This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SC0009
COMMISSION STAFF WORKING DOCUMENT EXECUTIVE SUMMARY OF THE IMPACT ASSESSMENT Accompanying the documents Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on the European Union Agency for Railways and repealing Regulation (EC) No 881/2004 Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the interoperability of the rail system within the European Union (Recast) Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on railway safety (Recast)
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokumenti Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokumenti Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
/* SWD/2013/09 final */
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokumenti Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni) /* SWD/2013/09 final */
DOKUMENT
TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT Li jakkumpanja d-dokumenti Proposta għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea
għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
is-sikurezza ferrovjarja (Riformulazzjoni)
1.
Definizzjoni tal-problema
Filwaqt li f'xi Stati Membri l-awtoritajiet
ferrovjarji nazzjonali ġeneralment jaħdmu b'mod effiċjenti,
f'oħrajn għandhom nuqqas kbir ta' persunal u/jew jamministraw
proċeduri twal u li jiswew wisq. Fl-istess ħin, ir-rekwiżiti ta'
interoperabilità u tas-sikurezza, li fil-prinċipju kellhom jiġu
allinjati permezz ta' regoli komuni tal-UE, għadhom ivarjaw b'mod notevoli
fil-livell nazzjonali, tant li joħolqu ostakli għall-aċċess,
speċjalment għal min jidħol ġdid. Dan jaffettwa
partikolarment il-merkanzija minħabba li s-swieq tal-merkanzija
bil-ferrovija ilhom miftuħin għal għadd ta' snin. Dawk li
jidħlu ġodda huma relattivament iktar vulnerabbli
għall-kumplessità u d-dewmien fil-proċeduri peress li r-riżorsi
umani u finanzjarji tagħhom spiss ikunu limitati. Il-proċeduri eżistenti li jiswew
ħafna u li huma twal, speċjalment dawk biex tinkiseb
awtorizzazzjoni għal vettura ferrovjarja u ċertifikat tas-sikurezza
għall-impriża ferrovjarja, huma fatturi importanti li jxekklu
l-iżvilupp tas-suq ferrovjarju tal-UE u t-tħaddim effiċjenti
tiegħu. Minbarra li huma kkumplikati u jieħdu wisq żmien, dawn
il-proċeduri ma jiggarantixxux livell suffiċjenti ta' rikonoxximent
reċiproku taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet. Dawn
jaffettwaw ħażin, b'mod partikolari, lill-kumpaniji ġodda li
jixtiequ jidħlu fis-suq, u b'hekk jikkontribwixxu għal livell baxx
ta' kompetizzjoni u distorsjoni dejjiema fis-suq. Il-partijiet interessati ilmentew ukoll li
l-awtoritajiet ferrovjarji nazzjonali jistgħu jużaw argumenti
tekniċi flimkien ma' tradizzjoni ta' regoli nazzjonali diverġenti u
li mhux dejjem ikunu trasparenti sabiex ixexxklu l-aċċess
għal min jidħol ġdid. Skont ir-riżultati tal-konsultazzjoni
mmirata, dawk li jidħlu ġodda jistgħu, fost l-oħrajn,
jiffaċċjaw diskriminazzjoni mill-Awtoritajiet Nazzjonali
għas-Sikurezza (NSAs) meta japplikaw għal ċertifikat
tas-sikurezza jew matul il-proċessi ta' awtorizzazzjoni tal-vetturi.
