fil-kummerċ elettroniku u, għalhekk, fis-suq diġitali, inkluż aktar  oġġetti u servizzi transfruntiera kompetittivi). Aċċess għal servizzi essenzjali inklużi servizzi bażiċi ta’ kontijiet[33] jikkontribwixxu għal strateġiji ta' inklużjoni attiva mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid tan-nies li huma l-aktar’ il bogħod mis-suq tax-xogħol. Għalhekk, dan jifforma parti mit-twettiq ta’ azzjonijiet identifikati mill-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Ewropa 2020 immirati biex jinkiseb tkabbir inklużiv fl-UE.

Inizjattiva bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE tgħin biex jinkiseb l-għan tal-istabbiliment u l-funzjonament xieraq tas-suq intern b’livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi u sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-qasam ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut. Se tirrispetta l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, billi huwa ċar li l-għanijiet previsti ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri waħedhom. L-intervent tal-UE fl-oqsma tal-kontijiet ta' pagament huwa ġġustifikat fuq din il-bażi.

7.         Għażliet ta' politika, analiżi tal-impatt u paragun

It-tabelli ta’ hawn taħt jiġbru fil-qosor l-għażliet ta’ politika. L-alternattivi magħżula qed jiġu enfasizzati.

7.1.      L-aċċess għal servizzi bankarji bażiċi

Għażla || Sommarju

1 || L-ebda azzjoni min-naħa tal-UE

2 || Jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati.

3 || Jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni fir-rigward tal-benefiċjarji A: Introduzzjoni tad-dritt universali għal kont bażiku ta’ pagament B: Introduzzjoni tad-dritt għal kont bażiku ta’ pagament għal residenti nazzjonali C: Introduzzjoni tad-dritt għal kont bażiku tal-pagamenti għal dawk li mhumiex residenti b’rabta mal-pajjiż fejn jixtiequ jiftħu kont

4 || Titjib fil-karatteristiċi ta’ kont bażiku ta’ pagament A: Tkabbir tal-lista ta’ servizzi bażiċi li tinkludi l-internet banking u x-xiri onlajn B: Tkabbir tal-lista ta’ servizzi bażiċi li tinkludi overdraft żgħir jew faċilità ta' "lqugħ" C: Indikazzjoni ta' bilanċ minimu ta’ kont li ma jkunx jista’ jinqabad D: Jiġi żgurat li l-karatteristiċi ta’ kont ta’ pagament mhumiex ta’ natura diskriminatorja.

Huwa kruċjali li jiġi żgurat l-aċċess għal kont bażiku ta’ pagament għaċ-ċittadini kollha, speċjalment dawk il-konsumaturi li huma vulnerabbli. L-introduzzjoni tal-Għażla 2 tkun l-aktar waħda effettiva kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li mhumiex residenti. Huwa preżunt li l-Għażliet 4A, B u C għandhom jattiraw għadd ta’ konsumaturi bla bank u jtejbu l-aċċess għal mezzi differenti ta’ pagament għax kull wieħed minnhom jipprovdi karatteristika addizzjonali ta’ kontijiet. L-għażla 4A tkun l-aktar probabbli li tiġbed iktar lill-konsumaturi u l-Għażla 4D għandha wkoll tattira ħafna konsumaturi bla bank, u speċjalment il-konsumaturi mobbli, peress li din tippermetti li l-kont jintuża bl-istess mod madwar l-UE kollha. Il-kombinazzjoni tal-Għażliet 2, 4A u 4D huma l-aktar effettivi fit-trattament tal-problemi fis-suq u biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti. L-għażliet 4A u 4D huma konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, “Il-leġiżlazzjoni għandha tgħin lill-utent ta’ kont bażiku ta’ ħlas biex tagħmel kwalunkwe tranżazzjonijiet ta’ pagament essenzjali bħal pereżempju jirċievi dħul jew benefiċċji, iħallas kontijiet jew taxxi u jixtri prodotti u servizz fiżiċi u remoti permezz taż-żewġ kanali bl-użu ta’ sistemi prinċipali nazzjonali.”[34]

7.2         Preżentazzjoni u faċilità ta’ tqabbil tat-tariffi bankarji

Għażla || Sommarju

1 || L-ebda azzjoni min-naħa tal-UE

2 || Introduzzjoni ta' lista standard tal-prezzijiet bħala parti mill-proċeduri ta' ftuħ ta’ kont. Tariffi komuni għall-Istati Membri kollha għandhom jiġu identifikati fil-livell tal-UE u supplimentati nazzjonalment biex ikopru l-20 tariffa l-aktar rappreżentattivi jew mill-inqas 80 % tal-ħlasijiet ewlenin.

