This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013SA0006
Special Report No 6/2013 ‘Have the Member States and the Commission achieved value for money with the measures for diversifying the rural economy?’
Rapport Speċjali Nru 6/2013 “L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?”
Rapport Speċjali Nru 6/2013 “L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?”
Rapport Speċjali Nru 6/2013 “L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?”
GLOSSARJU Assi : L-iżvilupp rurali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–13 jiġi implimentat taħt tliet assi tematiċi, li jirrappreżentaw gruppi koerenti ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali, u assi orizzontali wieħed ddedikat lill-approċċ Leader (assi Leader). CMEF : Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni. Deadweight : Sitwazzjoni fejn proġett issussidjat ikun twettaq kompletament jew parzjalment mingħajr l-għajnuna ta’ għotja. FAEŻR : Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. FTE : Ekwivalenti għall-full time, unità li tintuża biex tkejjel il-persuni impjegati b’mod li tagħmilhom kumparabbli għalkemm jistgħu jaħdmu numru differenti ta’ sigħat fil-ġimgħa. L-unità tinkiseb billi tqabbel in-numru medju ta’ sigħat maħduma minn impjegat man-numru medju ta’ sigħat ta’ impjegat full time. Linji gwida strateġiċi Komunitarji : B’dawn il-linji gwida strateġiċi l-Kunsill jidentifika l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Huwa jistabbilixxi konnessjoni mal-objettivi stabbiliti mill-Kunsilli Ewropej ta’ Lisbona u Goteborg u jittraduċihom f’politika ta’ żvilupp rurali. L-idea hija li tiġi żgurata l-konsistenza tal-iżvilupp rurali ma’ politiki oħra tal-UE, b’mod partikolari fil-qasam tal-koeżjoni u l-ambjent, u li jiġu akkumpanjati l-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni (PAK) il-ġdida u r-ristrutturar involut. Miżura 311 : Il-miżura għal "diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli". Miżura 312 : Il-miżura għal "ħolqien u żvilupp tan-negozju maħsuba għall-mikrointrapriżi". Miżura 313 : Il-miżura għal "inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi". Miżura : Skema ta’ għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ politika. Miżura tiddefinixxi r-regoli għall-proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-assi. MTE : Rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-term. Perjodu ta’ programmazzjoni : Qafas pluriennali għall-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-UE bħall-politika ta’ żvilupp rurali; il-perjodu ta’ żvilupp rurali attwali jibda fl-2007 u jispiċċa fl-2013. PSN : Il-Pjan Strateġiku Nazzjonali huwa dokument imħejji minn Stat Membru li għandu jiżgura li l-għajnuna Komunitarja għal żvilupp rurali hija konsistenti mal-linji gwida strateġiċi Komunitarji u li l-prijoritajiet Komunitarji, nazzjonali u reġjonali jkunu kollha kkoordinati. Il-pjan strateġiku nazzjonali għandu jkun għodda ta’ referenza għat-tħejjija tal-programmazzjoni tal-FAEŻR. Huwa għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi tal-iżvilupp rurali. PŻR : Programm tal-iżvilupp rurali, dokument ta’ programmazzjoni mħejji minn Stat Membru u approvat mill-Kummissjoni għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE. PŻR jista’ jiġi mħejji fil-livell reġjonali jew nazzjonali. Spustament : Il-grad sa fejn attività promossa mill-appoġġ pubbliku tiġi kkumpensata bi tnaqqis f’attività xi mkien ieħor. VMG : Valur miżjud gross. SOMMARJU EŻEKUTTIV I. Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għandha l-ħsieb li tindirizza problemi rurali bħad-depopolazzjoni, l-iskarsezza ta’ opportunitajiet ekonomiċi u l-qgħad. Hija tipprovdi finanzjament biex jiġu appoġġati t-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp sostenibbli f’żoni rurali. II. Wieħed mit-tliet assi tematiċi tal-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u jiddiversifika l-ekonomija rurali; dan huwa magħruf bħala l-Assi 3. Taħt dan l-Assi, tliet miżuri speċifiċi huma maħsuba biex jiddiversifikaw l-ekonomija rurali: - diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli (il-miżura 311); - appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ mikrointrapriżi bil-ħsieb li tiġi promossa l-intraprenditorija u tiġi żviluppata n-nisġa ekonomika (il-miżura 312); u - inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi (il-miżura 313). III. Il-baġit tal-UE għal dawn il-miżuri jammonta għal EUR 5 biljun għall-perjodu 2007–13. Dan il-finan- zjament tal-UE huwa supplimentat b’EUR 2 biljun addizzjonali pprogrammati li jaslu mill-fondi nazzjonali. IV. L-awditu tal-Qorti eżamina jekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri kisbux l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali. B’mod partikolari, il-Qorti vvalutat jekk dawn it-tliet miżuri ġewx imfassla u implimentati b’tali mod li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tkabbir u l-impjiegi u jekk intgħażlux il-proġetti l-aktar effettivi u effiċjenti għall-finanzjament. Barra minn hekk, il-Qorti vvalutat jekk l-informazzjoni disponibbli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni pprovdietx informazzjoni affidabbli, kompleta u fil-ħin dwar ir-riżultati tal-miżuri. V. Il-Qorti tikkonkludi li b’mod kumplessiv il-Kummissjoni u l-Istati Membri kisbu, sa punt limitat biss, l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz permezz tal-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, peress li l-għajnuna ma ġietx immirata sistematikament lejn il-proġetti li kellhom l-akbar probabbiltà li jiksbu l-għan tal-miżuri. Dan kien dovut għal nuqqas ta’ ħtiġijiet ċari għall-intervent jew ta’ objettivi speċifiċi stabbiliti fil-PŻR, kriterji ta’ eliġibbiltà wesgħin adottati li ma llimitawx il-proġetti għal dawk li kellhom l-akbar probabbiltà li jiksbu d-diversifikazzjoni u kriterji tal-għażla li ma għażlux l-aktar proġetti effettivi jew li ma ġew applikati xejn. Ta’ spiss, u b’mod partikolari fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, l-għażla tal-proġetti kienet aktar immexxija mill-ħtieġa li jintefaq il-baġit allokat milli mill-kwalità tal-proġetti stess. F’xi Stati Membri, fejn kien hemm baġit suffiċjenti disponibbli, il-proġetti kollha eliġibbli ġew iffinanzjati irrispettivament minn kif ġie vvalutat il-proġett. VI. L-Istati Membri ma mmitigawx b’mod suffiċjenti r-riskji ta’ deadweight u spustament, u għaldaqstant ma żgurawx l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Il-kontrolli tal-Istati Membri fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż ma naqqsux b’mod suffiċjenti r-riskju ta’ spejjeż esaġerati u kien hemm eżempji ta’ piż amministrattiv eċċessiv fuq l-applikanti u dewmien fil-pagamenti. VII. Kien hemm nuqqas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni effettivi tal-miżuri u b’hekk hemm riskju reali li r-riżultati tal-finanzjament allokat lill-proġetti ma jkunux magħrufa. Il-prijorità strateġika tal-UE ta’ ħolqien ta’ impjiegi ma ġietx immirata tajjeb u kien hemm nuqqas ta’ ġestjoni attiva meta kien evidenti li l-miri stabbiliti ma kinux se jintlaħqu. VIII. Għaldaqstant il-Qorti tirrakkomanda li: - Fil-programmi ta’ żvilupp rurali (PŻR) tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw b’mod ċar kif u għaliex l-intervent pubbliku għal investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli se jgħin biex jirrimedja pereżempju n-nuqqasijiet tas-suq relatati mal-ostakoli għall-impjieg u t-tkabbir. L-Istati Membri għandhom imbagħad jistabbilixxu objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu fir-rigward ta’ dawn il-ħtiġijiet. Il-Kummissjoni għandha tapprova biss dawk il-PŻR li jippreżentaw strateġiji sostanzjati u komprensivi b’bażi loġika ċara li turi kif l-intervent tal-politika se jikkontribwixxi għall-għanijiet strateġiċi ta’ ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ tkabbir u opportunitajiet ta’ impjieg. - L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw b’mod konsistenti kriterji li jiżguraw l-għażla tal-proġetti l-aktar effettivi u sostenibbli fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-kriterji jiġu applikati b’mod korrett u kontinwu, mhux biss f’każijiet ta’ nuqqas baġitarju. - Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-adozzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskji ta’ deadweight u spustament. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw il-prattika li tippermetti li n-nefqa għall-investimenti tkun eliġibbli biss mid-data tal-approvazzjoni tal-għotja. - Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi effettivi biex iwettqu kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż. - Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, tinkiseb informazzjoni rilevanti u affidabbli biex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-miżura u biex jintwera sa liema punt l-għajnuna mogħtija qed tikkontribwixxi għall-kisba tal-prijoritajiet tal-UE. Il-miri għall-ħolqien tal-impjiegi għandhom ikunu realistiċi u n-numru ta’ impjiegi maħluqa għandu jiġi mmonitorjat b’mod preċiż, il-miżuri għandhom jiġu ġestiti aħjar matul il-perjodu ta’ programmazzjoni u b’mod partikolari jekk isir evidenti li l-miri stabbiliti ma jkunux se jintlaħqu. - Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-piż amministrattiv u jiżguraw li l-pagamenti jsiru fi żmien raġonevoli. INTRODUZZJONI 1. Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għandha l-ħsieb li tindirizza problemi rurali bħad-depopolazzjoni, l-iskarsezza ta’ opportunitajiet ekonomiċi u l-qgħad. Hija tipprovdi finanzjament biex jiġu appoġġati t-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp sostenibbli f’żoni rurali. 2. Il-politika ta’ żvilupp rurali tal-UE għall-2007 sal-2013 hija ffukata fuq tliet temi (magħrufa bħala ‘assi tematiċi’). Dawn huma: Assi 1 — titjib tal-kompetittività tas-settur tal-agrikoltura u l-forestrija; Assi 2 — titjib tal-ambjent u l-kampanja; Assi 3 — titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u l-inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali [1]. 3. It-tmien miżuri taħt l-Assi 3 huma definiti bħala li għandhom l-objettivi li ġejjin [2]: "Biex jiddiversifikaw l-attivitajiet ta’ biedja lejn attivitajiet nonagrikoli u jiżviluppaw setturi nonagrikoli, jippromovu l-impjieg, itejbu s-servizzi bażiċi, inkluż l-aċċess lokali għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni u jagħmlu investimenti biex iż-żoni rurali jsiru iżjed att- raenti sabiex jaqilbu x-xejriet lejn rigress ekonomiku u soċjali u t-tnaqqis tal-popolazzjoni fil-kampanja [...]". 4. Parti mill-Assi 3, l-objettiv tal-UE għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, hija appoġġata permezz ta’ tliet miżuri speċifiċi: (i) diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli (il-miżura 311); (ii) appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ mikrointrapriżi bil-ħsieb li tiġi promossa l-intraprenditorija u tiġi żviluppata n-nisġa ekonomika (il-miżura 312); u (iii) inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi (il-miżura 313). 5. Il-linji gwida strateġiċi Komunitarji adottati mill-Kunsill [3] jidentifikaw il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Dawn il-linji gwida jistipulaw liema għanijiet ta’ nfiq tal-Assi 3 għandhom jinkisbu kif ġej: "Ir-riżorsi taħt l-Assi 3 għandhom jikkontribwixxu għall-prijorità prevalenti tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u ta’ kondizzjonijiet għat-tkabbir [...]". Il-linji gwida jistipulaw l-appoġġ strateġiku li għandhom isegwu l-Istati Membri għat-tħejjija tal-Pjan Strateġiku Nazzjonali (PSN) tagħhom u tal-programmi sussegwenti tal-iżvilupp rurali (PŻR) tagħhom għall-perjodu 2007–13. Il-kontribut mistenni għat-tkabbir u l-impjiegi f’żoni rurali, f’konformità mal-Istrateġija ta’ Lisbona, ġie rifless ukoll fl-indikaturi tar-riżultati tar-regoli ta’ implimentazzjoni [4]. 6. Il-miżuri ta’ diversifikazzjoni, bħala parti mill-politika ta’ żvilupp rurali, jiġu suġġetti għas-sistema ta’ ġestjoni kondiviża tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Il-PŻR jiġu proposti mill-Istati Membri u approvati mill-Kummissjoni. Imbagħad l-Istati Membri jagħżlu l-proġetti li għalihom jiġi allokat il-finanzjament abbażi tal-programmi mressqa. Il-Figura 1 turi kif il-qafas regolatorju jalloka l-finanzjament lill-proġetti ta’ diversifikazzjoni. FIGURA 1 +++++ TIFF +++++ 7. In-nefqa tal-UE ppjanata għal dawn il-miżuri kienet ta’ EUR 5 biljun għall-perjodu 2007–13 u EUR 2 biljun ġew allokati wkoll mill-fondi nazzjonali tal-Istati Membri. Peress li l-livell tad-domanda għal ċerti miżuri kien aktar baxx milli mistenni l-finanzjament ipprogrammat għall-miżuri f’xi Stati Membri ġie mnaqqas b’total ta’ EUR 0,3 biljun waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni (ara l-Anness I). 8. Il-finanzjament jiġi pprovdut fil-forma ta’ għotjiet biex jappoġġa l-proġetti sottomessi u għaldaqstant huwa żieda fuq il-finanzjament li l-benefiċjarji stess jikkontribwixxu. Tipi tipiċi ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-miżuri tal-Assi 3 jinkludu: Taħt il-miżura 311: attivitajiet ta’ servizzi (bed and breakfast, agrituriżmu, attivitajiet edukattivi u soċjali fl-azjendi...), attivitajiet ta’ artiġjanat (fuħħar, manifattura ta’ prodotti lokali...) u attivitajiet ta’ kummerċ (ħolqien ta’ ħwienet ħdejn l-azjenda fejn il-prodotti [5] jinbiegħu direttament lill-konsumatur...). Taħt il-miżura 312: appoġġ għall-iżvilupp ta’ mikrointrapriżi eżistenti jew lil individwi li se jistabbilixxu mikrointrapriża ġdida (anqas minn 10 ħaddiema u dħul ta’ anqas minn EUR 2 miljun) f’negozju mhux agrikolu. Taħt il-miżura 313: kostruzzjoni jew restawr ta’ infrastruttura tat-turiżmu, faċilitajiet u/jew attrazzjonijiet għall-viżitaturi, faċilitajiet għall-ħin liberu, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tat-turiżmu, żvilupp ta’ strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu, materjali ta’ informazzjoni. 9. Il-Kaxxa 1 turi eżempji tat-tipi ta’ proġetti ffinanzjati taħt it-tliet miżuri ta’ diversifikazzjoni li ġew awditjati mill-Qorti. 