Il-partijiet interessati rrapportaw, b'mod iktar speċifiku, li l-proċeduri
li jwasslu għall-għoti ta' ċertifikat tas-sikurezza u
għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi mhumiex armonizzati u trasparenti
biżżejjed biex jevitaw deċiżjonijiet arbitrarji u
diskriminatorji mill-NSAs. Minkejja r-rwol importanti tagħha
fil-ħolqien tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-interoperabilità u
s-sikurezza ferrovjarja, jidher biċ-ċar li bħalissa l-ERA ma
għandhiex setgħat kbar ta' kontroll u sorveljanza fir-rigward
tal-awtoritajiet ferrovjarji nazzjonali, tal-managers tal-infrastrutturi jew
tal-atturi fis-suq. Ir-responsabilitajiet tagħha fir-rigward
tal-monitoraġġ huma prattikament limitati
għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sikurezza u
tal-interoperabilità (permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti regolari u l-ġbir
u l-pubblikazzjoni ta' indikaturi tas-sikurezza komuni u l-iffaċilitar
tal-kooperazzjoni bejn l-NSAs u l-NIBs).
2.
Sussidjarjetà
L-Artikoli 58, 90 u 100 tat-Trattat
jestendu l-għanijiet ta' suq intern ġenwin fil-kuntest ta' Politika
Komuni tat-Trasport tal-UE għal-linji ferrovjarji. L-azzjonijiet tal-Istati Membri waħedhom
ma jistgħux jiżguraw il-koerenza tas-suq ferrovjarju tal-UE u
jindirizzaw l-interpretazzjoni diverġenti tal-leġiżlazzjoni,
peress li l-persistenza tar-regoli nazzjonali u t-tħaddim mhux ottimali
tal-istituzzjonijiet nazzjonali, li jaġixxu bħala ostakli
għas-suq intern, huma fil-fatt fil-qalba tal-problema. Azzjoni fil-livell
tal-UE għandha l-għan li tiżgura implimentazzjoni konsistenti
tal-acquis dwar il-ferroviji tal-UE, li għandha twassal
għall-ħolqien taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea
mingħajr ebda ostakolu amministrattiv u tekniku bla bżonn.
3.
Għanijiet
Għan
ġenerali: L-eliminazzjoni tal-ostakli amministrattivi u
tekniċi eżistenti biex b'hekk tittejjeb il-kompetittività tas-settur
ferrovjarju fir-rigward ta' modi ta' trasportoħrajn u tiġi
żviluppata ż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Għanijiet speċifiċi: SO1: L-iffaċilitar
tad-dħul ta' operaturi ġodda fis-suq SO2: It-tnaqqis tal-kost
amministrattiv tal-impriżi ferrovjarji Għanijiet operazzjonali: OO1: It-titjib
fil-proċeduri ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza u ta' awtorizzazzjoni
tal-vetturi OO2: Il-garanzija ta' nuqqas ta'
diskriminazzjoni fl-għoti u r-rikonoxximent ta' ċertifikati
tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tal-interoperabilità fl-UE kollha OO3: Iż-żieda
fil-koerenza tal-oqfsa legali nazzjonali, l-iktar dawk marbutin mal-aspetti
tas-sikurezza u l-interoperabilità tas-suq intern tal-ferroviji Tfasslu l-miri li
ġejjin għall-għanijiet operazzjonali: ·
li, sal-2025, jitneħħew ir-regoli
nazzjonali kollha li mhumiex meħtieġa (ara OO3) ·
li, sal-2025, isir tnaqqis addizzjonali ta' 20%
fit-tul ta' żmien stabbilit biex impriżi ferrovjarji ġodda
jidħlu fis-suq, meta mqabbel max-xenarju ta' referenza fl-2025 (ara OO1 u
OO2) ·
li, sal-2025, isir tnaqqis ta' 20% fil-kost u t-tul
tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi ferrovjarji meta mqabbel max-xenarju ta'
referenza fl-2025 (ara OO1 and OO2)
4.
Għażliet ta' politiki
Abbażi tal-kontroll tal-miżuri
individwali, il-Kummissjoni identifikat ħames għażliet ta'
politiki (għażliet 2-6), minbarra x-xenarju ta' referenza.
L-għażliet 2-5 tfasslu b'mod li jolqtu l-iktar il-livell ta'
interazzjoni bejn l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA jew l-Aġenzija)
u l-awtoritajiet nazzjonali u kollha kapaċi jindirizzaw it-tliet
għanijiet operazzjonali stabbiliti fit-taqsima 3.