3 || Introduzzjoni tar-rekwiżit li jkunu żviluppati glossarji għat-terminologija dwar it-tariffi tal-banek. A: Terminoloġija mhux armonizzata B: Mhux ibbażata fuq terminoloġija kompletament armonizzata

4 || Introduzzjoni tar-rekwiżit sabiex jiġu stabbiliti websajts indipendenti ta' tqabbil ta' tariffi għall-paragunar fil-livell tal-Istati Membri A: websajt uffiċjali waħda f’kull Stat Membru B: Website għall-paraguna liċenzjati permezz ta’ skema ta’ akkreditazzjoni

5 || Introduzzjoni tal-obbligu li jipprovdi eżempji rappreżentattivi tal-ispiża sabiex wieħed ikollu kont ta' pagament A: Eżempji rappreżentattivi stabbiliti minn banek stess B: L-Istati Membri jippreskrivu eżempji rappreżentattivi

6 || Jiġu stabbiliti profili ta’ użu tal-konsumatur u tiġi pprovduta simulazzjoni tal-ispiża għad-detenturi ta' kontijiet kurrenti personali prospettivi A: Eżempji rappreżentattivi ta' klijenti stabbiliti minn banek stess B: L-Istati Membri jippreskrivu eżempji rappreżentattivi ta' klijenti

7 || Introduzzjoni ta' formoli standardizzati tal-UE għall-forniment ta’ tagħrif ex-ante dwar it-tariffi

8 || Introduzzjoni tal-obbligu għall-banek sabiex jipprovdu l-informazzjoni ex-post dwar tariffi imġarrba

9 || Introduzzjoni ta' formoli standardizzati tal-UE għall-forniment ta’ tagħrif ex-ante dwar it-tariffi

L-għażla 2 tobbliga l-provvista ta’ listi ta’ tariffi ta’ kont. Dawn għandhom jiġu żviluppati fil-livell tal-UE u supplementati f’livell nazzjonali, bl-użu tat-terminoloġija standardizzata. Dan jista’ jiffaċilita l-paragun bejn offerti differenti u jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jivverifikaw, jifhmu u jqabblu tariffi. Se jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet indaqs bejn il-fornituri li jikkompetu fis-suq minħabba li l-fornituri kollha tal-UE jkunu jeħtieġu li jikkonformaw mal-istess rekwiżiti. L-għażla 8 hija kkunsidrata effettiva, speċjalment jekk ippakkjati mal-għażla 2, billi tipprovdi l-informazzjoni ex-post dwar it-tariffi tal-istess oġġetti, li se tippermetti lill-konsumaturi jifhmu t-tariffi tagħhom u jagħtuhom is-setgħa biex jagħmlu l-għażliet it-tajba. Bit-tagħrif ipprovdut permezz tal-għażliet 2 u 8, l-għażla 4B, l-għodda ta' websajt ta' paragun, inaqqas it-tiftix u l-ispejjeż ta' bdil lill-konsumaturi u jippermettilhom iqabblu offerti tal-kont. L-għażla 4B hija aktar effettiva għall-Istati Membri minn 4A, minħabba li ma tisforzax lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxi websajt ġdida, iżda ssaħħaħ il-websajts eżistenti.

7.3       Bidla tal-kont ta’ pagament

Għażla || Sommarju

1 || L-ebda azzjoni min-naħa tal-UE

2 || Żgurar li l-bdil tas-servizzi isegwu l-Prinċipji Komuni

3 || Titjib fl-effettività tal-Prinċipji Komuni A: Titjib fil-Prinċipji Komuni eżistenti fil-livell domestiku B: Twessigħ tal-ambitu tal-Prinċipji Komuni mtejba mifruxa għall-UE kollha għal bidla transfruntiera

4 || Introduzzjoni ta’ servizz ta' direzzjoni mill-ġdid awtomatiku għal kull riċevuta u pagament A: Domestiku B: UE

5 || Introduzzjoni tal-portabilità ta' kont ta' pagament A: Domestiku B: UE

Is-sett ta' għażliet l-aktar effettivi fit-tul għandu jkun Għażla 3B flimkien ma’ Għażla 5B. Dan għandu jirrappreżenta pass effiċjenti lejn suq intern integrat aħjar, li jiffunzjona sew. Madankollu, għandha ssir aktar riċerka biex jiġu analizzati l-possibilitajiet tekniċi u r-riskji marbuta mal-introduzzjoni ta’ 5B. Għal dan l-għan, se jingħata mandat lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tagħmel aktar analiżi biex telabora mod teknikament fattibbli u effiċjenti fi ħdan ċertu perjodu ta’ żmien. L-għażla attwali ppreferuta hija l-Għażla 3B.