10. L-ispiża totali tal-proġetti awditjati varjat minn EUR 10000 għal EUR 3 miljun, bl-għajnuna pubblika tvarja minn EUR 2500 sa EUR 1,1 miljun. Għal dawn il-miżuri, ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma stabbilixxa la l-ammont massimu eliġibbli u lanqas ir-rata massima permessa tal-intensità tal-għajnuna. L-Istati Membri jiddeterminaw ir-rata tal-għajnuna u l-ammont massimu eliġibbli fil-PŻR tagħhom f’konformità mar-regoli ġenerali tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. KAXXA 1 EŻEMPJI TAT-TIPI TA’ INVESTIMENT IFFINANZJAT MINN MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI +++++ TIFF +++++ © Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. +++++ TIFF +++++ © Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. +++++ TIFF +++++ © Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. AMBITU U APPROĊĊ TAL-AWDITJAR 11. Il-Qorti fittxet li tivvaluta jekk il-miżuri awditjati ġewx imfassla u implimentati b’mod li pprovda l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz, u jekk il-proġetti awditjati li ġew iffinanzjati laħqux l-objettivi tal-miżuri. Il-Qorti vvalutat ukoll jekk ir-riżultati tal-miżuri ġewx immonitorjati u evalwati b’mod li ppermetta lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jidentifikaw u jirreaġixxu għal kwalunkwe problema li setgħet inqalgħet, u li jipp- rovdu informazzjoni oġġettiva dwar ir-riżultati tal-miżuri. 12. L-awditu mmira li jwieġeb għall-mistoqsija li ġejja: L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz bil-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali? Is-sottomistoqsijiet prinċipali kienu: Il-miżuri ta’ diversifikazzjoni huma mfassla u implimentati b’tali mod li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tkabbir u l-impjiegi? Ir-riskji għall-effiċjenza u l-ekonomija ġew mitigati b’mod suffiċjenti? Il-proġetti effettivi u effiċjenti ġew fil-fatt iffinanzjati? 13. L-awditu kopra kemm il-Kummissjoni kif ukoll żjarat f’sitt Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, Franza — Aquitaine, l-Italja — Campania, il-Polonja, l-Isvezja (Västra Götaland) u r-Renju Unit — l-Ingilterra (Yorkshire u Humber)) [6] u inkluda t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri, ir-riżultati miksuba mill-proġetti kkompletati u l-monitoraġġ tal-appoġġ finanzjarju taħt il-miżuri ta’ diversifikazzjoni. Dan involva l-eżaminar ta’ kampjun ta’ 129 fajl ta’ proġetti li jkopru t-tliet miżuri ta’ diversifikazzjoni. Saru żjarat fuq il-post għal 57 proġett minnhom, li inkludew analiżi tad-dokumentazzjoni ta’ bażi u intervisti mal-benefiċjarji tal-għajnuna. Ġew iċċekkjati 72 fajl ta’ proġett permezz ta’ analiżi tad-dokumenti. OSSERVAZZJONIJIET L-EWWEL PARTI — IL-MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI HUMA MFASSLA U IMPLIMENTATI B’TALI MOD LI JIKKONTRIBWIXXU B’MOD EFFETTIV GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI? 14. Il-miżuri taħt l-Assi 3 għandhom jikkontribwixxu għall-prijorità predominanti tal-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjieg f’żoni rurali f’attivitajiet u servizzi mhux agrikoli. Din hija reazzjoni għat-tendenzi f’ħafna partijiet tal-Ewropa, għal tnaqqis ekonomiku u soċjali kif ukoll depopolazzjoni tal-kampanja. Id-diversifikazzjoni hija meħtieġa għat-tkabbir, l-impjieg u l-iżvilupp sostenibbli f’żoni rurali, u b’hekk tikkontribwixxi għal bilanċ territorjali aħjar, kemm f’termini ekonomiċi kif ukoll soċjali... [7] 15. L-Istati Membri huma meħtieġa jesprimu l-ħtiġijiet strutturali u territorjali tagħhom f’termini ta’ objettivi [8] ċari u speċifiċi fil-PŻR tagħhom b’konformità mal-Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali tagħhom. Imbagħad huma għandhom jimplimentaw miżuri li jimmiraw li jilħqu dawn l-objettivi. 16. Sabiex il-politiki tagħhom ikunu kemm effettivi kif ukoll immirati, l-Istati Membri jeħtieġu li jifhmu kemm il-motivaturi tal-impjieg u t-tkabbir f’żoni rurali kif ukoll l-ostakoli kontriehom. Iridu jiżguraw ukoll li l-bażi loġika għal intervent hija ġġustifikata b’mod ċar f’termini ta’ kif il-finanzjament pubbliku jista’ jgħin pereżempju billi jirrimedja n-nuqqasijiet tas-suq. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw ukoll ir-riżultati li jippjanaw li jiksbu (kif id-diversifikazzjoni tista’/se tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u liema bidliet iridu jinkisbu), u għaldaqstant jipprovdu qafas u gwida ċari għall-ġestjoni kontinwa tal-programm (pereżempju, jidentifikaw l-iżviluppi li jridu jitwettqu meta meħtieġ). 17. Il-Qorti analizzat il-leġiżlazzjoni tal-UE u s-sistemi, il-proċeduri u d-dokumenti tal-Istati Membri sabiex tikseb evidenza dwar jekk it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ diversifikazzjoni kinux x’aktarx se jwasslu għall-finanzjament effiċjenti ta’ proġetti effettivi li indirizzaw il-prijorità ta’ tkabbir u ħolqien ta’ impjiegi. B’mod speċifiku, l-awditu eżamina jekk l-Istati Membri għandhomx bażi loġika li għall-miżuri turi l-ħtieġa ta’ intervent pubbliku, l-istabbiliment ta’ objettivi ċari u kriterji ta’ eliġibbiltà rilevanti flimkien mal-istabbiliment ta’ proċeduri tal-għażla effettivi. Barra minn hekk, l-awditu vvaluta sa liema punt il-miżuri ġew ġestiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri filwaqt li qies il-prestazzjoni miksuba. L-OBJETTIVI STABBILITI KIENU WESGĦIN U MHUX DEJJEM KIENU RELATATI MAL-ĦOLQIEN TA’ KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TKABBIR U OPPORTUNITAJIET TA’ IMPJIEG 18. Kif meħtieġ mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 [9], il-PŻR nazzjonali/reġjonali awditjati kienu fil-fatt identifikaw numru ta’ saħħiet u dgħufijiet fl-ekonomiji rurali tagħhom. Madankollu, il-PŻR u dokumenti oħra ta’ programmazzjoni ma analizzawx aktar il-kawżi ta’ bażi ta’ dawn il-problemi sabiex jistabbilixxu kif l-intervent għandu jiġi immirat [10] (ara l-Kaxxa 2). 19. Filwaqt li l-PŻR eżaminati kienu identifikaw xi benefiċċji potenzjali li setgħu jinkisbu bil-miżuri 311, 312 u 313, l-ebda wieħed minnhom ma stipula loġika ta’ intervent ċara tat-tip: ħtiġijiet identifikati — objettivi speċifiċi — attività meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Pereżempju, fl-Isvezja, il-PŻR elenka numru ta’ oqsma fejn intervent pubbliku jista’ jkun meħtieġ biex tinkiseb id-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali u biex jiġi appoġġat it-tkabbir (l-eliminazzjoni ta’ ostakoli għall-parteċipazzjoni tan-nisa, il-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet ta’ garanziji ta’ kreditu, eċċ.) imma ma stabbilixxiex objettivi speċifiċi u lanqas ma identifika tipi speċifiċi ta’ attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati biex dawk il-ħtiġijiet jiġu ssodisfati. KAXXA 2 EŻEMPJU TA’ PŻR FEJN IL-ĦTIEĠA GĦALL-FINANZJAMENT TAL-MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI MHIJIEX MURIJA B’MOD ĊAR Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: Skont il-PŻR, kull reġjun għandu jagħti attenzjoni partikolari lin-nuqqas ta’ prestazzjoni u żvantaġġi ekonomiċi meta jkun qed jimplimenta l-miżuri. Il-Pjan Reġjonali ta’ Implimentazzjoni ta’ Yorkshire u Humber jagħti l-ġustifikazzjoni li r-reġjun għandu proporzjon aktar baxx ta’ azjendi ddiversifikati mill-medja nazzjonali, imma ma jurix li hemm ħtieġa ta’ aktar diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, kemm f’termini ta’ introjti tal-azjenda, vijabbiltà tal-azjenda, volatilità tad-dħul, jew fatturi oħra, u lanqas ma jidentifika għaliex hemm anqas diversifikazzjoni f’dan ir-reġjun u kif l-intervent pubbliku jista’ jgħin. 20. Fil-PŻR nazzjonali/reġjonali kollha awditjati, bl-eċċezzjoni ta’ eżempju partikolari fl-Italja (ara l-paragrafu 21) l-objettivi pprovduti tant kienu wesgħin u miftuħa li l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali ma setgħux jiżviluppaw miri li jistgħu jitkejlu (ara l-Kaxxa 3). Għaldaqstant, il-kontribut ta’ kull miżura għall-objettivi operazzjonali ġie kkwantifikat biss f’termini ta’ miri għall-indikaturi ta’ monitoraġġ stipulati fil-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-UE [11]. Madankollu, dawn il-"miri" ġew stabbiliti billi ġew ikkalkulati r-riżultati mistennija abbażi tal-volum tal-infiq ippjanat aktar milli l-ewwel ġew identifikati r-riżultati mixtieqa meħtieġa biex tiġi ssodisfata ħtieġa jew biex jintlaħaq objettiv u sussegwentement jiġi identifikat kemm jista’ jiġi miksub mill-mira bil-finanzjament disponibbli. 21. Il-miżura 311 fl-Italja — Campania kienet eċċezzjoni sakemm stabbilixxiet objettiv speċifiku dwar il-promozzjoni tal-impjieg sħiħ tal-membri tal-familja agrikola, li miegħu assoċjat indikatur ikkwantifikat addizzjonali (jiġifieri b’mira): numru ta’ membri tal-familja agrikola li jsibu impjieg fl-attivitajiet appoġġati. KAXXA 3 EŻEMPJU TA’ OBJETTIVI WESGĦIN WISQ STABBILITI GĦALL-MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI Fir-Repubblika Ċeka, ġew stabbiliti objettivi identiċi għat-tliet miżuri kollha: id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli fi produzzjoni mhux agrikola, l-iżvilupp ta’ produzzjoni mhux agrikola u l-appoġġ għall-ħolqien tal-impjiegi, id-diversità fl-ekonomija rurali, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja f’żoni rurali u tad-diversifikazzjoni ekonomika. Dawn l-objettivi huma meħuda mill-Premessa 46 tal-preambolu għar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 mingħajr ma ġiet miżjuda l-ebda speċifikazzjoni ulterjuri u huma ġenerali u wesgħin. Pereżempju, l-objettiv ‘diversità tal-ekonomija rurali’ ma jispeċifikax il-limitu ta’ titjib tas-sitwazzjoni attwali li l-miżura għandha l-għan li tikseb u għaldaqstant ma jistax jiġi tradott f’indikatur kwalitattiv jew kwantitattiv. Fil-PŻR għall-Polonja, l-objettivi tal-miżura 313 (turiżmu) ġew iddikjarati b’mod wiesgħa biss fil-qafas ta’ miżura integrata [12], kif ġej: il-miżura se ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien ta’ żoni rurali; dan se jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-identità tal-popolazzjoni rurali; dan se jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ta’ speċifiċità ta’ żoni rurali... Din il-formolazzjoni ġenerali ma tispeċifikax kif din il-miżura se tikkontribwixxi għall-inkoraġġiment tal-attivitajiet tat-turiżmu... 22. Il-fatt li l-Istati Membri u r-reġjuni awditjati ma speċifikawx b’mod ċar x’jixtiequ jiksbu jindika strateġija li hija mmexxija mid-domanda aktar milli mmexxija mill-objettivi. Konsegwentement, ħafna attivitajiet u setturi differenti jibqgħu eliġibbli, bir-riskju li l-għajnuna ma tiġix immirata b’mod suffiċjenti lejn il-ħtiġijiet identifikati u l-iżvantaġġi strutturali (il-bażi loġika għall-intervent) li fost l-oħrajn jirrappreżenta l-ostakoli għat-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi. IL-KUMMISSJONI APPROVAT IL-PŻR MINKEJJA D-DGĦUFIJIET 23. Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jispeċifika li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-bażi loġika għall-intervent, l-objettivi, l-ambitu u l-azzjo- nijiet tal-miżuri. Barra minn hekk il-PŻR għandhom jipprovdu "evidenza li, għall-miżuri ta’ investiment, l-appoġġ hu mmirat b’objettivi ddefiniti b’mod ċar li jirriflettu ħtiġijiet territorjali identifikati u żvantaġġi strutturali". Għaldaqstant, qabel ma tapprova l-PŻR tal-Istati Membri, il-Kummissjoni teħtieġ tiċċekkja l-konsistenza tal-objettivi tal-PŻR mal-istrateġiji tal-UE u dawk nazzjonali u mal-ħtiġijiet u d-dgħufijiet identifikati. 24. Madankollu, peress li l-PŻR li ġew awditjati, iddefinixxew l-objettivi f’tali termini ġenerali, il-kontrolli ta’ konsistenza li saru setgħu ikunu ta’ użu limitat biss. Madankollu, il-Kummissjoni approvat PŻR minkejja dawn id-dgħufijiet u ma għamlitx valutazzjoni kritika tal-argumenti favur intervent. Ma qisitx lanqas kemm il-miżuri proposti setgħu jiġġeneraw, b’mod effettiv jew effiċjenti, tkabbir u impjiegi sostenibbli. IL-KUNDIZZJONIJIET/KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ SSETTJATI MILL-ISTATI MEMBRI AWDITJATI MA JIRRESTRINĠUX L-AMBITU TAL-GĦAJNUNA GĦAD-DIVERSIFIKAZZJONI 25. Ladarba l-Istati Membri jkunu stabbilixxew l-objettivi tagħhom, huma jridu jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà — (pereżempju, it-tipi ta’ investiment, il-kategoriji tal-benefiċjarju u n-natura tal-appoġġ) — sabiex jiżguraw li l-għajnuna tiġi mmirata lejn l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti. 26. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà huma maħsuba biex jirrestrinġu l-ambitu tal-għajnuna. Il-Qorti sabet li l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Istati Membri kienu wkoll wesgħin ħafna u għalhekk xi fondi ġew allokati lil proġetti li fil-fatt ma indirizzawx l-għanijiet tal-miżuri speċifiċi anke jekk jistgħu jipprovdu xi benefiċċju lill-popolazzjoni lokali (ara l-Kaxxa 4). Il-Qorti sabet anke proġetti li ma kinux eliġibbli taħt ir-Regolamenti tal-UE fir-Repubblika Ċeka u l-Isvezja (ara l-Anness II). IL-PROĊEDURI TAL-GĦAŻLA MA MMIRAWX IL-FINANZJAMENT LEJN L-AĦJAR PROĠETTI 27. Wara li jistabbilixxu l-objettivi u l-kriterji ta’ eliġibbiltà tagħhom, l-Istati Membri jridu jistipulaw proċeduri għall-għażla ta’ operazzjonijiet u proġetti mill-popolazzjoni ta’ proġetti eliġibbli. Il-kriterji tal-għażla għandhom jippermettu lill-Istati Membri jidentifikaw u jonfqu l-baġit disponibbli fuq dawk l-operazzjonijiet u l-proġetti li se jikkontribwixxu l-aktar għall-objettivi. L-applikazzjoni effettiva ta’ kriterji tal-għażla hija rekwiżit tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE [13]. KAXXA 4 KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ WESGĦIN WASSLU GĦALL-FINANZJAMENT TA’ ĊERTI PROĠETTI LI MA INDIRIZZAWX L-OBJETTIVI TAL-MIŻURI Il-Polonja: Għalkemm il-miżura 311 għandha l-għan li tiddiversifika l-azjendi lejn attivitajiet mhux agrikoli u li tippromwovi l-impjieġ mhux fl-agrikoltura f’żoni rurali, fir-reġjun ta’ Malopolska, 42 % tal-benefiċjarji xtraw tagħmir (bħal trakters, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi agrikoli bażiċi bħal dawk li jsiru fl-azjendi tagħhom stess għal partijiet terzi, mingħajr ma jagħmlu l-ebda kontribut għad-diversifikazzjoni fl-ekonomija rurali. Fil-Polonja wkoll, 68 % tal-proġetti ffinanzjati taħt il-miżura 313 (turiżmu) fiż-żmien tal-awditu kienu relatati mal-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet sportivi muniċipali jew investimenti fi grawnds ta’ logħob għat-tfal. Pereżempju, grawnd tal-futbol li jinsab ħdejn skola ġie mmodernizzat taħt il-miżura 313. Dan il-proġett kellu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-komunità rurali billi joħloq infrastruttura moderna ta’ sport u ħin liberu u billi jipprovdi lit-tfal tal-iskola primarja b’faċilitajiet sportivi. Madankollu, dan it-tip ta’ proġett x’aktarx ma jiddiversifikax l-ekonomija billi jiġbed lit-turisti, li huwa l-għan tal-miżura [14]. 