L-Għażla 6 hija ġabra ta' miżuri orizzontali li
fil-maġġoranza tagħhom huma indipendenti mill-interazzjonijiet
bejn l-ERA u l-awtoritajiet nazzjonali u jistgħu jiġu applikati flimkien
ma' kwalunkwe waħda mill-għażliet 2 sa 5, li mistennija
ssaħħaħ l-impatt ġenerali finali. Għażla 1: Xenarju ta'
referenza (ma jsir xejn) – tiġi ssoktata
l-mogħdija li bħalissa hija stabbilita għas-settur Għażla 2: Rwol ta'
koordinazzjoni ikbar għall-Aġenzija sabiex
ikun żgurat approċċ koerenti fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni
tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi Għażla 3: L-ERA bħala
punt ta' kuntatt waħdieni, fejn
id-deċiżjoni finali dwar iċ-ċertifikazzjoni u
l-awtorizzazzjoni tibqa' f'idejn l-NSAs, iżda l-ERA twettaq il-verifiki
ta' dħul u ħruġ tal-applikazzjonijiet u
tad-deċiżjonijiet Għażla 4: Qsim
tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs, fejn
id-deċiżjoni finali dwar iċ-ċertifikazzjoni u
l-awtorizzazzjoni tittieħed mill-Aġenzija Għażla 5: L-ERA tieħu
f'idejha l-attivitajiet tal-NSAs fir-rigward
taċ-ċertifikazzjoni tal-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjoni
tal-vetturi Għażla 6: Miżuri
orizzontali, li jinkludu miżuri
leġiżlattivi u mhux vinkolanti oħrajn (lil hinn mill-qsim
tar-responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-ERA) li jistgħu
jiġu implimentati biex titjieb il-kompetittività tas-settur ferrovjarju. Hawn taħt tidher tabella li turi
l-pakketti politiċi kollha flimkien bil-miżuri politiċi
individwali. Sommarju
tal-għażliet ta' politiki Għażla 1 || Għażla 2: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA fil-konfront tal-NSAs || Għażla 3: L-ERA bħalaPunt ta' kuntatt wieħed || Għażla 4: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs || Għażla 5: L-ERA tieħu f'idejha l-attivitajiet tal-NSAs Xenarju ta' Referenza || Tisħiħ tar-rwol tal-“koordinazzjoni” u superviżjoni tal-ERA fir-rigward tal-NSAs b'rabta mal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza, inkluż l-iżgurar tar-rikonoxximent reċiproku tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali. || L-ERA taqsam il-kompetenzi mal-NSAs fir-rigward tal-għoti taċ-ċertifikati tas-sikurezza lill-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi (il-kunċett ta' "punt ta' kuntatt wieħed"): id-deċiżjoni tittieħed mill-NSA filwaqt li l-ERA twettaq verifiki tad-"dħul u l-ħruġ" tal-applikazzjoni. || L-ERA taqsam il-kompetenzi mal-NSAs fir-rigward tal-għoti ta' ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet tal-vetturi: kunċett ta' "punt ta' kuntatt wieħed" mal-NSAs (li jaġixxu bħala uffiċċji reġjonali tal-ERA) li jikkontribwixxu, iżda d-deċiżjoni finali tibqa' f'idejn