8.           Il-pakkett ta’ għażliet ta’ politika

Ir-raġuni għall-għażla ta’ “pakkett” li jinkludi għażliet ta’ politika li jkopru t-tliet oqsma koperti b’din il-valutazzjoni tal-impatt hija strettament u fundamentalment marbuta mal-għanijiet ġenerali. Biss ta’ taħlita ta’ azzjonijiet fit-tliet oqsma jistgħu jistabbilixxu d-dritt għal kont bażiku ta’ pagament għaċ-ċittadini tal-UE, jipprovdu standards komuni sabiex tiżgura l-governanza trasparenti u komparabbli dwar it-tariffi ta’ kont bankarju u jagħmlu  il-qlib (transfruntier)tal-kontijiet bankarji aktar faċli. Il-valutazzjoni tal-impatt tqis erba’ pakketti li jgħaqdu fi grupp għażliet ta’ politika li jirriflettu gradi differenti tal-intervent tal-UE. B’konsegwenza ta’ dan, kien hemm il-grupp ippreferut ta' pakkett tal-aħjar settijiet ta’ għażliet ta’ politika identifikati għal kull wieħed mit-tliet oqsma fit-Ttaqsima 7 hawn fuq. Iktar mill-għażliet ivvalutati, dan il-pakkett huwa meqjus li jtejjeb aktar il-funzjonament tas-suq intern, jiżgura livell għoli ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur għaċ-ċittadini kollha tal-UE u jrawwem it-tkabbir ekonomiku flimkien ma' inklużjoni finanzjarja.

Pakkett ta’ għażliet li jħalli barra anke wieħed minn dawn l-elementi jista jirriskja li jinħoloq suq uniku li mhuwiex aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u b’hekk qed ikompli jsejjes il-frammentazzjoni tas-suq, jipperikola l-kompetizzjoni u jirrestrinġi l-kisbiet fl-effiċjenza.

9.           Impatti kumulattivi

It-tliet tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu ħarsa ġenerali diżaggregata tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-alternattivi ppreferuti f’kull wieħed mit-tliet oqsma. Diversi tipi ta’ spejjeż iġġenerati minn sett ta’ għażliet preferuti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Istati Membri huma mistennija li jkunu kumulattivi (pereżempju l-aġġornament tas-sistemi tal-IT u l-akkumulazzjoni ta' spejjeż rikurrenti ta’ persunal addizzjonali ta’ konformità). Il-metodoloġija biex tiġi vvalutata l-effiċjenza tal-għażliet tqis kemm kostijiet u benefiċċji kwantifikati kif ukoll mhux kwantifikati lill-partijiet interessati, kif deskritt f’din it-taqsima.

Spejjeż totali tal-UE (miljun EUR/sena) || Għażla 2 || Għażla 4(A) || Għażla 4(D)

Konsumatur: || 108-542 || 22-108 || 22-108

Spiża ta’ darba || 0 || 0 || 0

Spejjeż annwali rikorrenti || 108-542 || 22-108 || 22-108

Fornituri ta' servizzi ta’ pagament: || 71-356 || 15-74 || 19-94

Spiża ta’ darba || Mhux || 0 || 0

Spejjeż annwali rikorrenti || 71-356 || 15-74 || 19-94

Stat Membru: || 3.02 || 0 || 0.38

Spiża ta’ darba || 1.13 || 0 || 0.14

Spejjeż annwali rikorrenti || 1.89 || 0 || 0.24

Intrapriża: || 0 || 0 || 0

Aċċess għal kont tal-pagament bażiku

Benefiċċji totali tal-UE (miljun EUR/sena) || Għażla 2 || Għażla 4(A) || Għażla 4(D)