28. Il-kriterji tal-għażla għandhom jippermettu li l-merti relattivi tal-proposti tal-proġetti jiġu evalwati fuq bażi oġġettiva u trasparenti; huma għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe proġett li ma jirrappreżentax l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz jiġi rrifjutat. Fil-fatt, anke fejn proġetti tassew jissodisfaw il-kundizzjonijiet, xi wħud huma aħjar minn oħrajn biex jindirizzaw l-objettivi li ġew stabbiliti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet taż-żoni rurali. Pereżempju, peress li l-fondi disponibbli huma limitati, u mill-bqija kollox jibqa’ l-istess, jekk investiment minn- hom joħloq aktar impjiegi f’żoni rurali minn proġett ieħor, dan għandu jingħata preferenza. 29. Tnejn mill-Istati Membri awditjati ma stipulaw l-ebda kriterji tal-għażla u qagħdu biss fuq il-kriterji ta’ eliġibbiltà wesgħin tagħhom biex ifasslu lista ta’ proġetti li kellu jingħata finanzjament għalihom. Dan kien il-każ għal Franza (Aquitaine) u l-Polonja matul l-ewwel snin tal-perjodu ta’ programmazzjoni (2007–10). Fil-fatt, matul dan il-perjodu, il-Polonja għażlet proġetti jew fuq il-bażi tal-prinċipju li min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel, jew b’mod aleatorju [15]. Fi Stat Membru ieħor, l-Isvezja ("Västrä Götaland"), il-proċedura tal-għażla użata ma rriżultat fl-ebda punteġġjar jew gradazzjoni tal-proġetti biex tippermetti tqabbil oġġettiv bejn il-proġetti fuq tul ta’ żmien sabiex tiżgura li l-proġetti bl-ogħla prijorità ġew magħżula b’mod konsistenti. 30. It-tliet Stati Membri li jibqa’ (l-Italja — Campania, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit — l-Ingilterra) applikaw kriterji tal-għażla u numru ta’ sistemi ta’ punteġġi differenti, għalkemm ir-Repubblika Ċeka ssospendiet l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla tagħha fl-2009. Madankollu, dawn ma baqgħu jfissru xejn fl-Italja — Campania u r-Repubblika Ċeka, peress li l-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri/reġjuni ma stabbilixxa livell minimu ta’ punteġġ effettiv li proġett ried jilħaq sabiex jiġi magħżul. Dan ifisser li, filwaqt li l-finanzjament kien disponibbli, il-proġetti setgħu jiġu magħżula anke jekk ġew ivvalutati bħala mhux partikolarment rilevanti għall-prijoritajiet nazzjonali/reġjonali (ara l-Kaxxa 5). 31. Erbgħa mill-Istati Membri awditjati (Franza (Aquitaine), l-Italja (Campania), l-Isvezja (Västrä Götaland) u r-Repubblika Ċeka), għażlu kemm setgħu proġetti eliġibbli bir-riżorsi disponibbli irrispettivament mill-kontribut potenzjali tagħhom lejn l-objettivi tal-miżuri. Madankollu, l-awditu sab li, aktar tard, jekk il-baġit kien insuffiċjenti biex ikopri l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha, l-Istati Membri għażlu l-proġetti b’mod aktar strett. Konsegwentement, proġetti aħjar ġew irrifjutati aktar tard fil-proċess bħala riżultat ta’ raġunijiet baġitarji biss (ara l-Kaxxa 6). KAXXA 5 EŻEMPJI TA’ SISTEMI TAL-GĦAŻLA LI NAQSU MILLI JAGĦŻLU PROĠETTI RILEVANTI Fl-Italja — Campania: it-tfassil tas-sistema deher li jirrappreżenta prattika tajba peress li l-proġetti ta’ investiment eliġibbli ġew evalwati fuq il-bażi ta’ grilja ta’ kriterji tal-għażla li pprevediet punteġġ (limitu) minimu kumplessiv li għandu jinkiseb mill-proġetti eliġibbli, inkluż limitu ta’ ‘kwalità tal-proġett’. Madankollu, is-sistema tat punti mhux biss fejn proġett laħaq il-kriterji imma wkoll meta dawn ma ntlaħqux. Taħt il-kategorija ‘kwalità tal-proġetti’, proġett li ma jissodisfa l-ebda kriterju se jikseb 20 punt (jiġifieri ‘l-limitu minimu’ li għandu jinkiseb) u għaldaqstant se jiġi ffinanzjat xorta waħda. Għalhekk b’mod effettiv l-għażla tal-kwalità ta’ proġett ma tibqa’ tfisser xejn peress li l-proġetti kollha jikkwalifikaw awtomatikament jekk ikun hemm biżżejjed finanzjament disponibbli. Franza (Aquitaine): Fin-nuqqas ta’ kriterji tal-għażla, is-sempliċi fatt li proġett kien eliġibbli u fondi kienu disponibbli fisser li kien se jiġi magħżul. B’riżultat ta’ dan, proġett għall-ħolqien ta’ kamra ġdida għad-dewqan tal-inbid ġie ffinanzjat anke jekk tali faċilitajiet kienu diġà jeżistu. Il-proġett ma ddiversifikax/wessax aktar l-attività tal-azjenda u għaldaqstant ma kkontribwixxiex għall-objettivi tal-miżura li taħtha ġie ffinanzjat. KAXXA 6 EŻEMPJI TA’ PROĊESSI INEFFETTIVI TAL-GĦAŻLA Ir-Repubblika Ċeka: Matul l-ewwel sentejn (2007 u 2008), mingħajr limitu minimu u b’baġit suffiċjenti biex jiffinanzja l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha, il-proġetti sottomessi ma ġewx fil-fatt gradati skont il-kriterji preferenzjali. Konsegwentement, proġetti b’0 punti minn massimu ta’ 35 u b’punt 1 minn massimu ta’ punteġġ disponibbli ta’ 106 ġew iffinanzjati xorta waħda. Mill-2010 ’l hawn, il-proġetti eliġibbli kienu jeħtieġu punteġġ ferm ogħla biex jiġu ffinanzjati: minimu ta’ 25 minn 40 u 54 minn 101 punt rispettivament. L-Italja — Campania: Għall-miżura 312, matul l-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni (Lulju/Awwissu 2009), il-163 applikazzjoni eliġibbli kollha ġew iffinanzjati. Fit-tieni perjodu, (Settembru/Ottubru 2009), 322 applikazzjoni kienu ammissibbli, imma 70 biss ġew iffinanzjati għax il-baġit kollu għall-miżura kien diġà ntuża. Dan kien ifisser li proġetti mit-tieni perjodu ġew esklużi anke fejn huma kellhom punteġġi ħafna aħjar minn oħrajn li kienu ġew iffinanzjati matul l-ewwel perjodu. Pereżempju, fost il-proġetti esklużi minħabba nuqqas ta’ fondi matul it-tieni perjodu, il-proġett bl-aħjar punteġġ kellu punteġġ ogħla minn 85 % ta’ dawk iffinanzjati matul l-ewwel perjodu. L-Isvezja: Sal-2011, ma kien hemm l-ebda każ fejn applikazzjonijiet għal proġetti eliġibbli ġew irrifjutati fuq il-bażi li kienu ta’ prijorità baxxa. Riżultat ta’ dan in-nuqqas ta’ għoti ta’ prijoritajiet huwa li l-miżuri ġew magħluqa parzjalment fl-2011 minħabba nuqqasijiet ta’ baġit u proġetti ġew irrifjutati fuq il-bażi li l-flus għall-proġetti huma limitati u li riedu jingħataw prijoritajiet. Filwaqt li dan irriżulta f’immirar strinġenti tal-bqija tal-baġit, fil-biċċa l-kbira tiegħu kien fil-fatt diġà ntnefaq. IL-ĦOLQIEN TAL-IMPJIEGI KIEN PARTI MILL-PRIJORITÀ PREDOMINANTI GĦALL-MIŻURI, IMMA DAN MA ĠIEX DEJJEM RIFLESS FIL-MOD TA’ KIF ĠEW ALLOKATI L-FONDI 32. Kif imsemmi hawn fuq (ara l-paragrafu 14) il-ħolqien ta’ impjiegi huwa parti mill-prijorità predominanti tal-Assi 3. Għaldaqstant, waqt li jagħtu prijorità lill-proġetti li jilħqu l-objettivi tal-PŻR, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jagħżlu proġetti bl-ogħla potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi. Huma għandhom ifittxu mhux biss li joħolqu aktar impjiegi imma jqisu wkoll kif xieraq l-effettività u l-effiċjenza finanzjarja tal-għajnuna, pereżempju billi jqisu l-ispiża u l-kwalità ta’ kull impjieg. 33. L-awditu żvela li, bl-eċċezzjoni ta’ Franza, l-Istati Membri kollha awditjati qiesu l-ħolqien potenzjali tal-impjiegi fil-valutazzjoni tagħhom tal-proposti tal-proġetti. Madankollu, id-dgħufijiet fis-sistemi tal-għażla deskritti hawn fuq fissru li, fil-prattika, f’xi Stati Membri dan ma kienx effettiv fl-għoti ta’ prijoritajiet lill-proġetti li ħolqu l-impjieg (ara l-parag- rafi 30, 31). Bħala eżempju, għalkemm is-sistema tal-għażla tal-miżura 311 Taljana (Campania) ippermettiet għoti ta’ prijoritajiet lil proġetti li ppromovew l-impjieg sħiħ ta’ membru tal-familja agrikola (ara l-paragrafu 21), kien hemm dgħufijiet fl-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju (ara l-Kaxxa 7). KAXXA 7 SISTEMA TAJBA FIT-TEORIJA IMMA MHUX FIL-PRATTIKA Fl-Italja — Campania, il-kriterju relatat mal-objettiv li jippromwovi l-impjieg sħiħ tal-membru tal-familja huwa deskritt bħala l-proporzjon Spiża tal-Investiment/Numru ta’ ħaddiema. Madankollu, il-valutazzjoni involviet il-kalkolu tal-perċentwal ta’ membri tal-familja agrikola li jsibu impjieg sħiħ u l-konverżjoni ta’ dak il-perċentwal f’punti. Is-sejħa għal proposti ma pprovdiet l-ebda istruzzjoni dwar kif għandu jiġi kkalkulat dan il-perċentwal. Konsegwentement, il-kalkoli ma sarux u l-punti ngħataw fuq il-bażi ta’ talbiet mhux sostanzjati fir-rapport tekniku. Pereżempju, għal proġett ta’ agrituriżmu, il-benefiċjarju inkluda "żieda fis-sigħat ta’ xogħol għall-membri tal-familja" bħala riżultat mistenni u, fuq din il-bażi, il-proġett ingħata n-numru massimu ta’ punti. Il-konformità ma’ dan il-kriterju ma ġietx iċċekkjata matul il-kontrolli fuq il-post imwettqa mill-awtoritajiet qabel il-pagament finali u l-benefiċjarju ma setax jipprovdi lill-awdituri b’xi evidenza li tappoġġa dan il-klejm. 34. Għal proġetti bl-objettiv li joħolqu l-impjiegi, l-ispiża ta’ kull impjieg maħluq hija indikatur tal-effiċjenza finanzjarja tagħhom. Il-Qorti kkalkulat dan l-indikatur [16] għas-26 proġett awditjati li rnexxielhom joħolqu l-impjiegi (ara l-Anness II). Dan il-kalkolu wera li l-ispiża għal kull impjieg maħluq varjat ħafna bejn il-proġetti, minn EUR 3000 sa EUR 215000. Filwaqt li l-Qorti tirrikonoxxi li l-proġetti jistgħu jkollhom objettivi oħra li għandhom jiġu wkoll meqjusa matul il-proċess tal-għażla, id-differenzi sinifikanti fl-ispiża għal kull impjieg maħluq fi ħdan/għal attivitajiet simili jindikaw il-ħtieġa ta’ aktar attenzjoni għal dan l-aspett. 35. Tlieta mill-Istati Membri awditjati qiesu l-effiċjenza finanzjarja tal-proposti tal-proġetti sottomessi f’termini ta’ spiża għal kull impjieg. Fl-evalwazzjoni tagħhom tal-proġetti, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ivvalutaw u taw punteġġ għal-livell ta’ ħiliet tal-impjiegi ppjanati relatati mal-proġett u l-aħjar kwalità tagħhom meta mqabbla mal-prezz (spiża għal kull impjieg u spiża għal kull livell ta’ ħila f’termini tal-għotja). 36. Fil-Polonja, l-ammont mogħti jvarja skont in-numru ta’ impjiegi li l-benefiċjarju jimpenja ruħu li joħloq, filwaqt li fl-Italja l-ispiża għal kull impjieg tiġi vvalutata biss taħt il-miżura 312 u l-infiq kollu (jiġifieri l-ispiża kollha tal-investiment) jitqies meta mqabbel ma’ valur medju ddeterminat mill-awtoritajiet. Jingħataw punti żejda fuq il-bażi tal-kalkolu tal-ispiża għal kull impjieg. 37. Il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit biss għamlu l-għotja suġġetta għall-kisba tal-ħolqien ta’ impjiegi fejn dan tal-aħħar kien previst mill-proġett. Fil-Polonja u fir-Renju Unit kellha tiġi sottomessa evidenza flimkien mal-klejm għall-pagament (għalkemm ir-Renju Unit aċċetta wkoll riżultati mistennija), filwaqt li fir-Repubblika Ċeka, il-promoturi tal-proġett ġew suġġetti għal kontrolli mmirati wara l-implimentazzjoni tal-proġetti. Regoli ċari dwar il-perjodu ta’ impenn għaż-żamma tal-impjiegi maħluqa ġew stipulati fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka — sentejn wara l-pagament finali u sal-aħħar tal-perjodu ta’ impenn ta’ ħames snin rispettivament. [17] 38. Għall-kuntrarju l-awtoritajiet fl-Italja — Campania qagħdu biss fuq l-istima ta’ impjiegi li kellhom jinħolqu kif iddikjarata mill-benefiċjarju fl-applikazzjoni tiegħu. Il-ħolqien ta’ dawn l-impjiegi ma kienx kundizzjoni għall-pagament u ma ġiex iċċekkjat fil-pagament finali u lanqas matul attivitajiet ta’ monitoraġġ li saru aktar tard. L-awditu żvela li erbgħa biss mid-disa’ proġetti awditjati fittxu li joħolqu impjiegi u għal tnejn minn- hom il-ħolqien ta’ impjiegi kien ferm aktar baxx mit-twettiq mistenni. EBDA ĠESTJONI PROATTIVA TAL-MIŻURI 39. Anke meta l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni wriet li l-miri tal-miżuri ma ntlaħqux, l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma fasslux l-interventi mill-ġdid sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom, filwaqt li jappoġġaw proġetti aktar effettivi u effiċjenti li setgħu jagħtu riżultati reali fir-rigward tal-miri stabbiliti. 40. Dan kien viżibbli b’mod partikolari fir-Repubblika Ċeka, fejn minkejja l-ilħuq insuffiċjenti sinifikanti tal-mira tal-ħolqien ta’ impjiegi, parzjalment minħabba l-miri irrealistiċi/ambizzjużi stabbiliti mill-awtoritajiet, ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex tiżdied il-preferenza għal proġetti li ħolqu l-impjiegi. Fl-Isvezja, ir-riallokazzjoni ta’ parti mill-baġits tal-Assi 3 bejn il-kontei qieset l-livell tal-infiq imma mhux il-progress fil-kisba tar-riżultati. Fl-Italja, rata għolja ta’ għajnuna ġiet offruta biex jiżdiedu l-applikazzjonijiet, imma mingħajr l-ebda konnessjoni mal-kisba tar-riżultati (ara l-Kaxxa 8). KAXXA 8 EŻEMPJI TA’ NUQQAS TA’ ĠESTJONI PROATTIVA Ir-Repubblika Ċeka: L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, maħruġa fl-2010, enfasizzat l-effett limitat tat-tliet miżuri awditjati. L-evalwatur sab li l-miżura 311 kisbet biss 0,8 % tal-indikatur għall-impjiegi totali li kellhom jinħolqu. Il-miżura 312 laħqet biss 1,4 % tal-mira tal-ħolqien ta’ impjiegi stabbilita inizjalment u l-miżura 313 laħqet biss 1 % wara tliet snin ta’ implimentazzjoni tal-programm. Minkejja dan in-nuqqas ta’ suċċess, ir-Repubblika Ċeka ma kinitx adattat il-miżuri. Minflok, l-awtoritajiet Ċeki, filwaqt li żammew l-istess livell ta’ nfiq ipprogrammat għal kull miżura, naqqsu l-miri tagħhom għall-indikatur tar-riżultati "Numru gross ta’ impjiegi maħluqa" b’aktar minn 90 %, minn 29000 għal 2700. L-Italja — Campania: Sabiex jagħtu spinta lill-implimentazzjoni finanzjarja tal-miżuri, fl-2010, l-awtoritajiet żiedu r-rata massima ta’ għajnuna pubblika għal 100 % għal proġetti li jammontaw sa EUR 50000 għall-miżuri 311 u 312. Din it-tneħħija tal-obbligu ta’ benefiċjarju li jikkontribwixxi għall-proġett ma kinetx marbuta ma’ kwalità aħjar meta mqabbla mal-prezz tal-proġetti f’termini tar-riżultati li kellhom jinkisbu. L-Isvezja: Minkejja l-fatt li l-indikatur tar-riżultati tas-CMEF għall-impjiegi maħluqa laħaq biss 6,6 % tal-mira fl-2010, il-miżuri jew il-kriterji tal-għażla ma ġewx adattati biex isiru aktar effettivi u sabiex jiżguraw li l-mira tintlaħaq. Barra minn hekk il-kontei ġew infurmati li jekk ma kinux impenjaw minn tal-anqas 50 % sa Ottubru 2011, il-baġits tagħhom kienu se jiġu riallokati lil muniċipalitajiet oħrajn li kienu kapaċi jonfqu aktar malajr. IL-KUMMISSJONI MA UŻATX L-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRESTAZZJONI B’MOD SUFFIĊJENTI BIEX ITTEJJEB L-EFFIĊJENZA U L-EFFETTIVITÀ TAL-MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI 41. Il-Kummissjoni timmonitorja u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi, b’mod partikolari permezz tal-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-kumitat ta’ monitoraġġ [18], l-eżaminar tar-rapporti ta’ progress annwali u ż-żjarat tal-awditjar lill-Istati Membri. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għal ġestjoni finanzjarja tajba teħtieġ ukoll li din ittejjeb l-implimentazzjoni tal-programm kif xieraq. L-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jipprovdi lill-Kummissjoni l-opportunità li tieħu sehem f’laqgħat tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ "f’kapaċità konsultattiva". 