This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0737
Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Annex I to Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana
/* COM/2013/0737 final - 2013/0353 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana /* COM/2013/0737 final - 2013/0353 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta tal-abbozz preżenti
tar-Regolament tal-Kunsill qiegħda biex tipprovdi
għas-simplifikazzjoni tan-nomenklatura, kif ukoll
għas-simplifikazzjoni tad-dazji doganali, fuq bażi awtonoma,
għal ċerti artikoli sanitarji [assorbenti sanitarji (pads) u tampuni,
ħrieqi u qliebi għat-trabi u artikli simili, ta' kwalunkwe materjal] Qabel l-introduzzjoni tal-verżjoni
tal-2012 tas-Sistema Armonizzata (SA)[1],
artikli sanitarji ta' dan it-tip kienu kklassifikati, skont in-natura jew
il-materjal kostitwenti tagħhom, f'kapitoli differenti tan-nomenklatura SA,
prinċipalment fil-Kapitoli 39, 48, 56, 61, 62 u 63. Bosta rati ta'
dazju doganali kienu assoċjati ma' dawn l-artikli. Dan wassal għal
sistema tariffarja kumplessa ta' klassifikazzjoni. Il-verżjoni tal-2012 tan-nomenklatura SA
ħolqot intestatura SA speċifika waħda (9619 00) għal dawn
l-artikli sanitarji. Madankollu, is-sitwazzjoni qabel l-2012 kienet trasposta
fil-verżjoni tal-2012 tan-Nomenklatura Magħquda (NM) mingħajr
ebda emenda ulterjuri. B'hekk, taħt il-kodiċi NM il-ġdid 9619
00, inżammet l-istess sistema ta' klassifikazzjoni tariffarja kumplessa. Minħabba li din il-kumplessità tista'
twassal għal diffikultajiet bla bżonn u piż fl-applikazzjoni
tan-NM, ikun xieraq li jkunu ssimplifikati kemm in-nomenklatura u kemm
l-istruttura tariffarja, fuq bażi awtonoma (b'hekk, mingħajr ma tkun
meħtieġa l-ebda emenda għall-iskeda tad-WTO tal-Unjoni),
b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Il-proposta għandha l-għan li jkollha
erba' kategoriji ta' prodott (minflok tmienja), b'kull wieħed minn dawn
il-kategoriji jkun assoċjat ma' rata ta' dazju awtonoma waħda (erba'
rati differenti, minflok tmienja). Il-proposta mehmuża ġiet diskussa
mal-federazzjonijiet Ewropej. Hija meqjusa li hi approċċ
ibbilanċjat, li jqis il-kuntest ġuridiku u l-interessi tal-industrija
Ewropej. Ma hemm l-ebda telfien ta' dejta statistika
rilevanti. Il-proposta ġiet diskussa wkoll
mal-Istati Membri. Il-proposta hija konformi mal-politiki
tal-kummerċ estern u tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, huwa
propost li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat
skont dan. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT It-Taqsima tan-Nomenklatura Tariffarja u
Statistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali tal-Kummissjoni ġiet
ikkonsultata bosta drabi (f'Ottubru u f'Diċembru 2012, u f'Marzu u
f'Lulju 2013). Il-Grupp tal-Mistoqsijiet Tariffarji
Ekonomiċi tal-Kummissjoni ġie kkonsultat fl-10 ta' Lulju 2013. L-industrija kienet ikkonsultata tul
il-proċess kollu (u, b'mod partikolari, fil-laqgħat ta' Ġunju u
Lulju 2011). 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Il-bażi ġuridika tal-proposta hija
l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma
japplikax, peress li l-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklużiva
tal-Unjoni. Kif previst mit-Trattat, il-proposta hija
konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li