l-ERA. || L-ERA tieħu f'idejha l-kompetenzi tal-NSAs rigward l-għoti taċ-ċertifikati lill-impriżi ferrovjarji u l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi. L-ERA sservi bħala korp ta' appell għal uħud mid-deċiżjonijiet tal-NSAs Bidla lejn ċertifikat tas-sikurezza uniku (komuni) u awtorizzazzjoni unika tal-vetturi (tfassil ta' "passaport" Ewropew għall-vetturi): l-awtoritajiet nazzjonali joħorġu ċertifikati tas-sikurezza uniċi u awtorizzazzjonijiet uniċi tal-vetturi (rikonoxxuti b'mod reċiproku skont id-definizzjoni) || Bidla lejn ċertifikat tas-sikurezza uniku (komuni) u awtorizzazzjoni unika tal-vetturi (tfassil ta' "passaport" Ewropew għall-vetturi): l-ERA toħroġ ċertifikati tas-sikurezza uniċi u awtorizzazzjonijiet uniċi tal-vetturi (L-appelli għad-deċiżjonijiet tal-ERA jintbagħtu lil korp tal-appelli separat) L-ERA tikkontrolla l-funzjonament tal-NSAs (eż. l-iżvilupp ta' linji gwida u l-aderenza tal-awditjar magħhom). Tisħiħ tar-rwol tal-“koordinazzjoni” u superviżjoni tal-ERA fir-rigward tan-NoBos dwar: approvazzjoni tat-tip; ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji; ċertifikazzjoni tal-ERTMS u akkreditazzjoni tan-NoBos. Għażla 6: miżuri orizzontali (indipendenti mil-livell ta' interazzjoni bejn l-ERA/l-awtoritajiet nazzjonali) || Tisħiħ tal-azzjoni tal-Kummissjoni barra l-proċedura ta' ksur, l-iktar għan-nuqqas ta' diskriminazzjoni fis-suq ferrovjarju Emendar tad-direttivi dwar l-interoperabilità u s-sikurezza biex tkun tista' ssir l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu prinċipji u prattiki komuni għall-awtoritajiet nazzjonali Tisħiħ tar-rwol tal-ERA fil-monitoraġġ u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sikurezza u l-interoperabilità Bidla minn regoli nazzjonali dwar aspetti tekniċi u tas-sikurezza għal sistema ta' regoli tal-UE (rekwiżit li l-awtoritajiet nazzjonali jneħħu regoli żejda u tiġi limitata l-possibilità li jadottaw regoli ġodda). Tisħiħ tar-rwol tal-ERA fit-tqassim ta' tagħrif u taħriġ b'rabta mal-ferroviji. Tisħiħ tar-rwol tal-ERA fl-għoti ta' pariri u appoġġ għall-Istati Membri u partijiet interessati oħrajn fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-linji gwida għall-interpretazzjoni ta' liġijiet u deċiżjonijiet speċifiċi tal-UE (inklużi Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità, TSIs) Tisħiħ tar-rwol tal-ERA fl-identifikazzjoni ta' spare parts potenzjali li għandhom jiġu standardizzati u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-industrija f'dan il-qasam Għall-finijiet ta' trasparenza,
l-għażliet kollha l-ewwel ġew ivvalutati b'mod individwali u
wara flimkien mal-għażla 6 li għandha effett amplifikatur
fuq l-għażliet l-oħrajn.
5.