42. Il-Kummissjoni insistiet, matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, fuq il-ħtieġa ta’ aktar selettività u mmirar fl-implimentazzjoni tal-miżura, irrispettivament mis-‘suffiċjenza baġitarja’. Madankollu, l-awditu żvela li l-Kummissjoni mhux dejjem żgurat li l-Istati Membri ddefinixxew kriterji tal-għażla adegwati u/jew applikawhom b’mod konsistenti. Fil-fatt, il-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni effettiva minkejja l-fatt li Franza, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka (fl-2009) ma applikaw l-ebda kriterji tal-għażla. Madankollu, fir-rigward ta’ miżuri oħrajn ta’ żvilupp rurali, il-Kummissjoni ħadet azzjoni għal dgħufijiet simili billi pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji. 43. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ħaditx passi adegwati matul il-Kumitat ta’ Monitoraġġ jew l-eżaminar annwali tal-progress tal-programmi [19] biex tiżgura li l-Istati Membri kienu effettivi fl-għażla u fl-approvazzjoni ta’ proġetti li kkontribwixxew lejn l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti. B’referenza għall-każ muri fil-Kaxxa 8, il-Kummissjoni ma rrikjedietx titjib fl-effettività tal-miżuri ta’ diversifikazzjoni fir-Repubblika Ċeka, imma pjuttost aċċettat sempliċi tnaqqis fil-miri għan-numru gross ta’ impjieġi li għandhom jinħolqu. IT-TIENI PARTI — IR-RISKJI GĦALL-EFFIĊJENZA U L-EKONOMIJA ĠEW MITIGATI B’MOD SUFFIĊJENTI? 44. Il-kisba tal-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz hija dwar l-aħjar użu tar-riżorsi biex jitwettqu r-riżultati intenzjonati. Barra mill-effettività, ir-riskji ġenerali għal ġestjoni finanzjarja tajba huma r-riskji għall-effiċjenza u l-ekonomija. 45. Ir-riskju għall-effiċjenza huwa l-possibbiltà li attività: - ma timmassimizzax il-prodott għal dħul partikolari jew li tagħmel dan mingħajr ma tqis b’mod xieraq il-kwalità xierqa, jew - ma timminimizzax id-dħul għal prodott partikolari, jew li tagħmel dan mingħajr ma tqis b’mod xieraq il-kwalità xierqa. 46. Ir-riskju għall-ekonomija huwa l-possibbiltà li attività: - ma timminimizzax l-ispiża tar-riżorsi, jew li tagħmel dan mingħajr ma tqis il-kwalità xierqa. 47. Ir-riskji għall-effiċjenza u l-ekonomija jistgħu diġà jiġu mitigati b’mod sinifikanti bi programmazzjoni tajba. Madankollu, dan ma jnaqqasx ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet milli jwettqu l-kontrolli rilevanti fuq l-implimentazzjoni. 48. Għal din ir-raġuni, u f’konformità mal-prinċipji ta’ effiċjenza u ekonomija stipulati fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 [20] il-Qorti tqis li l-Istati Membri għandhom: - jiżguraw, qabel jagħtu l-finanzjament, li l-applikanti kienu kapaċi juru li l-proġetti tagħhom huma vijabbli u sostenibbli finanzjarjament, - japplikaw proċeduri biex jimmitigaw ir-riskju ta’ deadweight u spustament [21], - jiżguraw li l-proġetti għandhom spejjeż raġonevoli, - jiżguraw li l-proġetti jistgħu jiġu implimentati fi żmien raġonevoli u mingħajr burokrazija u spejjeż mhux iġġustifikati. EFFIĊJENZA IL-KONTROLLI TAL-ISTATI MEMBRI JAGĦTU AĊĊERTAMENT LIMITAT TAS-SOSTENIBBILTÀ FINANZJARJA TAL-PROĠETTI 49. Sabiex jiġi evitat li l-finanzjament pubbliku jinħela fuq proġetti li jfallu qabel iż-żmien, l-Istati Membri għandhom, permezz ta’ kontrolli ta’ vijabbiltà proporzjonati, janalizzaw kemm is-sitwazzjoni finanzjarja u l-ippjanar ta’ direzzjoni tan-negozju tal-applikant huma tajbin u jiddokumentaw l-evalwazzjoni tagħhom. 50. Il-leġiżlazzjoni attwali ma teħtieġx b’mod espliċitu tali kontrolli ta’ vijabbiltà [22], u tlieta biss mill-Istati Membri awditjati (il-Polonja, l-Isvezja u r-Renju Unit) wettqu b’mod sistematiku kontrolli fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-applikanti. Madankollu, b’mod partikolari fil-Polonja u l-Isvezja, l-awditu sab numru ta’ nuqqasijiet, prinċipalment fir-rigward ta’ valutazzjonijiet superfiċjali u mhux affidabbli, u dokumentazzjoni dgħajfa. L-Istati Membri l-oħrajn awditjati ma wettqu l-ebda kontroll sistematiku ta’ vijabbiltà (Franza (Aquitaine) u l-Italja — Campania) jew kienu ssospen- dewhom (ir-Repubblika Ċeka)(ara l-Kaxxa 9). KAXXA 9 KONTROLLI TA’ VIJABBILTÀ EŻEMPJI TA’ PRATTIKA TAJBA U DGĦUFIJIET Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: L-awtoritajiet japplikaw diversi proċeduri, skont id-daqs tal-għotja, li jistgħu jitqiesu bħala prattika tajba: il-proporzjonijiet finanzjarji jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-informazzjoni kontabilistika u tal-projezzjonijiet ta’ flussi tal-flus, tiġi pprovduta opinjoni indipendenti minn kontabilista u għandhom jiġu pprovduti pjan ta’ direzzjoni tan-negozju bi projezzjonijiet ta’ bejgħ u analiżi tas-suq. Is-suppożizzjonijiet ta’ bażi jiġu analizzati b’mod kritiku mill-evalwatur u jitqiesu r-riskji tal-ġestjoni u tat-twassil. Il-Polonja: F’każ wieħed, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali tal-benefiċjarju wera valur preżenti nett (VPN) negattiv li, kieku, kien irendi lill-proġett ineliġibbli. Meta l-awtoritajiet Pollakki talbu lill-benefiċjarju jispjega l-VPN negattiv, huwa sempliċiment ippreżenta pjan ġdid li żied b’mod sinifikanti l-projezzjonijiet tal-bejgħ. Il-VPN inbidel minn negattiv għal pożittiv u l-proġett ġie aċċettat. Il-Qorti sabet li r-riżultati tal-proġett ma laħqu b’mod sinifikanti la l-projezzjonijiet inizjali u lanqas dawk riveduti. Franza (Aquitaine): Analiżijiet finanzjarji u studji ta’ fattibbiltà huma mitluba għal ċerti proġetti, għalkemm l-ebda kontroll formali ta’ vijabbiltà ma jitwettaq fuq il-bażi ta’ dawn id-dokumenti. F’każ wieħed, proġett ġie approvat u ffinanzjat minkejja studju ta’ fattibbiltà li enfasizza li l-impriża kienet qed tesperjenza diffikultajiet finanzjarji peress li s-solvenza kumplessiva tagħha kienet dgħajfa, b’riskji sinifikanti fuq tul ta’ żmien qasir u awtonomija finanzjarja limitata ħafna. Iż-żjara tal-awditjar tal-Qorti żvelat li n-negozju appoġġat kien f’falliment. Ir-Repubblika Ċeka: Kontrolli fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-applikant twettqu inizjalment għal proġetti ta’ aktar minn CZK 2 miljun (madwar EUR 78000) fi spejjeż eliġibbli. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u sabiex jiġi evitat li jitnaqqas in-numru ta’ applikanti eliġibbli waqt il-kriżi, l-awtoritajiet Ċeki ddeċidew li jieqfu milli jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-benefiċjarji minn nofs l-2009 ’l quddiem. IL-PROGRAMMAZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-MIŻURA MILL-ISTATI MEMBRI MA JIMMITIGAWX B’MOD EFFETTIV IR-RISKJI TA’ DEADWEIGHT... 51. Deadweight jirreferi għall-punt sa fejn benefiċjarju seta’ jwettaq l-investiment anke mingħajr il-finanzjament tal-għotja. L-għoti ta’ għotjiet f’tali każijiet inaqqas l-effiċjenza tal-fondi tal-baġit tal-UE u nazzjonali, peress li n-nefqa pubblika mhix meħtieġa biex jinkiseb l-effett mixtieq. 52. Il-mezzi primarji li jnaqqsu r-riskju ta’ deadweight huma li jiġu mfassla u pprogrammati l-miżuri 311-313 b’tali mod li l-finanzjament pubbliku jiġi mmirat lejn fejn hemm ħtieġa identifikata (pereżempju, nuqqasijiet tas-suq) jew l-inkoraġġiment għall-provvediment ta’ esternalitajiet pożittivi u oġġetti pubbliċi (pereżempju, permezz ta’ assistenza fl-ispejjeż tal-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ambjentalment sostenibbli jew proġetti li jipprovdu benefiċċji pubbliċi usa’). Madankollu, anke meta s-sistema ġiet imfassla biex tinkoraġġixxi t-twassil ta’ oġġetti pubbliċi permezz ta’ appoġġ għal benefiċjarji privati, l-impatt pożittiv potenzjali, f’xi każijiet, fil-prattika ġie fix-xejn (ara l-Kaxxa 10). 53. L-Istati Membri jistgħu jimmitigaw ukoll ir-riskju ta’ deadweight permezz tal-proċess tal-għażla tal-proġett. L-Istati Membri setgħu talbu lill-applikanti juru li jeħtieġu għotja b’referenza għall-informazzjoni finanzjarja, ta’ kummerċjalizzazzjoni u ġestjonarja miksuba għall-kontroll ta’ vijabbiltà. Jekk applikant kellu kapital suffiċjenti jew aċċess għal kapital biex jiffinanzja l-proġett kollu jew jekk il-prospetti tal-proġett għas-suċċess kienu għoljin, l-investiment isir normalment xorta waħda bi jew mingħajr l-għajnuna. Dan kieku jirrappreżenta użu ineffiċjenti tal-fondi pubbliċi skarsi. KAXXA 10 EŻEMPJU TA’ IMPATT POŻITTIV POTENZJALI LI FIL-PRATTIKA ĠIE FIX-XEJN L-Italja — Campania: Is-sistema ta’ valutazzjoni tal-proġett ipprevediet kalkolu ta’ punteġġ relatat mal-kriterji ambjentali. Madankollu, l-awditu sab li 10 punti setgħu ġew attribwiti għall-kriterju "iffrankar tal-ilma" jew 5 punti għal "imur lil hinn mit-trattament ta’ skart normali" billi jwiegħed biss li se jwettaq l-aktar investimenti bażiċi bħal tojlits bi flaxx doppju jew landa rħisa għar-rimi tal-kompost (spiża tal-landa għar-rimi tal-kompost: EUR 350 meta mqabbla mal-ispiża totali ta’ EUR 247000 tal-proġett f’eżempju minnhom). L-ebda ffrankar kumplessiv tal-ilma ma kien meħtieġ li jiġi mwiegħed, u lanqas ma ġie vvalutat. Għalhekk setgħu jinkisbu 15-il punt (numru deċiżiv f’ħafna każijiet) mingħajr l-ebda ffrankar sinifikanti tal-ilma jew impatt ambjentali previst mill-proġett. 54. Il-programmi ta’ żvilupp rurali ta’ tnejn mis-sitt Stati Membri awditjati (l-Isvezja u r-Renju Unit — l-Ingilterra) jenfasizzaw il-fatt li d-deadweight jimplika riskju serju għal ġestjoni finanzjarja tajba. Madankollu, fir-Renju Unit biss l-awtoritajiet irrikjedew li l-benefiċjarji juru l-ħtieġa għall-għotja, bir-rifjut ta’ proġetti fejn ma ġietx mogħtija prova tal-ħtieġa għal finanzjament pubbliku. L-elementi li ġejjin tqiesu mill-awtoritajiet tar-Renju Unit matul l-evalwazzjoni tal-proġetti: kemm kienet konvinċenti l-applikazzjoni meta ġġustifikat għaliex għotja hija meħtieġa, in-nuqqasijiet tas-suq li l-proġett jindirizza, l-eżistenza ta’ diskrepenza fil-finanzjament (pereżempju t-tqabbil ta’ projezzjonijiet ta’ flussi tal-flus alternattivi bejn "xenarju ta’ self" u "xenarju ta’ intervent pubbliku"), u l-valur tar-riżultati tal-proġetti għar-reġjun billi jiġi stmat il-proporzjon tar-riżultati li setgħu twasslu mingħajr l-għotja. 55. Il-Qorti diġà nnutat (pereżempju, fir-rapporti tagħha dwar l-approċċ Leader, il-miżura 121 u l-miżura 123 [23] ) li l-każijiet fejn l-investimenti kienu diġà bdew jew anke ġew ikkompletati qabel ma ttieħdet deċiżjoni biex tingħata għotja huma indikazzjoni qawwija tal-effett deadweight. F’dawn is-sitwazzjonijiet, id-deċiżjoni ta’ investiment inizjali tal-benefiċjarju diġà turi li hu kien irid u seta’ jwettaq l-investiment anke mingħajr l-għajnuna. Konsegwentement, titqies bħala prattika tajba għall-Istati Membri li jqisu biss il-proġetti eliġibbli għal finanzjament mid-data tal-approvazzjoni tal-għotja. 56. Ir-Renju Unit (l-Ingilterra) applika din il-prattika tajba. Fl-Istati Membri l-oħrajn li ġew awditjati, l-investimenti kienu ġeneralment eliġibbli mid-data li fiha ġiet sottomessa l-applikazzjoni. L-awdituri sabu li 25 mis-27 proġett li saritlu żjara (jiġifieri 44 %) kienu bdew qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tal-għotja (ara t-Tabella). 57. Ir-riskju ta’ deadweight ġie vvalutat aktar fil-fond fuq il-bażi ta’ intervisti mal-benefiċjarji u evidenza dokumentarja fir-rigward tas-sorsi ta’ finan- zjament użati biex jitkomplew il-proġetti, il-profittabbiltà tal-investiment u t-twaqqit tal-investiment fir-rigward tad-deċiżjoni tal-għotja. L-analiżi turi li 35 mis-57 proġett (61 % tal-kampjun) kienu se jiġu implimentati xorta waħda, għalkemm f’xi każijiet fuq skala iżgħar jew fuq perjodu ta’ żmien itwal (ara l-Anness II). Dan kien partikolarment il-każ fejn l-ammont tal-għotja kien żgħir ħafna, bħal fl-Isvezja fejn aktar minn terz tal-għotja mogħtija kienu ta’ madwar EUR 10000 jew anqas. Barra minn hekk, fl-Isvezja, il-Qorti sabet ukoll każ fejn proġett ġie approvat wara li kien ġie kkompletat (ara l-Kaxxa 11). TABELLA PROĠETTI LI KIENU NBDEW QABEL L-APPROVAZZJONI TAL-GĦOTJA Stat Membru | Numru totali ta’ proġetti suġġetti għal żjarat tal-awditjar | Proġetti awditjati mibdija qabel approvazzjoni | Ir-Repubblika Ċeka | 11 | 4 | Franza (Aquitaine) | 10 | 8 | L-Italja — Campania | 9 | 3 | Il-Polonja | 8 | 3 | L-Isvezja (Västra Götaland) | 10 | 7 | Ir-Renju Unit — L-Ingilterra (Yorkshire u Humber) | 9 | 0 | Total | 57 | 25 | KAXXA 11 INDIKAZZJONI QAWWIJA TA’ DEADWEIGHT: GĦOTI TA’ FINANZJAMENT TAL-UE GĦAL PROĠETT LI DIĠÀ ĠIE IKKOMPLETAT Fl-Isvezja, għotja ta’ SEK 240000 (EUR 22000) ingħatat għal estensjoni għall-bini ta’ ħanut tax-xogħol ta’ negozju eżistenti li jisservizzja u jsewwi makkinarju tal-forestrija. Il-benefiċjarju ssottometta applikazzjoni mhux kompluta għal għotja f’Mejju 2008, b’deskrizzjoni tal-proġett li kienet twila linja waħda u mingħajr pjan ta’ direzzjoni tan-negozju. Sussegwentement, huwa kkompleta l-applikazzjoni tiegħu għal għotja fil-bidu ta’ Mejju 2009 bl-informazzjoni mitluba mill-Bord tal-Kontea. Id-deċiżjoni li tingħata l-għotja ttieħdet ġimgħa aktar tard u, fl-istess xahar, il-benefiċjarju għadda talba għall-pagament. Il-proġett kien diġà kkompletat f’April 2009 qabel ma ġiet sottomessa l-applikazzjoni kompluta. Waqt iż-żjara tal-awditjar tal-Qorti, il-benefiċjarju ddikjara li kien diġà ddeċieda li jwettaq il-proġett qabel ma sar jaf bil-possibblità ta’ għotja. Huwa kellu fis-seħħ ftehim għal self mill-bank sa SEK 1,2 miljun (madwar EUR 110000), li kieku kien juża biex jiffinanzja l-proġett kollu li kieku l-għotja ma kinitx ingħatat. ... U SPUSTAMENT 58. L-ispustament huwa l-grad sa fejn il-benefiċċji li jirriżultaw minn atti- vità appoġġata bl-użu ta’ fondi pubbliċi jkunu kkumpensati bi tnaqqis f’attività xi mkien ieħor. Sussidju li jippermetti li benefiċjarju jżid is-sehem tas-suq tiegħu skapitu ta’ kompetitur jista’ ma jkollu l-ebda effett nett fuq l-objettivi tal-politika bħall-ħolqien tal-impjieg. Għalhekk, tali sussidji mhumiex a priori użu effiċjenti mill-fondi tal-UE u jistgħu jwasslu għal distorsjoni fis-suq fil-livell lokali. Madankollu, jista’ jiġi ġġustifikat grad ta’ spustament fejn ikun hemm effett nett suffiċjenti f’termini tal-objettivi tal-politika. 59. Bħal fil-każ tad-deadweight, il-mezz primarju li jimmitiga r-riskju ta’ spustar mhux iġġustifikat jinsab fi ħdan it-tfassil tal-miżuri. Il-PŻR għandu jistabbilixxi l-ħtieġa għall-infiq (pereżempju, billi janalizza d-domanda mistennija u jeskludi s-setturi fejn is-suq jidher saturat), jidentifika l-ħtiġijiet li huma qawwija b’mod suffiċjenti biex jiġġustifikaw kwalunkwe spustament li jista’ jseħħ u jistabbilixxi objettivi u kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li huma speċifiċi għal dawk il-ħtiġijiet. Kif muri fl-ewwel parti ta’ dan ir-rapport, dan ma seħħx fl-Istati Membri awditjati. Il-programmi ta’ żvilupp rurali tal-Isvezja u tar-Renju Unit jirrikonoxxu madankollu l-ispustament bħala riskju potenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba. 60. