This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0773
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of the Protocol between the European Union and the Union of the Comoros setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the two parties currently in force
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
/* COM/2013/0773 final - 2013/0388 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2013/0773 final - 2013/0388 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Abbażi
tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea
fetħet in-negozjati mar-Renju tal-Marokk dwar it-tiġdid tal-Protokoll
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm bejn il-Komunità Ewropea u
l-Unjoni tal-Komoros. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta'
Protokoll ġdid min-negozjaturi fl-05 ta' Lulju 2013.
Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' 3 snin li jibda mid-data
tal-applikazzjoni provviżorja stipulata mill-Artikolu 13,
jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2014. L-għan
ewlieni tal-Protokoll għall-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd
lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros fi ħdan il-limiti tal-fdalijiet disponibbli. Il-Kummissjoni
bbażat lilha nfisha, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta'
evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni. L-objettiv
ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija
għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar
responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros, fl-interess taż-żewġ partijiet. B’mod partikolari,
il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin: –
42 bastiment tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun; –
20 bastiment tas-sajd bil-konzijiet
tal-wiċċ Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta dan il-Protokoll il-ġdid
permezz ta' Deċiżjoni. 2. RIŻULTATI TA’
KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2011-2013. Ġew ikkonsultati
wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Dawn il-konsultazzjonijiet
wasslu għall-konklużjoni li jkun ta’ benefiċċju li
jinżamm protokoll tas-sajd mal-Unjoni tal-Komoros. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Din
il-proċedura nbdiet b’mod parallel mal-proċeduri marbutin
mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta l-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni
tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kontribuzzjoni
finanzjarja annwali ta' EUR 600 000 hija bbażata fuq: a)
tunnellaġġ ta' referenza ta' 6 000 tunnellata, għal
ammont marbut mal-aċċess ta' EUR 300 000 u b)
appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros li tammonta għal EUR 300 000. Dan
l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali
fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tal-Unjoni
tal-Komoros fil-ġlieda kontra s-sajd illegali. 2013/0388 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet
tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija
dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2),
flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(7) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[2], Billi: (1) Fil-5 ta’ Ottubur 2006,
il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1563/2006 dwar il-konklużjoni ta’
Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni
tal-Komoros[3].
(2) Fit-3 ta' Mejju 2007 u fis-6
ta' Marzu 2008, il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros innotifikaw lil
xulxin dwar it-twettiq tal-proċeduri meħtieġa
għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija bejn
il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros[4]. (3) Il-Kummissjoni żammet
negozjati mal-Unjoni tal-Komoros f'isem l-Unjoni Ewropea rigward protokoll
ġdid li permezz tiegħu jingħataw opportunitajiet ta' sajd lil
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd li fiha
l-Unjoni tal-Komoros teżerċita
l-ġuriżdizzjoni tagħha. (4) Bid-Deċiżjoni
Nru …/2013/UE[5],
il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan
il-Protokoll, mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni
sussegwenti tiegħu. (5) Huwa fl-interess tal-Unjoni
li timplimenta l-Ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd mal-Unjoni
tal-Komoros, permezz ta' Protokoll li jistabbilixxi l-possibbiltajiet tas-sajd
u l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata u li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet
tal-promozzjoni ta' sajd responsabbli u sostenibbli fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros. (6) Il-Ftehim ta' Sħubija
fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros fl-Artikolu 9
tiegħu jipprevedi Kumitat Konġunt li huwa nkarigat milli jikkontrolla
l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim u li
jadotta, skont kif ikun il-każ, modifiki għall-Protokoll b'konformità
mal-Artikolu 5 tal-Protokoll. Bl-iskop li jiġu implimentati dawn
il-modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni Ewropea tingħata s-setgħa
biex tapprovahom skont proċedura ssemplifikata. (7) Dan il-Protokoll għandu
jiġi konkluż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni
tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni
finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità
Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros jiġi konkluż f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu
jaħtar il-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni
Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, sabiex
tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea biex tkun marbuta mill-Protokoll. Artikolu 3 Il-Kummissjoni Ewropea għandha
tingħata s-setgħa biex tapprova l-aġġustamenti adottati
mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll u skont l-Artikolu 9
tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni
tal-Komoros. Artikolu 4 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara
dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS PROTOKOLL bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ
Partijiet Artikolu 1
Il-perjodu ta’ applikazzjoni u Opportunitajiet tas-sajd 1. Mill-1 ta' Jannar 2014 u
għal żmien ta' tliet snin, opportunitajiet ta' sajd skont l-Artikolu
5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej: L-ispeċijiet li jpassu ħafna
(l-ispeċijiet imniżżla fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) minbarra l-familji Alopiidae
u Sphyrnidae, kif ukoll l-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus
maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis,
Carcharinus longimanus. –
bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun: 42
bastimenti –
sajd b'bastimenti bil-konz tal-wiċċ: 20-il bastiment. 2. Il-paragrafu 1
għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta’ dan il-Protokoll. 3. Bastimenti rreġistrati
taħt il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'l quddiem
imsejħa 'bastimenti tal-UE') jistgħu jwettqu attivitajiet ta' sajd
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros biss jekk ikunu fil-pussess
ta' liċenzja tas-sajd valida li tkun inħarġet mill-Unjoni
tal-Komoros skont dan il-Protokoll. Artikolu 2
Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd hija
stabbilita, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, għal
EUR 1 800 000. 2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tinkludi: (a)
ammont annwali għall-aċċess
għaż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros ta’
EUR 300 000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza
ta’ 6 000 tunnellata fis-sena; (b)
ammont speċifiku ta’ EUR 300 000
fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika
settorjali tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 3. Il-paragrafu 1
għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 7
u 8 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta’
EUR 600 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan
il-Protokoll li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali msemmija
fil-paragrafu 2(a) u (b). 5. Il-ħlas mill-Unjoni
Ewropea tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista mill-paragrafu 2(a)
għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
għaż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros għandu jsir mhux
aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll, u mhux aktar tard minn 60 jum mid-data tal-anniversarju tal-applikazzjoni
provviżorja tal-Protokoll fis-snin ta' wara. 6. Iż-żewġ
Partijiet għandhom jistabbilixxu monitoraġġ regolari tal-qabdiet
tal-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros.
Għal dan il-għan, iż-żewġ partijiet għandhom janalizzaw
fuq bażi regolari, u b'mod partikolari fi ħdan il-Kummissjoni
Konġunta, il-qabdiet u l-isforzi tal-bastimenti tal-UE li jinsabu
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 7. Jekk il-kwantità totali
annwali tal-qabdiet li jsiru mill-bastimenti tal-UE li jkunu qed jistadu
fiż-żona tal-Unjoni tal-Komoros taqbeż it-tunnellaġġ
ta' referenza indikat fil-punt 2(a), l-ammont totali tal-kontribuzzjoni
finanzjarja annwali għandu jiżdied bl-ammont ta' EUR 50 għal
kull tunnellata żejda li tinqabad matul dik is-sena speċifika.
Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax
ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a)
(EUR 600 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni
Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju
tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun
ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara. 8. L-allokazzjoni
tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt
id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet Komorjani. 9. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
indikata fl-Artikolu 2(2) ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi
ttrasferita f’kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank
Ċentrali tal-Komoros. L-Unjoni tal-Komoros għandha tinnotifika r-referenzi
ta' dan il-kont lill-Unjoni Ewropea kull sena. 10. Minn dan il-kont uniku,
l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(b) għandu jiġi ttrasferit fil-kont TR 5006
miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Komoros mill-Ministeru responsabbli
għas-sajd. Artikolu 3
Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet Komorjani 1. Il-Partijiet għandhom
jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u sa mhux aktar tard minn tliet xhur
wara li tibda tiddekorri l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll,
dwar programm settorjali multiannwali, u l-metodi tal-applikazzjoni
tiegħu, b’mod partikolari: (a)
il-linji gwida annwali u multiannwali
għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(2)(b); (b)
l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk
multiannwali, li għandhom jintlaħqu sabiex jiġu żgurati
l-kundizzjonijiet għal sajd responsabbli u sostenibbli, filwaqt li
jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet espressi mill-Unjoni tal-Komoros
fil-politika nazzjonali tagħha dwar is-sajd jew f'politiki oħra ta'
qafas li jippromwovu prattiki ta' sajd ta' dan it-tip; (c)
il-kriterji u l-proċeduri li jridu
jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi
annwali. 2. Kwalunkwe emenda proposta
għall-programm settorjali pluriennali trid tiġi approvata
miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt. 3. Kull sena
ż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt,
għandhom iwettqu evalwazzjoni tar-riżultati tal-implimentazzjoni
tal-Programm settorjali pluriennali. Jekk ikun meħtieġ,
iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan
il-monitoraġġ wara li jintemm dan il-Protokoll, sakemm tintuża
l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika kollha prevista fl-Artikolu 2(2)(b). 4. Kull sena, l-Unjoni
tal-Komoros għandha jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni, jekk ikun
il-każ, ta’ ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan li jiġi implimentat il-Programm
Settorjali Multiannwali. Din l-allokazzjoni trid tiġi kkomunikata lill-Unjoni
Ewropea. Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd responsabbli 1. Iż-żewġ
Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jippromwovu sajd responsabbli
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros abbażi
tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li
joperaw f'din iż-żona u tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
irrappurtat u mhux irregolat (IUU). 2. Tul il-perjodu kopert minn
dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros għandhom
jagħmlu ħilithom biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi
tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 3. Iż-żewġ
Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan
(KTOI) u jintrabtu li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-livell tas-subreġjun
rigward il-ġestjoni responsabbli tal-attivitajiet tas-sajd. 4. Skont l-Artikolu 4
tal-Ftehim, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet
adottati fi ħdan l-KTOI u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi
disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw flimkien fi ħdan
il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim sabiex jadottaw,
jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika u bi qbil komuni,
miżuri tekniċi ta' konservazzjoni li għandhom jiġu
implimentati minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi żgurata
l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd. Artikolu 5
Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u ta' miżuri tekniċi bi
qbil komuni fi ħdan il-Kumitat Konġunt 1. Kif previst mill-Artikolu 9
tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, il-Kumitat Konġunt jista'
jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 u
jaġġustahom bi qbil reċiproku, sakemm dawn jibqgħu konformi
mal-pariri u mar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi tal-KTOI. 2. F’dan il-każ,
il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) għandha
tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu,
l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni
Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi
fl-Artikolu 2(2a). 3. Meta jkun meħtieġ,
il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku,
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd u
r-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Annessi
tiegħu. Artikolu 6
Sajd sperimentali u opportunitajiet tas-sajd ġodda 1. Fejn il-bastimenti tal-UE
juru interess fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex previsti fl-Artikolu 1
għall-fini ta' ttestjar tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika
ta' tipi ta' sajd ġodda, il-liċenzji għat-twettiq ta'
attivitajiet bħal dawn fuq bażi esploratorja jistgħu jiġu
allokati b'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni tal-Komoros.
Fejn ikun possibbli, sajd esploratorju ta' dan it-tip għandu jitwettaq bl-appoġġ
ta' kompetenza xjentifika u teknika disponibbli fuq livell lokali. 2. Għal dan il-għan,
l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Unjoni
tal-Komoros it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali fuq
il-bażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika: –
l-ispeċi fil-mira, –
il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment; –
l-esperjenza tal-uffiċjali tal-bastiment
fir-rigward tal-attivitajiet ta' sajd ikkonċernati, –
il-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd
sperimentali (dewmien, tagħmir, reġjuni għall-esplorazzjoni,
eċċ.); –
it-tip ta' dejta miġbura sabiex jiġi
żgurat monitoraġġ xjentifiku tal-impatt tal-attivitajiet
tas-sajd fuq ir-riżorsi u fuq l-ekosistemi. 3. L-awtorizzazzjonijiet
għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu
massimu ta’ 12-il xahar. Dawn huma soġġetti għall-pagament
ta’ tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Unjoni tal-Komoros. 4. Il-qabdiet li jsiru skont u
matul il-kampanja ta’ esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta’ sid
il-bastiment. 5. Id-dettalji
tar-riżultati tal-kampanja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat
Konġunt għall-analiżi. 6. F’każ li l-Partijiet
jikkunsidraw li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati
pożittivi, l-awtoritajiet Komorjani, waqt laqgħa tal-Kumitat
Konġunt, jistgħu jallokaw opportunitajiet ta’ sajd ta’ speċijiet
ġodda lill-flotta tal-Unjoni Eworpea sakemm jiskadi dan il-Protokoll.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) ta’ dan
il-Protokoll tiżdied b’konsegwenza ta’ dan. Il-pagamenti u
l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sidien tal-bastimenti kif previsti
fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan. Artikolu 7
Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew
sospiża wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt
f’każ li tapplika kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li
ġejjin: (a)
jekk fiż-żona tal-Unjoni tal-Komoros ma
jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet mhux
previsti minbarra fenomeni naturali; (b)
tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni
tal-politika tas-sajd ta' waħda mill-Partijiet li jaffettwa
d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll; (c)
Fil-każ tal-iskattar ta' mekkaniżmi ta'
konsultazzjoni previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou
fir-rigward ta' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet
tal-bniedem kif definiti skont l-Artikolu 9 tal-istess Ftehim; 2. L-Unjoni Ewropea tista'
tissospendi jew tirrevedi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni
finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan
il-Protokoll: (a)
Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi
mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt; (b)
F’każ li ma tiġix implimentata
l-kontribuzzjoni finanzjarja. 3. Il-ħlas
tal-kontribuzzjoni finanzjarja jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u
ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita
mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija
fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni
finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh. Artikolu 8
Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll 1. L-implimentazzjoni ta’ dan
il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda
miż-żewġ Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat
Konġunt jekk isseħħ xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet
li ġejjin: (a)
Jekk fiż-żona tal-Unjoni tal-Komoros ma
jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet mhux
previsti minbarra fenomeni naturali; (b)
Tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u
l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda mill-Partijiet li
jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll; (c)
Fil-każ tal-iskattar ta' mekkaniżmi ta'
konsultazzjoni previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou
fir-rigward ta' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet
tal-bniedem kif definiti skont l-Artikolu 9 tal-istess Ftehim; (d)
L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas
il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal
raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan
il-Protokoll; (e)
Tilwima serja u mingħajr soluzzjoni bejn
iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni
ta' dan il-Protokoll. 2. Meta l-applikazzjoni
tal-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn
minbarra dawk imsemmija fil-punt 1(c) hawn fuq, din is-sospensjoni hija
soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni
tagħha bil-miktub u tal-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha
għandha tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni. Is-sospensjoni
tal-Protokoll għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 1(c) tkun
applikata minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta’
sospensjoni. 3. F’każ ta’ sospensjoni,
il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu
soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali
soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni
finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont
it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet
sospiża. Artikolu 9
Leġiżlazzjoni applikabbli 1. L-attivitajiet tal-bastimenti
tas-sajd tal-UE li joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros
għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli fl-Unjoni tal-Komoros,
sakemm il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd jew dan il-Protokoll ma
jistabbilixxix mod ieħor. 2. Iż-żewġ
partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub rigward kwalunkwe