Valutazzjoni tal-impatti
Minħabba l-enfasi qawwija fuq l-effiċjenza
operazzjonali, l-impatti essenzjali ta' din l-inizjattiva huma dawk
ekonomiċi, filwaqt li l-impatti soċjali u ambjentali huma fil-parti
l-kbira indiretti u xi drabi negliġibbli. L-impatti diretti huma
kkwantifikati, filwaqt li l-impatti indiretti huma vvalutati f'termini
kwalitattivi. Il-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti
diretti tikkonsisti: ·
fil-kalkolu ta' kemm ġie ffrankat f'kostijiet
u ż-żmien li ħadu l-proċessi ta' ċertifikazzjoni u
awtorizzazzjoni (inklużi l-iffrankar fuq il-kostijiet amministrattivi
għall-operaturi); ·
fil-kalkolu tal-iffrankar imwettaq mill-operaturi
fil-livell ta' kostijiet tal-għażla li jirriżulta minn
żmien imnaqqas biex jitqiegħdu fis-suq vetturi ferrovjarji u ·
fil-kalkolu tal-bidliet fil-kostijiet
amministrattivi tal-ERA u l-awtoritajiet nazzjonali. L-għażla 6 ġiet ivvalutata
b'mod separat u flimkien mal-għażliet 2-5. Valutazzjoni
tal-impatti diretti - total tal-benefiċċji għall-operaturi
f'kull għażla kkombinata b'rabta mal-iffrankar ta' kostijiet Jekk wieħed jiġbor flimkien
l-iffrankar fuq il-kostijiet tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni
u l-opportunità jidher li jista' jkun hemm benefiċċji sostanzjali
matul il-perjodu ta' evalwazzjoni b'benefiċċji ta' iktar minn
€0.5 bn għall-għażliet 3-5. Il-benefiċċji
kkwantifikati totali skont kull għażla huma ppreżentati
fit-tabella ta' hawn taħt, bl-għażla 2 tkun l-anqas
vantaġġuża u l-għażla 5 l-aktar
vantaġġuża: Benefiċċji
kkwantifikati totali għall-impriżi ferrovjarji matul il-perjodu
2015-2025 ta' għażliet 2-5 flimkien mal-għażla 6
(bi skont, € m NPV) Għażla || Iffrankar tal-kostijiet tal-awtorizzazzjoni || Iffrankar tal-kostijiet taċ-ċertifikazzjoni || Iffrankar tal-kostijiet tal-għażla (każ ċentrali) || Benefiċċji totali || Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || 201 || 2 || 237 || 440 || Għażla 3+6: L-ERA bħala Punt ta' Kuntatt Wieħed + miżuri orizzontali || 217 || 2 || 255 || 474 || Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || 235 || 2 || 265 || 502 || Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs dwar l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || 276 || 3 || 295 || 574 || Valutazzjoni
tal-impatti diretti - bidliet totali fil-kostijiet amministrattivi
għall-Aġenzija u l-NSAs It-tabella ta'
hawn taħt tippreżenta l-istima tal-kostijiet amministrattivi
għall-ERA li ġejjin minn għażliet ikkombinati,
l-għażla 5 hija b'mod ċar l-iktar waħda li tiswa: Kostijiet amministrattivi addizzjonali li għandha
ġġarrab l-ERA fl-għażliet 2-5 flimkien
mal-għażla 6 (€m) || Valuri annwali sal-2020 (meta l-bidliet kollha fil-persunal ikunu saru b'mod progressiv) || Kostijiet totali, NPV (2015-2025) Għażla || Persunal addizzjonali totali || Kostijiet addizzjonali totali tal-persunal || Spejjeż tan-negozju || Kostijiet oħrajn || Żieda grossa totali tal-kostijiet || % tal-baġit attwali tal-ERA Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || 38 || (3.5) || (0.9) || (0.5) || (4.9) || 24% || (37) Għażla 3+6: l-ERA bħala Punt ta' Kuntatt Wieħed + miżuri orizzontali || 42 || (3.9) || (1.0) || (0.5) || (5.4) || 27% || (39) Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || 55 || (5.0) || (1.3) || (0.3) || (6.6) || 33% || (44) Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || 302 || (23.2) || (5.8) || (2.0) || (31) || 154% || (221) Ta' min jinnota li ma ġew identifikati
l-ebda kostijiet addizzjonali minħabba l-attivitajiet ta' referenza. Hemm
evoluzzjoni ċara tal-attivitajiet fix-xenarju ta' referenza, iżda
