This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0868
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing and provisional application, on behalf of the Union, of a Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Azerbaijan, of the other part, on a Framework Agreement between the European Union and the Republic of Azerbaijan on the general principles for the participation of the Republic of Azerbaijan in Union programmes
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja, fl-isem tal-Unjoni, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fil-programmi tal-Unjoni
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja, fl-isem tal-Unjoni, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fil-programmi tal-Unjoni
/* COM/2013/0868 final - 2013/0419 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja, fl-isem tal-Unjoni, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fil-programmi tal-Unjoni /* COM/2013/0868 final - 2013/0419 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Bħala parti mill-Politika Ewropea
tal-Viċinat (PEV), il-ftuħ gradwali ta’ xi programmi u aġenziji
tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab tal-PEV
jirrappreżenta waħda minn bosta miżuri maħluqa biex
jippromwovu r-riforma, il-modernizzazzjoni u t-tranżizzjoni
fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ssottolineat dan l-aspett
ta’ politika b’mod aktar estensiv fil-Komunikazzjoni tagħha ta’
Diċembru 2006 “dwar l-orjentament ġenerali għall-parteċipazzjoni
tal-pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat
fl-aġenziji u l-programmi Komunitarji”[1].
Il-Kunsill approva dan l-approċċ
fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Marzu 2007[2]. Abbażi ta’ din il-Komunikazzjoni u
dawk il-konklużjonijiet, il-Kunsill, fit-18 ta’ Ġunju 2007,
ħareġ direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas
mal-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, l-Eġittu,
il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Moldovja,
il-Marokk, l-Awtorità tal-Palestina, it-Tuneżija u l-Ukraina, dwar
il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom
fil-programmi Komunitarji[3].
Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007[4] afferma mill-ġdid
l-importanza suprema tal-PEV u approva Rapport dwar il-Progress mill-Presidenza[5] li kien
ippreżentat fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u
tar-Relazzjonijiet Esterni (GAERC - General Affairs and External Relations
Council) fit-18/19 ta’ Ġunju 2007 kif ukoll
il-Konklużjonijiet tal-Kunsill relatati[6].
Dan ir-rapport fakkar id-direttivi tal-Kunsill biex
jiġu nnegozjati protokolli addizzjonali relevanti. Il-Komunikazzoni
Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni
Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà "Risposti
ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni"[7], approvata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill
fl-20 ta' Ġunju 2011, enfasizzat aktar l-intenzjoni tal-UE
li tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab
fil-programmi tal-UE. F’Settembru
2011, il-parteċipanti tas-Summit ta’ Varsavja tas-Sħubija tal-Lvant
qablu li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni minn pajjiżi sħab
fi programmi u aġenziji tal-UE. Sa issa,
ġew iffirmati Protokolli mal-Armenja[8], mal-Israel[9], mal-Ġordan[10], mal-Moldova[11], mal-Marokk[12] u mal-Ukrajna[13]. F’Ottubru 2012,
l-Ażerbajġan esprima l-interess tiegħu li jipparteċipa
fil-firxa wiesgħa ta’ programmi miftuħa għall-pajjiżi
msieħba tal-PEV. It-test tal-Protokoll innegozjat mal-Ażerbajġan
jinsab mehmuż. Hawnhekk, il-Kummissjoni qed
tippreżenta proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar
l-iffirmar tal-Protokoll. Dan il-Protokoll fih Ftehim ta’ Qafas dwar
il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni
tal-Ażerbajġan fil-programmi tal-Unjoni. Fih stipulazzjonijiet
standard li huma maħsuba li jiġu applikati għall-pajjiżi
sħab kollha tal-PEV li magħhom għandhom jiġu konklużi
dawn il-protokolli. It-test innegozjat jipprevedi wkoll li l-Partijiet
japplikaw b’mod provviżorju d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll
mid-data ta' meta jiġi ffirmat. B’mod parallel, il-Kummissjoni
tippreżenta proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar
il-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi. Il-Kunsill huwa mistieden jadotta
d-Deċiżjoni proposta li ġejja. 2013/0419 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni
proviżorja, fl-isem tal-Unjoni, ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’
Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri
tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika
tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji
ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan
fil-programmi tal-Unjoni IL-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212
tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fit-18 ta’ Ġunju 2007
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll
għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej
u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda[14], u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra,
dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan
dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni
tar-Repubblika tal-Ażerbajġan fil-programmi tal-Unjoni ("il-Protokoll"), (2) Dawn in-negozjati ġew
konklużi. (3) Il-Protokoll għandu
jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett
għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar
tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn
il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa
l-waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa
l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
tal-Ażerbajġan dwar il-prinċipji ġenerali
għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Ażerbajġan
fil-programmi tal-Unjoni (minn issa ’l quddiem “il-Protokoll”) huwa b’dan
awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu[15]. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat
sabiex jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw
il-Protokoll f’isem l-Unjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] COM (2006) 724 final
tal-4 ta’ Diċembru 2006. [2] Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet
Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni (KAĠRE)
tal-5 ta’ Marzu 2007. [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (ristretta) li
tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-Protokolli […],
Dok 10412/07. [4] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza – Brussell, il-21
u t-22 ta’ Ġunju 2007, Dok 11177/07. [5] Ir-Rapport tal-Presidenza dwar il-Progress li
jikkonċerna t-“Tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”,
Dok 10874/07. [6] Il-Konklużjonijiet dwar it-Tisħiħ
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, adottati mill-Kunsill (Affarijiet
Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni)
fit-18 ta’ Ġunju 2007, Dok 11016/07. [7] COM (2011) 303 final,
tal-25 ta’ Mejju 2011. [8] [għad trid titlesta wara l-ppubblikazzjoni
bir-referenza tal-ĠU] [9] ĠUUE L129/39 tas-17.5.2008; [10] [għad trid titlesta wara l-ppubblikazzjoni
bir-referenza tal-ĠU] [11] ĠUUE L 14/5 tad-19.01.2011, ĠUUE
L 131/1 tat-18.05.2011, dħul fis-seħħ fl-01.05.2011; [12] ĠUUE L273/1 tad-19.10.2010, ĠUUE L90/1
tat-28.03.2012, dħul fis-seħħ fl-01.10.2012; [13] ĠUUE L 18/1-5 tal-21.01.2011, ĠUUE
L 133/1 tal-20.05.2011, dħul fis-seħħ fl-01.11.2011 [14] ĠUUE L 246 tat-17.09.1999, p. 3. [15] It-test tal-Protokoll se jiġi ppubblikat flimkien
mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.