tħeġġeġ il-kummerċ bejn l-Istati Membri u pajjiżi
terzi u tibbilanċja l-interess kummerċjali tal-operaturi
ekonomiċi (manifatturi fl-Unjoni u importaturi) mingħajr ma tibdel
l-iskeda tal-UE u d-WTO. Bis-saħħa tal-Artikolu 31
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rata ta' dazju awtonoma
hija stabbilita mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata
fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA It-telf ta’ dħul f’riżorsi proprji
tradizzjonali huwa madwar EUR 320 000 fuq bażi annwali
(ibbażat fuq l-istatistika tal-importazzjoni tal-2012 u mingħajr ma
jqis ir-reġimi preferenzjali). 2013/0353 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE)
Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar
it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Sal-2012, l-assorbenti
sanitarji (pads) u t-tampuni, il-ħrieqi u l-qliebi għat-trabi u
artikli simili, ta' kwalunkwe materjal kienu kklassifikati f'Kapitoli
differenti tan-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata, skont in-natura jew
il-materjal kostitwenti tal-artikolu. Ma' dawn l-artikli kienu assoċjati
rati ta' dazju doganali differenti. Dan wassal għal sistema tariffarja
kumplessa ta' klassifikazzjoni. (2) Fl-2012 inħolqot
intestatura waħda 9619 00 fis-Sistema Armonizzata biex tkopri dawk
l-artikli sanitarji. Madankollu, l-istess sistema tariffarja kumplessa
nżammet taħt l-intestatura l-ġdida, li kienet maqsuma fi tnax-il
subintestatura skont il-materjal kostitwenti, li kull wieħed minnhom
jikkorrispondi għal rata ta' dazju konvenzjonali differenti. (3) Instab li din is-sistema
kumplessa kienet twassal għal diffikultajiet u piżijiet bla
bżonn fl-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Fl-interess
tas-simplifikazzjoni leġiżlattiva u biex jiġu evitati
diffikultajiet bla bżonn fl-applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda,
huwa għalhekk xieraq li jiġu ssimplifikati kemm l-istruttura
tan-nomenklatura u kemm dik tariffarja għal dawk l-artikli sanitarji,
sabiex jiġu implimentati l-erba' kategoriji tal-prodott (minflok tmienja),
b'kull waħda minnhom assoċjata ma' rata ta' dazju awtonoma
waħda. (4) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KEE) Nru 2658/87[2]
għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KEE)
Nru 2658/87 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Fl-Anness I tar-Regolament (KEE)
Nru 2658/87, l-entrati għall-kodiċi NM 9619 00 sa
9619 00 90 fil-Parti Tnejn, Taqsima XX, Kapitolu 96,
huma sostitwiti b’dan li ġej: "9619 00 || || Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u ħrieqi u qliebi għat-trabi, u artikli simili, ta' kwalunkwe materjal: 9619 00 30 || – || Ta' kkuttunar ta' materjali tat-tessuti (1) — || – || Ta' materjali tat-tessuti oħrajn: 9619 00 40 || – – || Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u artikli simili (2) — 9619 00 50 || – – || Ħrieqi u qliebi għat-trabi u artikli simili (3) — || – || Ta' materjali oħrajn: || – – || Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u artikli simili: 9619 00 71 || – – – || Assorbenti sanitarji (pads) (4) — 9619 00 75 || – – – || Tampuni (4) — 9619 00 79 || – – – || Oħrajn (4) — || – – || Ħrieqi u qliebi għat-trabi, u artikli simili: 9619 00 81 || – – – || Ħrieqi u qliebi għat-trabi (4) — 9619 00 89 || – – – || Oħrajn (pereżempju, artikli ta' kura għall-inkontinenza) (4) — (1) Rata