Konsumatur: || 542-2711 || 236-1179 || 68-339

Benefiċċji ta’ darba || Mhux kwantifikabbli

Benefiċċji annwali rikorrenti || 542-2711 || 236-1179 || 68-339

Fornituri ta' servizzi ta’ pagament: || 18-89 || 2-11 || -1.8 to -9

Benefiċċji annwali rikorrenti || 18-89 || 2-11 || -1.8 to -9

Stat Membru: || 18-89 || 2-11 || 2-11

Benefiċċji ta’ darba || Mhux kwantifikabbli

Benefiċċji annwali rikorrenti || 18-89 || 2-11 || 2-11

Intrapriżi || 32-160 || 16-80 || 4-20

Benefiċċji annwali rikorrenti || 32-160 || 16-80 || 4-20

Benefiċċji totali tal-UE (miljun EUR 2013-2022) || Għażla Nru 3B

Konsumatur: Bidla fl-imġiba tat-tibdil Tnaqqis dirett/Spejjeż indiretti Istituzzjoni ta’ kreditu:       Iffrankar ta' kost transfruntier Opportunitajiet għan-negożju || 3 655.4 Marġinali Mhux kwantifikabbli

Spejjeż totali tal-UE (miljun EUR) ||

Istituzzjoni ta’ kreditu:       ta' darba rikorrenti Stat Membru: ta' darba rikorrenti || 67 – 129 2 041 – 2 649 3 19

Faċilità ta’ tqabbil tat-tariffi bankarji u r-rekwiżiti li jkopri preżentazzjoni Bidla tal-kont ta’ pagament

Benefiċċji totali tal-UE (miljun EUR 2013-2022) || Għażla 2 || Għażla 4.B || Għażla 8

Il-benefiċċji għall-konsumatur:         Bidla fl-imġiba tat-tibdil Ġestjoni aħjar ta' kontijiet Istituzzjoni ta' Kreditu:       Iffrankar ta’ spejjeż transkonfinali Opportunitajiet ta’ negozju || 584.87 Mhux kwantifikabbli || 731.08 Mhux kwantifikabbli || 1 462.16 2 702.57 Mhux kwantifikabbli

Spejjeż totali tal-UE (miljun EUR 2013-2022) || || ||

Istituzzjoni ta’ kreditu:       ta' darba rikorrenti Stat Membru: ta' darba rikorrenti || 95.95-163.03 183.17-245.40 0.05-0.08 0.06-1.17 || 0.32-0.65 4.77-9.53 0.36-0.66 3.48-6.74 || 192.42-326.31 260.37-492.45 0.07-0.11 0.81-1.59

Il-valutazzjoni tal-istrument ta’ politika preferut iffavorixxa strument ta' politika vinkolanti għall-oqsma kollha. Din il-valutazzjoni ma tinbidilx meta l-għażliet preferuti huma ppakkjati. Fuq bażi kumulattiva t-tliet settijiet ta’ għażliet ippreferuti huma kumplimentari u ma jirriżultawx f’impatti diverġenti.

L-għażla ppreferita għandha tagħmel differenza reali għall-komsumaturi. Il-miżuri dwar l-aċċess se jnaqqsu l-għadd ta’ ċittadini bla bank filwaqt li fl-istess ħin joħolqu suq intern li jiffunzjona bis-sħiħ għal kontijiet ta' pagamenti li huwa effiċjenti u kompetittiv. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għal fondi tagħhom irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom; jesperjenzaw livell ogħla ta’ sigurtà permezz ta’ livelli aktar baxxi ta’ tranżazzjonijiet fi flus kontanti; għażla akbar ta’ oġġetti u servizzi fejn il-pagamenti elettroniċi huma obbligatorji; il-possibbiltà ta' aċċess għall-impjieg u akkomodazzjoni aktar faċilment u tnaqqis tal-effett tal-esklużjoni finanzjarja, ekonomika u soċjali Effett pożittiv qawwi fuq il-fiduċja tal-konsumatur se jirfed id-domanda għal kontijiet ta' pagament u jħeġġeġ il-mobilità tal-konsumaturi kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak transkonfinali.

L-effetti mistennija ta’ kompetizzjoni se jinkludu l-kost effiċjenzi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (billi dawn jistgħu jimplimentaw l-istess is-sistemi tal-IT, proċessi, proċeduri ta’ taħriġ tal-persunal eċċ. fl-Istati Membri kollha li fih joperaw, li jirriżultaw f’ekonomiji ta’ skala),dħul aktar faċli fis-suq għal fornituri barranin, u potenzjal akbar għal espansjoni tas-suq ta’ fornituri kompetittivi. Benefiċċji mhux kwantifikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkludu: żieda fil-bażi tal-klijenti li jikkummerċjalizzaw prodotti oħra (eż. assigurazzjoni fuq id-dar); it-tnaqqis fil-prezz u fir-riskji minn pagamenti bbażati fuq il-kontanti; u l-benefiċċji minn kontribuzzjoni għal kapital u finanzjament.

