This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0051
COMMISSION STAFF WORKING PAPER SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying the document PROPOSAL FOR A REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL Establishing a Registered Traveller Programme
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- PROPOSTA TA’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR It-twaqqif ta’ Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- PROPOSTA TA’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR It-twaqqif ta’ Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati
/* SWD/2013/051 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dokument ta’ akkumpanjament għall- PROPOSTA TA’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR It-twaqqif ta’ Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati /* SWD/2013/051 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL
TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT
Dokument ta’ akkumpanjament għall- PROPOSTA TA’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT
EWROPEW U TAL-KUNSILL DWAR
It-twaqqif ta’ Programm ta’ Vjaġġaturi Rreġistrati Dan id-dokument huwa dokument ta' ħidma
tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea għal finijiet ta' informazzjoni. Ma
jirrappreżentax il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni dwar din
il-kwistjoni, u lanqas ma jantiċipa tali pożizzjoni. 1. definizzjoni tal-problema Skont l-aktar dejta komprensiva reċenti
pprovduta mill-Istati Membri, kien hemm 669 miljun qsim tal-fruntieri
esterni fl-2009, 675 miljun fl-2010 u 700 miljun fl-2011,
inklużi ċ-ċittadini tal-UE u ċittadini ta’ pajjiżi
terzi. Il-qsim mill-akbar punti ta’ qsim tal-fruntiera u dawk l-aktar attivi
baqa’ jiżdied u se jibqa’ jagħmel dan fil-futur. Il-ġestjoni
effiċjenti u fluwenti tal-flussi akbar ta’ passiġġieri fil-punti
tal-qsim tal-fruntiera esterna se tkun sfida għall-maġġoranza
tal-Istati Membri. Il-liġi tal-UE titlob li jsiru kontrolli
sistematiċi fil-fruntieri esterni ta’ Schengen fuq il-vjaġġaturi
kollha (kemm meta jidħlu kif ukoll meta joħorġu). Normalment
isiru kontrolli bir-reqqa fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u fuq ċittadini
tal-UE u persuni li għandhom id-dritt għall-moviment liberu jsiru
l-kontrolli minimi[1].
Madankollu, ir-regoli attwali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
jistgħu jiġu deskritti bħala "soluzzjoni waħda
għal kulħadd", għaliex l-istess kontrolli japplikaw
irrispettivament minn kwalunkwe differenza fir-riskju bejn vjaġġaturi
differenti jew mill-frekwenza tal-ivvjaġġar tagħhom. Il-kontrolli taċ-ċittadini tal-UE
fuq il-fruntieri jistgħu jiġu awtomatizzati, fuq il-bażi
tal-leġiżlazzjoni attwali, jekk dawn ikollhom passaport elettroniku.
Madankollu, għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi dan ma jistax isir
mingħajr ma jinbidel il-qafas legali u jiġi stabbilit programm
speċifiku li jiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għal
ċittadini ta’ pajjiżi terzi. 26,5 % tal-vjaġġaturi li
jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi –
ħafna minnhom jaqsmu l-fruntiera għal diversi drabi fis-sena, jekk
mhux fil-ġimgħa. Il-fluwidità fil-qsim tal-fruntieri u
l-kapaċità tal-iproċessar fil-punti tal-qsim tal-fruntieri
jistgħu jittejbu ħafna anke jkun biss persentaġġ
żgħir ta’ vjaġġaturi frekwenti minn pajjiżi terzi li
jissieħbu fil-Programm ta' Vjaġġaturi Rreġistrati
(Registered Traveller Programme, RTP). Il-valutazzjoni tal-impatt preċedenti li
akkumpanjat il-komunikazzjoni t-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni
tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea[2]
fl-2008 ssuġġeriet it-twaqqif ta’ Programm ta' Vjaġġaturi
Rreġistrati għall-vjaġġaturi frekwenti u għal
ċittadini vjaġġaturi ta’ pajjiżi terzi li jkunu
għaddew minn skrutinju preventiv. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
ppubblikata fl-2011 iddiskutiet l-opzjonijiet varji u t-triq 'il quddiem[3]. Il-valutazzjoni tal-impatt
attwali teżamina opzjonijiet differenti ta’ implimentazzjoni sabiex
jinstab l-aħjar mod possibbli biex jiġi implimentat l-RTP.