awtonoma ta’ dazju: 3,8 %. Rata konvenzjonali
ta’ dazju: - Ta' fibri
magħmula mill-bniedem: 5 %, - Ħlief ta' fibri
magħmula mill-bniedem: 3,8 %. (2) Rata
awtonoma ta’ dazju: 6,3 %. Rata konvenzjonali
ta’ dazju: - Innittjati jew
maħdumin bil-ganċ: 12 %, - Oħrajn: 10,5 %. (3) Rata
awtonoma ta’ dazju: 10,5 %. Rata konvenzjonali
ta’ dazju: - Innittjati jew
maħdumin bil-ganċ: 12 %, - Oħrajn: 10,5 %. (4) Rata
awtonoma ta’ dazju: B’xejn. Rata konvenzjonali
ta’ dazju: - Tal-polpa tal-karta,
karta, ikkuttunar taċ-ċelluloża jew xbieki ta’ fibri
taċ-ċelluloża: B’xejn, - Ta' materjali
oħrajn: 6,5%." DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA 1.1. Titolu tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda
l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar
in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-tariffa Doganali Komuni
ta' Dwana. 1.2. Natura tal-proposta Li jiġu stipulati dazji doganali awtonomi
għal ċerti artikli sanitarji [assorbenti sanitarji (pads) u tampuni,
ħrieqi u qliebi għat-trabi u artikli simili, ta' kwalunkwe materjal],
b'bidliet xierqa għall-istruttura tariffarja. 1.3. Għan Li tkun iffaċilitata l-klassifikazzjoni ta'
ċerti artikli sanitarji, kif ukoll li t-tariffa tiġi ssimplifikata,
fuq bażi awtonoma 1.4. Bażijiet għall-proposta Qabel l-introduzzjoni tal-verżjoni tal-2012
tas-Sistema Armonizzata (SA), ċerti artikli sanitarji ddaħħlu
flimkien taħt l-istess intestatura, minflok ma kienu kklassifikati
f'kapitoli differenti tan-Nomenklatura Magħquda. Id-dazji doganali marbuta
ma' dawn l-artikli sanitarji huma differenti, skont il-materjal kostitwenti. Il-proposta hija maħsuba li tagħmilha
eħfef għall-importaturi jew esportaturi li jsibu l-klassifikazzjoni
tal-artikli kkonċernati, kif ukoll biex tissimplifika l-kontroll
mill-uffiċċji tad-dwana. La għandu jkun hemm telf sinifikanti
ta' baġit u lanqas xi telf ta' dejta statistika rilevanti. 1.5. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju Tul ta' żmien: proposta ta’ tul ta'
żmien mhux limitat. Telf ta’ dħul f’riżorsi proprji
tradizzjonali: fil-medda ta’ EUR 320 000 fuq bażi
annwali (ibbażat fuq l-istatistika tal-importazzjoni tal-2012; ftehimiet
preferenzjali ma jitqisux). 1.6. Metodu ta’ ġestjoni previst Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
tal-monitoraġġ, il-kontroll u l-ġestjoni tal-Kodiċi
Doganali tal-Unjoni. 2. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA IMPATT STMAT FUQ ID-DĦUL –
¨ Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. –
x Il-proposta għandha l-impatt finanzjarju
li ġej: x fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta[3] || || Sena 2012 0,326 (EUR miljun (sa 3 punti deċimali)) || Artikolu 120 || / || Il-proposta hija ta’ tul ta’ żmien mhux
limitat. Speċifika l-metodu għall-kalkolu
tal-impatt fuq id-dħul. Il-kalkolu
tat-telf mid-dħul f'riżorsi proprji tradizzjonali huwa bbażat
fuq il-valur tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tul l-2012. Iċ-ċifri
huma pprovduti mill-Eurostat. Il-kalkolu
ma jqis l-ebda preferenzi tariffarji possibbli. Għalhekk dan huwa t-telf
massimu possibbli. Il-kodiċi
NM jiddaħħlu f'erba' kategoriji; għal kull kategorija, ir-rata
ta' dazju awtonoma magħżula hija l-iktar waħda baxxa; it-telf