L-alternattivi politiċi preferuti ser jinvolvu spejjeż għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, iżda l-impatt globali se jkun raġonevoli. Il-fornituri huma mistennija li jġarrbu aktar l-ispejjeż — jew mill-inqas spejjeż kwantifikabbli — minn benefiċċji fuq perjodu qasir ta’ żmien. Dawn l-ispejjeż ser ikunu limitati minn diversi fatturi. L-ewwel nett, numru ta’ għażliet ta’ politika huma diġà implimentati f’diversi Stati Membri. It-tieni, huma mistennija sinerġiji sostanzjali bejn l-alternattivi politiċi differenti (eż. l-adattament tas-sistemi tal-IT, komunikazzjoni interna u taħriġ tal-persunal). It-tielet, il-fornituri jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tagħhom billi jaġġustaw il-prezzijiet ta’ kontijiet ta’ pagament. Ir-raba’, aktar ma jinfetħu kontijiet matul iż-żmien, aktar ikun hemm inqas spejjeż inkrementali ta’ aċċess, ta' bidla u trasparenza.

L-Istati Membri u s-soċjeta inġenerali ser jibbenefikaw minn inqas spejjeż għall-pagamenti tas-sigurtà soċjali jew inqas frodi relatata ma’ benefiċċji u taxxa. B’mod aktar ġenerali, il-prommozzjoni ta' swieq bankarji kompetittivi jttejjeb l-effiċjenza tas-suq uniku, li, fi żmien ta’ kriżi ekonomika, ikun partikolarment ta' valur. Dawn il-benefiċċji se jsaħħu lil xulxin it-titjib u jistimulaw il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji u b’hekk jiġi stimulat it-tkabbir.

Din il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE jew l-aġenziji tal-UE. Dan il-pakkett se jibbenefikaw in-negozji tal-UE b’mod sinifikanti. Huma improbabbli li jġarrbu spejjeż iżda jistgħu jgawdu sostanzjalment minn aċċess imtejjeb għal kontijiet ta’ pagament. L-għażliet ippreferuti se joħolqu l-kundizzjonijiet għal suq akbar għall-oġġetti u għas-servizzi tagħhom. Barra minn hekk, strumenti u faċilitajiet onlajn mhux diskriminatorji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi ta’ kontijiet ta’ pagament iwassal għal żieda potenzjali fil-kummerċ transfruntier.

Il-piż amministrattiv ewlieni se jirriżulta minn proċessi interni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jiġu adattati biex ilaħħqu għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-awtoritajiet. Dan jinkludi prinċipalment l-infiq tal-adattazzjoni ta' sistemi ta’ informazzjoni u materjali. Se jkun hemm l-ispiża għall-Istati Membri ta’ organizzazzjoni u t-twettiq ta’ kampanji ta’ informazzjoni pubblika sabiex jitkattar l-għarfien tal-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom. Il-piż amministrattiv imqiegħed fuq il-konsumaturi għandu jitnaqqsu minħabba li mhux se jkun hemm aktar bżonn li tiġi pprovduta daqstant dokumentazzjoni u evidenza biex tiftaħ kont.

10.         Konklużjoni

Pakkett leġiżlattiv dwar kontijiet ta' pagamenti li jakkomoda l-ispeċifiċitajiet nazzjonali filwaqt li jiżgura l-aċċess għal servizzi bażiċi ta’ pagament, il-komparabilità u t-trasparenza ta’ tariffi u jiffaċilita l-bidla ta' kont ta’ pagament se jilħaq l-għanijiet stabbiliti f’din il-valutazzjoni tal-impatt u jissodisfa r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u s-Sejħa għal Azzjoni fl-Att dwar is-Suq Uniku II. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-adegwatezza u l-effettività tal-pakkett wara l-implimentazzjoni tiegħu. Din ir-reviżjoni tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika, eżerċizzji ta’ xiri bil-moħbi (mystery shopping) u analiżi tal-ilmenti tal-konsumaturi. Għandhom jitqiesu wkoll indikaturi bħal pereżempju l-għadd ta’ konsumaturi bla bank, l-użu ta’ metodi ta’ pagament elettroniċi u l-għadd ta’ konsumaturi li jibdlu l-fornituri.