Madankollu, l-impatti tal-RTP kollu kemm hu huma analizzati abbażi
tal-opzjonijiet speċifiċi. 2. analiżi
tas-sussidjarjetà Skont l-Artikoli 74 u 77(2)(b) u 77(2)(d)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha
l-poter li tadotta miżuri rigward il-kontrolli fuq il-persuni u
għas-sorveljanza effiċjenti fil-qsim tal-fruntieri esterni. Il-ħtieġa għal intervent fuq
livell Ewropew hija ċara. L-ebda Stat Membru ma huwa kapaċi jibni RTP
waħdu li jipprovdi kontrolli ffaċilitati fuq il-fruntieri tal-Istati
Membri ta’ Schengen. Deċiżjoni ta’ Stat Membru individwali li
jagħti aċċess għal RTP li jkopri l-UE kollha tħalli
impatt fuq il-pajjiżi kollha ta’ Schengen, u għalhekk programm
bħal dan irid jiġi rregolat fil-livell tal-UE. Kwalunkwe miżura
relatata mal-kontroll tal-fruntieri jkollha tapplika għaż-żona
ta’ Schengen mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, li bħalissa
tinkludi lill-Istati Membri kollha ħlief ir-Rumanija, il-Bulgarija,
Ċipru, ir-Renju Unit u l-Irlanda u erba’ pajjiżi Ewropej oħra
(in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein). L-Istati ta’
Schengen huma impenjati li jżommu l-fruntieri komuni tal-UE u standards
komuni għall-kontrolli ta’ fuq il-fruntieri. Il-kontrolli jitwettqu biss
fuq il-fruntiera esterna, u minn hemmhekk ’il quddiem il-vjaġġatur
jista’ jivvjaġġa liberament fiż-żona ta’ Schengen. Huwa
vitali għas-sigurtà interna taż-żona Schengen li r-regoli
vinkolanti kollha marbutin mal kontroll tal-fruntieri jiġu
deċiżi fil-livell tal-UE. Għalhekk, l-għanijiet ma
jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li
jaġixxu waħedhom, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar
fil-livell tal-UE. Il-valur miżjud tal-UE L-RTP jeħtieġ li jiġi
implimentat fil-punti kollha tal-qsim tal-fruntiera esterna tal-UE, u se jkollu
implikazzjonijiet fuq ir-riżorsi għall-gwardji fil-fruntieri
tal-pajjiżi kollha ta' Schengen. L-RTP tal-UE jiżgura li l-UE jkollha
approċċ komuni għall-RTP bbażat fuq leġiżlazzjoni
komuni u b’hekk jiggarantixxi li r-regoli jibqgħu l-istess fil-fruntieri
kollha ta’ Schengen. Għal ċittadini vjaġġaturi ta’
pajjiżi terzi, dan ifisser li l-RTP jkun disponibbli għalihom
fil-punti kollha ta’ qsim tal-fruntiera ta’ Schengen mingħajr skrutinju
separat minn pajjiż ieħor ta’ Schengen. Fi kliem ieħor, persuna
li tgħaddi l-iskrutinju ta’ Stat Membru tista’ tibbenefika
mill-faċilitazzjoni meta taqsam il-fruntieri esterni ta’ xi Stat Membru
ieħor. Mingħajr regoli komuni dan mhuwiex possibbli. 3. l-għanijiet
tal-inizjattiva tal-ue L-għanijiet ġenerali tal-RTP huma: · Li jiffaċilita l-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE minn
ċittadini ta’ pajjiżi terzi; · Li jinżamm il-livell attwali ta’ sigurtà. L-għanijiet speċifiċi huma: · Li jiġi promoss l-aċċess għall-RTP għal
ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu
l-frutniera b’mod frekwenti u li jkunu għaddew mill-iskrutinju; · Li tkun żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali
tal-Vjaġġaturi Rreġistrati, b’mod partikolari tad-dejta