bidla fil-politika jew fil-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-sajd. Artikolu 10
Il-kompjuterizzazzjoni tal-iskambji 1. L-Unjoni tal-Komoros u
l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr
dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju
elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin
mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. 2. F’kull waqt, il-forma
elettronika ta’ dokumenti previsti f'dan il-Protokoll għandha titqies
bħala li hi ekwivalenti għall-verżjoni stampata tagħhom. 3. L-Unjoni tal-Komoros u
l-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward
kwalunkwe ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ
l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu
awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom. Artikolu 11
Kunfidenzjalità tad-dejta L-Unjoni tal-Komoros u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw
rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti tal-UE u dwar
l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi
ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’
kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. Artikolu 12
It-terminazzjoni 1. Fil-każ ta’
terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika
bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm
il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha sseħħ
it-terminazzjoni. 2. Kif tintbagħat
in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel il-Partijiet għandhom jibdew
il-konsultazzjonijiet. Artikolu 13
Applikazzjoni provviżorja Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu
għandhom japplikaw b’mod provviżorju
mit-1 ta’ Jannar 2014. Artikolu 14
Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ
fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija
tal-proċeduri meħtieġa f’dan ir-rigward. ANNESS KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI
TAL-UNJONI EWROPEA Kapitolu I - Dispożizzjonijiet
Ġenerali 1. Għażla
tal-awtorità kompetenti Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma’
jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE)
jew għall-Unjoni tal-Komoros bħala awtorità kompetenti għandha
tfisser: –
Għall-Unjoni Ewropea: il-Kummissjoni Ewropea,
fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Mawrizju; –
għall-Unjoni tal-Komoros: Ministeru
responsabbli għas-sajd fl-Unjoni tal-Komoros. 2. Żona ta' sajd Sabiex ma jiġix affettwat is-sajd fuq skala
żgħira, il-bastimenti tal-UE ma jistgħux joperaw aktar 'l
ġewwa minn 10 mili nawtiċi madwar kull gżira. Barra minn hekk, it-tbaħħir u s-sajd
minn bastimenti tal-UE għandhom ikunu pprojbiti f'raġġ ta' 3
mili nawtiċi minn unitajiet ta' irkaptu biex jinġema' l-ħut
(FADs) ankrati li jkunu ġew installati mill-Ministeru tas-Sajd tal-Unjoni
tal-Komoros. Dan il-Ministeru għandu jgħarraf lis-sidien
bil-koordinati u għandu jindika l-pożizzjoni tal-FADs ankrati meta
tinħareġ il-liċenzja tas-sajd. Iż-żoni pprojbiti
għat-tbaħħir u s-sajd għandhom jiġu kkomunikati
lill-UE għal finijiet ta' informazzjoni, kif għandu jsir ukoll
fil-każ ta' kwalunkwe bidliet oħra li jikkonċernaw lil dawn
iż-żoni. Dawn għandhom jiġu mħabbra tal-inqas xahrejn
qabel l-applikazzjoni tagħhom. 3. Kontijiet Bankarji l-Unjoni tal-Komoros għandha tgħarraf
lill-UE, qabel l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, id-dettalji
tal-kont bankarju tal-Bank Ċentrali tal-Unjoni tal-Komoros li fih
għandhom jitħallsu l-ammonti finanzjarji dovuti mill-bastimenti
tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom
jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Kapitolu II - awtorizzazjonijiet
għas-sajd Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta'
dan l-Anness, it-terminu 'awtorizzazzjoni għas-sajd' huwa definit
bħala d-dritt li wieħed iwettaq attivitajiet tas-sajd tul perjodu speċifiku,
f'żona speċifika jew bħala parti minn tip ta' sajd
speċifiku. 1. Kundizzjoni għall-ksib
ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli 1.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandhom
jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment huwa inkluż
fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u fil-lista tal-bastimenti
tas-sajd awtorizzati tal-KTOI u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra
kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu
li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd fl-Unjoni tal-Komoros skont
il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-Komoros dwar
is-sajd. 1.2. Kull bastiment tal-Unjoni li
jitlob liċenzja tas-sajd jista' jkun irrappreżentat minn aġent
residenti fil-Ginea Bissaw. 2. Applikazzjoni
għal-liċenzja tas-sajd 2.1. L-awtoritajiet kompetenti
tal-UE għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni
tal-Komoros applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont
il-Ftehim, mill-anqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba. 2.2. Għal kull applikazzjoni
tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll
fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat,
l-applikazzjoni għandu jkollha magħha: i. il-prova tal-pagament tat-tariffa
tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd mitluba; ii. l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’
kuntatt: –
ta’ sid il-bastiment tas-sajd; –
tal-operatur tal-bastiment tas-sajd; –
tal-aġent lokali tal-bastiment; iii. ritratt riċenti bil-kulur
tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas
15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; iv. iċ-ċertifikat ta’ kemm
il-bastiment ikun f'kundizzjoni tajba għat-tbaħħir; v. in-numru ta’ reġistrazzjoni
tal-bastiment; vi. il-koordinati tat-transponder VMS; vii. id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment
tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.). 2.3. Għat-tiġdid ta’
awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal
bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux
inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha
biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa. 3. Ħlasijiet 3.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
għandhom jingħataw meta dawn l-ammonti jkunu tħallsu
lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: –
EUR 4 235 għal kull bastiment tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ħlasijiet dovuti
għal 77 tunnellata tonn maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros, –
EUR 2 475 għal kull bastiment tas-sajd
bil-konzijiet tal-wiċċ, ekwivalenti għall-ħlasijiet dovuti
għal 45 tunnellata tonn maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros, 3.2. Il-ħlasijiet
għandhom ikunu ta' EUR 55 għal kull tunnellata maqbuda
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 4. Lista provviżorja
tal-bastimenti awtorizzati li jistadu Ladarba tkun irċeviet l-applikazzjonijiet
għal-liċenzji tas-sajd u n-notifika tal-ħlas bil-quddiem,
l-Unjoni tal-Komoros għandha tfassal minnufih il-lista provviżorja,
għal kull kategorija ta' bastiment, tal-bastimenti li jkunu applikaw. Din
il-lista għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali
kompetenti responsabbli għall-kontroll tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros u
lill-UE. L-UE għandha tgħaddi l-lista
provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. Jekk
l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, l-Unjoni tal-Komoros tista’
tibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew
lid-destinatarju tiegħu u jibgħat kopja lill-UE. Il-bastimenti li huma inklużi fil-lista
provviżorja għandhom jingħataw awtorizzazzjoni biex jibdew
jistadu sakemm tinħareġ l-awtorizzazzjoni għas-sajd. Dawn
il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja
abbord sa ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom. 5. Ħruġ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti
kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti
għas-sidien tal-bastimenti jew għad-destinatarji tagħhom fi
żmien 15-il jum minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd
għandha tintbagħat minnufih mill-awtorità kompetenti tad-Delegazzjoni
tal-UE fil-Mawrizju. Wara li l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun
intbagħtet u tkun waslet għand l-applikant, din għandha
tinżamm dejjem abbord il-bastiment. 6. Lista tal-bastimenti li
jkunu awtorizzati jistadu Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni
tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni
tal-attivitajiet tas-sajd għandu jistabbilixxi minnufih għal kull
kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li jkunu awtorizzati
jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Din il-lista
għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post
il-lista provviżorja msemmija hawn fuq. 7. Perjodu ta’ validità
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom
ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu
jiġġeddu. 8. Trasferiment
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun
trasferibbli. Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force majeure, wara talba
tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel
b’awtorizzazzjoni ġdida maħruġa għal bastiment tal-istess
kategorija, mingħajr ma jkun hemm għalfejn isir ħlas ġdid
minn qabel. 9. Bastimenti ta’
appoġġ 9.1. Il-bastimenti ta’
appoġġ għandhom ikunu awtorizzati skont
id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti
fil-leġiżlazzjoni Komorjana. 9.2. Ma għandu jintalab l-ebda
ħlas għall-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-bastimenti ta’
appoġġ. Dawn għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE
jew ikunu parti minn kumpanija Ewropea. 9.3. L-awtoritajiet kompetenti
Komorjani għandhom jibagħtu regolarment il-lista ta’ dawn
l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni permezz tad-Delegazzjoni tal-UE
fil-Mawrizju. Kapitolu III – Rappurtar dwar il-qbid 1. Il-ġurnal ta' abbord 1.1. Il-kaptan ta' bastiment
tas-sajd tal-UE li jkun qed jistad b'konformità mal-Ftehim għandu
jżomm ġurnal ta' abbord tal-KTOI, li għandu jkun konformi
mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KTOI dwar il-ġbir u
t-trażmissjoni tad-dejta fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd. 1.2. Il-ġurnal ta' abbord
għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li l-bastiment ikun
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 1.3. Il-ġurnal ta’ abbord
tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u
għandu jiġi ffirmat mill-kaptan. 1.4. Il-kaptan għandu jkun
responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd. 2. Dikjarazzjoni dwar il-qbid 2.1. Il-kaptan għandu
jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali tas-sajd
tiegħu lill-Unjoni tal-Komoros għall-perjodu tal-preżenza
tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 2.2. Il-ġurnali ta’ abbord
tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin: i. meta l-bastiment iżur port
tal-Unjoni tal-Komoros, l-oriġinal ta' kull ġurnal ta' abbord
għandu jiġi ppreżentat lil rappreżentant lokali tal-Unjoni
tal-Komoros, li għandu jikkonferma li jkun irċeviha bil-miktub;
għandha wkoll tingħata kopja tal-ġurnal ta' abbord lill-grupp
ta' spezzjoni tal-Unjoni tal-Komoros; ii. meta bastiment tas-sajd ikun
ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros
mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Unjoni tal-Komoros,
l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha
tintbagħat fi żmien 7 ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi
kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien 15-il jum
tax-xogħol wara t-tluq miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros:
–
bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta
elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja
l-attivitajiet tas-sajd; –
jew permezz ta’ faks, lin-numru mogħti
mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd; –
jew permezz ta’ ittra mibgħuta lill-korp
nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd. 2.3. Ir-ritorn tal-bastiment
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros fil-perjodu ta’ validità
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal
dikjarazzjoni dwar il-qbid ġdida. 2.4. Il-kaptan għandu
jibgħat kopja tal-ġurnali kollha tas-sajd lid-delegazzjoni tal-UE
fil-Mawrizju, liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd
tal-Komoros (ĊNMSS) u lill-istituti xjentifiċi li ġejjin: i. IRD (Institut de recherche pour le
développement); ii. IEO (Instituto Español de
Oceanografía); iii. IPMA (Instituto Português do Mar e da
Atmosfèra). 2.5. Fejn id-dispożizzjonijiet
dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jiġux irrispettati, l-Unjoni tal-Komoros
tista’ tissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd tal-bastiment
ikkonċernat sakemm jinkiseb ir-rapport dwar il-qbid li jkun nieqes, u
tista’ wkoll tippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet
rilevanti b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali
fis-seħħ. F’każ ta’ ksur ripetut, l-Unjoni tal-Komoros tista’
tirrifjuta li ġġedded il-liċenzja tas-sajd. L-Unjoni tal-Komoros
għandha tinforma minnufih lill-UE dwar kwalunkwe sanzjoni applikata f’dan
il-kuntest. 3. Tranżizzjoni lejn
sistema elettronika Iż-żewġ Partijiet jaqblu li
jintroduċu sistema ta' ġurnal ta' abbord tas-sajd elettroniku u
sistema elettronika għar-rappurtar tad-dejta dwar il-qbid (ERS), skont
il-linji gwida stabbiliti fl-Anness 3. Il-Partijiet għandhom jiddeterminaw
b'mod konġunt il-modalitajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema,
bl-għan li din issir operattiva mill-1 ta' Lulju 2015. 4. Dikjarazzjoni finali
tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti
tas-sajd bil-konz tal-wiċċ 4.1. Sakemm tiġi implimentata
s-sistema elettronika prevista fil-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi
għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-konzijiet
tal-wiċċ, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment
għas-sena kalendarja preċedenti bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet
dwar il-qbid tiegħu kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija
hawn fuq. 4.2. L-UE għandha tibgħat
din id-dikjarazzjoni finali lill-Unjoni tal-Komoros u lil sid il-bastiment
qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. 4.3. Mid-data tal-implimentazzjoni
effettiva tas-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha
tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u
bil-konzijiet tal-wiċċ, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti
mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena kalendarja
preċedenti bbażata fuq il-ġurnali ta' abbord arkivjati
fiċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat
tal-bandiera. 4.4. L-UE għandha tibgħat
din l-istqarrija finali lill-Unjoni tal-Komoros u lil sid il-bastiment qabel
il-31 ta’ Marzu tas-sena li tkun għaddejja. 4.5. Fejn id-dikjarazzjoni finali
tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax
jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment. 4.6. Fejn id-dikjarazzjoni finali
tkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb
l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas
il-bilanċ pendenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros
billi jgħaddi l-pagament fil-kont insemmi fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu I
ta' dan l-Anness sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun
għaddejja. Kapitolu IV – Trażbord u Ħatt 1. It-trażbord fuq
il-baħar huwa pprojbit. Il-bastimenti tal-UE li jkunu jixtiequ jwettqu
t-trażbord jew il-ħatt tal-qabdiet li jkunu saru fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros għandhom jagħmlu dan fil-portijiet
tal-Unjoni tal-Komoros. 2. Il-kaptan ta’ bastiment
tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni
ta’ trażbord għandu jinnotifika liċ-ĊNMSS u, fl-istess
ħin, lill-awtorità tal-port tal-Unjoni tal-Komoros, mill-inqas
24 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li
ġej: –
l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd involuti
fit-trażbord jew fil-ħatt l-art; –
l-isem tal-bastimenti tal-merkanzija; –
it-tunnellaġġ, għal kull speċi,
li jkun se jiġi ttrażbordat jew li se jinħatt l-art; –
il-jum tat-trażbord jew tal-ħatt l-art; –
min ikun se jirċievi l-qabdiet li jkunu se
jinħattu l-art. 3. It-trażbord u
l-ħatt l-art jitqiesu bħala ħruġ miż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Il-bastimenti għandhom għalhekk
jagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti
tal-Unjoni tal-Komoros u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom,
jiġifieri jew li jkomplu jistadu jew li joħorġu
miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 4. Operazzjonijiet ta'
trażbord jew ta' ħatt tal-qabdiet li mhumiex koperti mill-punti ta'
hawn fuq għandhom ikunu pprojbiti fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha
tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali
tal-Komoros. Kapitolu V – Imbark tal-baħrin 1. Kull bastiment tal-UE
għandu jtella' abbord, bi spejjeż għalih, mill-inqas baħri
wieħed (1) ikkwalifikat mill-Komoros waqt vjaġġ
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 2. Is-sidien jistgħu
jagħżlu liberament il-baħrin li jridu jtellgħu abbord
il-bastiment tagħhom fost dawk magħżula f’lista ppreżentata
mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros. 3. Is-sid jew ir-rappreżentant
tiegħu għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali
mtellgħin abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti
tal-Unjoni tal-Komoros, b’referenza għall-pożizzjoni tagħhom
fl-ekwipaġġ. 4. Id-Dikjarazzjoni
tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar
il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha
kemm hi għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE.
B'mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta' assoċjazzjoni u ta’
l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv
tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’
l-impjiegi u tal-professjonijiet. 5. Il-kuntratti tax-xogħol
tal-baħrin, li kopja tagħhom għandha tingħata
lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u
l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti
tagħhom flimkien mal-awtorità kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros. Dawn
il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin
il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli
għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u
f'każ ta' inċident. 6. Is-salarju tal-baħrin
tal-AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Dan għandu
jiġi stabbilit, bi qbil komuni bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti
tagħhom u l-baħrin u/jew il-junjins jew ir-rappreżentanti
tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin
AKP ma għandhomx ikunu inferjuri għal dawk applikabbli
għall-ekwipaġġi tal-pajjiżi rispettivi tagħhom u fi
kwalunkwe każ mhux inqas mill-istandards tal-ILO. 7. Kull baħri impjegat
mill-bastimenti tal-UE għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur
tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk
il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti
għall-imbark, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu
li jtella' abbord lil dak il-baħri. 8. F’każ li l-obbligu
stabbilit fil-paragrafu 1 ma jiġix osservat għal raġunijiet
differenti minn dawk imsemmija fil-punt preċedenti, is-sidien
tal-bastimenti kkonċernati jridu jħallsu ammont fiss ta’ EUR 20
kuljum għal kull bastiment minn tagħhom li jkun jinsab
fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Il-ħlas ta’ din
is-somma għandu jseħħ sa mhux aktar tard mil-limiti stabbiliti
fil-Kapitolu III, iTaqsima 4, punt 6 ta’ dan l-Anness. 9. Dan l-ammont għandu
jintuża għat-taħriġ ta’ baħrin‑-sajjieda lokali
u għandu jiġi ddepożitat fil-kont indikat mill-awtoritajiet
Komorjani. Kapitolu VI – L-Osservaturi Fil-mument
li l-bastiment jiġi rreġistrat, il-bastimenti Komunitarji kollha
għandhom jagħtu kontribuzzjoni ta; 1. Il-bastimenti awtorizzati
biex jistadu fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Komoros skont il-Ftehim għandhom
itellgħu abbord osservaturi, li preferibbilment ikunu akkreditati fuq
livell reġjonali u jkunu maħtura mill-awtoritajiet tal-Unjoni tal-Komoros
responsabbli għas-sajd, skont it-termini stabbiliti hawn taħt. 1.1. Fuq talba tal-Ministeru
responsabbli għas-sajd fl-Unjoni tal-Komoros, il-bastimenti tas-sajd
għat-tonn għandhom itellgħu abbord osservatur maħtur
mill-Ministeru, li l-kompitu tiegħu jkun li jivverifika l-qabdiet li jsiru
fl-ilmijiet Komorjani. 1.2. L-awtorità kompetenti
tal-Unjoni tal-Komoros għandha tistabbilixxi lista tal-bastimenti
magħżula biex fuqhom jittella’ osservatur, kif ukoll il-lista
tal-osservaturi maħtura sabiex jitilgħu abbord. Dawn il-listi
għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu
nnotifikati lill-UE hekk kif jiġu mfassla, u mbagħad kull tliet xhur
wara li jiġu aġġornati. 1.3. L-awtorità kompetenti
tal-Unjoni tal-Komoros għandha tikkomunika lis-sidien ikkonċernati
jew lir-rappreżentanti tagħhom l-isem tal-osservatur maħtur
sabiex jitla’ abbord il-bastiment mal-ħruġ tal-liċenzja, jew sa
mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista tal-imbark
tal-osservatur. Għandu jiġi komunikat ukoll il-ħin li
l-osservatur iqatta' abbord il-bastiment 2. Il-kundizzjonijiet tal-imbark
tal-osservatur huma definiti bi ftehim komuni bejn sid il-bastiment jew
ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet Komorjani. 3. It-tlugħ abbord
tal-osservatur għandu jseħħ fil-port magħżul minn sid
il-bastiment. Is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom
jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti dwar id-dati u l-portijiet
magħżula għall-imbark tal-osservaturi. 4. Fil-każ li l-osservatur
jiġi imbarkat f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ
ta' l-osservatur jitħallsu mill-operatur. Jekk bastiment li jkollu
osservatur Komorjan abbord joħroġ miż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex
jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr
kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn sid il-bastiment. 5. Jekk l-osservatur ma jkunx
preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa
mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus
mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord. 6. Waqt li jkun abbord,
l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Huwa
għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin: –
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti; –
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti
involuti fl-attivitajiet tas-sajd; –
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat; –
jivverifika l-informazzjoni li tidher
fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros; –
jivverifika l-persentaġġi tal-qbid
aċċidentali u jivvaluta l-volum tal-ħut li jintrema
tal-ispeċijiet ta’ ħut, krustaċji u ċefalopodi li