[1]     Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali [COM(2010)758], u d-dokument akkompanjanti [SEC(2010)1654].

[2]     The Common Principles for Bank Account Switching, http://www.eubic.org/Position%20papers/2008.12.01%20Common%20Principles.pdf.

[3]     Consumer Market Study on the consumers’ experiences with bank account switching with reference to the Common Principles on Bank Account Switching, GfK, January 2012, BEUC and national studies in UK, Ireland and Austria.

[4]     Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/442/UE tat-18 ta’ Lulju 2011, 2011/442/UE, 18.7.2011.

[5]     Il-Belġju, Franza u l-Italja.

[6]     COM(2010)758 u SEC(2010)1654.

[7]     Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2010/2278(INI)

[8]     Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2012/2055(INI).

[9]     http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/barnier/headlines/news/2012/10/20121003_en.htm

[10]    “L-Att dwar is-Suq Uniku II — Flimkien għal tkabbir ġdid”, COM (2012) 573 tat-3 ta’ Ottubru 2012, paġna 16.

[11]    “Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2013”, COM (2012) 629 tat-23 ta’ Ottubru 2012, Anness I, paġna 5.

[12]    Study on the costs and benefits of policy actions in the field of ensuring access to basic account – Final Report (CSES, Lulju 2010, P. 14) u kalkoli bbażati fuq Special Eurobarometer on Retail Financial Services (Kummissjoni Ewropea, Frar 2012).

[13]    Special Eurobarometer on Retail Financial Services, Kummissjoni Ewropea, Frar 2012, P. 31.

[14]    Kalkoli tas-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-Eurostat, Measuring Financial Inclusion, The Global Findex Database, il-Bank Dinji, April 2012, u Special Eurobarometer on Retail Financial Services, Kummissjoni Ewropea, Frar 2012.

[15]    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/442/UE, 18.7.2011.

[16]    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 2012/2055(INI)

[17]      Banking services and poorer households, Financial Services Taskforce, Diċembru 2010.

[18]    Nothing is free: A survey of the social cost of the main payment instruments in Hungary, il-Bank Nazzjonali tal-Ungerija, P. 27.

[19]      Preparing the monitoring of the impact of the Single European Payments Area (SEPA) on consumers, Van Dijk Management Consultants, 2008.

[20]      The Consumer Market Study on the consumers’ experiences with bank account switching with reference to the Common Principles on Bank Account Switching, GfK, January 2012 u studji minn BEUC u fil-livell nazzjonali (UK, Irlanda, Awstria).

[21]    http://ec.europa.eu/internal_market/finservices-retail/docs/baeg/switching_principles_en.pdf

[22]    Consumer Market Study on the consumers’ experiences with bank account switching with reference to the Common Principles on Bank Account Switching, GfK, Jannar 2012.

[23]      Idem.

[24]    L-opinjoni tal-konsumaturi dwar il-bidla tal-fornitur tas-servirs, Eerobarometru 243, Kummissjoni Ewropea, P. 18.

[25]      Ara n-nota tal-qiegħ 21; Tarifs et mobilité bancaires: le désolant palmarès des Banques, UFC Que Choisir, 2010; Kontowechsel: Wie funktioniert er?, VKI, Marzu 2010.

[26]      ICB Final report recommendations, ICB, Settembru 2011, p. 220.

[27]    Report on the retail banking sector inquiry, SEC(2007) 106, Kummissjoni Ewropea, 31.1.2007; http://ec.europa.eu/competition/sectors/financial_services/inquiries/sec_2007_106.pdf

[28]      Definit bħala l-proporzjon ta’ klijenti li jibdlu l-fornituri f’sena partikolari.

[29]    L-istrateġija UE 2020 għandha l-għan li tnaqqas l-għadd ta’ persuni fil-faqar u l-esklużjoni soċjali b’mill-inqas 20 miljun sal-2020 permezz ta’, fost oħrajn, aċċess imtejjeb għal servizzi essenzjali u l-ġlieda kontra l-esklużjoni finanzjarja.

      http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=751&langId=mt

[30]    Idem.

[31]    Ara n-nota tal-qiegħ 9.

[32]    Ara n-nota tal-qiegħ 4.

[33]    Flimkien ma’ diversi servizzi ta’ sostenn, bħall-kura tas-saħħa, il-kura tat-tfal, l-akkomodazzjoni soċjali, jew t-tagħlim tul il-ħajja.

[34]    Ara n-nota 15 f’qiegħ il-paġna.

Top