personali tagħhom; · Li tkun evitata d-diskriminazzjoni bejn gruppi differenti ta’
vjaġġaturi. L-għanijiet operattivi huma: · Li jonqsu l-ħin u l-ispejjeż tal-qsim tal-fruntieri
għall-vjaġġaturi frekwenti u li tiżdied il-kapaċità
tal-ipproċessar tal-flussi fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera. Il-kontrolli
tal-Vjaġġaturi Rreġistrati fuq il-fruntieri m'għandhomx
jieħdu aktar minn 20-40 sekonda bħala medja. · Li r-riżorsi tal-kontroll tal-fruntieri jiġu lliberati b'25%
minħabba l-kontroll fuq il-movimenti transkonfinali
tal-vjaġġaturi frekwenti li jkunu għaddew l-iskrutinju u li jkun
hemm aktar konċentrazzjoni fuq il-kontroll ta' vjaġġaturi
b'riskju ogħla[4]
u/jew biex jinqdew vjaġġaturi oħrajn. 4. opzjonijiet ta' politika Waqt il-konsultazzjoni mal-partijiet
interessati ġew identifikati ħames opzjonijiet ta’ politika marbutin
mal-implimentazzjoni tal-RTP. Għal kull waħda minn dawn il-ħames
opzjonijiet ta’ politika, ġew definiti opzjonijiet ta’ implimentazzjoni
prattiċi u reali. Fir-rigward tal-Opzjoni politika 1
"il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal RTP",
l-aħjar subopzjoni tant hija ċara u evidenti li l-preżentazzjoni
ta’ applikazzjoni fi kwalunkwe punt tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi
kwalunkwe konsulat tal-Istati Membri ntgħażlet mingħajr
analiżi ulterjuri. L-erba’ opzjonijiet ta' politika l-oħra u
s-subopzjonijiet tagħhom huma dawn li ġejjin: 4.1. Opzjoni politika 2: Il-ħżin
tad-dejta 4.1.1. RTP bbażat fuq dejta
maħżuna f’token separat[5]
(subopzjoni 2a) 4.1.2. RTP ibbażat fuq dejta
maħżuna f’bażi tad-dejta ċentralizzata (subopzjoni 2b) 4.1.3. RTP bbażat fuq dejta
maħżuna f’token separat ikkumbinat ma’ repożitorju (subopzjoni 2c) 4.2. Opzjoni politika 3:
Il-kriterji tal-iskrutinju 4.2.1 L-istess bħalma huwa
l-każ għad-detenturi ta’ viża għal dħul multiplu (fuq
il-bażi tal-liġi attwali tal-UE (subopzjoni 3a) 4.2.2 Skrutinju aktar bir-reqqa bi
kriterji addizzjonali (subopzjoni 3b) 4.2.3 Subopzjonijiet imwarrbin:
L-involviment ta’ pajjiżi terzi fl-iskrutinju (subopzjoni 3c) 4.3. Opzjoni politika 4:
L-awtomazzjoni tal-kontroll fuq il-fruntieri għall-Vjaġġaturi
Rreġistrati 4.3.1. L-awtomazzjoni totali
(Subopzjoni 4a) 4.3.2. Sistemi semiawtomatizzati
(subopzjoni 4b) 4.4. Opzjoni politika 5:
It-tariffa tal-applikazzjoni 4.4.1 Ħlas ta’ EUR 20
(subopzjoni 5a) 4.4.2 L-ebda ħlas
(subopzjoni 5b) 5. valutazzjoni tal-impatti Tabella 1 – Il-valutazzjoni
tal-opzjonijiet politiċi*) Opzjonijiet u subopzjonijiet politiċi || Biex jiġi ffaċilitat il-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi || Biex jinżamm il-livell attwali ta’ sigurtà || Spejjeż || Ħarsien tad-drittijiet fundamentali Opzjoni 0 Linja bażi || 0 || 0 || 0 || 0 Opzjoni 2 Id-dejta maħżuna f’token (2a) || √√√ || √√ || -√√ || -√ Id-dejta maħżuna f’bażi tad-dejta ċentralizzata (2b) || √√√√ || √√√ || -√√ || -√√√ Id-dejta (in-numru ta’ identifikazzjoni uniku) maħżuna f’token u (l-identifikatur uniku, l-informazzjoni bijometrika u d-dejta mill-applikazzjoni) f’repożitorju