jistgħu jiġu kkummerċjalizzati; –
jikkomunika bir-radju l-informazzjoni tas-sajd
inkluż il-volum abbord tal-qabdiet prinċipali u inċidentali. 7. Il-kaptan għandu
jagħmel kull ma jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali
tal-osservatur waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu. 8. L-osservaturi għandhom
jingħataw aċċess għal kull faċilita meħtieġa
sabiex iwettqu dmirijiethom. Il-kaptan għandu jagħtih
aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa
għall-qadi tax-xogħol tiegħu, għad-dokumenti marbuta
direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b'mod
partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif
ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex
jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tiegħu. 9. Waqt li jkun abbord,
l-osservatur għandu: –
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex
il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll
il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu
l-ħidmiet tas-sajd, –
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li
jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument
tal-imsemmi bastiment. 10. Fit-tmiem tal-perjodu ta’
osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu
jħejji rapport tal-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet
kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
fil-Mawrizju. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’
jżid jew jara li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li jidhirlu li
jkunu utli u jiffirmahom. Kopja tar-rapport tingħata lill-kaptan qabel ma
l-osservatur xjentifiku jitniżżel l-art. 11. Sid il-bastiment għandu
jħallas għall-akkomodazzjoni u l-ikel tal-osservaturi bl-istess
kundizzjonijiet li jingħataw lill-uffiċjali, b'kunsiderazzjoni
għall-possibiltajiet tal-bastiment. 12. Is-salarju u
l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jinġarru
mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros. Kapitolu VII – Monitoraġġ u
spezzjoni 1. Dħul fiż-żona
tas-sajd u ħruġ minnha 1.1. Il-bastimenti Ewropej
għandhom jinnotifikaw, mill-inqas tliet sigħat qabel,
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros inkarigati mill-kontroll
tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu
miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 1.2. Meta jkun qed jinnotifika d-dħul
jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod
partikolari: i. id-data, il-ħin u l-punt
tal-passaġġ skedati; il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma
abbord, identifikata permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u
espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun
il-każ, f’numri individwali; iii. in-natura u l-preżentazzjoni
tal-prodotti. 1.3. Dawn il-komunikazzjonijiet
għandhom jitwettqu preferibbilment permezz tal-posta elettronika, jew
fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' faks. L-Unjoni tal-Komoros għandha
tikkonferma li rċieviet din in-notifika minnufih permezz tal-posta
elettronika jew permezz ta' faks. 1.4. Bastiment li jinqabad jistad
mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Unjoni tal-Komoros
jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi. 2. Kooperazzjoni
fil-ġlieda kontra s-sajd IUU Bil-għan li jissaħħaħ
il-monitoraġġ tas-sajd u li tissaħħaħ il-ġlieda
kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
għandhom jissenjalaw il-preżenza ta' kull bastiment fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros li mhuwiex fil-lista tal-bastimenti awtorizzati
biex jistadu fl-Unjoni tal-Komoros. Jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE
josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u jkollu s-suspett li
dik tista' tkun attività tas-sajd IUU jista' jniżżel l-akbar ammont
possibbli ta' informazzjoni li jista' joħroġ minn din
l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta' osservazzjoni għandhom jintbagħtu
minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment
li wettaq l-osservazzjoni li min-naħa tagħha għandha
tittrażmettiha lill-Unjoni Ewropea jew lill-awtorità maħtura minnha.
L-UE għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Unjoni tal-Komoros. L-Unjoni tal-Komoros għandha tikkomunika
malajr kemm jista' jkun lill-UE kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess
tagħha fir-rigward ta' bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet
suspettati li jkunu attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros. 3. Sistema ta’
monitoraġġ bis-satellita (VMS) 3.1. Messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni
tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ
bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li
tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni
tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru għall-kontroll
tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd –
ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
għandu jinkludi: a. l-identifikazzjoni tal-bastiment; b. il-pożizzjoni ġeografika
l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni),
b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru,
u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %; c. id-data u l-ħin li fiha tkun
ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; d. il-veloċità u r-rotta tal-bastiment. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż
fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros għandha
tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”; Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara
għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”,
bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros, li
għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk
ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom
jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin. 3.2. Trażmissjoni
min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin
li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed
jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi tal-VMS
difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros . Jekk il-bastiment diġà qed iwettaq attività
tas-sajd ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros,
fil-każ ta’ ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastimenti għandha
tissewwa jew tiġi sostitwita mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard
minn 15-il jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’
awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros b’sistema tal-VMS difettuża għandhom
jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz
tal-posta elettronika jew permezz tal-faks liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera taċ-Ċentru Nazzjonali tal-Monitoraġġ u
Spezzjoni tas-Sajd (ĊNMSS) tal-Unjoni tal-Komoros, mill-inqas kull sitt
sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. 3.3. Komunikazzjoni sigura
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Unjoni tal-Komoros Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊNMSS
tal-Unjoni tal-Komoros Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
ċ-ĊNMSS għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’
kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull
tibdil f’dawn l-indirizzi. It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar
il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
ċ-ĊNMSS għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema
sigura tal-komunikazzjoni. Iċ-ĊNMSS għandu jgħarraf
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni
fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn
bastiment li jkollu awtorizzazzjoni għas-sajd, meta l-bastiment
ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu
miż-żona. 3.4. Funzjonament ħażin
tas-sistema ta’ komunikazzjoni L-Unjoni tal-Komoros għandha tiżgura li
t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak
taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-UE
minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab
soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt
għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn
dan. Il-kaptan għandu jitqies bħala
responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS
tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li
tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni
tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni
previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-Komoros li tkun
fis-seħħ. 3.5. Reviżjoni tal-frekwenza
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova
ksur, iċ-ĊNMSS jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas
l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni. Iċ-ĊNMSS għandu jibgħat din l-evidenza
dokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih
il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊNMSS fuq
il-frekwenza l-ġdida. Wara, iċ-ĊNMSS għandu jinnotifika
minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-UE
bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni. Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni,
iċ-ĊNMSS għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE b’kull monitoraġġ li jkun meħtieġ. 4. Spezzjoni fuq il-baħar L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros tal-bastimenti tal-UE li jkollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi tal-Unjoni tal-Komoros
li jkunu identifikati b’mod ċar bħala dawk maħtura sabiex
iwettqu verifiki tas-sajd. Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi
awtorizzati għandhom jgħarrfu lill-bastiment tal-UE
bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni
għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu evidenza
tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala
spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu
abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu
l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni
b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività
tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati
għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE
għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni.
Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun
qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan
ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti r-raġunijiet
preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel
ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu
kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma
jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur
għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst
fil-Kapitolu VIII. 5. Spezzjoni fil-port L-ispezzjoni f’port tal-Unjoni tal-Komoros ta’
bastimenti tas-sajd tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda
tagħhom għandha ssir minn spetturi tal-Unjoni tal-Komoros li jkunu
identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu
verifiki tas-sajd. L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza
tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala
spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Unjoni tal-Komoros
għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin
meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u
għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt
fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trasbord u l-merkanzija. Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi
tal-Unjoni tal-Komoros għandhom jagħmlu rapport dwar l-ispezzjoni.
Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti
tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu
jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment
tal-UE. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan
ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti r-raġunijiet
preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel
ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Unjoni
tal-Komoros għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni
lill-kaptan tal-bastiment tal-UE. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur
għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst
fil-Kapitolu VIII. KAPITOLU VIII - KSUR 1. Trattament tal-ksur Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd
skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jkun
soġġett għal rapport ta' spezzjoni. 2. Detenzjoni tal-bastiment F’każ ta’ ksur misjub, kull bastiment tal-UE
li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività
tas-sajd tiegħu u, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, jirritorna
lejn port tal-Unjoni tal-Komoros, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
tal-Komoros fis-seħħ. L-Unjoni tal-Komoros għandha tinnotifika
lill-UE, b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni
ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika
għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew
għad-detenzjoni. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura
kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija,
bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien
tal-evidenza, iċ-ĊNMSS għandu jorganizza, mhux aktar tard minn
jum ta’ xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa
ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni
tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’
tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid
il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni. 3. Sanzjonijiet għall-ksur
– Proċedura ta’ kompromess Il-penalità għall-ksur stabbilit għandha
tiġi ffissata mill-iċ-ĊNMSS skont id-dispożizzjonijiet
tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess
qabel il-proċeduri ġudizzjarji bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni
tal-Komoros u sid il-bastiment tal-UE sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli.
Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’
jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’
kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara
n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. 4. Proċedimenti legali –
Garanzija bankarja Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija
hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid
il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija
bankarja, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Unjoni tal-Komoros, ikun
ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u
kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma
jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali. Il-garanzija bankarja għandha tiġi
rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara
l-qtugħ tas-sentenza: a. kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet
imposta l-ebda piena; b. skont l-ammont tal-bilanċ li jkun
fadal, jekk il-penalità tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont
tal-garanzija bankarja. L-Unjoni tal-Komoros għandha tinforma lill-UE
dwar ir-riżultati tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien
8 ijiem mill-għoti tas-sentenza. 5. Rilaxx tal-bastiment u
tal-ekwipaġġ Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu
għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-multa tkun
tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija
bankarja tkun ġiet iddepożitata. Appendiċi 1. Formola għat-talba
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd 2. Komunikazzjoni
tal-messaġġi VMS lill-Komoros – Rapport tal-pożizzjoni 3. Linji gwida għall-qafas
u l-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta
relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS) Appendiċi
1 TALBA
GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD GĦAL BASTIMENT TAS-SAJD BARRANI I-
APPLIKANT 1. Isem is-sid
tal-bastiment :
..................................................................................................................................................................................... 2. L-indirizz tas-sid: ..................................................................................................................................................................................... 3. Isem l-assoċjazzjoni jew
ir-rappreżentant tas-sid tal-bastiment : ..................................................................................................................................................................................... 4. Indirizz
tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant tas-sid tal-bastiment :
..................................................................................................................................................................................... 4. Numru
tat-telefown:............................................ Numru tal-faks:
........................ Posta elettronika :
…………………………….… 6. Isem il-kaptan:
............................... Nazzjonalità:
...................... Posta elettronika: ………………...…………….. II-IL-BASTIMENT U
L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU 1. Isem il-bastiment: ................................................................................................................................................. 2. Pajjiż tal-bandiera:
.................................................................................................................................... 3. Numru tar-reġistrazzjoni
esterna:
.................................................................................................................. 4. Port tar-reġistrazzjoni:
……………... MMSI: ……………….… Numru IMO:……………….…………. 5. Data li fiha nkisbet
il-bandiera attwali : ........../........./........ Bandiera ta' qabel (jekk kien
hemm): ……………. 6. Sena u post tal-kostruzzjoni:
....../......./............ fi:…………….... Sinjal tar-Radju:
........................... 7. Frekwenza tas-sinjal
tar-radju: ……………………………….. Numru tat-telefown bis-satellita:
……………..…... 8. Tip ta’
buq: Ħadid ¨ - Injam ¨ - Poliester ¨ - Materjal
ieħor ¨ :……………………………………………. III- KARATTERISTIĊI
TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR 1. Tul totali : ................................................................. Wisa’:
................................................................ 2. Tunnellaġġ gross
(espress f'TG): ..................................... Tunellaġġ nett:
……………………………….. 3. Qawwa tal-magna
prinċipali f’KW: ............................ Ditta: ........................... Tip:
.......................... 4. Tip ta’ bastiment: ¨Għat-Tonn bit-Tartarun ¨Bil-qasab u x-xlief ¨ Bastiment ta'
Appoġġ (*) 5. Tagħmir tas-sajd:
............................................................................................................................................... 6. Żoni tas-sajd:
………………………………………… Speċi fil-mira: ………………………………….. 7. Port magħżul
għall-operazzjoni tal-iżbark: ………………………………………………………….. 8. Għadd totali
tal-ekwipaġġ abbord:
.................................................................................................................... 9. Metodu ta’ konservazzjoni
abbord: Frisk ¨ - Tkessiħ ¨ - Imħallat ¨ - Iffriżar ¨ 10. Kapaċità tal-friża
kull 24 siegħa (f’tunnellati): ......... Kapaċità tal-istivi:
......................... Numru: ...... 11. Transponder VMS: Manifattur: ……………………………………… Mudell: …………………. Numru tas-serje :
………. Verżjoni tas-softwer : ........................................................... Operatur
tas-satellita : ………………………… (*) Il-lista
tal-bastimenti tas-sajd li jkunu responsabbiltà tal-bastiment
tal-appoġġ għandha tkun mehmuża. Il-lista għandu
jkollha l-isem u n-numru tal-Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni
tas-Sajd (KTOI). Jien, hawn taħt iffirmat,
niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut f'din l-applikazzjoni huwa
veru u ġenwin. Magħmul fi
...............................................,
il-...................................... Firma tal-applikant
................................................................... Appendiċi 2 KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-KOMOROS IR-RAPPORT TAL-POŻIZZJONI Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Rimarki Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż Mibgħut minn || FS || O || Dettall dwar il-messaġġ – min qed jinbgħat. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dejta dwar il-messaġġ ‑ Tip ta’ messaġġ “POS” Kodiċi tar-Radju || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti Kontraenti (kodiċi ISO‑3 tal-Istat tal-bandiera segwit b'numru) Numru tar-reġistrazzjoni esterna || XR || F || Dettall dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment Stat tal-bandiera || FS || F || Dejta dwar l-Istat tar-reġistrazzjoni Latitudni || LA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS ‑84) Lonġitudni || LO || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDDMM (WGS‑84) Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema ‑ jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni Sett tal-karattri: ISO 8859.1 It-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej: linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR”
jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni, linja mmejla doppja (//) u kodiċi jimmarkaw
il-bidu ta’ element ta’ dejta, linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi
u d-dejta, il-gruppi ta’ dejta huma separati bi spazju; il-kodiċi “ER” u linja mmejla doppja doppja
(//) fl-aħħar jindikaw it-tmiem tar-reġistrazzjoni. L-informazzjoni li mhix obbligatorja trid
tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni. Appendiċi 3
Linji gwida għall-qafas u l-implimentazzjoni ta'
sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta relatata mal-attivitajiet
tas-sajd (Sistema ERS) Dispożizzjonijiet
ġenerali 1. Kull bastiment tas-sajd
tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il
quddiem imsejħa "sistema ERS", li tkun kapaċi
tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd
tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", waqt
li l-bastiment ikun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros. 2. Bastiment tal-UE li ma jkunx
mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qed
taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd
tal-Unjoni tal-Komoros biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. 3. Id-dejta ERS għandha
tiġi trażmessa liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd
(minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS) tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment, li jiżgura li din tkun awtomatikament disponibbli
għaċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros. 4. L-Istat tal-bandiera u
l-Unjoni tal-Komoros għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS
tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer
meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika
tad-dejta ERS fil-format XMS
[http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm] disponibbli fi u li
għandha proċedura ta' salvagwardja kapaċi li tirreġistra u
taħżen id-dejta ERS f'forma li tinqara minn kompjuter għal
perjodu ta' mhux anqas minn 3 snin. 5. Kull modifika jew
aġġornament tal-format imsemmi fil-punt 3 għandu jkun
identifikat u datat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiġi
applikat. 6. It-trażmissjoni
tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta'
komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE,
identifikati bħala DEH ('Data Exchange Highway'). 7. L-Istat tal-bandiera u
l-Unjoni tal-Komoros għandhom jagħżlu korrispondent ERS kull
wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt. (a)
Il-korrispondenti ERS għandhom
jintgħażlu għal perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur; (b)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
tal-Unjoni tal-Komoros għandhom jikkomunikaw b'mod reċiproku
l-koordinati (ismijiet, indirizzi, numri tat-telefown, tal-faks u tal-posta
elettronika) tal-korrispondenti ERS tagħhom; (c)
Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent ERS
għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien. Stabbiliment
u komunikazzjoni tad-dejta ERS 1. Il-bastiment tas-sajd tal-UE
għandu: (a)
ta' kuljum jikkomunika d-dejta ERS għal kull
jum li jagħmel fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros; (b)