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-proposti tal-proġetti għar-riskju ta’ spustament matul l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett. Fejn x’aktarx iseħħ spustament, għandhom jiżguraw li l-kontribut li l-proġett kieku jagħmel għall-objettivi tal-miżuri, huwa kbir b’mod suffiċjenti biex jiġġustifika l-għotja. 61. Ir-Renju Unit [24] biss kien ħa passi xierqa biex jivvaluta u jimmitiga l-ispustar; b’mod speċifiku r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu jeskludu proposti f’setturi tal-ekonomija li laħqu punt ta’ saturazzjoni, li jwassal għal provvediment eċċessiv, jagħmel ħsara lill-produttività u jwassal għall-ispustament ta’ negozji simili. Barra minn hekk, il-Qorti identifikat l-elementi ta’ prattika tajba li ġejjin fis-sistema ta’ evalwazzjoni tar-Renju Unit: rekwiżit għall-benefiċjarju li jagħti prova tad-domanda tas-suq u jiddeskrivi l-impatt fuq il-kompetituri, il-valutazzjoni tar-riskju ta’ spustament bħala parti mill-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġett, u r-rifjut ta’ proġetti fejn x’aktarx kien se jseħħ spustament. 62. Il-Qorti vvalutat is-57 proġett li saritlilhom żjara għar-riskju ta’ spustament, billi bbażat l-eżami tagħha fuq eżaminar tad-dokumentazzjoni u fuq diskussjonijiet mal-benefiċjarji dwar il-prodotti, is-swieq u l-kompetituri tal-kumpaniji tagħhom, u dwar l-effetti tal-investiment fuq dawn il-fatturi. Indikazzjonijiet tar-riskju ta’ spustament ġew identifikati għal 19-il proġett (ara l-Anness II). Eżempji ta’ indikazzjonijiet ta’ spustament huma deskritti fil-Kaxxa 12. Għal tliet proġetti, ir-riskju ta’ spustament tqies bħala mhux applikabbli u għal erba’ proġetti l-Qorti ma kellhiex biżżejjed evidenza biex tivvalutah. EKONOMIJA 63. Il-prinċipju tal-ekonomija jeħtieġ li r-riżorsi finanzjarji jridu jkunu disponibbli fi żmien xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz. Hemm ir-riskju li benefiċjarji jistgħu ma jfittxux li jimplimentaw il-proġetti bl-orħos spejjeż b’konsistenza mal-kwalità meħtieġa. F’dan il-każ, tista’ tkun hemm inflazzjoni bla bżonn fl-ispiża għall-baġits tal-UE u nazzjo- nali. Dan mhuwiex ekonomiku u effiċjenti u jnaqqas il-finanzjament disponibbli għal proġetti oħra. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-proġett proposti mill-applikanti tal-miżuri 311-313 jkunu raġonevoli u li l-proċeduri amministrattivi għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun biex jippermettu implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-proġetti għall-benefiċċju taż-żoni rurali. KAXXA 12 EŻEMPJU LI JURI R-RISKJU TA’ SPUSTAMENT L-Isvezja: Il-miżura 313 appoġġat il-kostruzzjoni ta’ swali tal-konferenzi għal ċentru tal-viżitaturi. Il-benefiċjarju jipprovdi konferenzi fuq jumejn li matulhom madwar 15-il parteċipant jiġu rreġistrati f’lukanda qrib. Proġett ta’ investiment ġdid promoss miċ-ċentru tal-viżitaturi u appoġġat mill-fondi tal-UE jinkludi l-kostruzzjoni ta’ guesthouse li tesa’ sa 20 persuna. L-awtoritajiet Svediżi ma qisux ir-riskju tal-ispustament meta approvaw l-għotja, minkejja l-fatt li l-proġett probabbli se jirriżulta f’telf ta’ negozju għal-lukanda qrib, fejn il-parteċipanti jqattgħu l-lejl attwalment. Madankollu, l-awditu tassew sab eżempji ta’ prattika tajba Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: Fil-każ ta’ ħanut agrikolu, l-aġenzija għall-iżvilupp reġjonali vvalutat bħala parti mill-evalwazzjoni tal-proġett kemm kienu viċin l-eqreb ħwienet agrikoli kompetituri u jekk dan kienx x’aktarx se jolqot lin-negozji tagħhom. Il-livell baxx ta’ spustament ġie meqjus iġġustifikat minħabba l-valutazzjoni pożittiva tal-awtoritajiet reġjonali għat-turiżmu. KONTROLLI DGĦAJFA FUQ IR-RAĠONEVOLEZZA TAL-ISPEJJEŻ 64. L-Artikolu 24(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 65/2011 [25] jispeċifika li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġett sottomessi bħala parti mill-kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-appoġġ. Din l-evalwazzjoni trid tiġi mwettqa bl-użu ta’ sistema xierqa, bħal spejjeż ta’ referenza, it-tqabbil ta’ offerti differenti jew kumitat tal-evalwazzjoni. 65. Il-Qorti sabet li Franza ma applikat l-ebda tali proċeduri. Dan kien aktar u aktar serju għax il-Kummissjoni kienet diġà (fl-2008) talbet lill-awtoritajiet Franċiżi jintroduċu sistema li tivverifika r-raġonevolezza tal-ispejjeż bħala parti mill-kontrolli amministrattivi tagħha u applikat, fil-passat, korrezzjoni finanzjarja għal dan it-tip ta’ dgħufijiet li kienu jikkonċernaw miżuri oħra ta’ investiment. 66. L-Istati Membri l-oħra li ġew awditjati applikaw sistemi rilevanti, li jikkonsistu minn regoli tal-akkwist speċifiċi, kontrolli kontra spejjeż standard jew kombinazzjoni tat-tnejn. Madankollu, dawn il-kontrolli varjaw fil-kwalità. Il-Qorti identifikat każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-UE fl-Isvezja u dgħufijiet sinifkanti fir-Repubblika Ċeka, fl-Italja — Campania u fil-Polonja, li jinvolvu kontrolli mhux ikkompletati, superfiċjali u mhux iddokumentati tajjeb (ara l-Kaxxa 13). B’segwitu għaż-żjara tal-Qorti, l-awtoritajiet Taljani ħarġu ordni ta’ revoka għall-għajnuna mogħtija lil muniċipalità lokali (EUR 46780) parzjalment minħabba problemi dwar l-offerta magħżula u l-prezz aċċettat għas-servizzi ffinanzjati. KAXXA 13 EŻEMPJI TA’ REGOLI U KONTROLLI DGĦAJFA U TA’ "PRATTIKA TAJBA" IDENTIFIKATI FL-ISTATI MEMBRI L-Isvezja: Il-metodu li s-soltu jintuża biex tiġi stabbilita r-raġonevolezza tal-ispejjeż għandu jirrikjedi li l-applikanti jipprovdu żewġ kwotazzjonijiet għall-ispejjeż li jirrappreżentaw minn tal-anqas 25 % tat-total. Dan ifisser li promotur ta’ proġett ma għandux juri, sa 75 % tat-total propost, li l-ispejjeż huma raġonevoli. L-infiq eliġibbli mhux limitat għall-ammonti kkwotati u l-benefiċjarji jistgħu għaldaqstant jikklejmjaw għal spejjeż li jaqbżu l-ammonti (aċċettati bħala ‘raġonevoli’) u xorta jieħdu l-għotja sħiħa dment li huma jiksbu prezzijiet aktar baxxi fuq oġġetti oħra (li ma ġietx ikkontrollata ‘r-raġonevolezza’ tagħhom), jew billi ma jixtrux oġġetti oħra inklużi fl-applikazzjoni. Dan ma jirriżultax fi ffrankar għall-baġit tal-UE peress li l-benefiċjarju jista’ juża "l-iffrankar" biex jixtri oġġetti addizzjonali sal-limitu massimu tal-ispiża totali approvata tal-proġett. F’wieħed mill-proġetti awditjati, ma ġiet ipprovduta l-ebda kwotazzjoni għal SEK 2,5 miljun jew EUR 290000 li jinvolvu l-kostruzzjoni u s-sistemar ta’ ristorant ġdid u guesthouse separata (l-għotja: SEK 900000 jew EUR 94000, ir-rata tal-għotja: 30 %). Fil-fajl tal-proġett ma ssemmiet l-ebda miżura biex jiġi ċċekkjat li l-ispejjeż kienu raġonevoli. L-Italja — Campania: Fl-Italja, l-uniku kontroll li twettaq mill-awtoritajiet provinċjali fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż għal spejjeż ġenerali kien li l-valur tagħhom ma għandux jaqbeż il-limiti massimi msemmija fis-sejħa għal proposti mingħajr ma tqiesu n-natura ddettaljata u l-ambitu tas-servizzi (normalment servizzi ta’ konsulenza) ipprovduti. Pereżempju, għal proġett sempliċi li jinvolvi x-xiri ta’ xarabank ġdid, il-konsulent talab ħlas ta’ EUR 15000 (5,1 % tal-prezz tax-xarabank); din it-tariffa kienet eliġibbli għal appoġġ pubbliku. Barra minn hekk, għal xi proġetti, makkinarju u/jew tagħmir ġew ipprovduti minn kumpaniji differenti minn dawk magħżula mill-espert indipendenti u awtorizzati mill-evalwatur espert. F’każ minnhom il-benefiċjarju stqarr li huwa kien ta l-kuntratt għall-ħolqien ta’ websajt lil ħabib li kien kapaċi jagħmel ix-xogħol għall-istess prezz tal-kumpanija magħżula mill-espert. Madankollu, l-awdituri sabu li l-websajt ma kinitx qed taħdem kompletament fiż-żmien tal-awditu (Marzu 2012) minkejja li l-fattura kienet ġiet imħallsa fid- 9 ta’ Awwissu 2010. Il-websajt mhux kompluta ma ġietx innutata matul iż-żjara li kienet saret bħala parti mill-kontrolli ta’ qabel il-pagament. Il-Qorti identifikat il-prattiki tajbin li ġejjin: fl-Ingilterra, l-ispezzjonijiet imwettqa f’konformità mal-Artikoli 27 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 (5 % mal-pagament u 1 % ex post) inkludew kontrolli għal noti ta’ kreditu jew skontijiet. Fl-Italja — Campania, ir-Reġjun inkluda fis-sejħa għal proposti 2011 ir-rekwiżit li tiġi mehmuża l-lista tal-prezzijiet tal-bejjiegħ ippubblikata mal-offerta u li jiġi indikat kwalunkwe skont offrut. IL-PIŻ AMMINISTRATTIV IXEKKEL L-IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA U EFFIĊJENTI TAL-PROGRAMMI 67. Kif iddikjarat fil-paragrafu 63, il-proċeduri tal-Istati Membri ma jridux ikunu twal iżżejjed u ta’ piż sabiex ma jaqtgħux qalb l-applikanti milli jissottomettu l-proposti tal-proġett. Dan ir-riskju huwa evidenti b’mod partikolari għal benefiċjarji potenzjali li ma jistgħux jaffordjaw li jieħdu r-riskju li l-applikazzjoni tagħhom għall-għotja tiġi rrifjutata, u jispiċċaw jiffinanzjaw il-proġett kollu waħedhom — jew inkella li jdewmu l-investiment u potenzjalment jitilfu opportunità kummerċjali. 68. Il-piż amministrativ u l-ispejjeż u d-dewmien burokratiċi assoċjati miegħu jispikkaw bħala fatturi li jxekklu l-ilħuq tal-objettivi tal-programm, b’mod partikolari fejn ma jiġux iġġustifikati bl-għażla ta’ proġetti aktar effettivi (ara l-Kaxxa 14). KAXXA 14 SISTEMA LI TNAQQAS IL-PIŻ FUQ L-APPLIKANT U WAĦDA LI MA GĦAMLITX DAN Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: L-awtoritajiet tar-Renju Unit eżaminaw formoli qosra ta’ Espressjoni ta’ Interess kull ġimgħa u taw feedback lill-applikanti dwar l-eliġibbiltà probabbli tal-proġett tagħhom u l-punt sa fejn dan qabel mal-prijoritajiet tar-reġjun. Din il-proċedura ffrankat lill-applikanti l-ispiża tat-tħejjija ta’ applikazzjoni sħiħa li x’aktarx kienet tiġi rrifjutata filwaqt li naqqset il-piż amministrattiv għall-evalwazzjoni, eċċ. Inħatru faċilitaturi tan-negozju rurali għal kull proġett sabiex jappoġġaw lill-applikant fl-għemil tal-applikazzjoni. Ladarba l-promotur kien issottometta applikazzjoni, il-proċess tal-għażla ġie kkompletat f’madwar disa’ ġimgħat. L-evalwazzjoni kopriet il-qbil strateġiku mal-prijoritajiet reġjonali, l-innovazzjoni, l-effett multiplikatur, id-domanda għall-prodott/għas-servizz, il-vijabbiltà finanzjarja, ir-raġonevolezza tal-ispejjeż; il-prodotti u r-riżultati tal-proposta, id-deadweight u l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz tal-finanzjament pubbliku. Il-Polonja: Fil-Polonja, il-proċedura ta’ approvazzjoni għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet damet aktar minn sitt xhur – u aktar minn sena għal 55 % tal-applikazzjonijiet tal-miżura 312. Ir-raġunijiet prinċipali għal dan kienu l-kwalità baxxa/l-inkompletezza tal-applikazzjonijiet u r-regoli flessibbli li ppermettew lill-benefiċjarji jemendaw l-applikazzjoni tagħhom darbtejn matul kull stadju tal-valutazzjoni. Il-kriterji tal-għażla stipulati mill-awtoritajiet Pollakki ma vvalutawx il-"kwalità tal-proġetti individwali" peress li rreferew għal indikaturi kwantifikabbli relatati mal-karatteristiċi tal-azjenda (pereżempju, daqs, ebda użu preċedenti ta’ fondi tal-UE) jew iż-żona fejn kienu jinsabu. Ma kien hemm l-ebda evalwazzjoni tal-merti relattivi tal-proposti tal-proġett. 69. Fi Franza, l-Italja — Campania, fil-Polonja u fl-Isvezja, l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal għotja dam minn seba’ sa tmien xhur [26] (ara l-Graff 1). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi ħtieġu madwar ħames xhur biex ipproċessaw it-talbiet għall-pagament u għamlu pagamenti finali, b’każijiet estremi ta’ aktar minn sena. Il-Qorti tqis dan bħala dewmien sproporzjonat, minħabba l-valur u l-livell baxx ta’ kumplessità tal-biċċa l-kbira tal-proġetti appoġġati taħt il-miżuri 311-313. GRAFF 1 IPPROĊESSAR TAL-APPLIKAZZJONIJIET U TAL-KLEJMS GĦALL-PAGAMENT (F’JIEM KALENDARJI) +++++ TIFF +++++ 70. Dewmien fl-approvazzjoni tal-proġett u fil-pagamenti jista’ jkollu impatti negattivi fuq l-implimentazzjoni f’waqtha tal-proġett u fuq l-ambitu tal-proġetti ffinanzjati, u fl-aħħar mill-aħħar fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant (ara l-Kaxxa 15). 71. Fl-Italja — Campania, fi Franza (Aquitaine) u fir-Repubblika Ċeka, is-sidien tal-proġetti intervistati qiesu li l-proċeduri fil-pajjiżi tagħhom stess kienu wisq ta’ piż. Barra minn hekk, ta’ min wieħed jinnota li l-Qorti awditjat biss proġetti li kienu ġew ikkompletati b’suċċess, u għaldaqstant ma qisux lill-applikanti li kienu qatgħu qalbhom minħabba l-piż amministrattiv jew id-dewmien. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji użaw konsulenti biex iħejju l-applikazzjonijiet tagħhom, xi kultant bi spiża sinifikanti, parzjalment għax ma ħassewhomx kapaċi jagħmlu dan huma stess. KAXXA 15 SISTEMI TA’ PAGAMENT JISTGĦU JGĦINU JEW IXEKKLU LILL-BENEFIĊJARJI Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: Fir-Renju Unit, is-sistema pprovdiet ċertezza relattiva lill-benefiċjarji dwar l-approvazzjoni tal-proġetti u d-dati tal-pagament, li ppermettiet li jiġi rranġat finanzjament fuq tul ta’ żmien qasir u li inkoraġġiet it-teħid ta’ għotjiet minn kumpaniji li kieku ma kinux ikunu kapaċi jlaħħqu mal-ispiża tal-proġetti. Barra minn hekk, l-applikanti ġew infurmati minn qabel bid-dati tal-laqgħa tal-bord tal-għażla u l-applikazzjo- nijiet twaqqtu biex jiġu sottomessi f’laqgħa speċifika. Għal klejms għall-pagament, il-promoturi tal-proġett ġew infurmati li jistgħu jippjanaw li l-għotjiet tagħhom se jitħallsu fix-xahar wara s-sottomissjoni tal-klejm tagħhom. Il-Qorti qieset dawn bħala eżempji ta’ prattika tajba. L-Italja — Campania: Sabiex jirċievu pagament bil-quddiem, il-benefiċjarji huma meħtieġa jippreżentaw polza ta’ assigurazzjoni li tagħti garanzija tal-ammont mitlub. Il-proċedura tal-Aġenzija tal-Pagamenti Taljana (AGEA) għall-ipproċessar tal-garanziji bdiet taħdem bis-sħiħ biss minn Mejju 2010 għalkemm is-sejħa għal proposti kienet diġà ġiet ippubblikata fl-2008. Dan wassal għal dewmien serju fil-pagamenti bil-quddiem, b’impatt konsegwenti fuq l-implimentazzjoni tal-programm: minn 430 proġett approvati fil-perjodu 2008–11, 27 proġett biss kienu fl-istadju tal-pagament finali (6 %) fl-2012. Il-benefiċjarji ffaċċjaw aktar problemi bir-rilaxx tal-garanziji li wassal għal każijiet fejn, fiż-żmien tal-awditu f’Marzu 2012, xi benefiċjarji xorta ġarrbu spejjeż sinifikanti relatati mal-garanzija minkejja li kienu rċevew il-pagamenti finali tagħhom fl-2011. IT-TIELET PARTI — ĠEW FIL-FATT IFFINANZJATI PROĠETTI EFFETTIVI U EFFIĊJENTI? 72. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal-infiq tal-iżvilupp rurali hija meħtieġa biex turi dak li nkiseb bil-baġit tal-UE u li ntnefaq tajjeb (għoti ta’ rendikont); tintuża biex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-baġit tal-UE billi tinforma l-ġestjoni kontinwa (sejħiet għal proposti jew deċiżjonijiet ta’ għotja), tidentifika t-titjib li għandu jsir fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, u tinforma dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq politika futura. 73. Sabiex juru dak li nkiseb bil-baġit tal-UE li ntnefaq fuq miżuri ta’ diversifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru data dwar ir-riżultati miksuba mill-proġetti. Taħt il-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF), l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni minn tal-anqas għall-indikaturi komuni tal-prodotti u tar-riżultati (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna). Iż-żewġ indikaturi tar-riżultati komuni stipulati għall-miżuri 311-313 għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-pres- tazzjoni tal-proġetti f’termini ta’ żieda fil-valur miżjud gross (VMG) [27] mhux agrikolu u fin-numru gross ta’ impjiegi maħluqa. 74. Il-Qorti eżaminat il-ġbir tad-data u s-sistemi ta’ monitoraġġ fis-sitt Stati Membri u sabet, bħal f’rapporti preċedenti [28], li kien hemm nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti u affidabbli biex tikkonkludi dwar l-effettività ta’ dawn il-miżuri. Għaldaqstant, l-awdituri kejlu r-riżultati tal-proġetti (f’termini taż-żewġ indikaturi tas-CMEF imsemmija hawn fuq) u l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi tal-proġetti, fejn possibbli, fuq il-bażi tal-evidenza miksuba miż-żjarat tal-proġett. L-INFORMAZZJONI DWAR IL-MONITORAĠĠ HIJA NIEQSA U R-RIŻULTATI TAL-PROĠETTI JURU STAMPA MĦALLTA F’TERMINI TA’ EFFIĊJENZA U EFFETTIVITÀ 75. Minħabba l-element ta’ kofinanzjament u irrispettivament mix-xogħol ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni meħtieġ mis-CMEF, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom fl-interess tagħhom stess iqisu l-monitoraġġ tal-proġett bħala għodda importanti biex isegwu l-progress tal-proġetti u li jkunu infurmati dwar jekk humiex jiksbu r-riżultati mistennija u jilħqu l-objettivi tal-PŻR. Dan jista’ jitwettaq billi l-Istati Membri jużaw l-informazzjoni amministrattiva u ta’ kontroll disponibbli u billi jiġbru kull tant żmien informazzjoni rilevanti mingħand il-benefiċjarji, tal-anqas sakemm jiskadi l-perjodu ta’ ħames snin għaż-żamma ta’ assi ddeterminat mill-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. 76. L-awditu sab li l-Istati Membri ma mmonitorjawx is-suċċess fuq tul ta’ żmien qasir sa medju tal-proġetti, la f’termini ta’ kemm laħqu indirizzaw objettivi tal-PŻR u lanqas f’termini tal-objettivi stabbiliti għall-proġett stess. Dan ġie mxekkel min-nuqqas ta’ objettivi ċari, speċifiċi u realistiċi u l-miri stipulati fl-applikazzjoni u/jew id-deċiżjoni ta’ għotja (ara l-Kaxxa 16). Franza (Aquitaine) ma kinitx issottomettiet lanqas l-informazzjoni obbligatorja dwar il-monitoraġġ meħtieġa mis-CMEF fid-data tal-awditu. 77. L-awdituri sabu li l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ ipprovduta mill-Istati Membri awditjati ma kinitx affidabbli. Id-data miġbura mill-Istati Membri kienet ibbażata fil-biċċa l-kbira tagħha fuq stimi jew fiż-żmien tal-applikazzjoni (l-Italja, l-Isvezja u r-Repubblika Ċeka) jew fiż-żmien tal-klejm għall-pagament finali (ir-Renju Unit). Barra minn hekk, data minn stħarriġijiet ta’ monitoraġġ dwar il-benefiċjarji ma ġietx ivverifikata mill-awtoritajiet (il-Polonja u r-Repubblika Ċeka). L-awdituri identifikaw diversi inkonsistenzi u żbalji fid-data rrappurtata, b’mod partikolari differenzi bejn it-tbassir u ċ-ċifri reali (ara l-eżempji fil-Kaxxa 17). 78. Għalkemm data affidabbli li tikkonċerna l-ilħuq tal-objettivi u l-kisba tar-riżultati tal-proġetti setgħet tinkiseb mill-awtoritajiet tal-Istati Membri matul il-kontrolli fuq il-post u l-ispezzjonijiet ex post, l-awditu żvela li dan il-kontroll ma kienx parti mill-proċeduri. Pereżempju, għalkemm proġett minnhom fl-Italja kien għadda minn diversi kontrolli dwar l-eżistenza tax-xirjiet u x-xogħlijiet wara l-implimentazzjoni tiegħu, l-ebda wieħed minn dawn ma enfasizza l-fatt li d-dħul reali kien ferm aktar baxx mit-tbassir li kien hemm fl-applikazzjoni. 79. Minħabba li informazzjoni affidabbli dwar il-monitoraġġ affidabbli ma kinitx disponibbli, u li, fil-livell ta’ programmazzjoni, kien hemm ftit li xejn aċċertament li appoġġ għall-miżuri tal-Assi 3 jiġi indirizzat lejn il-proġetti li jissodisfaw l-aħjar l-objettivi tal-miżuri, l-awdituri tal-Qorti vvalutaw l-effiċjenza u l-effettività tas-57 proġett awditjati fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta matul iż-żjarat tal-awditjar. L-analiżi turi li l-biċċa l-kbira tal-proġetti laħqu l-objettivi tagħhom f’termini ta’ prodott fiżiku u effetti pożittivi fuq il-VMG, iżda dawk bl-objettiv li joħolqu im- pjiegi rnexxew biss b’mod moderat fil-ħolqien ta’ impjieg (ara l-Anness II). KAXXA 16 OBJETTIVI ĠENERIĊI JWASSLU GĦAL SITWAZZJONI FEJN IT-"TISĦIĦ TAL-BIJODIVERSITÀ" JIĠI AĊĊETTAT BĦALA OBJETTIV GĦAL ĦANUT TAL-KEJKIJIET Għall-proġett mill-Italja — Campania, li jikkonċerna r-rinovament ta’ ħanut tal-kejkijiet (il-miżura 312), l-objettivi li ġejjin li jistgħu jidhru mhux relatati ġew iddikjarati fl-applikazzjoni: l-ibbilanċjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ riskju għoli bħad-depopolazzjoni tal-kampanja, it-tnaqqis fid-diskrepanza ma’ żoni aktar żviluppati, it-tisħiħ tal-bijodiversità kif ukoll l-għarfien tal-agrikoltura tradizzjonali. Dawn l-objettivi ma jistgħux jiġu kwantifikati jew imkejla għal tali proġett. KAXXA 17 EŻEMPJI TA’ INKONSISTENZI FID-DATA TA’ MONITORAĠĠ MIĠBURA MILL-ISTATI MEMBRI L-Isvezja: Data għall-indikaturi tas-CMEF ġiet ikkompilata mill-informazzjoni dwar il-proġett miġbura mingħand il-benefiċjarji fl-istadju tal-applikazzjoni għall-għotja (il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u t-tbassir finanzjarju), u ma kinitx aġġornati abbażi ta’ dak li fil-fatt ġie miksub. Għal proġett ta’ ristorant u guesthouse, evidenza miksuba matul iż-żjara wriet li data tas-CMEF għall-valur miżjud gross ġiet stmata b’mod eċċessiv għal ammont ta’ SEK 1800000 (EUR 202000), meta mqabbla mar-riżultat reali ta’ SEK 238000 (EUR 27000) u tliet impjiegi ekwivalenti full time ġew irrappurtati fid-database tas-CMEF meta mqabbla mar-riżultat reali ta’ impjieg wieħed ekwivalenti full time maħluq bl-investiment appoġġat. Ir-Renju Unit — L-Ingilterra: L-evidenza miksuba fiż-żjarat tal-proġett turi li r-riżultati rrekordjati fid-database tas-CMEF ma kinux preċiżi. F’ħames każijiet minn disgħa awditjati, id-data dwar l-impjieġi maħluqa u l-impjiegi ssalvagwardjati ġiet stmata b’mod eċċessiv, fil-każijiet l-oħra ġiet stmata b’mod insuffiċjenti. Il-Polonja: Iċ-ċifra tal-VMG mhux agrikolu iddikjarata minn benefiċjarju fl-istħarriġ ta’ monitoraġġ ma setgħetx tiġi mqabbla mad-data dwar id-dħul miġbura matul iż-żjara tal-awditjar. Il-VMG ddikjarat kien ogħla mill-prodott totali għan-negozju appoġġat, li mhuwiex possibbli skont id-definizzjoni tal-valur miżjud gross. 80. Filwaqt li l-proġetti setgħu jidhru li qed jiksbu l-prodott fiżiku mistenni (pereżempju, kostruzzjoni ta’ binja, xiri ta’ vettura) l-objettivi tal-miżuri biex jiddiversifikaw l-ekonomija rurali mhux bilfors ġew milħuqa. Dan kien il-każ fejn l-iskop tal-investiment ma kienx konformi (jew kien biss parzjalment konformi) mal-objettivi tal-miżura (11-il proġett b’kollox: 3 fi Franza u l-Polonja, 2 fl-Isvezja u l-Italja, u 1 fir-Repubblika Ċeka) jew/u fejn kien hemm indikazzjonijiet qawwija li ma kienx sostenibbli (2 każijiet fir-Repubblika Ċeka) jew in-negozju kien falla (proġett 1 fi Franza). 81. Il-Qorti sabet każijiet fejn kien hemm indikazzjoni li l-fondi tal-UE għall-iżvilupp tas-settur turistiku jew għall-appoġġ ta’ mikrointrapriżi intnefqu fuq investimenti li kienu minn tal-anqas parzjalment użati għal skopijiet privati (ara l-Kaxxa 18 għal xi eżempji). KAXXA 18 INVESTIMENTI LI MA KKONTRIBWIXXEWX B’MOD EFFETTIV GĦALL-IŻVILUPP TAS-SETTUR TURISTIKU U L-APPOĠĠ TA’ INIZJATTIVI IMPRENDITORJALI L-Italja — Campania: Fiż-żmien taż-żjara fuq il-post ta’ proġett ta’ agrituriżmu, appartament li ġie rranġat mill-ġid bil-fondi tal-miżura 311 kien qed jiġi użat minn membru tal-familja tal-benefiċjarju, li jfisser li ma kkontribwixxiex b’mod sħiħ għall-objettiv tal-miżura li jżid il-VMG mhux agrikolu permezz ta’ attivitajiet iddiversifikati. Il-Polonja: Indikazzjonijiet ta’ użu privat ġew identifikati għal proġett għax-xiri ta’ tagħmir tal-uffiċċji li rċieva l-għajnuna tal-miżura 312. Sufan tal-ġilda biex jilqa’ l-klijenti ġie ffinanzjat fid-dar tal-benefiċjarju (li serviet ukoll bħala l-post għan-negozju) u użat f’salott. Ma saret l-ebda żjara qabel il-pagament lil dan il-proġett li setgħet tqajjem dubji mill-ispetturi dwar l-użu privat potenzjali tal-oġġetti ffinanzjati. PROĠETTI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI JISTGĦU JGĦINU BIEX JAGĦTU SPINTA LILL-PRESTAZZJONI FINANZJARJA TAL-BDIEWA... 82. 33 negozju appoġġat (58 %) irnexxielhom iżidu l-VMG mhux agrikolu tagħhom; madankollu, għal 8 minn dawn il-każijiet, kien hemm konnessjoni dgħajfa bejn dan u l-investiment megħjun mill-għotja. Il-VMG ma setax jiġi kkalkulat għal 5 proġetti awditjati fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka għax ġew suġġetti għal regoli ta’ kontabilistiċi simplifikati. Minkej- ja din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet ma kinux introduċew sistema biex tiġbor data affidabbli. Iż-żieda tal-VMG ma setgħetx tiġi vvalutata f’sitt proġetti oħra (fil-Polonja u l-Italja) għax jew kien kmieni wisq biex jiġi vvalutat l-impatt finanzjarju tagħhom, jew il-benefiċjarju ma kienx ipprovda d-data finanzjarja rilevanti. Sitt proġetti ma ġġenerawx żieda fil-VMG mhux agrikolu. ... IMMA META JKOLLHOM L-GĦAN LI JOĦOLQU L-IMPJIEGI, HUMA EFFETTIVI BISS B’MOD PARZJALI... 83. Mis-27 proġett li kienu intenzjonati biex joħolqu l-impjiegi, 13-il proġett biss laħqu l-miri stabbiliti (għalkemm il-Qorti għandha dubji f’2 każijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impjiegi maħluqa) filwaqt li 9 proġetti ħolqu biss parzjalment in-numru mbassar ta’ impjiegi intenzjonati u 5 ma ħolqu l-ebda impjieg. L-awditu żvela li l-impjiegi kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom maħluqa kif previst f’dawk l-Istati Membri fejn l-għotja saret bil-kundizzjoni li jinħolqu l-impjiegi, u kontrolli mmirati ġew imwettqa biex jiżguraw konformità ma’ din il-kundizzjoni. Dan kien il-każ fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka (għal ċerti submiżuri) u r-Renju Unit (ara l-paragrafu 36). Għall-kuntrarju, l-awdituri nnutaw li l-impatt fuq il-ħolqien tal-impjiegi kien minuri għall-proġetti awditjati fi Franza, fl-Italja u fl-Isvezja, fejn dan it-tip ta’ kundizzjoni ma applikax u kontrolli mmirati ma twettqux (ara l-Anness II). ... U HEMM EFFETT MHUX MAGĦRUF FUQ IŻ-ŻAMMA TAL-IMPJIEGI 84. Għalkemm il-proġetti jistgħu ma jkunux kollha intenzjonati biex joħolqu l-impjiegi, l-investimenti jistgħu jżommu jew jissalvagwardjaw l-impjiegi. Madankollu, l-Istati Membri mhumiex meħtieġa mill-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li jiġbru din id-data. Ir-Renju Unit – l-Ingilterra biss iddefinixxa indikatur addizzjonali fid-database tas-CMEF tiegħu li tkejjel is-‘salvagwardja tal-impjiegi’ bħala impjiegi li jintilfu jekk l-investiment megħjun mill-għotja ma jitwettaqx, għalkemm l-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni kienet inkonsistenti. Fi proġett minnhom li rrapporta żewġ impjiegi bħala ssalvagwardjati, il-Qorti sabet li n-numru li kellu jiġi rrappurtat kien żero. Fil-Polonja, l-awditu żvela li data dwar impjiegi miżmuma ġiet irrappurta imma mħallta ma’ data dwar il-ħolqien ta’ impjiegi. B’riżultat ta’ dan, l-awdituri ma setgħux jikkonkludu dwar l-impatt tal-proġetti fuq l-impjiegi ssalvagwardjati jew miżmuma, peress li l-ebda evidenza ma kienet disponibbli biex dan jiġi vvalutat fil-livelli tal-Istat Membru u tal-benefiċjarju. KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET 85. Bħala parti mill-politika ta’ żvilupp rurali l-Istati Membri jistgħu jużaw il-baġit tal-UE biex jiffinanzjaw proġetti li jfittxu li jiddiversifikaw l-ekonomija rurali sabiex jappoġġaw tkabbir, impjieg u żvilupp sostenibbli f’żoni rurali. Dan jitwettaq permezz tal-kofinanzjament mill-UE u mill-Istati Membri tal-proġetti fiż-żoni ta’ diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli, ħolqien ta’ mikrointrapriżi u l-inkoraġġiment ta’ attivitajiet tat-turiżmu. 86. Dan l-awditu eżamina l-mistoqsija "L-Istati Membri u l-Kummissjoni kisbu l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz b’miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali?" Il-Qorti tikkonkludi b’mod kumplessiv li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kisbu, sa punt limitat biss, l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz permezz tal-miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, peress li l-għajnuna ma ġietx indirizzata b’mod sistematiku lejn il-proġetti li kellhom l-akbar probabbiltà li jiksbu l-aktar l-iskop tal-miżuri. Dan kien dovut għal nuqqas ta’ ħtiġijiet ċari għal intervent jew objettivi speċifiċi stabbiliti fil-PŻR, kriterji ta’ eliġibbiltà wesgħin adottati li ma limitawx il-proġetti għal dawk li kellhom l-akbar probabbiltà li jiksbu l-aktar id-diversifikazzjoni u kriterji tal-għażla li ma għażlux l-aktar proġetti effettivi jew ma ġew applikati xejn. 87. Ta’ spiss, u b’mod partikolari fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, l-għażla tal-proġetti ġiet immexxija aktar mill-ħtieġa li jintnefaq il-baġit allokat milli mill-kwalità tal-proġetti stess. F’xi Stati Membri awditjati, il-proġetti kollha eliġibbli ġew iffinanzjati fejn baġit suffiċjenti kien disponibbli irrispettivament minn kif il-proġett ġie vvalutat mis-sistemi tal-għażla tagħhom. Il-prijorità predominanti ta’ ħolqien ta’ impjiegi ma ġietx mmirata kif xieraq, il-monitoraġġ ma ppermettiex li l-istampa vera tal-impjiegi maħluqa tiġi aċċertata u kien hemm nuqqas ta’ ġestjoni attiva b’mod partikolari meta kien evidenti li l-miri stabbiliti ma kinux se jintlaħqu. 