mhuwiex maħsub li din ser ikollha impatt notevoli fuq il-kostijiet
amministrattivi għall-Aġenzija. It-tabella ta' hawn taħt tippreżenta
l-kostijiet amministrattiv relatati li għandhom iġarrbu l-NSAs u li
ġejjin mill-għażliet ikkombinati, l-għażla 5
għandha l-ogħla impatt potenzjali fuq it-tnaqqis tal-kostijiet. L-iffrankar tal-kost amministrattiv għall-NSAs
tal-għażliet 2-5 flimkien mal-għażla 6 (€m) Għażla || Total tal-persunal tal-NSA* (stima tal-2011) || Valuri annwali sal-2020 (meta l-bidliet kollha fil-persunal ikunu ddaħħlu b'mod progressiv), għal kull NSA || NPV totali fl-UE (2015-2025) Varjazzjoni totali tal-persunal || Iffrankar totali fuq il-kostijiet tal-persunal || Spejjeż tan-negozju || Iffrankar gross totali tal-kostijiet Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || 500 || -2 || UE12 || 0.08 || 0.02 || 0.1 || 37 UE15 || 0.17 || 0.04 || 0.2 Għażla 3+6: L-ERA bħala Punt ta' Kuntatt Wieħed + miżuri orizzontali || -4 || UE12 || 0.09 || 0.02 || 0.1 || 55 UE15 || 0.35 || 0.09 || 0.4 Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || -5 || UE12 || 0.11 || 0.03 || 0.1 || 68 UE15 || 0.44 || 0.11 || 0.6 Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || -11 || UE12 || 0.24 || 0.06 || 0.3 || 152 UE15 || 0.96 || 0.24 || 1.2 * Dawk biss li
jaħdmu fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni. Valur stmat
ibbażat fuq ir-Rapporti tal-Aġenzija dwar l-Interoperabilità u
s-Sikurezza. Wieħed jassumi li l-persunal tal-EBA (NSA tal-Ġermanja)
fl-uffiċċji reġjonali mhuwiex meqjus bħala persunal
taċ-ċertifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni, iżda huwa persunal ta'
spezzjoni u awditjar It-tabella li ġejja turi l-impatti totali
stmati fuq il-kost amministrattiv għall-ERA u l-NSAs rispettivament
għal kull waħda mill-għażliet ta' politiki analizzati.
Għall-għażliet kollha, minbarra l-għażla 5,
ġie stmat tnaqqis globali fil-kost amministrattiv minħabba l-fatt li
l-kostijiet amministrattivi mġarrba mill-ERA jistgħu jiġu
kkumpensati mill-iffrankar tal-kostijiet rreġistrati mill-NSAs. Bidla fil-kostijiet tal-Aġenzija u l-NSAs u
l-impatt nett fuq il-kost amministrattiv tal-għażliet 2-5
flimkien mal-għażla 6 (Kostijiet totali, NPV, 2015-2025, € m) Għażla || Żieda stmata fil-kostijiet tal-ERA || Tnaqqis stmat fil-kostijiet tal-NSAs || Iffrankar totali tal-kostijiet amministrattivi (ERA+NSAs) Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || (37) || 37 || 0 Għażla 3+6: L-ERA bħala Punt ta' Kuntatt Wieħed + miżuri orizzontali || (39) || 55 || 16 Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || (44) || 68 || 24 Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || (221) || 152 || (69) It-tabella ta' hawn fuq turi li
l-għażla 4 hija dik li ġġib magħha l-akbar
iffrankar fil-kostijiet (€24 m.), filwaqt li l-implimentazzjoni
tal-għażla 5 hija mistennija li timponi żieda fil-kostijiet
amministrattivi ta' madwar €69 m. Valutazzjoni
tal-impatti indiretti L-impatti soċjali indiretti, kif ukoll
kwalunkwe impatti ambjentali eventwali (emissjonijiet ta' gassijiet serra,
il-kwalità tal-arja u l-istorbju) huma mistennija jkunu baxxi, u fir-realtà
jkun diffiċli li jiġi stabbilit kemm dawn fil-fatt oriġinaw minn
din l-inizjattiva minflok minn inizjattivi oħrajn tar-Raba' Pakkett
Ferrovjarju u/jew fatturi esterni bħall-bidliet fid-domanda ta' moduli
oħrajn tat-trasport. Il-livelli tas-sikurezza ferrovjarja jibqgħu
l-istess f'kull għażla peress li r-responsabilitajiet ewlenin ta'
kull attur ewlieni fil-katina tas-sikurezza mhumiex se jinbidlu jew jitjiebu
minħabba leġiżlazzjoni nazzjonali iktar armonizzata.