ċentrali (2c) || √√√ || √√√ || -√√√ || -√ Opzjonijiet 3 u 4**) L-istess skrutinju bħal dak li jsir għad-detenturi ta’ viża għal dħul multiplu, il-qsim tal-fruntieri totalment awtomatizzat || √√√√ || √ || -√ || 0 L-istess skrutinju bħal dak li jsir għad-detenturi ta’ viża għal dħul multiplu, il-qsim tal-fruntieri semiawtomatizzat || √ || √√ || -√ || 0 Skrutinju aktar bir-reqqa, il-qsim tal-fruntieri totalment awtomatizzat || √√√ || √√ || -√√ || -√√ Skrutinju aktar bir-reqqa, il-qsim tal-fruntieri semiawtomatizzat || √ || √√√ || -√√√ || -√√ Opzjoni 5 Tariffa għall-applikazzjoni ta’ EUR 20/10 (5a) || √√ || - || 0 || - L-ebda tariffa għall-applikazzjoni (5b) || √√√ || - || -√√√ || - *) It-tliet
subopzjonijiet tal-opzjoni politika 1 (il-preżentazzjoni ta’
applikazzjoni għal RTP) mhumiex inklużi fit-Tabella 1
għaliex l-aħjar opzjoni hija diġà deskritta fil-bidu
tal-Kapitolu 4. **) l-impatti
tas-subopzjonijiet fir-rigward tal-opzjonijiet politiċi 3 u 4 (il-kriterji
tal-iskrutinju u l-kontroll awtomatizzat tal-fruntieri) huma marbutin
direttament, fis-sens li l-impatt tas-subopzjonijiet fir-rigward tal-iskrutinju
ma jistgħux jiġu vvalutati mingħajr ma wieħed ikun jaf
liema hija l-opzjoni ppreferuta fir-rigward tal-awtomatizzazzjoni, u viċi
versa. Konsegwentement, l-erba’ subopzjonijiet disponibbli (3a, 3b, 4a, 4b)
miż-żewġ opzjonijiet politiċi ġew ikkombinati fl-erba’
varjazzjonijiet possibbli, u l-impatt tal-erba’ varjazzjonijiet kollha huwa
vvalutat b' mod integrat. 6. tqabbil tal-opzjonijiet Il-ħżin tad-dejta It-tliet subopzjonijiet jikkontribwixxu b’mod sinifikanti
għall-għanijiet kif definiti, u huma, notevolment, għal kollox
koerenti mal-politika tal-UE dwar il-fruntieri: is-sigurtà u l-prevenzjoni
tal-immigrazzjoni rregolari ma jitnaqqsux waqt il-qsim tal-fruntieri, filwaqt
li l-ftuħ tal-UE għad-dinja u l-kapaċità tagħha li
tiffaċilita l-kuntatti transkonfinali bejn il-popli, il-kummerċ u l-iskambju
kulturali huma mogħtija spinta. Il-programm ikun l-ewwel wieħed
fid-dinja li jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi kollha, u li jkun
jitħaddem f’diversi Stati, f’dan il-każ fiż-żona
sħiħa ta’ Schengen. F'dan il-kuntest, l-Ewropa tista’ tkun ir-rajjes
għall-bqija tad-dinja. Is-subopzjoni bbażata fuq it-token
tillimita t-tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta u tippermetti
l-viżibbiltà. Is-subopzjoni bbażata fuq RTP ċentralizzat hija
aktar sigura u aktar faċli biex tiġi implimentata fil-prattika fil-punti
tal-qsim tal-fruntiera. Din tal-aħħar hija, madankollu,
kontrobbilanċjata mill-ħtieġa li tiġi żviluppata
sistema ċentralizzata ġdida fejn id-dejta kollha tkun disponibbli u
suġġetta għat-tiftix. Is-subopzjoni bbażata fuq
token/repożitorju ċentrali tista’ tkun subopzjoni ibrida bejn
iż-żewġ subopzjonijiet ta’ hawn fuq, li tikkombina
l-vantaġġi rispettivi tagħhom. Din timminimizza l-użu ta'
dejta personali f’sistema tal-UE, u tevita l-iżvantaġġi
prinċipali tas-sigurtà ta’ sistema bbażata fuq it-token. Madankollu,
tipprovdi għal integrazzjoni mill-aktar ikkumplikata mal-proċess