88. L-Istati Membri ma mmitigawx b’mod suffiċjenti r-riskji ta’ deadweight u spustament, u għaldaqstant ma żgurawx l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi. Il-kontrolli tal-Istati Membri fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż ma naqqsux b’mod suffiċjenti r-riskju ta’ nfiq eċċessiv u kien hemm eżempji ta’ piż amministrattiv eċċessiv u dewmien fil-pagamenti. 89. Dawn id-dgħufijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti relatati magħhom huma żviluppati aktar hawn taħt: 90. Immirar aħjar tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali hija kwistjoni ewlenija fit-titjib tal-effiċjenza fil-livell tal-miżura. Peress li l-immirar huwa bbażat fuq l-identifikazzjoni ta’ żoni bi prijorità, benefiċjarji jew tipi ta’ attività jew kisbiet, l-effettività tiegħu tiddependi primarjament fuq il-kwalità tal-istrateġija li l-programm huwa bbażat fuqha. Għaldaqstant, titjib fl-immirar jirriżulta minn titjib fit-tfassil tal-istrateġija u fuq kollox qafas ċar dwar kif id-diversifikazzjoni tista’/se tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli (jiġifieri l-bażi loġika għall-intervent). Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-PŻR li ġew awditjati ma stabbilixxewx ir-riżultat li jippjanaw li jiksbu u ma spjegawx kif il-provvediment ta’ finanzjament taħt il-miżuri ta’ diversifikazzjoni jista’ jtejjeb is-sostenibbiltà ekonomika taż-żona rurali. Madankollu, il-Kummissjoni approvat dawn il-PŻR. RAKKOMANDAZZJONI 1 Fil-PŻR tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw b’mod ċar għaliex u kif l-intervent pubbliku għall-investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli jista’ jgħin biex jirrimedja pereżempju n-nuqqasijiet tas-suq relati mal-ostakoli għall-impjieg u t-tkabbir. Il-PŻR għandhom jistabbilixxu objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu b’rabta ma’ dawn il-ħtiġijiet. Il-Kummissjoni għandha tapprova biss dawk il-PŻR li jippreżentaw strateġiji ssostanzjati u komprensivi b’bażi loġika ċara li turi kif il-politika ta’ intervent se tikkontribwixxi għall-għanijiet strateġiċi ta’ ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ tkabbir u opportunitajiet ta’ impjieg. 91. Il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-Istati Membri ma rristrinġewx l-għajnuna għall-attivitajiet li jappoġġaw id-diversifikazz- joni tal-ekonomija rurali lejn attivitajiet mhux agrikoli. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu kriterji tal-għażla; dawn għandhom jippermettu li l-aktar proġetti eliġibbli effettivi u effiċjenti jingħataw prijorità, u jipprovdu bażi għar-rifjut ta’ dawk li ma jirrappreżentawx l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz. Erbgħa biss mis-sitt Stati Membri/reġjuni awditjati stabbilixxew kriterji tal-għażla, u anke dawn ma ġewx dejjem applikati fil-prattika. 92. Fejn l-Istati Membri awditjati kien għad għandhom fondi disponibbli mill-ammont li kien bbaġitjat, huma ffinanzjaw il-proġetti eliġibbli kollha, irrispettivament mill-effettività u l-effiċjenza tagħhom. Aktar tard fil-perjodu meta l-finanzjament kien limitat, proġetti "aħjar" ġew irrifjutati. RAKKOMANDAZZJONI 2 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji b’mod konsistenti biex jiżguraw l-għażla tal-aktar proġetti effettivi u sostenibbli fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-Istati Membri sabiex jiżviluppaw attivitajiet mhux agrikoli u jippromwovu l-impjieg. Il-potenzjal tal-proġetti li jipproduċu effetti pożittivi fuq l-impjieg u l-introjti għandu jitqies fit-tfassil tal-politika futura u jiġi meqjus b’mod aktar prominenti mill-Istati Membri fis-sistemi tal-għażla ta’ proġetti tagħhom. Dawn is-sistemi tal-għażla għandhom jistabbilixxu b’mod sistematiku livell limitu minimu li jqis il-"kwalità tal-proġett". Għandhom jitwettqu kontrolli mmirati biex jiżguraw li tali kriterji jiġu rrispettati pereżempju waqt il-kontrolli fuq il-post u ex post. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn il-kriterji jiġu applikati b’mod korrett u kontinwu, mhux biss f’każijiet ta’ nuqqas baġitarju. 93. Il-Qorti sabet li l-Istati Membri ma wasslux il-finanzjament b’mod sistematiku lil proġetti li għalihom kienet tidher ħtieġa ta’ appoġġ pubbliku. Konsegwentement, il-probabbiltà ta’ deadweight hija għolja u r-riżultati miksuba mill-proġetti ma jistgħux jiġu attribwiti neċessarjament għall-għotja. Barra minn hekk, tali sussidji jistgħu jikkostitwixxu ħela ta’ flus pubbliċi skarsi meta jwasslu għal distorsjoni fis-suq fil-livell lokali (jiġifieri effett ta’ spustament). Stat Membru wieħed biss qies dawn ir-riskji fl-evalwazzjoni tal-proġetti. RAKKOMANDAZZJONI 3 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-adozzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-mitigazzjoni tar-riskji ta’ deadweight u spustament. Dan jeħtieġ li l-Istati Membri jagħżlu proġetti li għalihom tidher il-ħtieġa ta’ appoġġ pubbliku (u li jwasslu valur miżjud). L-Istati Membri għandhom iqisu r-riskji ta’ deadweight u spustament kemm meta jfasslu l-PŻR tagħhom kif ukoll meta jagħżlu l-proġetti. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jadottaw il-prattika li tippermetti li n-nefqa għall-investimenti tkun eliġibbli biss mid-data tal-approvazzjoni tal-għotja. 94. Il-Qorti identifikat dgħufijiet fis-sistemi mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri biex jivvalutaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġett. Dawn id-dgħufijiet iżidu r-riskju li l-fondi pubbliċi jintnefqu mingħajr ma jitqies il-prinċipju tal-ekonomija b’mod xieraq. RAKKOMANDAZZJONI 4 L-Istati Membri għandhom jimmitigaw ir-riskju għall-ekonomija b’valutazzjoni sistematika tal-ispejjeż li ma għandhiex tkun limitata biss għall-kwistjonijiet ta’ eliġibbiltà u r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni għandhom jiġu ddokumentati b’mod adegwat. Fejn ikun fattibb- li, għandhom jiġu żviluppati punti ta’ riferiment għal elementi ta’ spejjeż komuni sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-ispejjeż fil-proposti tal-proġett. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi effettivi biex iwettqu kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż. 95. Is-CMEF ġie stabbilit bħala għodda ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-Istati Membri u l-Kummissjoni. Il-Qorti sabet li dan ma jiġġenerax data affidabbli li tista’ tintuża biex timmonitorja l-effettività tal-implimentazzjoni tal-miżuri u tidentifika problemi u soluzzjonijiet fil-ħin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma użawx l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ għall-ġestjoni attiva ta’ dawn il-miżuri sabiex titjieb l-effettività tagħhom. 96. F’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi, parti mill-prijorità predominanti tal-Assi 3, l-Istati Membri awditjati ma setgħux jipprovdu informazzjoni preċiża dwar l-impjiegi maħluqa jew miżmuma u lanqas, fejn il-miri ma kinux qed jiġu milħuqa, ma adattaw l-infiq biex iqisu dan. RAKKOMANDAZZJONI 5 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, informazzjoni rilevanti u affidabbli tiġi miksuba biex tiffaċilita l-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-miżura u biex turi l-punt sa fejn l-għajnuna mogħtija qed tikkontribwixxi għall-kisba tal-prijoritajiet tal-UE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi u ċari għall-proġetti li għalihom jiġu impenjati l-fondi. L-objettivi għandhom jiġu kwantifikati fejn possibbli biex jiffaċilitaw it-twettiq u l-monitoraġġ tal-proġetti u biex jipprovdu feedback utli lill-Awtorità Maniġerjali. Il-miri għall-ħolqien ta’ impjiegi għandhom ikunu realistiċi u n-numri ta’ impjiegi maħluqa mmonitorjati b’mod preċiż, il-miżuri għandhom jiġu ġestiti aħjar matul il-perjodu ta’ programmazzjoni u b’mod partikolari jekk jidher li l-miri stabbiliti ma jkunux se jintlaħqu. L-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġati jiżviluppaw indikaturi mfassla apposta li jirriflettu l-kuntest u l-ħtieġa speċifiċi tagħhom stess, għall-iskopijiet ta’ ġestjoni u evalwazzjoni tagħhom stess. 97. Il-piż amministrattiv għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun, b’mod speċjali fir-rigward ta’ proġetti iżgħar; dewmien ta’ pagament eċċessiv jista’ jaqta’ qalb il-benefiċjarji. RAKKOMANDAZZJONI 6 Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi tagħhom fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv u jiżguraw li l-pagamenti jsiru f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Tista’ tingħata kunsiderazzjoni għal proċedura ta’ tħaffif għall-investimenti fuq skala żgħira (perjodi iqsar għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet) u pagamenti. Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Ioannis SARMAS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal- 5 ta’ Ġunju 2013. Għall-Qorti tal-Awdituri +++++ TIFF +++++ Vítor Manuel da Silva Caldeira President [1] L-Artikolu 4(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal- 20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1), li jistabbilixxi l-objettiv kumplessiv li ġej: "It-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika". [2] Il-Premessa 46 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. [3] Kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/144/KE tal- 20 ta’ Frar 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji għall-iżvilupp rurali (Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013) (ĠU L 55, 25.2.2006, p. 20) tistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp rurali, il-paragrafu 3.3 tal-Anness. [4] L-Anness VIII, il-punt III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal- 15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15). [5] Biex ikun eliġibbli skont il-miżura 311, il-ħanut ma jridx ibigħ biss il-prodotti agrikoli tiegħu. [6] Dawn l-Istati Membri ġew magħżula biex tiġi żgurata kopertura ġeografika tajba u għax huma kienu implimentaw it-tliet miżuri ta’ diversifikazzjoni kollha b’numru suffiċjenti ta’ proġetti kkompletati. [7] Handbook on Common Monitoring and Evaluation Framework (Manwal dwar il-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni) - in-Nota ta’ Gwida E – Measure fiches (L-Iskedi tal-miżuri) – l-istabbiliment tal-bażi loġika tal-miżuri; DĠ Agrikoltura 2006. [8] L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006: "Għall-miżuri ta’ investiment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ hu mmirat għall-objettivi definiti u ċari li jirriflettu l-ħtiġijiet identifikati strutturali u territorjali u l-iżvantaġġ strutturali". [9] "Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jinkludi: (a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ punti tajbin u punti dgħajfa, l-istrateġija magħżula biex dawn ikunu milħuqa u l-evalwazzjoni ex ante li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 85". [10] L-Anness II, il-punt A.5.2. għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 jeħtieġ "evidenza li għall-miżuri ta’ investiment l-appoġġ hu mmirat b’objettivi ddefiniti b’mod ċar li jirriflettu ħtiġijiet territorjali identifikati u żvantaġġi strutturali". [11] Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni jistabbilixxi l-indikaturi tar-riżultati li ġejjin fi ħdan il-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMEF): - żieda tal-valur miżjud gross mhux agrikolu f’negozji appoġġati (il-miżuri: 311, 312, 313); - numru gross ta’ ħolqien ta’ impjiegi (diviżjoni skont l-impjiegi fl-azjenda/barra mill-azjenda, il-kategorija ta’ sess u età) (il-miżuri: 311, 312, 313); - numru addizzjonali ta’ żjarat turistiċi (diviżjoni skont in-numru ta’ ljieli u n-numru ta’ turisti li jqattgħu ġurnata waħda biss fil-post) (il-miżura: 313). [12] Il-miżuri 313 "Inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi", 322 "Tiġdid u żvilupp ta’ rħula" u 323 "Konservazzjoni u titjib tal-wirt rurali" kienu fużi f’miżura waħda. [13] L-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddikjara li: "Nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribut tal-FAEŻR unikament meta magħmula għal operazzjonijiet deċiżi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm inkwistjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, f’konformità mal-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-korp kompetenti". [14] L-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jistabbilixxi t-tip ta’ investiment eliġibbli skont il-miżura 313 — Inkoraġġiment tal-attivitajiet turistiċi — "L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 52(a)(iii) għandu jkopri dan li ġej: (a) l-infrastruttura fuq skala żgħira bħal ċentri ta’ informazzjoni u s-senjalazzjoni ta’ postijiet turistiċi; (b) l-infrastruttura rikreattiva bħal dik li toffri aċċess għal żoni naturali, u akkomodazzjoni ta’ kapaċità żgħira; (c) l-iżvilupp u/jew it-tqegħid fis-suq ta’ servizzi turistiċi relatati mat-turiżmu rurali". [15] Fil-Polonja, il-kriterji tal-għażla ġew applikati biss fis-sejħa għal proposti 2011 għall-M311, fis-sejħiet għal proposti 2010, 2011 għall-M312 u fis-sejħiet għal proposti 2009, 2010 għall-M313. [16] Ikkalkulat bħala l-appoġġ pubbliku totali mħallas lill-benefiċjarju, diviż bin-numru ta’ impjiegi maħluqa (f’ekwivalenti full-time). [17] L-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. [18] L-Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddikjara li "Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ għandu jaċċerta l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programm għall-iżvilupp rurali". Dan isir bil-kunsiderazzjoni u r-reviżjoni tal-kriterji tal-għażla, il-monitoraġġ tal-progress lejn l-objettivi, l-ilħuq tal-miri, eċċ. [19] L-Artikolu 83 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddikjara li "Kull sena, meta jiġi ppreżentat ir-rapport ta’ progress annwali, il-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandhom jeżaminaw ir-riżultati prinċipali tas-sena preċedenti, skont il-proċeduri li għandhom jiġu ddeterminati bi qbil mal-Istat Membru u l-Awtorità ta’ Ġestjoni kkonċernati". [20] Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1). [21] Għad-definizzjonijiet, ara l-paragrafi 51 u 58. [22] Madankollu, l-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jirrikjedi li l-proġetti kollha appoġġjati jeħtieġu jkunu sostenibbli fis-sens li l-Istat Membru għandu jiżgura li operazzjoni ta’ investiment, fi żmien ħames snin mid-deċiżjoni ta’ finanzjament, ma tgħaddix minn modifika sostanzjali, inkluż il-waqfien jew ir-rilokazzjoni ta’ attività produttiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li tali kriterji għandhom ikunu parti mill-evalwazzjoni tal-proġett fl-Eżami Rurali tal-UE Nru 1: Qed tingħata attenzjoni biex tkun żgurata kwalità massima meta mqabbla mal-prezz