6.
Tqabbil tal-għażliet
Tqabbil
f'termini ta' impatti diretti Ir-riżultati globali tal-valutazzjoni ta'
impatti differenti jingħataw fil-qosor fit-tabella ta' hawn taħt.
Għalkemm l-għażla 6 tista' tikkostitwixxi għażla
awtonoma, l-analiżi wriet li jkun hemm benefiċċji konsiderevoli
meta din tingħaqad mal-għażliet istituzzjonali 2-5. Tabella fil-qosor tal-iffrankar tal-kostijiet skontati
għall-impriżi ferrovjarji u l-awtoritajiet pubbliċi matul
il-perjodu 2015-2025 tal-għażliet 2-5 flimkien
mal-għażla 6 (NPV, € m) Għażla || Iffrankar fil-kostijiet għall-impriżi ferrovjarji (inklużi f'kostijiet amministrattivi) || Bidla fil-kost amministrattiv || Telf tad-dħul minn tariffi ta' awtorizzazzjoni ta' ERA/NSA[1] || Benefiċċju totali nett || Fondi addizzjonali meħtieġa mill-baġit tal-UE biex jiġu koperti l-kostijiet tal-ERA Awtorizzazzjoni || Ċertifikazzjoni tas-sikurezza || Kostijiet tal-opportunità (każ ċentrali) || Benefiċċji totali għall-operaturi || Għall-ERA || Għall-NSAs || Bidla totali fil-kost amministrattiv Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || 201 || 2 || 237 || 440 || (37) || 37 || 0 || (29) || 411 || (37) Għażla 3+6: L-ERA bħala Punt ta' Kuntatt Wieħed + miżuri orizzontali || 217 || 2 || 255 || 474 || (39) || 55 || 16 || (29) || 461 || (39) Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || 235 || 2 || 265 || 502 || (44) || 68 || 24 || (29) || 497 || a: 0[2] b: (6) c: (25) Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || 276 || 3 || 295 || 574 || (221) || 152 || (69) || (29) || 476 || (146) Jekk jiġu kkunsidrati l-impatti diretti,
l-għażla 4 hija l-aktar waħda vantaġġuża,
jiġifieri tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-kostijiet u
l-benefiċċji. Barra minn hekk, tista' ma tħallix effett fuq il-baġit
tal-UE (kost minimu fix-xenarju (a) u newtrali fix-xenarju (b)), minħabba
l-kopertura proposta tal-kostijiet addizzjonali tal-ERA permezz tat-tariffi
tal-industrija. Tqabbil f'termini ta' effiċjenza u effikaċja L-effikaċja u l-effiċjenza
tal-għażliet differenti jingħataw fil-qosor fit-tabella ta' hawn
taħt. L-effiċjenza u l-effikaċja
tal-għażliet Għażla || Effiċjenza (Benefiċċju Totali Nett, f' € m) || Effikaċja (għadd ta' għanijiet operazzjonali milħuqa) Għażla 2+6: Tisħiħ tar-rwol tal-"Koordinazzjoni" tal-ERA + miżuri orizzontali || 411 || 1 Għażla 3+6: L-ERA bħala Punt ta' Kuntatt wieħed + miżuri orizzontali || 461 || 2 Għażla 4+6: Qsim tal-kompetenzi bejn l-ERA u l-NSAs + miżuri orizzontali || 497 || 3 Għażla 5+6: L-ERA tieħu f'idejha attivitajiet tal-NSAs li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni + miżuri orizzontali || 476 || 3 Din it-tabella turi li billi jingħaqdu
l-benefiċċji netti mal-effikaċja f'termini ta' għanijiet
operazzonali, l-għażla 4 tibqa' l-għażla ppreferuta –