tal-kontroll tal-fruntieri peress li tintroduċi kemm il-verifika tat-token
kif ukoll il-verifika tiegħu fir-repożitorju ċentrali. Il-kriterji tal-iskrutinju u l-kontroll
tal-fruntieri awtomatizzat Il-valutazzjoni wriet li proċedura aktar
stretta ta’ skrutinju ma għandhiex xi impatt reali fuq is-sigurtà
tal-kontrolli nfushom tal-fruntieri, kif ukoll li l-faċilitazzjoni
tal-qsim tal-fruntieri bil-kontrolli semiawtomatizzati fuq il-fruntieri hija
limitata wisq biex iġġib valur miżjud. Barra minn hekk,
proċedura ta’ skrutinju aktar stretta żżid b’mod konsiderevoli
l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri u jkollha effett sinifikanti
fuq il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. It-tariffa tal-applikazzjoni Bl-introduzzjoni ta’ tariffa ta’ EUR 20,
l-ispejjeż amministrattivi tal-Istati Membri sabiex jeżaminaw
l-applikazzjonijiet jiġu newtralizzati. Dan ikun ukoll konsistenti
mal-approċċ magħżul għall-ġestjoni tal-applikazzjonijiet
għall-viża. Madankollu, li ma jkunx hemm tariffa hija subopzjoni li
tiggarantixxi aħjar li jkun hemm għadd kbir ta’ parteċipanti
fil-programm. L-iżvantaġġ ta’ din l-opzjoni huwa li jiġu
sottomessi ħafna applikazzjonijiet ineliġibbli. 7. L-alternattiva preferuta Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni
għal RTP Għall-opzjoni politika 1 huwa
ċar li jekk jitħalla f’idejn il-vjaġġatur biex
jagħżel l-aħjar post għalih fejn jiddepożita
l-applikazzjoni, jiġi ġġarantit numru akbar ta’
parteċipanti fil-programm, u dan jgħin lill-Istati Membri
jamministraw il-flussi tal-passiġġieri tagħhom fil-punti
tal-qsim tal-fruntieri esterni. Għalhekk, is-subopzjoni ppreferuta hija
l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal RTP fi kwalunkwe punt
tal-qsim tal-fruntiera u fi kwalunkwe konsolat ta’ Stat Membru.
Il-kost-effettività ta’ din is-subopzjoni hija bla dubju l-aħjar, u hija
koerenti bis-sħiħ mal-politika eżistenti dwar il-fruntieri u
l-viża. Il-ħżin tad-dejta L-identifikazzjoni tal-opzjoni ppreferuta
rigward l-opzjoni politika 2 hija aktar kumplessa, kif jidher
fil-kapitolu 6. Il-punteġġ totali ta’ kull subopzjoni
fir-rigward tal-opzjoni politika 2 huwa kważi indaqs,
iżda kull subopzjoni turi b’mod distint dgħufijiet differenti:
is-subopzjoni bbażata fuq it-token turi kwistjonijiet sinifikanti ta'
sigurtà, is-subopzjoni dwar il-bażi tad-dejta ċentrali turi
kwistjonijiet sinifikanti ta’ drittijiet fundamentali, u s-subopzjoni dwar
it-token/ir-repożitorju ċentrali turi spejjez sinifikanti.
Madankollu, l-analiżi tal-kost benefiċċju turi li anke
l-ispejjeż ogħla ta’ darba u l-ispejjeż tal-operat ta’ kull sena
għat-tħaddim tas-subopzjoni tat-token/tar-repożitorju se
jiġu kkumpensati bis-sħiħ fuq medda twila ta’ żmien
mill-benefiċċji ekonomiċi tal-RTP meta meħud f'daqqa
għall-Istati Membri. Din hija, għalhekk, is-subopzjoni ppreferuta
rigward l-opzjoni politika 2. Din is-subopzjoni tipprevedi bilanċ
proporzjonat bejn is-sigurtà, il-faċilitazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta.