jirreġistra għal kull qabda bit-tartarun
jew bil-konz, il-kwantitajiet ta' kull speċi maqbuda jew miżmuma
abbord bħala l-ispeċi fil-mira kif ukoll jekk tkun parti mill-qbid
inċidentali, jew skartata; (c)
għal kull speċi identifikata
fl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mill-Unjoni tal-Komoros,
għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-qabdiet b'valur ta' żero; (d)
kull speċi għandha tkun identifikata mill-kodiċi
alfa-3 tal-FAO; (e)
il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi ta'
piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f'għadd ta' ħut
individwali; (f)
fid-dejta ERS jirreġistra, għal kull
speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd mogħtija mill-Unjoni
tal-Komoros, il-kwantitajiet li jkunu ġew trażbordati jew
imħatta l-art; (g)
fid-dejta ERS jirreġistra, waqt kull dħul
(messaġġ COE) u ħruġ (messaġġ COX)
miż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros, messaġġ
speċifiku li jkun fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni
tas-sajd mogħtija mill-Unjoni tal-Komoros, il-kwantitajiet li jkunu qed
jinżammu abbord fil-mument ta' kull dħul/ħruġ; (h)
jittrażmetti kuljum id-dejta ERS
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst
fil-paragrafu 3 hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC. 2. Il-kaptan huwa responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u
trażmessa. 3. Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u b'mod immedjat id-dejta
ERS liċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros. 4. Iċ-ĊMS tal-Unjoni
tal-Komoros għandu jikkonferma li tkun waslet id-dejta ERS
b'messaġġ ta' ritorn u jittratta kull dejta ERS b'mod kunfidenzjali. Nuqqas
fis-sistema ERS abbord bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS
bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera 1. L-Istat tal-bandiera
għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid
il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant
tiegħu, b'kull nuqqas tekniku tas-sistema ERS installata abbord bastiment
jew b'nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn
bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. 2. L-Istat tal-bandiera
għandu jinforma lill-Unjoni tal-Komoros bin-nuqqas skopert u
bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. 3. F'każ ta' ħsara
tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom
jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel
f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa
f'port f'dak il-perjodu ta' 10 ijiem, huwa jista' jkompli biss bl-attivitajiet
tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros ladarba
s-sistema ERS tiegħu tkun fi stat perfett ta' funzjonament, għajr
jekk l-Unjoni tal-Komoros tawtorizzah mod ieħor. 4. Bastiment tas-sajd ma jistax
jitlaq minn port wara li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu
qabel ma: (a)
is-sistema ERS tiegħu tkun funzjonali
mill-ġdid għas-sodisfazzjoni tal-Istat tal-bandiera u tal-Unjoni
tal-Komoros, jew (b)
f'każ li l-bastiment ma jkomplix
bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni
tal-Komoros, jekk jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera.
Fil-każ tal-aħħar, l-Istat tal-bandiera għandu jinforma
lill-Unjoni tal-Komoros bid-deċiżjoni tiegħu qabel it-tluq
tal-bastiment. 5. Kull bastiment tal-UE li
jopera fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros b'sistema ERS
difettuża għandu jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard minn
23:59 UTC id-dejta ERS kollha liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz
ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli u
aċċessibbli miċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros. 6. Id-dejta ERS li ma tkunx
tista' tkun magħmula disponibbli għall-Unjoni tal-Komoros permezz
tas-sistema ERS minħabba nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 12
għandha tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
liċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros b'mezz ieħor elettroniku li jkun
tajjeb b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha
titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-iskadenzi
normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu ma jiġux
rispettati. 7. Jekk iċ-ĊMS
tal-Unjoni tal-Komoros ma jirċevix id-dejta ERS mingħand bastiment
matul 3 ijiem konsekuttivi, l-Unjoni tal-Komoros tista' toħroġ
struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul
mill-Unjoni tal-Komoros għal investigazzjoni. Nuqqasijiet taċ-ĊMS - Dejta
ERS mhux riċevuta miċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros 1. Jekk ĊMS ma
jirċevix id-dejta ERS, il-korrispondent ERS tiegħu għandu
jinforma minnufih lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk
ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni
għall-problema. 2. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
u ċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros għandhom jaqblu b'mod
reċiproku dwar mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li
għandhom jintużaw sabiex tiġi trażmessa d-dejta ERS
f'każ ta' nuqqas ta' ĊMS, u għandhom jinfurmaw lil xulxin
minnufih b'kull modifika. 3. Jekk iċ-ĊMS
tal-Unjoni tal-Komoros jirrapporta li d-dejta ERS ma tkunx waslet,
iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi
tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni
għall-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jinforma liċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros u tal-UE bir-riżultati u
l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li
jkun ġie skopert in-nuqqas. 4. Jekk ikun hemm bżonn ta'
iktar minn 24 siegħa biex tinstab soluzzjoni għall-problema,
iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti id-dejta
ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Unjoni tal-Komoros bl-użu ta'
wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17. 5. L-Unjoni tal-Komoros
għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS)
sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba
n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Unjoni
tal-Komoros minħabba nuqqas ta' wieħed miċ-ĊMS. Manutenzjoni
ta' ĊMS 1. L-operazzjonijiet ta'
manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li
probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu
nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa
qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien
tal-manutenzjoni. L-informazzjoni, għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni
mhux ippjanati, għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli
liċ-ĊMS l-ieħor. 2. Matul l-operazzjoni ta'
manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat
ta' stennija sakemm is-sistema tiġi operattiva mill-ġdid.
Imbagħad, id-dejta ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa
għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta'
manutenzjoni. 3. Jekk l-operazzjoni ta'
manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta ERS għandha
tiġi trażmessa liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed
mill-mezzi elettroniċi alternattivi kif previst fil-punt 17. 4. L-Unjoni tal-Komoros
għandha tinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tagħha (MCS)
sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba
n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta' operazzjoni ta'
manutenzjoni ta' ĊMS. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma ta' politika kkonċernata/i fl-istruttura
ABM/ABB 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettivi 1.5. Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju: 1.7. Metodu(i) ta' ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u
irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u
tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i: 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2/1 Sommarju tal-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2/2 Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2/3 L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2/4 Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2/5 Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva
Propożizzjoni
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni
tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li tistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim
ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ
partijiet 1.2. Qasam/oqsma ta' politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[6] 11.
Affarijiet Marittimi u Sajd 11.03
– Sajd internazzjonali u d-Dritt Marittimu 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida
b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[7] X
Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni
eżistenti ¨Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-għan (għanijiet)
strateġiku (strateġiċi) pluriennali tal-Kummissjoni mmirati
mill-proposta/inizjattiva In-negozjati
u l-konklużjoni ta' Ftehimet dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi
jissodisfaw l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li
jinsabu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li
tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb
li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd
barra mill-ilmijiet tal-UE. Il-Ftehimiet
ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn
il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li
jittieħdu f'politiki oħra Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta'
riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab
fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell
politiku u finanzjarju). 1.4.2. Għan (għanijiet)
speċifiku (speċifiċi) u attività (attivitajiet) ABM/ABB
ikkonċernati Għan speċifiku Nru 1 Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex
tal-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet
imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u
tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati
kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. Attività (attivitajiet) ABM/ABB
ikkonċernata (ikkonċernati) L-affarijiet
marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar,
il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (il-linja
tal-baġit 11.0301) 1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i)
mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva mistennija għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-konklużjoni
tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’
opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Il-Protokoll
se jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar
tar-riżorsi tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi
adottati fuq il-livell nazzjonali mill-pajjiżi sħab u b'mod
partikolari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u tal-impatti Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd
użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll); Il-ġbir
u l-analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali
tal-Ftehim; Il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u
għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs
oħra); Għadd
ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati konġunti. 1.5. Raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit/i li jrid/u
jiġu ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Il-Protokoll
għall-perjodu 2011-2013 jiskadi
fil-31 ta’ Diċembru 2013. Huwa previst li l-protokoll il-ġdid
jiġi applikat b'mod provviżorju
mill-1 ta' Jannar 2014. Sabiex tkun żgurata
l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd, qed jingħata bidu għal
proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni
fir-rigward tal-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod
parallel ma' din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros, u se
jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej biex jitolbu awtorizzazzjonijiet
tas-sajd li permezz tagħhom jistgħu jistadu fiż-żona
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. Barra minn hekk,
il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u
l-Unjoni tal-Komoros bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika
ta’ sajd sostenibbli. Huwa jipprovdi, b’mod partikolari, il-kontroll
tal-bastimenti bil-VMS u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-qabdiet
b’mod elettroniku. L-appoġġ settorjali ġie mtejjeb sabiex
l-Unjoni tal-Komoros tingħata għajnuna biex tissodisfa l-obbligi
internazzjonali tagħha f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-port
mill-Istat. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Fir-rigward
ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE twassal
għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli.