l-għanijiet kollha ser jintlaħqu bl-ogħla benefiċċju
nett. Filwaqt li l-benefiċċji tal-għażla 3 huma
relattivament qrib għal dawk tal-għażla 4, il-livell ta'
effikaċja tagħha huwa inferjuri peress li l-mira ta' tnaqqis
fil-kostijiet tal-awtorizzazzjoni ma tintlaħaqx. Konklużjoni L-għażla 4 għandha twassal
għal soluzzjoni koerenti, effettiva u effiċjenti għall-problemi
identifikati, peress li din tipprovdi l-aħjar bilanċ
tar-riżultati fir-rigward: ·
tal-industrija, f'termini ta' kostijiet imnaqqsa u
l-perjodi ta' żmien għaċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u
l-awtorizzazzjoni ta' vetturi u ta' sottosistemi oħrajn; ·
tal-implikazzjonijiet finanzjarji
għall-baġit tal-UE; ·
tal-impatti finanzjarji fuq l-istituzzjonijiet
nazzjonali; ·
tar-rispett tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u
proporzjonalità; ·
tal-indirizzar tal-problemi identifikati
fit-taqsima 1; u ·
tat-twettiq tal-għanijiet spjegati
fit-taqsima 3.
7.
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Fir-rigward tal-evalwazzjoni, huwa ppjanat li
fl-2025 il-Kummissjoni se tevalwa jekk l-għanijiet tal-inizjattiva
ntlaħqux, u jekk le, se tikkunsidra passi addizzjonali li għandhom
jittieħdu biex jinkisbu sal-2030. Il-progress f'termini ta' ksib ta'
għanijiet jista' jiġi ssorveljat permezz ta' indikaturi ta'
monitoraġġ relevanti. Għal dan il-għan, il-miri
eżistenti għall-għanijiet operazzjonali jistgħu
jintużaw u jiġu trasformati fl-indikaturi li ġejjin: ·
l-għadd ta' regoli nazzjonali, ·
il-kost u t-tul ta' żmien tal-proċedura
ta' ċertifikazzjoni tas-sikurezza, u ·
il-kost u t-tul ta' żmien tal-proċedura
ta' awtorizzazzjoni tal-vetturi. L-indikaturi jistgħu jiġu
vverifikati permezz ta' għodod bħal intervisti (stħarriġ)
b'għażla ta' partijiet interessati fuq il-valutazzjoni tagħhom
stess taż-żmien u l-kostijiet marbutin maċ-ċertifikazzjoni
u l-awtorizzazzjoni tal-vetturi u l-għadd ta' regoli nazzjonali notifikati
u pubblikati mkejla fil-bażi ta' dejta xierqa. Barra minn hekk, jista' jkun utli wkoll li
tiġi ssorveljata l-pożizzjoni tal-partijiet interessati – permezz ta'
proċess ta' konsultazzjoni – fir-rigward : ·
tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni; ·
taż-żieda fil-koerenza tal-qafas legali
nazzjonali. [1] Maż-żmien se jkun hemm tnaqqis gradwali
fin-numru totali ta' awtorizzazzjonijiet tat-tip ta' vetturi, u dan ser iwassal
għal tnaqqis fit-tariffi totali madwar l-UE kollha ta' madwar €29 m. [2] Din il-kaxxa turi sa fejn id-dħul fil-ġejjieni
miġbur mill-Aġenzija għall-parti tagħha li toħroġ
ċertifikati tas-sikurezza u awtorizzazzjonijiet ta' vetturi jista' jkopri
l-kostijiet addizzjonali tal-Aġenzija, skont tliet xenarji ta' qsim
tad-dħul bejn l-ERA u l-NSAs – (a): 25% NSAs, 75% ERA; (b): 50% NSAs, 50%
ERA; (c): 75% NSAs, 25% ERA.