Id-dejta maħżuna f’repożitorju ċentrali tkun disponibbli
għall-gwardji tal-fruntieri biss meta jivvalutaw applikazzjoni,
iġeddu/jirrevokaw l-aċċess għall-RTP, f’każ li t-token
jintilef jew jinsteraq, jew jekk isseħħ xi problema dwar
l-iffaċilitar tal-qsim tal-fruntieri għall-vjaġġaturi
rreġistrati. Meta jkun qed iwettaq verifiki fil-fruntiera, gwardja
tal-fruntiera jirċievi biss informazzjoni pożittiva jew negattiva.
B’dan, tkun qed tiġi implimentata l-opzjoni "privatezza
fid-disinn". Il-kriterji għall-iskrutinju u
l-awtomazzjoni Għall-opzjonijiet politiċi 3 u 4
huwa ċar li l-impatt totali jekk jiġu kkombinati l-istess kriterji
ta’ skrutinju bħal tal-viżi għal dħul multiplu mal-kontroll
totalment awtomatizzat fuq il-fruntieri għandu l-ogħla impatt fuq
l-iffaċilitar tal-qsim tal-fruntieri għall-Vjaġġaturi Rreġistrati.
Barra minn hekk, dan joffri approċċ ibbilanċjat
għas-sigurtà u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Huwa wkoll
l-orħos l-approċċ meta jitqiesu l-ispejjeż assoċjati
ma’ proċedura ta' skrutinju aktar stretta u kontroll semiawtomatizzat fuq
il-fruntieri. Madankollu, ta’ min jinnota li l-implimentazzjoni
ta’ kontroll totalment awtomatizzat fuq il-fruntieri titlob li tiġi
żviluppata u implimentata sistema ta’ dħul/ħruġ b'mod
parallel, li tippermetti li jiġi sostitwit l-obbligu tal-ittimbrar
mar-reġistrazzjoni elettronika tad-dati tad-dħul u l-ħruġ
tal-vjaġġaturi kollha, inklużi dawk li jkollhom is-sħubija
ta’ Vjaġġatur Irreġistrat. It-tariffa tal-applikazzjoni Għall-opzjoni politika 5 huwa
raġonevoli li l-RTP jkun akkumpanjat minn tariffa ta’ EUR 20/10 li
tkun tkopri l-ispejjeż amministrattivi biex l-applikazzjonijiet jiġu
eżaminati, u li tiġi stabbilita f'livell li ma għandux jaqta’
qalb l-applikanti potenzjali. Fil-qosor, l-opzjoni ppreferuta tikkonsisti
minn dan li ġej: · Il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet f’konsulati kif ukoll
f’punti tal-qsim tal-fruntieri; · Il-kombinazzjoni tat-token u tal-ħażna ċentralizzata
tad-dejta bijometrika anonima ta’ kull applikant u d-dejta minn applikazzjoni; · L-applikazzjoni tal-istess kriterji ta’ skrutinju kif definiti
attwalment fil-liġi tal-UE għall-viżi għal dħul
multiplu; · L-għoti ta’ aċċess lill-Vjaġġatur
Irreġistrat għall-proċess ta’ kontroll totlament awtomatizzat
fuq il-fruntieri; · It-talba għal ħlas ta’ EUR 20 għal kull
applikazzjoni ta’ Vjaġġatur Irreġistrat. Madankollu, se
tiddaħħal tariffa mnaqqsa (10 euro) f’każ li applikazzjoni
għall-viża u applikazzjoni għall-RTP jiġu eżaminati
fl-istess ħin abbażi tal-istess dokumenti ta’ prova. L-opzjoni preferuta tkun totalment konformi
mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali,
b'mod partikolari l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u
l-ħtiġijiet tan-neċessità, tal-proporzjonalità, tal-limitazzjoni
tal-iskop u tal-kwalità tad-dejta; u li jkunu fis-seħħ salvagwardji u
mekkaniżmi għall-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet
fundamentali tal-vjaġġaturi individwali u b'mod partikolari
l-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-dejta personali tagħhom.