L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li b'dan il-Protokoll, l-Unjoni tal-Komoros
tkompli tikkoopera b'mod effettiv mal-UE b'mod partikolari fir-rigward
tal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3. Tagħlimiet minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi In-nuqqas
ta' utilizzazzjoni tal-Protokoll preċedenti wassal biex il-Partijiet
naqqsu l-opportunitajiet tas-sajd. L-appoġġ settorjali inżamm
filwaqt li ġew ikkunsidrati l-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni
tas-sajd tal-Unjoni tal-Komoros. 1.5.4. Kompatibilità u sinerġija
possibbli ma' strumenti oħra rilevanti Il-fondi
mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi sħab. Madankollu, l-allokazzjoni
ta’ wħud minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni tal-miżuri
fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni
għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn
ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta'
finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali għat-twettiq
ta’ proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd. 1.6. Tul taż-żmien u
impatt finanzjarju: X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien
limitat –
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ
mill-01/01/2014 sal-31/12/2016 –
X Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2016. ¨Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu(i) ta' ġestjoni
previst(i)[8] X Ġestjoni ċentralizzata
diretta mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega
tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ entitatjiet stabbiliti mill-Komunitajiet[9] –
¨ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta'
monitoraġġ u rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta' dawn ir-regoli Il-Kummissjoni
(DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat
fil-Mawrizju u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Mawrizju) se tiżgura
l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll,
partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd
mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid. Barra
minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda
tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw
l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn
ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq,
fil-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat/i Jeżistu
għadd ta' riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikolari
rigward l-ammonti maħsuba għall-finanzjament tal-politika settorjali
tas-sajd (sottoprogrammar). Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara
t-twettiq tal-Protokoll tal-2011-2013 mal-Unjoni tal-Komoros. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll
previst/i Huwa
previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni
tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati li
hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 tifforma parti wkoll minn dawn
il-metodi ta’ kontroll. Barra
minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi
għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u
f’ċirkostanzi partikolari. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni permanenti
mal-Unjoni tal-Komoros sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u
ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir
mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ FPA huwa soġġett għar-regoli u
l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan
jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod sħiħ
il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti
tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll partikolari,
il-paragrafu 9 tal-Artikolu 2 jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni
finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont bankarju uniku
tat-Teżor pubbliku tal-Unjoni tal-Komoros. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i: · Linji baġitarji eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru … [Deskrizzjoni………………………...……………] || Diff/mhux diff. ([10]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[11] || mill-pajjiżi kandidati[12] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-paragrafu 1, punt a a), tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd || CD || EBDA || EBDA || EBDA || EBDA · Linji baġitarji ġodda mitluba (mhux applikabbli) Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru … [Deskrizzjoni………………………………………] || Diff/mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-paragrafu 1, punt a a), tal-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Numru 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: MARE || || || Sena N[13] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || TOTAL L-approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.0301 || Impenji || (1) || 0.600 || 0.600 || 0.600 || 1.800 Ħlasijiet || (2) || 0.600 || 0.600 || 0.600 || 1.800 Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || Ħlasijiet || (2a) || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[14] || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.010401 || || (3) || 0.024 || 0.024 || 0.074 || 0.122 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 0.624 || 0.624 || 0.674 || 1.922 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 0.624 || 0.624 || 0.674 || 1.922 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0.600 || 0.600 || 0.600 || 1.800 Ħlasijiet || (5) || 0.600 || 0.600 || 0.600 || 1.800 TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0.024 || 0.024 || 0.074 || 0.922 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 0.624 || 0.624 || 0.674 || 1.922 Ħlasijiet || =5+ 6 || 0.624 || 0.624 || 0.674 || 1.922 Jekk aktar minn intestatura waħda hija affetwata
mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli) TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || "Nefqa amministrattiva" F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[15] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || TOTAL DĠ MARE Riżorsi umani || 0.060 || 0.060 || 0.060 || 0.180 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030 TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.070 || 0.070 || 0.070 || 0.210 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-ħlasijiet) || 0.070 || 0.070 || 0.070 || 0.210 F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[16] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 0.694 || 0.694 || 0.744 || 2.132 Ħlasijiet || 0.694 || 0.694 || 0.744 || 2.132 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali – ¨
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali – X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta'
EUR (sa 3 punti deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati || || Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || TOTAL RIŻULTATI (tipi ta’ riżultati) Tip[17] || Spiża medja || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1...[18] || || || || || || || || - Liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn || Volum (tunnellati) || EUR 50/tunnellata || 6 000 || 0.300 || 6 000 || 0.300 || 6 000 || 0.300 || 18 000 || 0.900 - Appoġġ settorjali || || 0.300 || 1 || 0.300 || 1 || 0.300 || 1 || 0.300 || 3 || 0.900 Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 0.600 || || 0.600 || || 0.600 || || 1.800 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || - Implementation || || || || || || || || || || Subtotali tal-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || KOST TOTALI || || 0.600 || || 0.600 || || 0.600 || || 1 800 3.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: F'EUR miljun (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N [19] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || Riżorsi umani || 0.060 || 0.060 || 0.060 || 0.180 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.030 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.070 || 0.070 || 0.070 || 0.210 Subtotal tal-INTESTATURA 5[20] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || Riżorsi umani || 0.018 || 0.018 || 0.018 || 0.054 Infiq amministrattiv ieħor ta’ natura amministrattiva || 0.006 || 0.006 || 0.056 || 0.068 Subtotal Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0.024 || 0.024 || 0.074 || 0.122 TOTAL || 0.094 || 0.094 || 0.144 || 0.332 L-approprjazzjonijiet ta'
riżorsi umani meħtieġa jagħmlu tajjeb għalihom
l-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew imqassma mill-ġdid
fi ħdan id-DĠ, flimkien, fejn meħtieġ, ma' allokazzjoni
addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont
il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet
baġitarji. 3.2.3.2. Stima tar-riżorsi
umani meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tingħata f’ammonti
sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt
deċimali) || Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || || || || 11 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.45 || 0.45 || 0.45 11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || 11 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[21] || || || 11 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || 11 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || 11 01 04 01 [22] || fil-kwartieri ġenerali[23] || || || - fid-Delegazzjoni || 0.25 || 0.25 || 0.25 11 01 05 02 (AK, INT, ENS fuq Riċerka indiretta) || || || 10 01 05 02 (AK, INT, ENS fuq Riċerka diretta) || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || TOTAL || 0.7 || 0.7 || 0.7 11 hija l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà
ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie mqassam
mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma', jekk ikun
meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata
lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali
u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u Aġenti Temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess tan-negozjar jew in-negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal wieħed minn DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità = 0.30 FTE/sena Segretarjat DĠ Mare: 0.15 FTE/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.30 FTE/sena x EUR 132 000/sena = EUR 39 600/sena => EUR 0.040 miljun fis-sena 0.15 FTE/sena x EUR 132 000/sena = EUR 19 800/sena => EUR 0.020 miljun/sena Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (il-Mawrizju): stima ġenerali ta' 0.25 FTE/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.25 FTE/sena x EUR 70 000/sena = EUR 19 800/sena => EUR 0.018 miljun fis-sena 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija
meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[24]. Spjega dak li huwa meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi fil-finanzjament –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta'
EUR (sa 3 punti deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Ammont totali Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ sfuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq id-dħul mixxellanju F'EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta / inizjattiva[25] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || daħħal kemm il-sena jkun hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i baġitarja/i
tan-nefqa affettwata/i. Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] Adottat fl-18 ta’ Marzu 2013 mill-Kunsill
għall-Agrikoltura u s-Sajd. [2] ĠU C … [3] ĠU L 290 tas-20.10.2006. [4] ĠU L 125 tas-09.05.2008. [5] ĠU C … [6] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività
('Activity-Based Management') – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività
(Activity-Based Budgeting). [7] Kif previst fil-paragrafu 6, il-Punt a) jew b)
tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju. [8] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
tar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb:
http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [9] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [10] Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ Mhux Diff. =
Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [11] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [12] Pajjiżi kandidati u fejn applikabbli, kandidati
potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [14] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [15] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [16] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [17] Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu
jiġu fornuti (pereż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati,
numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [18] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
“Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”. [19] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [20] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew
l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka
indiretta u r-riċerka diretta. [21] CA= Persunal Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE =
espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED= ’Jeune
Expert en Délégation’ (Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjoni ). [22] Sublimitu massimu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA"). [23] Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd
(FES). [24] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [25] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali
(id-dazji tad-dwana, il-konstribuzzjonijiet fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati
għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara
t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.