mis-somom sinifikanti tal-finanjament tal-assi 3 u s-sostenibbiltà ekonomika tifforma kriterju ewlieni waqt il-valutazzjoni tal-proposti tal-proġetti FAEŻR kollha (il-paġna 31) (ara: http://enrd.ec.europa.eu/publications-and-media/eu-rural-review/en/eu-rural-review_en.cfm). [23] Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2010 dwar l-implimentazzjoni tal-approċċ Leader għall-iżvilupp rurali; ir-Rapport Speċjali Nru 8/2012 dwar identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli u r-Rapport Speċjali Nru 1/2013 L-appoġġ tal-UE lill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel kien effettiv u effiċjenti fiż-żieda tal-valur lill-prodotti agrikoli? (http://eca.europa.eu). [24] Franza (Aquitaine) ukoll, għal tip speċifiku ta’ investiment f’faċilitajiet ta’ kampeġġ, ipprevediet valutazzjoni tar-riskji ta’ spustament. [25] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas- 27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8). [26] Valur medjan (f’jiem kalendarji). [27] Biex jitkejjel il-VMG tan-negozji appoġġjati, in-Nota ta’ Gwida 1 tal-linji gwida tas-CMEF tissuġġerixxi li jintuża l-indikatur li ġej: "Prodott Totali — Konsum Intermedju Totali". In-nota ta’ gwida tirrikonoxxi li bidla fil-VMG matul is-snin tista’ tiġi spjegata wkoll minn fatturi oħra għajr l-appoġġ riċevut. [28] Ara r-Rapporti Speċjali Nru 8/2012 u Nru 1/2013 (http://eca.europa.eu). -------------------------------------------------- ANNESS I FONDI TAL-UE GĦALL-MIŻURI TA’ DIVERSIFIKAZZJONI TAL-ASSI 3 PPROGRAMMATI U MINFUQA (SA FRAR 2012) Infiq ipprogrammat oriġinarjament (2007–13): EUR 4922400000 Infiq ipprogrammat rivedut (2007–13): EUR 4619133731 [1] Infiq implimentat (2007–Frar 2012): EUR 1090970738 +++++ TIFF +++++ Sors: Il-kumpilazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fuq il-bażi ta’ data pprovduta fuq il-websajt tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: Indikaturi finanzjari u fiżiċi (http://enrd.ec.europa.eu/policy-in-action/rural-development-policy-in-figures/rdp-monitoring-indicator-tables/financial-and-physical-indicators/en/financial-and-physical-indicators_en.cfm). L-Irlanda u l-Portugall ma pprogrammawx il-miżuri 311, 312 u 313. Is-simbolu "*" jindika l-Istati Membri (id-Danimarka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja) li ma pprogrammawx it-tliet miżuri kollha. Sa Frar 2012, l-ebda nfiq ma kien ġie ddikjarat minn Ċipru. [1] Sal- 31 ta’ Diċembru 2011. -------------------------------------------------- ANNESS II VALUTAZZJONI MILL-QORTI TAL-PROĠETTI AWDITJATI Stat Membru | Miżura | Deskrizzjoni tal-proġett | Spejjeż eliġibbli (arrotondati EUR) | Għajnuna pubblika bħala % tal-ispejjeż eliġibbli | Prodott tal-proġett imwassal f’konformità mal-objettivi ġenerali tal-miżura | Riżultati tal-proġett | Indikazzjonijiet ta’ deadweight | Indikazzjonijiet ta’ spustament | Żieda fil-VMG mhux agrikolu | Numru ta’ impjiegi maħluqa / ippjanati (fl-FTE) | Ir-Repubblika Ċeka | 312 | Kostruzzjoni ta' sala tal-istampar | 200000 | 60% | | | 0 / 0 | qawwijin | xi wħud | 312 | Xiri ta' linja tal-produzzjoni għal-legatura tal-kotba | 95000 | 49% | | | 1 / 1 | qawwijin | xi wħud | 313 | Installazzjoni ta' pannelli tal-informazzjoni u żoni ta' mistrieħ f'rotta tal-inbid | 20000 | 90% | | | 0 / 0 | ftit | xi wħud | 313 | Kostruzzjoni ta' akkomodazzjoni għat-turisti permezz ta' estensjoni ta' kantina eżistenti tal-inbid | 75000 | 60% | | | 0 / 0 | xi wħud | xi wħud | 312 | Xiri ta' magna tas-serrar u tagħmir awżiljarju | 45000 | 50% | | | 2 / 2 [**] | ftit | ftit [***] | 311 | Kostruzzjoni ta' impjant tal-bijogass (500 kW) | 1600000 | 35% | | | 0 / 0 | ftit | evidenza insuffiċjenti | 311 | Estensjoni ta' impjant tal-bijogass (b'250 kW) u xogħlijiet oħra ta' kostruzzjoni | 550000 | 30% | | | 0 / 0 | xi wħud | evidenza insuffiċjenti | 312 | Rikostruzzjoni ta' sala tal-produzzjoni u xiri ta' tagħmir li jipproċessa l-metall | 190000 | 50% | [*] | | 6 / 6 [**] | qawwijin | qawwijin | 311 | Kostruzzjoni ta' impjant tal-bijogass (537 kW) | 2380000 | 45% | | | 0 / 0 | ftit | evidenza insuffiċjenti | 311 | Xiri ta' faċilitajiet għat-tnixxif tal-injam u xogħlijiet fuq it-tħejjija tas-sit | 155000 | 60% | | | 0 / 0 | ftit | ftit | 311 | Kostruzzjoni ta' impjant tal-bijogass (526 kW) | 1890000 | 46% | | | 0 / 0 | ftit | evidenza insuffiċjenti | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | Franza (Aquitaine) | 311 | Ħolqien ta' ħanut għal bejgħ lokali | 135000 | 29% | | | 0,8 / 0 | qawwijin | ftit | 311 | Ħolqien ta' kamra għad-dewqan tal-inbid | 130000 | 21% | | | 0 / 0 | qawwijin | xi wħud | 311 | Ħolqien ta' ħanut agrikolu li jbigħ il-prodotti tiegħu stess (ġobon) | 60000 | 38% | | | 0 / 0 | xi wħud | xi wħud | 311 | Ħolqien ta' ħanut agrikolu li jbigħ il-prodotti tiegħu stess (ġobon) | 55000 | 50% | | | 0 / 0 | ftit | xi wħud | 312 | Rilokazzjoni ta' ħanut f'żona kummerċjali ġdida | 35000 | 25% | | | 0 / 0 | qawwijin | xi wħud | 312 | Ħolqien ta' ħanut ta' tagħmir elettriku | 35000 | 25% | | | 0 / 0 | qawwijin | ftit | 312 | Xiri ta' forn elettriku tal-ħobż | 35000 | 25% | | | -3,3 / 0 | xi wħud | ftit | 313 | Kostruzzjoni u titjib ta' ekoħostel | 3000000 | 10% | | | 0 / 1 | xi wħud | ftit | 313 | Ħolqien ta' post tal-kampeġġ ekoloġiku | 625000 | 16% | | | 2,58 / 2 | ftit | xi wħud | 313 | Kostruzzjoni ta' sala tal-festini / ħanut bħala parti minn xogħlijiet ta' restawr f'kastell pubbliku | 200000 | 50% | | | 1,2 / 0 | qawwijin | MA | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | L-Italja (Campania) | 311 | Rinnovament ta' ċentru agrituristiku u xiri ta' tagħmir għax-xogħol tal-ġnien | 400000 | 50% | | | 0 / 0 | qawwijin | ftit | 311 | Rikostruzzjoni ta' dar għat-turiżmu rurali | 245000 | 50% | | | 0,75 / 0 | ftit | xi wħud | 311 | Iċċangar taż-żona ta' barra ta' azjenda u xiri ta' għamara għal kamra użata għat-tagħlim f'razzett edukattiv | 125000 | 50% | | | 0 / 0 | qawwijin | ftit | 313 | Organizzazzjoni ta' avvenimenti rurali u festivals u l-ħolqien ta' websajt | 45000 | 100% | [****] | MA | MA | ftit | MA | 312 | Xiri ta' xarabank b'faċilitajiet għall-persuni b'diżabbiltà biex jippermetti żjarat lejn attrazzjonijiet turistiċi | 305000 | 50% | | | 1,2 / 3 | qawwijin | ftit | 312 | Rinnovament ta' ħanut tal-kejkijiet u xiri ta' pannelli solari u ta' tagħmir ieħor għall-kejkijiet | 205000 | 40% | | | 1 / 1 | xi wħud | ftit | 312 | Rinnovament ta' trattorija u l-ħolqien ta' pizzerija inkluż forn tal-ħatab | 50000 | 50% | | | 1 / 3 | xi wħud | xi wħud | 311 | Restawr ta' djar żgħar għat-turiżmu rurali | 190000 | 50% | | | 0 / 0 | xi wħud | ftit | 311 | Restawr ta' binja ta' azjenda għat-turiżmu rurali | 400000 | 50% | | | 0,92 / 1 | ftit | xi wħud | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | Il-Polonja | 311 | Xiri ta' trakter biex iwettaq servizzi agrikoli fiż-żona ta' madwar | 25000 | 50% | [*] | | 0 / 0 | ftit | ftit | 311 | Xiri ta' magna għat-tħaffir u t-tagħbija biex toħloq sors alternattiv ta' dħul mhux agrikolu | 55000 | 43% | | | 0 / 0 | xi wħud | ftit | 312 | Xiri ta' tagħmir għall-uffiċċju u karozza | 15000 | 50% | | | 1 / 1 | qawwijin | ftit | 312 | Xiri ta' magna għat-tħaffir biex testendi l-ambitu tas-servizzi ta' kostruzzjoni mogħtija | 175000 | 37% | | | 4 / 3 | xi wħud | ftit | 313 | Kostruzzjoni ta' grawnds għall-isport u għal-logħob tal-ballun fuq il-bajjiet | 90000 | 100% | | MA | MA | ftit | ftit | 311 | Rinnovament u tagħmir għal azjenda tal-agrituriżmu | 40000 | 56% | | | 0 / 0 | xi wħud | ftit | 312 | Xiri ta' trakk u rikostruzzjoni ta' binja użata minn bejjiegħ bl-ingrossa | 30000 | 50% | | | 1 / 1 | qawwijin | xi wħud | 313 | Rikostruzzjoni ta' anfiteatru | 140000 | 100% | | MA | MA | ftit | MA | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | L-Isvezja | 312 | Persunal u spejjeż ġenerali għall-assoċjazzjoni li għandha l-għan li tibni netwerk ta' negozji rurali | 120000 | 62% | [*] | MA | 0 / 4 | ftit | ftit | 312 | Ħolqien ta' kooperattiva għall-bejgħ tal-artiġjanat u servizzi ta' tindif | 65000 | 98% | | MA | 1 / 0 | ftit | ftit | 312 | Kostruzzjoni ta' sala għall-irkib taż-żwiemel fuq ġewwa | 170000 | 30% | | | 0 / 2 | xi wħud | xi wħud | 312 | Konverżjoni ta' matmura f'ħanut ġdid tal-fjuri / pjanti | 10000 | 30% | | | 1 / 1 | xi wħud | ftit | 312 | Estensjoni tal-ħanut tal-fjuri biex jippermetti korsijiet ta' arranġament ta' fjuri | 10000 | 25% | | | 0 / 0 | qawwijin | ftit | 313 | Kostruzzjoni ta' sala tad-dħul b'ħanut li jbigħ ir-rigali, gallerija tal-arti/swali tal-konferenzi | 160000 | 30% | | | 4 / 1,5 | xi wħud | xi wħud | 313 | Estensjoni ta' kafetterija f'sit turistiku biex iżżid il-kapaċità ta' kemm tieħu nies | 190000 | 25% | | MA | 0 / 0 | ftit | ftit | 311 | Estensjoni ta' bini ta' ħanut tax-xogħol b'tagħmir ta' rfigħ | 90000 | 25% | [*] | | 0 / 0,25 | qawwijin | ftit | 311 | Parir kummerċjali u materjal ta' kummerċjalizzazzjoni għal aġenzija tal-ivvjaġġar li tispeċjalizza fl-agrituriżmu | 10000 | 30% | | | 0 / 1 | qawwijin | ftit | 311 | Kostruzzjoni ta' ristorant ġdid u guesthouse separata fuq bażi bed and breakfast | 315000 | 30% | | | 1 / 4 | qawwijin | xi wħud | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | Ir-Renju Unit (L-Ingilterra) | 312 | Rinnovament ta' matmura biex tintuża bħala l-post tan-negozju kif ukoll xi tagħmir tal-IT | 105000 | 40% | | | 2 / 3 | xi wħud | ftit | 312 | Ikkompletar ta' rinnovament ta' binja u t-tagħmir tagħha bħala klinika dentali | 140000 | 40% | | | 4,8 / 5,3 | qawwijin | xi wħud | 311 | Kostruzzjoni u tagħmir biex jiġi estiż ħanut/kafetterija eżistenti f'azjenda; websajt | 320000 | 40% | | | 5,9 / 5,5 | ftit | xi wħud | 313 | Kostruzzjoni ta' kafetterija, bitħa u passaġġ fi ħdan attrazzjoni ġdida għall-viżitaturi | 315000 | 40% | | | 3,5+ / 4 | ftit | ftit | 313 | Kostruzzjoni u tagħmir biex tinħoloq kafetterija, u żona sigura tal-ħżin | 205000 | 40% | | | 1,25 / 6 | qawwijin | ftit | 311 | Xiri u twaqqif ta' turbini tar-riħ fuq l-azjenda | 75000 | 50% | | | 0 / 0 | ftit | ebda | 313 | Kostruzzjoni u tagħmir biex tinħoloq entratura ġdida għall-ġonna b'ħanut | 155000 | 50% | | MA | 1,5 / 2,5 | ftit | ftit | 311 | Rinnovament ta' matmura u tagħmir ta' kafetterija u post għal ħanut eżistenti f'azjenda | 220000 | 50% | | | 2,5 / 4 | ftit | ftit | 312 | Tagħmir għall-bidu ta' servizzi ta' londri għal akkomodazzjoni turistika | 30000 | 40% | | | 4,5 / 2,5 | qawwijin | xi wħud | valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni pożittiva prinċipalment valutazzjoni negattiva | valutazzjoni negattiva ma nħoloq l-ebda impjieg / ma hemm ippjanat l-ebda impjieg evidenza insuffiċjenti / kmieni wisq biex issir valutazzjoni | MA mhux applikabbli | Kriterji tal-valutazzjoni | Prodott tal-proġett f’konformità mal-objettivi tal-miżura [5] | Il-prodotti mwassla mill-proġett f’termini ta’: kontribuzzjoni għall-objettivi tal-miżura stabbiliti fir-Regolament UE prinċipali ((KE) Nru 1698/2005)); jitqiesu l-indikazzjonijiet ta’ użu privatsostenibbiltà tal-attività ffinanzjata fid-data tal-awditu (bħala prekundizzjoni għall-ilħuq tal-objettivi) | Żieda fil-VMG mhux agrikolu | Ir-riżultati tal-proġett f’termini ta’ żieda fil-VMG (valur miżjud gross) mhux agrikolu, fejn VMG = Prodott Totali – Konsum Intermedju Totali Prodott Totali = Valur tal-bejgħ + Bilanċ tal-istokks + Użu jew konsum personali Konsum Intermedju Totali = Dħul dirett + Spejjeż ġenerali (jiġifieri marbuta mal-attivitajiet tal-produzzjoni, imma mhux ma’ linji tal-produzzjoni speċifiċi) bħall-manutenzjoni ta’ bini u makkinarju, enerġija, ilma, assigurazzjoni għall-bini, spejjeż ġenerali oħrajn) Nota: bidla fil-VMG tista’ sseħħ ukoll minħabba fatturi oħra għajr l-appoġġ riċevut. Każwalità baxxa bil-proġġett appoġġjat hija indikata bl-isfar. | Ħolqien ta’ impjiegi | Ir-riżultati tal-proġett f’termini ta’: numru ta’ impjiegi maħluqa (espressi f’FTE — ekwivalenti għall-full time) imqabbel man-numru maħsub fil-mument tal-applikazzjoni għall-appoġġtip ta’ impjiegi maħluqa (impjiegi permanenti, impjiegi staġjonali, impjiegi temporanji eċċ.) | Indikazzjonijiet ta’ deadweight | awtovalutazzjoni tal-benefiċjarju dwar jekk l-investiment kienx jitwettaq mingħajr l-għotjail-proġett ta’ investiment bediex jew saħansitra ġiex ikkompletat qabel l-applikazzjoni għal-għotja/qabel id-deċiżjoni ta’ għotjaproġett ġiex prefinanzjat fil-biċċa l-kbira tiegħu jew kollu kemm hu minn riżorsi personaliis-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija fid-data tal-applikazzjoni turi pożizzjoni finanzjarja tajba ħafnaevalwazzjoni tal-investiment turi rata għolja ta’ qligħ (jew ħlas lura fuq perjodu qasir) u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-benefiċjarju kellu diffikultajiet biex jakkwista l-kapital | Indikazzjonijiet ta’ spustament | awtovalutazzjoni mill-benefiċjarju tal-ispustamentil-benefiċjarju qiegħed f’suq stabbli jew li qed jonqos jew wieħed bi ftit divrenzjar fil-prodotti u l-għan primarju tal-proġett kien li jżid il-kapaċità/is-sehem tas-suq jew iżid l-effiċjenza/inaqqas l-ispejjeż | [*] Il-Qorti sabet li tliet proġetti ma kinux eliġibbli. Żewġ proġetti fl-Isvezja ma kinux eliġibbli għax f’każ minnhom il-benefiċjarju ma kienx mikrointrapriża (skont l-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005) u fil-każ l-ieħor il-benefiċjarju ma kienx membru tal-familja agrikola (l-Artikolu 53 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005). Fir-Repubblika Ċeka, l-awditu tal-Qorti sab li kumpanija li tipproċessa l-metall mogħtija l-għajnuna taħt M. 312 ma kinitx mikrointrapriża: ordni ta’ rkupru għal kważi EUR 97000 għandha tinħareġ. [**] Il-Qorti għandha dubji dwar is-sostenibbiltà tal-impjiegi. [***] Proġett li għandu l-għan li jiġbed attivitajiet preċedentement mogħtijin barra mill-katina tal-produzzjoni imma dan ma kienx intlaħaq fid-data tal-awditu. [****] Wara l-awditu tal-Qorti, l-awtoritajiet Taljani ħarġu ordni ta’ rkupru għax il-benefiċjarju (il-Komun) ma pprovdiex aċċess għad-dokumenti lill-awdituri tal-Qorti. [5] L-Artikolu 4(c) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jiddikjara li "L-appoġġ għall-iżvilupp rurali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi li ġejjin... promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika" u l-Artikolu 52(a) jiddikjara li "L-appoġġ għandu jinvolvi(a)miżuri għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali, inkluż:(i)id-diversifikazzjoni f’attivitajiet mhux agrikoli,(ii)l-appoġġ għall-ħolqien u l-iżvilupp ta’ mikrointrapriżi (...),(iii)l-inkoraġġiment ta’ attivitajiet turistiċi". --------------------------------------------------