Il-persunal u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jridu jkunu jafu
b’dawn id-drittijiet. L-ispejjeż u l-appoġġ
finanzjarju L-ammont totali stmat tal-ispejjeż ta’ darba
tal-opzjoni ppreferuta tal-RTP għall-Aġenzija sabiex tiżviluppa
parti ċentralizzata tkun EUR 43 miljun, mifruxa fuq sentejn jew
tlieta, u l-ispejjeż medji annwali għall-manutenzjoni/l-operat ikunu
EUR 20 miljun fis-sena. L-ipejjeż totali ta’ darba għall-Istati
Membri biex jiżviluppaw u jsawru l-infrastrutturi nazzjonali tagħhom
ikunu EUR 164 miljun, mifruxa fuq sentejn jew tlieta, u l-ispejjeż
medji annwali għall-manutenzjoni/l-operat ikunu EUR 81 miljun
fis-sena. L-ispejjeż imsemmija hawn fuq jinkludu wkoll l-ispejjeż
amministrattivi ħlief l-ispejjeż biex jiġu eżaminati
l-applikazzjonijiet. L-ispejjeż tal-awtomazzjoni jkunu jvarjaw ħafna
għax jiddependi mill-għadd ta' bibien awtomatizzati li għandhom jiġu
implimentati. L-ispejjeż tal-persunal u tal-investiment
biex jiġi stabbilit u jinżamm l-RTP se jiġu kkumpensati fi
żmien raġonevoli fil-forma ta’ riżorsi rilaxxati tal-persunal u
prezz orħos tal-unità għal kull kontroll fuq il-fruntiera. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas
Finanzjarju Multiannwali li jmiss (MFF) tinkludi proposta ta' 4,6 biljun EUR
għall-Fond dwar is-Sigurtà Interna (ISF) għall-perjodu 2014-2020.
Fil-proposta, bħala ammont indikattiv hemm imwarrbin EUR 1,1 biljun
għall-iżvilupp tal-EES u tal-RTP jekk wieħed jassumi li
l-ispejjeż tal-iżvilupp se jibdew biss fl-2015. Barra minn hekk, lil
hinn mill-ambitu tal-ISF, ammont separat ta' EUR 822 miljun jitwarrab
għall-ġestjoni ta’ sistemi eżistenti tal-IT fuq skala kbira
(is-Sistema ta' Informazzjoni ta’ Schengen II, is-Sistema ta' Informazzjoni
dwar il-Viża u l-EURODAC)[6].
Il-Kummissjoni tipprevedi li tafda l-kompiti ta’ implimentazzjoni għal
dawn is-sistemi f’idejn l-Aġenzija. L-għoti ta’ appoġġ
finanzjarju għall-ispejjeż tal-iżvilupp nazzjonali jiżgura
li ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli fil-livell nazzjonali ma
jipperikolawx jew idewmu lill-proġetti. Għal pajjiżi terzi, mhux se jkun
hemm spejjeż għall-implimentazzjoni tal-RTP. Wara l-possibilità ta’
adozzjoni tal-RTP, il-pajjiżi terzi se jiġu nfurmati kif dovut dwar
il-mekkaniżmu ta’ faċilitazzjoni u li ċ-ċittadini
tagħhom ikunu jistgħu japplikaw għall-aċċess
għall-RTP. 8. moniteraġġ u
evalwazzjoni L-Awtorità Maniġerjalii (l-Aġenzija)
tiżgura li jkun hemm sistemi li jikkontrollaw il-funzjonament tal-RTP
skont l-għanijiet prinċipali tal-politika. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-RTP.
Il-valutazzjoni tal-impatt tindika l-indikaturi potenzjali biex jiġi
ssorveljat dak li jkun intleħaq mill-għanijiet politiċi.
Is-sorsi prinċipali ta’ informazzjoni huma r-repożitorju tal-RTP u
s-sistemi tal-ABC. [1] ĠU L 158, 30.4.2004. [2] SEC(2008) 154, 13.2.2008. [3] COM(2011) 680 final. [4] Il-vjaġġaturi li jiddeċiedu li ma
jisseħbux fl-RTP mhumiex u mhux se jiġu kkunsidrati bħala
vjaġġaturi b’riskju ogħla għax ma jkunux qed jipparteċipaw
fl-RTP. [5] Fil-kuntest ta’ RTP, token jista’ jiġi deskritt
bħala mezz fiżiku mogħti lill-utent awtorizzat biex jagħti
prova tal-identità tiegħu elettronikament. It-token jaġixxi bħal
ċavetta elettronika li tagħti aċċess għal xi
ħaġa, f’dan il-każ għas-sistema tal-ABC [6] COM(2011) 750 final.