tar-riżorsi tad-dazji doganali huma limitati għad-differenza bejn
l-ammont miġbur fir-rigward tad-dazju attwali u l-ammont li jinġabar
fir-rigward tad-dazju propost. It-telf
totali stmat dettaljat huwa għalhekk ikkalkulat kif ġej: Il-kodiċi NM il-ġdid 9619 00 30 (li jgħaqqad dawk li kienu l-kodiċijiet NM
9619 00 31 u 9619 00 39): li
japplika rata ta' dazju awtonoma ta' 3,8 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 39) għal dawk il-prodotti li qabel kienu
suġġetti għal rata ta' 5 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 39), it-telf huwa ta' EUR 5 490 (valuri
tan-negozju: EUR 457 140 × 5 % = EUR 22 860; 457 140 × 3,8 % =
EUR 17 370; id-differenza = EUR 5 490); Il-kodiċi NM il-ġdid 9619 00 40 (li jgħaqqad dawk li kienu l-kodiċijiet NM
9619 00 41 u 9619 00 49): li
japplika rata ta' dazju awtonoma ta' 6,3 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 49) għal dawk il-prodotti li qabel kienu
suġġetti għal rata ta' 12 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 41), it-telf huwa ta' EUR 3 880 (valuri
tan-negozju: EUR 68 030 × 12 % = EUR 8 160; EUR 68 030
× 6,3 % = EUR 4 290; id-differenza = EUR 3 880); Il-kodiċi NM il-ġdid 9619 00 50 (li jgħaqqad dawk li kienu l-kodiċijiet NM
9619 00 51 u 9619 00 59): li
japplika rata ta' dazju awtonoma ta' 10,5 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 59) għal dawk il-prodotti li qabel kienu
suġġetti għal rata ta' 12 % (dak li kien il-kodiċi NM
9619 00 51), it-telf huwa ta' EUR 31 020 (valuri
tan-negozju: EUR 2 068 060 × 12 % = EUR 248 170;
EUR 2 068 060 × 10,5 % = EUR 217 150;
id-differenza = EUR 31 020); Il-kodiċijiet NM il-ġodda 9619 00 71 sa
9619 00 89 (li jgħaqqad dawk li kienu
l-kodiċijiet NM 9619 00 11 sa 9619 00 29 ma'
9619 00 90): li
japplika rata ta' dazju awtonoma ta' 0 % (dawk li kienu l-kodiċijiet
NM 9619 00 11 sa 9619 00 29) għal dawk il-prodotti li
qabel kienu suġġetti għal rata ta' 6,5 % (dak li kien
il-kodiċi NM 9619 00 90), it-telf huwa ta' EUR 394 690 (valuri
tan-negozju: EUR 6 072 100 × 6,5 % = EUR 394 690;
EUR 6 072 100 × 0 % = EUR 0; id-differenza =
EUR 394 690); It-telf
totali stmat tad-dħul f’riżorsi proprji tradizzjonali fuq bażi
annwali huwa għalhekk ikkalkulat kif ġej (bl-ammont tal-ispejjeż
miġbura (25%) li issa qegħdin jitnaqqsu): EUR 5 490
+ EUR 3 880+ EUR 31 020 + EUR 394 690 =
EUR 435 080 x 75% = EUR 326 310 It-telf
ta' dħul f'riżorsi proprji tradizzjonali għandu jiġi
kkumpensat mill-kontribuzzjonjiet tal-Istati Membri abbażi tal-ING. [1] Id-Sistema
Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (Sistema
Armonizzata) hija nomenklatura tal-"prodotti" internazzjonali
żviluppata u rregolata mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO).
In-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-Unjoni hija stabbilita fuq il-bażi
ta' din is-Sistema Armonizzata. Kull subintestatura tan-NM tikkonsisti
f'kodiċi numerat ta' tmien ċifri. L-ewwel sitt ċifri ta' dan
il-kodiċi numerat jikkorrispondi għall-intestatura rilevanti u
s-subintestatura tas-Sistema Armonizzata. [2] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar
in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1). [3] Fir-rigward
ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor),
l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi
wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż ta’ ġbir.